Proċedura : 2015/2123(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0335/2015

Testi mressqa :

A8-0335/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 25/11/2015 - 9.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0406

RAPPORT     
PDF 168kWORD 86k
19.11.2015
PE 560.718v02-00 A8-0335/2015

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, b'konformità mal-punt 11 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, għall-finijiet ta' pagament tal-avvanzi fil-qafas tal-baġit 2016

(COM(2015)0281 – C8-0133/2015 – 2015/2123(BUD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Lefteris Christoforou

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, b'konformità mal-punt 11 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, għall-finijiet ta' pagament tal-avvanzi fil-qafas tal-baġit 2016

(COM(2015)0281 – C8-0133/2015 – 2015/2123(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0281 – C8-0133/2015),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2), u b'mod partikolari l-Artikolu  10 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3) (il-FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari tal-punt 11 tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fl-14 ta' Novembru 2015 (14195/2015 – C8-0353/2015),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0335/2015),

A.  billi, skont ir-Regolament (UE) Nru 661/2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2012/2002, l-ammont ta' EUR 50 000 000 huwa disponibbli għall-pagament tal-avvanzi permezz ta' approprjazzjonijiet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni,

1.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għall-finijiet ta' pagament tal-avvanzi

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 4a(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(5) (il-FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari tal-punt 11 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)  Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il-"Fond") għandu l-għan li jippermetti lill-Unjoni tirrispondi b'mod rapidu, effiċjenti u flessibbli għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza u tesprimi s-solidarjetà tagħha fir-rigward tal-popolazzjoni ta' reġjuni milquta minn diżastru.

(2)  Il-Fond ma għandux jaqbeż l-ammont massimu ta' EUR 500 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013(6).

(3)  L-Artikolu 4a(4) tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002 jipprevedi li l-Fond jista' jiġi mobilizzat f'ammont sa massimu ta' EUR 50 000 000 għall-pagament tal-avvanzi u li l-approprjazzjonijiet korrispondenti jiddaħħlu fil-baġit ġenerali tal-Unjoni,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-qafas tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea stabbilit għas-sena finanzjarja 2016, għandha tiġi mobilizzata somma ta' EUR 50 000 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament taħt l-intestatura tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għall-finijiet ta' pagament tal-avvanzi.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

NOTA SPJEGATTIVA

Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) inħoloq biex jippermetti lill-Unjoni tirrispondi għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza kkaġunati minn diżastri naturali maġġuri u biex tesprimi s-solidarjetà Ewropea lir-reġjuni milquta minn diżastru fl-Ewropa. Il-Fond jista' joffri għajnuna finanzjarja lill-Istati Membri u lill-pajjiżi involuti f'negozjati ta' adeżjoni fl-eventwalità ta' diżastru naturali maġġuri, jekk id-dannu totali dirett ikkaġunat mid-diżastru jaqbeż EUR 3 biljun bil-prezzijiet tal-2011 jew 0,6 % tal-introjtu nazzjonali gross (ING) tal-pajjiż, skont liema minnhom ikun l-inqas. Jista' jiġi mobilizzat ukoll f'każ ta' diżastru reġjonali. Il-kundizzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tal-FSUE huma definiti fl-att bażiku rilevanti (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002), emendat fl-2014 (bir-Regolament (UE) Nru 661/2014).

Ir-Regolament dwar il-QFP għas-snin 2014-2020(7) (Art. 10) jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond fi ħdan il-limitu annwali ta' EUR 500 miljun (prezzijiet tal-2011) lil hinn mill-intestaturi rilevanti tal-qafas finanzjarju.

Il-proposta attwali għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill mhijiex marbuta ma' diżastru speċifiku. Minflok, timmira li ddaħħal fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2016 l-ammont ta' EUR 50 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament għall-finijiet ta' pagament tal-avvanzi b'mod effiċjenti u fil-pront fl-eventwalità li jseħħ diżastru s-sena li jmiss.

Dan huwa r-riżultat dirett ta' dispożizzjoni ġdida fir-Regolament li jemenda tal-2014(8) (Art. 4a), li l-Parlament Ewropew iddefenda b'qawwa, li timmira li jħaffef l-iżborżament tal-għajnuna lill-pajjiżi milquta bis-saħħa tal-pagament tal-avvanzi qabel ma tittieħed d-deċiżjoni definittiva ta' konċessjoni, b'hekk tiżdied l-effikaċja tal-Fond. Fuq l-insistenza tal-Parlament, fil-kompromess finali dwar ir-Regolament li jemenda, adottat għall-ewwel darba permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, iddaħħlet dispożizzjoni li pproponiet li fil-baġit jitniżżel ammont sa EUR 50 miljun f'impenji u f'pagamenti kull sena biex tkun garantita d-disponibilità fil-pront tar-riżorsi baġitarji.

Għandu jkun innutat li jista' jingħata pagament tal-avvanzi fuq talba ta' Stat Membru u wara valutazzjoni preliminari min-naħa tal-Kummissjoni tal-applikazzjoni rispettiva tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea. L-ammont tal-pagament tal-avvanzi m'għandux jaqbeż l-10 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja antiċipata u m'għandux jaqbeż it-EUR 30 miljun. Il-pagament tal-avvanzi jitħallas mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni definittiva dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond, u l-pagament tal-avvanzi mħallsa indebitament se jkunu rkuprati mingħand l-Istat Membru min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea.

Ir-rapporteur ifakkar li l-FSUE mhuwiex sempliċement forma oħra ta' appoġġ finanzjarju mill-UE, iżda jikkontrobwixxi wkoll sabiex jibgħat messaġġ politiku ċar ta' solidarjetà filwaqt li joffri l-assistenza liċ-ċittadini milquta li tant għandhom bżonnha. Kapaċità ta' risposta fil-pront, anke permezz tal-pagament tal-avvanzi, se tgħin lill-Unjoni tilħaq dawn l-objettivi.

Ir-rapporteur għalhekk jirrakkomanda li dawn l-ammonti jiġu inklużi fil-Baġit 2016.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI

FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

19.11.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jonathan Arnott, Jean Arthuis, Lefteris Christoforou, Jean-Paul Denanot, Gérard Deprez, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Ernest Maragall, Clare Moody, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Daniele Viotti, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Anneli Jäätteenmäki, Janusz Lewandowski, Stanisław Ożóg, Tomáš Zdechovský

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Bogdan Brunon Wenta

(1)

ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.

(2)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(3)

ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(4)

  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.

(5)

  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(6)

  Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).

(7)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(8)

ĠU L 189, 27.6.2014, p. 143.

Avviż legali - Politika tal-privatezza