Proċedura : 2015/0901(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0292/2015

Testi mressqa :

A8-0292/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/10/2015 - 15.6
PV 14/10/2015 - 15.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0357

RAPPORT     
PDF 151kWORD 75k
13.10.2015
PE 569.715v01-00 A8-0292/2015

dwar il-proposta għall-ħatra tad-Direttur Amministrattiv tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi

(C8‑0304/2015 – 2015/0901(NLE))

Kumitat għall-Baġits

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteurs: Jean Arthuis, Roberto Gualtieri

(Laqgħat konġunti ta' kumitati – Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għall-ħatra tad-Direttur Amministrattiv tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi

(C8‑0304/2015 – 2015/0901(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Bord ta' Tmexxija tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) tat-2 ta' Ottubru 2015 għall-ħatra tad-Direttur Amministrattiv tiegħu (C8-0304/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 7(6) tar-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 – il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi(1),

–  wara li kkunsidra r-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijet konġunti tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0292/2015),

A.  billi l-Artikolu 7(6) tar-Regolament (UE) Nru 2015/1017 jipprevedi li d-Direttur Amministrattiv u l-Viċi Direttur Amministrattiv tal-FEIS għandhom jinħatru mill-BEI wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew insegwitu ta' proċess ta' selezzjoni miftuħ u trasparenti f'konformità mal-proċeduri tal-BEI, li matulu l-Parlament Ewropew għandu jinżamm infurmat debitament u f'ħin opportun fl-istadji kollha;

B.  billi, fit-2 ta' Ottubru 2015, il-Bord ta' Tmexxija tal-FEIS adotta proposta għall-ħatra tad-Direttur Amministrattiv u l-Viċi Direttur Amministrattiv tal-FEIS u għadda din il-proposta lill-Parlament Ewropew;

C.  billi, fit-13 ta' Ottubru 2015, il-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji organizzaw seduta ta' smigħ ma' Wilhelm Molterer, il-kandidat propost għall-kariga ta' Direttur Amministrattiv tal-FEIS, u waqt is-seduta dan għamel dikjarazzjoni tal-ftuħ u mbagħad wieġeb il-mistoqsijiet tal-Membri tal-Kumitati;

1.  Japprova l-ħatra ta' Wilhelm Molterer għall-pożizzjoni ta' Direttur Amministrattiv tal-FEIS;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

13.10.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

55

8

10

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Arthuis, Burkhard Balz, Pervenche Berès, Udo Bullmann, Lefteris Christoforou, Esther de Lange, Fabio De Masi, Gérard Deprez, Anneliese Dodds, José Manuel Fernandes, Jonás Fernández, Elisa Ferreira, Eider Gardiazabal Rubial, Sylvie Goulard, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Petr Ježek, Othmar Karas, Zbigniew Kuźmiuk, Georgios Kyrtsos, Olle Ludvigsson, Ernest Maragall, Fulvio Martusciello, Costas Mavrides, Clare Moody, Siegfried Mureşan, Liadh Ní Riada, Jan Olbrycht, Stanisław Ożóg, Dariusz Rosati, Paul Rübig, Alfred Sant, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Patricija Šulin, Kay Swinburne, Paul Tang, Michael Theurer, Isabelle Thomas, Ramon Tremosa i Balcells, Marco Valli, Monika Vana, Tom Vandenkendelaere, Daniele Viotti, Pablo Zalba Bidegain, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Mercedes Bresso, Andrea Cozzolino, Philippe De Backer, Bas Eickhout, Ashley Fox, Ildikó Gáll-Pelcz, Giovanni La Via, Eva Paunova, Andrej Plenković, Tibor Szanyi, Romana Tomc, Nils Torvalds, Beatrix von Storch

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Heinz K. Becker, Simona Bonafè, Ian Duncan, Christian Ehler, Iliana Iotova, Elisabeth Köstinger, Andrew Lewer, Vladimír Maňka, Maria Noichl, Sofia Ribeiro, Fernando Ruas, Bogdan Brunon Wenta, Ivan Štefanec

(1)

ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1.

Avviż legali - Politika tal-privatezza