RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għal miżuri baġitarji immedjati taħt l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, b'konformità mal-punt 12 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba
13.10.2015 - (COM(2015)0486 – C8-0292/2015 – 2015/2253(BUD))
Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: Eider Gardiazabal Rubial
MOTION FOR A EUROPEAN PARLIAMENT RESOLUTION
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għal miżuri baġitarji immedjati taħt l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, b'konformità mal-punt 12 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba
(COM(2015)0486 – C8-0292/2015 – 2015/2253(BUD))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0486 – C8‑0292/2015),
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, kif adottat b'mod definittiv fis-17 ta' Diċembru 2014[1],
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2015, kif adottat b'mod definittiv fit-28 ta' April 2015[2],
– wara li kkunsidra l-baġits emendatorji Nru 2/2015, Nru 3/2015, Nru 4/2015 u Nru 5/2015, kif adottati b'mod definittiv fis-7 ta' Lulju 2015[3],
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2015, adottat mill-Kummissjoni fit-30 ta' Settembru 2015 (COM(2015)0485),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020[4] (ir-Regolament dwar il-QFP), u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2015/623 tal-21 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020[5],
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba[6], u b'mod partikolari l-punt 12 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0290/2015),
A. billi, wara li ġew eżaminati l-possibbiltajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn taħt l-intestatura 3, jidher li tinħtieġ il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għall-approprjazzjonijiet ta' impenn;
B. billi l-Kummissjoni pproponiet il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà, lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP, biex jikkomplementa l-finanzjament fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2015 b'EUR 66,1 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn sabiex jiġu ffinanzjati miżuri għall-ġestjoni tal-kriżi tar-refuġjati u l-migrazzjoni;
1. Jinnota li l-limitu massimu tal-2015 għall-intestatura 3 ma jippermettix finanzjament adegwat ta' prijoritajiet politiċi importanti u urġenti tal-Unjoni;
2. Jaqbel, għalhekk, li l-Istrument ta' Flessibbiltà jiġi mobilizzat għal ammont ta' EUR 66,1 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn;
3. Jaqbel, barra minn hekk, mal-allokazzjoni proposta tal-approprjazzjonijiet ta' pagament korrispondenti ta' EUR 52,9 miljun fl-2016 u EUR 13,2 miljun fl-2017;
3. Itenni li l-mobilizzazzjoni ta' dan l-istrument, kif previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament dwar il-QFP, turi għal darb'oħra l-bżonn kruċjali li l-baġit tal-Unjoni jkun aktar flessibbli;
4. Itenni l-opinjoni tiegħu li ilha stabbilita li, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-approprjazzjonijiet ta' pagament jiġu mobilizzati għal linji baġitarji speċifiċi permezz tal-Istrument ta' Flessibbiltà mingħajr mobilizzazzjonijiet preċedenti f'impenji, il-pagamenti li jirriżultaw minn impenji preċedentement mobilizzati permezz tal-Istrument ta' Flessibbiltà jistgħu jingħaddu biss oltre l-limiti massimi;
5. Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
7. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għal miżuri baġitarji immedjati taħt l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba[7], u b'mod partikolari l-punt 12 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi,
(1)L-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013[8] jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà fil-limitu annwali ta' EUR 471 miljun (prezzijiet tal-2011) biex ikun hemm il-finanzjament ta' nefqa identifikata b'mod ċar li ma setgħetx tkun iffinanzjata fil-limiti disponibbli għal intestatura waħda oħra jew aktar.
(2) Wara li eżaminaw il-possibbiltajiet kollha għar-riallokazzjoni ta' approprjazzjonijiet skont il-limitu ta' nfiq tal-intestatura 3 (Is-Sigurtà u ċ-Ċittadinanza), jidher li huwa meħtieġ li jiġi mmobilizzat l-Istrument ta' Flessibbiltà biex jikkomplementa l-finanzjament fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea b'EUR 66,1 miljun għas-sena finanzjarja 2015 sabiex jiffinanzja miżuri fil-qasam tal-migrazzjoni.
(3) L-approprjazzjonijiet ta' pagament li jikkorrispondu mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà huma EUR 52,9 miljun fl-2016 u EUR 13,2 miljun fl-2017,
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, l-Istrument ta' Flessibbiltà għandu jintuża biex jipprovdi s-somma ta' EUR 66,1 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn fl-intestatura 3 (Is-Sigurtà u ċ-Ċittadinanza).
Dak l-ammont għandu jintuża biex jiffinanzja miżuri għall-immaniġġjar tal-kriżi tar-refuġjati.
L-approprjazzjonijiet ta' pagament li jikkorrispondu mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà huma EUR 52,9 miljun fl-2016 u EUR 13,2 miljun fl-2017.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi […],
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
Data tal-adozzjoni |
12.10.2015 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
25 1 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Jean Arthuis, Richard Ashworth, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Jean-Paul Denanot, Gérard Deprez, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Ernest Maragall, Siegfried Mureşan, Younous Omarjee, Paul Rübig, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Paul Tang, Indrek Tarand, Marco Zanni |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Ivan Štefanec, Nils Torvalds, Marco Valli, Tomáš Zdechovský |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jude Kirton-Darling |
||||
- [1] ĠU L 69, 13.3.2015, p. 1.
- [2] ĠU L 190, 17.7.2015, p. 1.
- [3] ĠU L 261, 7.10.2015.
- [4] ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
- [5] ĠU L 103, 22.4.2015, p. 1.
- [6] ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
- [7] ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
- [8] Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).