RAPPORT dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8/2015 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Riżorsi proprji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

19.11.2015 - (13439/2015 – C8‑0341/2015 – 2015/2269(BUD))

Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: Eider Gardiazabal Rubial

Proċedura : 2015/2269(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0337/2015
Testi mressqa :
A8-0337/2015
Dibattiti :
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8/2015 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Riżorsi proprji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

(13439/2015 – C8‑0341/2015 – 2015/2269(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, adottat b'mod definittiv fis-17 ta’ Diċembru 2014[2],

–  wara li kkunsidra l-baġit emendatorju Nru 1/2015, kif adottat b’mod definittiv fit-28 ta’ April 2015[3],

–  wara li kkunsidra l-baġits emendatorji Nru 2/2015, Nru 3/2015, Nru 4/2015 u Nru 5/2015, kif adottati b’mod definittiv fis-7 ta’ Lulju 2015[4],

–  wara li kkunsidra l-baġits emendatorji Nru 6/2015 u Nru 7/2015, kif adottati b’mod definittiv fl-14 ta’ Ottubru 2015,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020[5],

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2015/623 tal-21 ta’ April 2015 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020[6],

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba[7],

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej[8],

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 8/2015, adottat mill-Kummissjoni fid-19 ta’ Ottubru 2015 (COM(2015)0545),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8/2015 adottata mill-Kunsill fl-10 ta’ Novembru 2015 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fl-istess jum (13439/2015 – C8-0341/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0337/2015),

A.  billi l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 8/2015 jikkonċerna reviżjoni tal-previżjoni tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (dazji doganali), l-ibbaġitjar tal-bqija tal-bilanċi tal-VAT u tal-ING tal-2014 u l-ibbaġitjar tal-bilanċi tal-VAT u tal-ING tal-2015;

B.  billi l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 8/2015 jaġġorna wkoll il-previżjoni għal dħul ieħor;

C.  billi l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 8/2015 jipprevedi wkoll tnaqqis ta’ EUR 123 474 kemm f’approprjazzjonijiet ta’ impenn kif ukoll f’approprjazzjonijiet ta’ pagament fil-baġit tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data;

D.  billi l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 8/2015 jirriżulta fi tnaqqis ta’ EUR 9,4 biljun fil-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq l-ING mill-Istati Membri;

1.  Jieħu nota tal-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 8/2015, kif ippreżentat mill-Kummissjoni, u tal-pożizzjoni tal-Kunsill dwaru;

2.  Jirrimarka li l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 8/2015, fl-elementi kollha tiegħu, għandu impatt ta’ tnaqqis ta’ EUR 9 403,4 miljun f’kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għall-baġit tal-Unjoni;

3.  Jissottolinja li jeħtieġu mezzi finanzjarji addizzjonali sostanzjali biex jindirizzaw il-kriżi attwali tar-refuġjati;

4.  Jinnota li l-impenji finanzjarji tal-Istati Membri għall-Fond Fiduċjarju tal-Afrika, il-Fond Fiduċjarju tas-Sirja u għall-aġenziji tan-NU li jappoġġjaw lir-refuġjati, ikkonfermati mill-ġdid waqt il-Kunsill Ewropew tal-15 ta’ Ottubru 2015 u s-Summit tal-Belt Valletta bejn il-11 u t-12 ta' Novembru 2015, għadhom ma ntlaħqux; jiddeplora l-fatt li skont id-data tal-Kummissjoni, fil-bidu ta’ Novembru 2015, l-Istati Membri kienu għadhom minn taħt bi EUR 2,3 biljun;

5.  Jirrimarka li se jinħtieġu aktar sforzi finanzjarji sabiex tingħata għajnuna umanitarja matul ir-rotot tranżitorji u biex jiġġestixxu l-isfidi kkawżati mill-ilqugħ ta’ għadd bla preċedent ta' refuġjati fil-bliet u r-reġjuni tal-Ewropa;

6.  Jiddispjaċih ferm dwar il-fatt li ma seta' jintlaħaq l-ebda kompromess sod fil-konċiljazzjoni biex jintuża l-ammont ta’ refużjoni mill-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8/2015 sabiex tiġi indirizzata l-kriżi tar-refuġjati; jistenna madankollu li l-Istati Membri se jonoraw bis-sħiħ l-impenji preċedenti tagħhom;

7.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8/2015;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 8/2015 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

9.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Qorti tal-Awdituri u lill-parlamenti nazzjonali.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

19.11.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jonathan Arnott, Jean Arthuis, Lefteris Christoforou, Jean-Paul Denanot, Gérard Deprez, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Ernest Maragall, Clare Moody, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Daniele Viotti, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Anneli Jäätteenmäki, Stanisław Ożóg, Tomáš Zdechovský

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Bogdan Brunon Wenta

  • [1]  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
  • [2]  ĠU L 69, 13.3.2015, p. 1.
  • [3]  ĠU L 190, 17.7.2015, p. 1.
  • [4]  ĠU L 261, 7.10.2015.
  • [5]  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
  • [6]  ĠU L 103, 22.4.2015, p. 1.
  • [7]  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
  • [8]    ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.