Proċedura : 2015/0060(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0321/2015

Testi mressqa :

A8-0321/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 15/12/2015 - 4.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0431

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 184kWORD 107k
16.11.2015
PE 560.847v02-00 A8-0321/2015

dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Saint Lucia dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir

(07187/2015 – C8‑0145/2015 – 2015/0060(NLE))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Mariya Gabriel

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Saint Lucia dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir

(07187/2015 – C8-0145/2015 – 2015/0060(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (07187/2015),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Saint Lucia dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (07107/2015),

–  wara li kkunsidra t-talba ta' approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2)(a), u l-Artikolu 218(6), it-tieni inċiż, punt a) v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0145/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet inċiż, u l-paragrafu 2, kif ukoll l-Artikolu 108(7), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0321/2015),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u ta’ Saint Lucia.

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Qafas tar-relazzjonijiet u d-dispożizzjonijiet ġenerali tal-ftehim

Ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u Saint Lucia huma regolati mill-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku minn naħa waħda u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, imsejjaħ il-"Ftehim ta’ Cotonou”, kif ukoll permezz tad-djalogi CELAC-UE u UE-CARIFORUM. Dan tal-aħħar wassal għall-istabbiliment ta’ strumenti differenti ta’ kooperazzjoni, fosthom il-Ftehim ta’ Sħubija UE-CARIFORUM (iffirmat fl-2008) u l-Istrateġija ta’ Sħubija Konġunta UE-Karibew (2012).

Fil-qafas tal-emenda tar-Regolament (KE) Nru 539/2001 permezz tar-Regolament Nru 509/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Saint Lucia ġiet ittrasferita lejn l-Anness II, li tistabbilixxi l-lista tal-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati mill-obbligu ta’ viża biex jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri. Ir-Regolament Nru 539/2001 emendat għandu jiġi applikat fl-Istati Membri kollha, bl-eċċezzjoni tal-Irlanda u tar-Renju Unit.

Wara l-adozzjoni tal-imsemmi Regolament fl-20 ta’ Mejju 2014, il-Kunsill adotta fid-9 ta' Ottubru 2014 deċiżjoni li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati għall-konklużjoni tal-ftehim bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u Saint Lucia. In-negozjati nfetħu fit-12 ta' Novembru 2014 u ġew konklużi fil-11 ta' Diċembru 2014. L-iffirmar ta’ dan il-ftehim seħħ fit-28 ta’ Mejju 2015 fi Brussell. Minn dik id-data ’l quddiem, il-ftehim għandu japplika fuq bażi proviżorja, sa meta jirċievi l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.

Il-ftehim iffirmat jiddisponi għal vjaġġar mingħajr l-obbligu ta’ viża għaċ-ċittadini tal-Unjoni u għaċ-ċittadini ta’ Saint Lucia meta jivvjaġġaw lejn it-territorju tal-parti kontraenti l-oħra għal perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum. Dikjarazzjoni komuni dwar l-interpretazzjoni ta’ dan il-perijodu ta’ 90 jum hija mehmuż mal-ftehim. L-eżenzjoni mill-viża tibbenefika lill-kategoriji kollha ta’ persuni (li huma detenturi ta’ passaport ordinarju, diplomatiku, ta’ servizz/uffiċjali, jew speċjali) li jivvjaġġaw għal kwalunkwe raġuni tkun xi tkun, minbarra l-eżerċizzju ta’ attività remunerata.

**

Ġustifikazzjoni tar-Rapporteur

Dan il-ftehim ta’ eżenzjoni mill-viża għas-soġġorni qosra jikkostitwixxi suċċess fl-approfondiment tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u Saint Lucia – filwaqt li jagħti sinifikat politiku qawwi fil-qafas tal-Ftehim ta’ Cotonou – kif ukoll mezz supplementari biex jissaħħu r-relazzjonijiet ekonomiċi u kulturali u biex jiġi intensifikat id-djalogu politiku dwar diversi kwistjonijiet, inklużi d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali.

Saint Lucia hija pajjiż żagħżugħ, b’riżorsi limitati, b’popolazzjoni żgħira, li minkejja dan kienet kapaċi tilħaq u taqbeż ċerti objettivi ta’ żvilupp tal-Millennju, li jikkonferma l-impenn tagħha għad-drittijiet fundamentali. Minkejja l-ekonomija relattivament żgħira tagħha meta mqabbla ma’ pajjiżi oħra tal-Karibew u bbażata essenzjalment fuq l-agrikoltura, kif ukoll il-vulnerabbiltà tagħha għall-impatti esterni, Saint Lucia tfittex li toħloq ambjent li jwassal għal investiment u żvilupp tas-settur privat. Fost il-pajjiżi insulari tal-Karibew, Saint Lucia hija wkoll waħda mill-ekonomiji l-aktar għoljin fil-klassifikazzjoni rigward il-faċilità li tagħmel negozju. Il-pajjiż għandu wkoll jipprova jiżviluppa aktar it-turiżmu, li gradwalment ser jissostitwixxi entità li kienet suċċess fis-settur agrikolu. F’dan is-sens, dan il-ftehim se jippermetti li jissaħħu aktar ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ partijiet u li tingħata spinta ġdida lill-iskambju kummerċjali u jiġi galvanizzat it-turiżmu.

Dwar is-sitwazzjoni politika u istituzzjonali, il-pajjiż jenfasizza l-impenn tiegħu fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u huwa impenjat li jsaħħaħ il-mekkaniżmi f’dan il-qasam. Id-drittijiet ċivili u politiċi, kif ukoll id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali huma protetti mill-Kostituzzjoni u rispettati fil-pajjiż. Saint Lucia hija pajjiż demokratiku u stabbli li, l-istess bħall-Unjoni Ewropea, jiddefendi l-valuri u l-prinċipji tad-demokrazjia, tal-governanza tajba, tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt. Il-pajjiż għamel progress sinifikanti fir-rigward tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa jew ukoll it-traffikar tal-bnedmin u l-prostituzzjoni, bl-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni f’dan il-qasam fl-2010. Il-konklużjoni ta’ dan il-ftehim se jippermetti t-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-approfondiment tad-djalogu f'għadd kbir ta' oqsma, inkluż dak tad-drittijiet tal-bniedem.

Mil-lat tal-mobilità, il-maġġoranza prevalenti ta’ dawk li jitolbu viża Schengen huma meqjusa bħala vjaġġaturi ta’ bonafidi li ma jippreżentawx riskji u jakkwistaw fil-biċċa l-kbira tal-każijiet viża għal soġġorn qasir, peress li r-rata ta’ ċaħdiet tal-viża kienet ta’ madwar 0.6 % fl-2014. Barra minn hekk, 26 % ta’ dawk li talbu viża akkwistaw fl-2014 viżi ta’ dħul multipli, sinjal ta’ fiduċja akbar tal-Istati Membri fir-rigward tagħhom. Saint Lucia hija pajjiż għalkollox mingħajr riskji mil-lat tal-migrazzjoni klandestina lejn l-UE u ma jirrappreżenta l-ebda theddida fil-qasam tas-sigurtà u tal-ordni pubbliku.

Fl-aħħar, ir-Rapporteur tenfasizza l-vettur mhux negliġibbli li l-eżenzjoni mill-viża tikkostitwixxi għat-tqarrib tal-popli Ewropej u tal-Karribew. Il-ftehim ta’ eżenzjoni mill-viża jippermetti liċ-ċittadini mhux biss li jgawdu bis-sħiħ mis-sħubija AKP-UE, iżda wkoll li jipparteċipaw fiha billi jivvjaġġaw bi prezz ekonomiku u prattiku mnaqqas.

Ir-Rapporteur tfaħħar f’dan ir-rigward ir-rwol li jwettqu l-membri tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE, li kkontribwew bil-kbir għall-konklużjoni ta’ dan il-ftehim li, barra minn hekk, se jiffaċilita l-parteċipazzjoni tagħhom fil-laqgħat tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE.

**

Implimentazzjoni u segwitu tal-ftehim

Mil-lat tal-implimentazzjoni u s-segwitu tal-ftehim, ir-Rapporteur tistieden lill-Kummissjoni Ewropea tosserva l-iżviluppi li jistgħu jseħħu f’dak li jirrigwarda l-kriterji li fil-bidu wasslu għat-trasferiment tal-Anness I lejn l-Anness II tar-Regolament Nru 509/2014. Dawn il-kriterji jinkludu mhux biss l-immigrazzjoni klandestina, l-ordni pubbliku u s-sigurtà, iżda wkoll ir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni mal-pajjiżi terzi kkonċernati inklużi, b’mod partikolari, konsiderazzjonijiet marbuta mar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali.

Barra minn hekk, ir-Rapporteur tistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-awtoritajiet ta’ Saint Lucia jiżguraw ir-reċiproċità sħiħa tal-eżenzjoni mill-viża li għandha tippermetti l-ugwaljanza fit-trattament taċ-ċittadini kollha, b’mod partikolari fost iċ-ċittadini kollha tal-Unjoni.

Ir-Rapporteur tiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li fi ħdan il-Kumitat Imħallat ta' Ġestjoni tal-Ftehim (Artikolu 6), l-Unjoni Ewropea hija rrappreżentata biss mill-Kummissjoni Ewropea. Bħala istituzzjoni direttament eletta miċ-ċittadini Ewropej u difensur tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew jista' jiġi involut fil-ħidmiet tal-Kumitat Imħallat. Ir-Rapporteur tal-Parlament Ewropew tinkoraġġixxi mill-ġdid lill-Kummissjoni Ewropea tirrevedi l-kompożizzjoni tal-kumitati mħallta ta' ġestjoni għall-ftehimiet ġejjiena.

Bl-istess mod, ir-Rapporteur tesprimi tħassib dwar il-prattika tal-iffirmar tal-ftehimiet ta’ eżenzjoni mill-viża u l-applikazzjoni proviżorja tagħhom qabel l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew. Ir-Rapporteur tirrimarka li din il-prattika għandha t-tendenza li tnaqqas il-marġini ta’ manuvrar tal-Parlament Ewropew u huwa jerġa' aktar problematiku li l-Parlament mhuwiex informat fil-ħin u l-waqt dwar il-progressjoni tan-negozjati bilaterali.

**

Dispożizzjonijiet partikolari

Fil-premessi tal-ftehim konkluż jittieħed kont tas-sitwazzjoni partikolari tar-Renju Unit u tal-Irlanda. Għalhekk ir-Renju Unit u l-Irlanda ma jipparteċipawx fil-ftehim konkluż u mhumiex suġġetti għad-dispożizzjonijiet tiegħu.

L-assoċjazzjoni stretta tan-Norveġja, tal-Iżlanda, tal-Iżvizzera u tal-Liechtenstein mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis Schengen hija wkoll evokata f’dikjarazzjoni komuni annessa mal-ftehim. Id-dikjarazzjoni tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet ta’ dawn il-pajjiżi jikkonkludu mill-aktar fis possibbli ma’ Saint Lucia ftehimiet bilaterali ta’ eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir.

Il-ftehim fih dispożizzjonijiet dwar l-applikazzjoni territorjali tiegħu: f’dak li jirrigwarda lil Franza u n-Netherlands, id-dispożizzjonijiet tal-ftehim japplikaw biss għat-territorji Ewropej ta' dawn iż-żewġ Stati Membri.

**

Fl-aħħar, ir-Rapporteur tirrakkomanda lill-membri tal-Kumitat Parlamentari “Libertajiet Ċivili, Ġustizzja u Intern” jagħtu l-appoġġ tagħhom lil dan ir-rapport u li l-Parlament Ewropew jagħti l-approvazzjoni tiegħu.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

10.11.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

51

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Martina Anderson, Heinz K. Becker, Malin Björk, Caterina Chinnici, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Tanja Fajon, Laura Ferrara, Monika Flašíková Beňová, Lorenzo Fontana, Mariya Gabriel, Kinga Gál, Nathalie Griesbeck, Jussi Halla-aho, Filiz Hyusmenova, Iliana Iotova, Eva Joly, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Timothy Kirkhope, Barbara Kudrycka, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Vicky Maeijer, Roberta Metsola, Alessandra Mussolini, József Nagy, Péter Niedermüller, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pál Csáky, Anna Hedh, Petr Ježek, Ska Keller, Miltiadis Kyrkos, Artis Pabriks, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Salvatore Domenico Pogliese, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Barbara Spinelli, Kazimierz Michał Ujazdowski, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Francisco Assis, Eugen Freund

VOTAZZJONI FINALI B’SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

51

+

ALDE

Nathalie Griesbeck, Filiz Hyusmenova, Petr Ježek, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Cecilia Wikström

ECR

Jussi Halla-aho, Timothy Kirkhope, Monica Macovei, Branislav Škripek, Helga Stevens, Kazimierz Michał Ujazdowski,

EFDD

Laura Ferrara

EFN

Lorenzo Fontana

PPE

Heinz K. Becker, Pál Csáky, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Mariya Gabriel, Kinga Gál, Barbara Kudrycka, Roberta Metsola, Alessandra Mussolini, József Nagy, Artis Pabriks, Salvatore Domenico Pogliese, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Axel Voss, Tomáš Zdechovský

GUE

Lucy Anderson, Malin Björk, Barbara Spinelli, Marie-Christine Vergiat

S&D

Francisco Assis, Caterina Chinnici, Tanja Fajon, Monika Flašíková Beňová, Eugen Freund, Anna Hedh, Iliana Iotova, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Miltiadis Kyrkos, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Birgit Sippel

VERTS

Eva Joly, Jan Keller, Bodil Valero

3

-

EFDD

Kristina Winberg

ENF

Vicky Maeijer

NI

Udo Voigt

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjonijiet

Avviż legali - Politika tal-privatezza