RAPPORT dwar il-proposta għall-ħatra tal-Viċi Direttur Amministrattiv tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi

    13.10.2015 - (C8‑0305/2015 – 2015/0902(NLE))

    Kumitat għall-Baġits
    Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
    Rapporteurs: Jean Arthuis, Roberto Gualtieri
    (Laqgħat konġunti ta' kumitati – Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura)

    Proċedura : 2015/0902(NLE)
    Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
    Ċiklu relatat mad-dokument :  
    A8-0293/2015
    Testi mressqa :
    A8-0293/2015
    Dibattiti :
    Testi adottati :

    ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

    dwar il-proposta għall-ħatra tal-Viċi Direttur Amministrattiv tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi

    (C8‑0305/2015 – 2015/0902(NLE))

    (Approvazzjoni)

    Il-Parlament Ewropew,

    –  wara li kkunsidra l-proposta tal-Bord ta' Tmexxija tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) tat-2 ta' Ottubru 2015 għall-ħatra tal-Viċi Direttur Amministrattiv tiegħu (C8-0305/2015),

    –  wara li kkunsidra l-Artikolu 7(6) tar-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 – il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi[1],

    –  wara li kkunsidra r-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    –  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijet konġunti tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

    –  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0293/2015),

    A.  billi l-Artikolu 7(6) tar-Regolament (UE) Nru 2015/1017 jipprevedi li d-Direttur Amministrattiv u l-Viċi Direttur Amministrattiv tal-FEIS għandhom jinħatru mill-BEI wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew insegwitu ta' proċess ta' selezzjoni miftuħ u trasparenti f'konformità mal-proċeduri tal-BEI, li matulu l-Parlament Ewropew għandu jinżamm infurmat debitament u f'ħin opportun fl-istadji kollha;

    B.  billi, fit-2 ta' Ottubru 2015, il-Bord ta' Tmexxija tal-FEIS adotta proposta għall-ħatra tad-Direttur Amministrattiv u l-Viċi Direttur Amministrattiv tal-FEIS u għadda din il-proposta lill-Parlament Ewropew;

    C.  billi, fit-13 ta' Ottubru 2015, il-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji organizzaw seduta ta' smigħ ma' Iliyana Tsanova, il-kandidat propost għall-kariga ta' Viċi Direttur Amministrattiv tal-FEIS, u waqt is-seduta din għamlet dikjarazzjoni tal-ftuħ u mbagħad wieġbet il-mistoqsijiet tal-Membri tal-Kumitati;

    1.  Japprova l-ħatra ta' Iliyana Tsanova għall-pożizzjoni ta' Viċi Direttur Amministrattiv tal-FEIS;

    2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

    RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

    Data tal-adozzjoni

    13.10.2015

     

     

     

    Riżultat tal-votazzjoni finali

    +:

    –:

    0:

    62

    7

    3

    Membri preżenti għall-votazzjoni finali

    Jean Arthuis, Burkhard Balz, Pervenche Berès, Udo Bullmann, Lefteris Christoforou, Esther de Lange, Fabio De Masi, Gérard Deprez, Anneliese Dodds, José Manuel Fernandes, Jonás Fernández, Elisa Ferreira, Eider Gardiazabal Rubial, Sylvie Goulard, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Petr Ježek, Othmar Karas, Zbigniew Kuźmiuk, Georgios Kyrtsos, Olle Ludvigsson, Vladimír Maňka, Ernest Maragall, Fulvio Martusciello, Costas Mavrides, Clare Moody, Siegfried Mureşan, Liadh Ní Riada, Jan Olbrycht, Stanisław Ożóg, Dariusz Rosati, Paul Rübig, Alfred Sant, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Patricija Šulin, Kay Swinburne, Paul Tang, Michael Theurer, Isabelle Thomas, Ramon Tremosa i Balcells, Marco Valli, Monika Vana, Tom Vandenkendelaere, Pablo Zalba Bidegain, Marco Zanni

    Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

    Mercedes Bresso, Andrea Cozzolino, Philippe De Backer, Bas Eickhout, Ashley Fox, Ildikó Gáll-Pelcz, Giovanni La Via, Eva Paunova, Andrej Plenković, Ivan Štefanec, Tibor Szanyi, Romana Tomc, Nils Torvalds, Beatrix von Storch

    Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

    Heinz K. Becker, Simona Bonafè, Ian Duncan, Christian Ehler, Iliana Iotova, Elisabeth Köstinger, Andrew Lewer, Maria Noichl, Sofia Ribeiro, Fernando Ruas, Bogdan Brunon Wenta

    • [1]  ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1.