RAPPORT dwar ir-Rapport Speċjali tal-Ombudsman Ewropew dwar l-istħarriġ fuq inizjattiva proprja OI/5/2012/BEH-MHZ dwar il-Frontex

26.11.2015 - (2014/2215(INI))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Kumitat għall-Petizzjonijiet
Rapporteurs: Roberta Metsola, Ska Keller
(Laqgħat konġunti ta' kumitati - Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura)


Proċedura : 2014/2215(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0343/2015
Testi mressqa :
A8-0343/2015
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar ir-Rapport Speċjali tal-Ombudsman Ewropew dwar l-istħarriġ fuq inizjattiva proprja OI/5/2012/BEH-MHZ dwar il-Frontex

(2014/2215(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Ombudsman Ewropew tas-7 ta' Novembru 2013 dwar l-istħarriġ fuq inizjattiva proprja OI/5/2012/BEH-MHZ dwar il-Frontex,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 67(1), 72, 228(1) (it-tieni subparagrafu) u 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 41 (id-dritt għal amministrazzjoni tajba) u l-Artikolu 47 (id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 1994 rigward ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman, u b'mod partikolari l-Artikolu 3(7) tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Rizoluzzjoni 1932(2013) tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar "Il-Frontex: ir-responsabbiltajiet fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem",

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ir-Regolament dwar il-Frontex),

–   wara li kkunsidra r-Regolament (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu "Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar ir-ritorn" (COM(2015)0453),

–  wara li kkunsidra l-kodiċi ta' kondotta tal-Frontex għall-operazzjonijiet konġunti ta' ritorn ikkoordinati mill-Frontex,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-15 ta' Ottubru 2015, b'mod partikolari l-punt 2(n) tagħhom,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tal-1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati (Konvenzjoni ta' Ġinevra) u l-Protokoll ta' New York tal-1967 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 220(2), l-ewwel sentenza, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijet konġunti tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern kif ukoll tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern kif ukoll tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0343/2015),

A.  billi r-Regolament (UE) Nru 1168/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem "ir-Regolament dwar il-Frontex") jirrikjedi li l-Aġenzija tiżgura r-rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali u għad-drittijiet tal-migranti, tar-rifuġjati u ta' dawk li jfittxu asil;

B.  billi l-Frontex, bħal kwalunkwe istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija oħra tal-UE, jeħtiġilha tikkonforma fl-attivitajiet tagħha mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u billi dan l-obbligu huwa minqux fl-Artikolu 263 tat-TFUE, skont liema artikolu "atti li jistabbilixxu korpi u organi tal-Unjoni jistgħu jistabbilixxu kondizzjonijiet u arranġamenti partikolari dwar rikorsi mressqa minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi kontra atti ta' dawn il-korpi jew organi maħsuba sabiex jipproduċu effetti legali fir-rigward tagħhom";

C.  billi anki llum l-attività ta' koordinazzjoni tal-Frontex ma tistax fil-prattika tiġi mifruda mill-attività tal-Istati Membri mwettqa taħt il-koordinazzjoni tagħha, b'tali mod li l-Frontex (u b'hekk l-UE permezz tagħha) jista' jkollha wkoll impatt dirett jew indirett fuq id-drittijiet tal-individwi u, tal-inqas, tagħti lok għar-responsabbiltà extrakuntrattwali tal-Unjoni Ewropea (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja T-341/07, Sison III); billi tali responsabbiltà ma tistax tiġi evitata sempliċement minħabba l-eżistenza ta' arranġamenti amministrattivi mal-Istati Membri involuti f'operazzjoni kkoordinata mill-Frontex meta tali arranġamenti għandhom impatt fuq id-drittijiet fundamentali;

D.   billi l-Unjoni għandha taderixxi għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali tal-Kunsill tal-Ewropa;

E.  billi l-Artikolu 26a tar-Regolament dwar il-Frontex jipprevedi Strateġija għad-Drittijiet Fundamentali u jirrikjedi li l-Aġenzija tfassal u tkompli tiżviluppau timplimenta tali strateġija, tistabbilixxi Forum Konsultattiv u taħtar Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali;

F.   billi l-Artikolu 5(a) tal-Kodiċi ta' Kondotta għall-Persuni Kollha li Jipparteċipaw fl-Attivitajiet tal-Frontex jenfasizza li l-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Frontex għandhom, inter alia, jippromwovu l-għoti ta' informazzjoni dwar id-drittijiet u l-proċeduri lill-persuni li qed ifittxu protezzjoni internazzjonali;

G.  billi l-Artikolu 9 tar-Regolament 863/2007 jipprovdi li l-membri tat-timijiet responsabbli għat-twettiq tal-attivitajiet ta' monitoraġġ u sorveljanza fil-fruntieri esterni jeħtiġilhom ikunu konformi mad-dritt Komunitarju u d-dritt nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti;

H.  billi fl-2012 l-Ombudsman Ewropew beda stħarriġ fuq inizjattiva propjra dwar l-implimentazzjoni mill-Frontex tal-obbligi tagħha fil-qasam tad-drittijiet fundamentali;

I.  billi l-abbozzi ta' rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew jinkludu l-implimentazzjoni ta' mekkaniżmu għall-ilmenti individwali;

J.  billi l-Ombudsman Ewropew ħarġet ukoll Rapport Speċjali, li fih ġiet enfasizzata l-implimentazzjoni ta' mekkaniżmu għall-ilmenti individwali;

K.  billi, skont l-Artikolu 220(2) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, l-Ombudsman Ewropew huwa obbligat li jinforma lill-Parlament dwar każijiet ta' amministrazzjoni ħażina, u billi l-kumitat responsabbli jista' jfassal rapport dwar tali każijiet;

L.  billi l-Frontex tingħata l-kompitu li tiżgura l-implimentazzjoni effiċjenti tar-regoli komuni dwar standards u proċeduri għall-kontroll u s-sorveljanza tal-fruntieri esterni fir-rigward tad-drittijiet fundamentali, permezz ta' koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri, u billi dawn l-attivitajiet għandhom b'mod ċar implikazzjonijiet fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem li ma ġewx ittrattati adegwatament mill-Frontex u mill-UE;

M.  billi l-Frontex tibni wkoll kooperazzjoni operazzjonali ma' pajjiżi barra l-UE bħala parti integrali mill-missjoni tagħha, f'oqsma ewlenin bħalma huma l-iskambju tal-informazzjoni, l-analiżi tar-riskju, it-taħriġ, ir-riċerka u l-iżvilupp, l-operazzjonijiet konġunti (inklużi operazzjonijiet konġunti ta' ritorn) u l-proġetti pilota;

N.   billi, skont l-Artikolu 14.1 tar-Regolament dwar il-Frontex, l-Aġenzija u l-Istati Membri għandhom jikkonformaw man-normi u l-istandards li jkunu tal-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, anke meta l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi sseħħ fit-territorju ta' dawk il-pajjiżi;

O.  billi l-kooperazzjoni operazzjonali tal-Frontex mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi sħab hija mmexxija permezz ta' arranġamenti ta' ħidma li mhumiex legalment vinkolanti u jaqgħu barra l-ambitu tad-dritt internazzjonali, u l-implimentazzjoni prattika tagħhom ma tistax titqies bħala t-twettiq ta' obbligi internazzjonali mill-Frontex u mill-UE; billi din is-sitwazzjoni tikkostitwixxi element ta' inċertezza tad-dritt li tista' titqies bħala kontradittorja fil-konfront tal-obbligi tal-Frontex fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem ;

P.  billi l-Frontex u l-Istati Membri għandhom responsabbiltajiet kondiviżi iżda distinti rigward l-azzjonijiet tal-uffiċjali skjerati matul l-operazzjonijiet u l-proġetti pilota tal-Frontex;

Q.  billi fid-dawl taż-żieda tal-kompetenzi tal-Frontex mill-ħolqien tagħha, l-Aġenzija għandha tinżamm responsabbli bħala parti interessata primarja fil-proċess tal-ġestjoni tal-fruntieri, inkluż meta jkunu involuti allegazzjonijiet marbutin mad-drittijiet fundamentali;

R.  billi l-biċċa l-kbira tal-parteċipanti fl-operazzjonijiet tal-Frontex huma uffiċjali mistiedna mibgħuta mill-Istati Membri minbarra l-Istat ospitanti tal-operazzjoni tal-Frontex, b'appoġġ għal dik l-operazzjoni;

S.   billi skont l-Artikolu 2a tar-Regolament dwar il--Frontex, il-Kodiċi ta' Kondotta huwa applikabbli għall-persuni kollha li jkunu qed jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Aġenzija;

T.  billi skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament dwar il-Frontex, l-uffiċjali mistiedna li jieħdu sehem fil-missjonijiet tal-Frontex jistgħu jwettqu biss kompiti u jeżerċitaw setgħat taħt l-istruzzjonijiet u, bħala regola ġenerali, fil-preżenza tal-gwardji tal-fruntiera tal-Istat Membru ospitanti;

U.  billi l-użu ta' uniformijiet differenti flimkien mal-emblema tal-Frontex matul l-operazzjonijiet tal-Frontex jagħmilha diffiċli għall-individwi biex jidentifikaw taħt liema awtorità jaqa' uffiċjal u, finalment, fejn għandhom iressqu l-ilment - jekk hux lill-Frontex jew direttament lill-Istat Membru kkonċernat;

V.  billi, skont l-Artikolu 3(1a) tar-Regolament dwar il-Frontex, l-Aġenzija ma għandhiex setgħat eżekuttivi fl-Istati Membri u ma għandha l-ebda awtorità li tissanzjona lill-Istati Membri jew lill-uffiċjali tagħhom;

W.  billi l-pjanijiet operazzjonali ta' operazzjonijiet konġunti tal-Frontex huma legalment vinkolanti u, skont l-Artikolu 3a(1) tar-Regolament dwar il-Frontex, jeħtieġ li jkun hemm qbil dwarhom bejn id-Direttur Eżekuttiv tal-Frontex u l-Istat Membru ospitanti, b'konsultazzjoni mal-Istati Membri parteċipanti;

X.  billi l-Frontex diġà stabbiliet sistema ta' rappurtar ta' inċidenti li tinvolvi d-diviżjoni tal-operazzjonijiet tal-Frontex, l-unità legali tal-Frontex u l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali tal-Frontex, fejn id-deċiżjoni aħħarija tittieħed mid-Direttur Eżekuttiv tal-Frontex; billi din is-sistema tinvolvi lmenti interni rċevuti mill-persunal u mill-mistiedna uffiċjali tal-Frontex, u konsegwentement ma tgħoddx għal ilmenti diretti minn individwi li jallegaw il-ksur tad-drittijiet fundamentali tagħhom;

Y.  billi mekkaniżmi għall-ilmenti individwali diġà jeżistu fil-livell Ewropew fi ħdan l-istrutturi tal-Bank Ewropew tal-Investiment, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u n-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen; billi għandu jiġi nnotat li l-Frontex hija aġenzija operazzjonali li fin-natura tagħha tvarja mill-organizzazzjonijiet imsemmija hawn fuq;

Z.  billi l-Kummissjoni ħadet l-impenn li tirrevedi l-Frontex fil-ġejjieni qarib;

Għaliex il-Frontex għandha tistabbilixxi mekkaniżmu għall-ilmenti individwali

1.  Jilqa' r-Rapport Speċjali tal-Ombudsman Ewropew fil-qafas tal-istħarriġ fuq inizjattiva proprja dwar il-Frontex; jappoġġa l-isforzi tal-Frontex fl-adozzjoni ta' 12 mit-13-il rakkomandazzjoni tal-Ombudsman; jirrikonoxxi l-isforzi attwali tal-Frontex fit-tisħiħ tar-rispett għad-drittijiet fundamentali fil-forma tal-istabbiliment ta' sistema ta' rappurtar ta' inċidenti, kif ukoll it-tfassil ta' kodiċijiet ta' kondotta, il-ħolqien ta' Forum Konsultattiv dwar id-drittijiet fundamentali u l-ħolqien ta' Uffiċċju għad-Drittijiet Fundamentali, fost l-oħrajn;

2.  Jappoġġa r-rakkomandazzjoni mill-Ombudsman Ewropew li l-Frontex għandha tittratta l-ilmenti individwali dwar il-ksur tad-drittijiet fundamentali matul l-operazzjonijiet tagħha u għandha tipprovdi appoġġ amministrattiv adegwat għal dak il-għan; jistieden lill-Frontex tistabbilixxi mekkaniżmu xieraq għall-ilmenti, inkluż fi ħdan il-qafas ta' arranġamenti ta' ħidma tagħha konklużi mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi;

3.   Jesprimi t-tħassib serju tiegħu rigward il-vojt ġuridiku li jeżisti fil-konfront tal-iskjerament ta' uffiċjali ta' pajjiżi terzi matul operazzjonijiet konġunti ta' ritorn, kif indikat fir-rapport tal-Ombudsman Ewropew, kif ukoll rigward in-nuqqas ta' responsabbiltà li, minħabba dan, jispiċċa jiddomina f'każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem li jinvolvu uffiċjali ta' pajjiżi terzi;

4.  Jemmen li fid-dawl tal-isfidi umanitarji u ġuridiċi dejjem jikbru fil-fruntieri esterni tal-UE u t-tisħiħ tal-operazzjonijiet tal-Frontex, hemm bżonn mekkaniżmu li jkun kapaċi jipproċessa lmenti individwali dwar allegat ksur tad-drittijiet fundamentali li jseħħ waqt l-operazzjonijiet tal-Frontex jew f'kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, biex b'hekk issir korp tal-prim'istanza għall-ilmenti;

5.  Iqis li l-istabbiliment ta' mekkaniżmu għall-ilmenti individwali joffri lill-individwi l-opportunità li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal rimedju effikaċi f'każ ta' ksur tad-drittijiet fundamentali tagħhom; jirrikonoxxi li l-introduzzjoni ta' tali mekkaniżmu għall-ilmenti jżid it-trasparenza u r-rispett għad-drittijiet fundamentali anke fil-kuntest tal-arranġamenti ta' ħidma tal-Frontex, billi l-Frontex u l-istituzzjonijiet tal-UE jsiru aktar konxji minn każijiet ta' ksur potenzjali ta' drittijiet fundamentali li altrimenti jistgħu jibqgħu mistura, mhux rappurtati u mhux solvuti; jenfasizza li dan in-nuqqas ta' trasparenza japplika b'mod partikolari fil-każ tal-arranġamenti ta' ħidma tal-Frontex, li fuqhom il-Parlament ma jistax jeżerċita l-iskrutinju demokratiku, peress li m'hemm l-ebda obbligu li jiġi kkonsultat qabel l-istabbiliment ta' tali arranġamenti u li l-Parlament lanqas biss jiġi infurmat dwar kif dawn jiġu implimentati fil-prattika;

6.  Jinnota li skont ir-Regolament dwar il-Frontex ma jidher li hemm l-ebda ostaklu ġuridiku għall-introduzzjoni ta' mekkaniżmu għall-ilmenti individwali u li tali mekkaniżmu saħansitra jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 26a(3) tar-Regolament dwar il-Frontex, skont liema artikolu l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jikkontribwixxi għall-mekkaniżmu ta' sorveljanza tad-drittijiet fundamentali; jinnota li tali mekkaniżmu jkun konformi mad-dritt tal-UE u mal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba u jirrinforza l-implimentazzjoni effikaċi tal-istrateġija tal-Aġenzija dwar id-drittijiet fundamentali; jemmen li l-kapaċità tal-Frontex li tittratta ksur potenzjali tad-drittijiet fundamentali għandha tissaħħaħ fil-kuntest tal-espansjoni tar-rwol tal-Aġenzija skont id-dritt tal-UE, partikolarment il-parteċipazzjoni tagħha fit-Timijiet ta' Appoġġ għall-Ġestjoni tal-Migrazzjoni li jaħdmu f'żoni "hotspot" u l-kooperazzjoni operazzjonali tagħha mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi sħab permezz ta' arrangamenti ta' ħidma;

7.  Jemmen li r-rwol ta' koordinazzjoni tal-Frontex m'għandux jillimita r-responsabbiltà tagħha skont id-dritt internazzjonali u dak tal-UE, b'mod partikolari fl-iżgurar li d-drittijiet fundamentali tal-migranti u ta' dawk li jfittxu asil huma rispettati u mħarsa; ifakkar li l-aġenziji kollha tal-Unjoni, kif ukoll l-Istati Membri kollha, huma marbuta bid-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali huma u jimplimentaw id-dritt tal-UE;

Struttura tal-mekkaniżmu għall-ilmenti individwali

8.  Huwa tal-fehma li hija aspettattiva leġittima li dak li jkun jemmen li l-azzjonijiet ta' dawk involuti fl-operazzjonijiet tal-Frontex huma attribwibbli għall-Frontex u b'mod aktar ġenerali għall-UE; jenfasizza li r-relazzjonijiet ġuridiċi u r-responsabbiltajiet distinti iżda kondiviżi bejn il-Frontex u l-Istati Membri ma għandhomx jimminaw il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali u r-rispett għal tali drittijiet f'operazzjonijiet konġunti; ifakkar li l-Frontex m'għandha l-ebda awtorità li tissanzjona lill-Istati Membri jew lill-uffiċjali tagħhom; jemmen li, għalhekk, għandha tingħata kunsiderazzjoni xierqa għall-kwistjoni tal-kompetenzi tal-Frontex u dawk tal-Istati Membri tal-UE;

9.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' struttura ċentrali uffiċjali fi ħdan il-Frontex għall-ipproċessar tal-ilmenti individwali; jirrakkomanda li l-uffiċċju tal-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali tal-Frontex jkollu rwol kruċjali fl-immaniġġjar tal-ilmenti; iqis, b'mod partikolari, li l-uffiċċju għandu jivverifika l-ammissibbiltà tal-ilmenti, jiffiltrahom, jgħaddihom lill-awtoritajiet responsabbli u jsegwihom bir-reqqa;

10.  Jilqa' l-fatt li l-Frontex diġà stabbiliet proċedura dettaljata għall-immaniġġjar ta' rapporti interni mill-persunal u mistiedna uffiċjali tal-Frontex dwar ksur serju tad-drittijiet fundamentali; jirrimarka li din il-proċedura diġà tintuża għall-immaniġġjar ta' lmenti minn partijiet terzi li mhumiex involuti direttament f'operazzjoni tal-Frontex, u jirrakkomanda li din il-proċedura tkompli tiġi żviluppata bil-għan li jiġi stabbilit mekkaniżmu għall-ilmenti individwali li jkun sħiħ u aċċessibbli; jenfasizza li l-Frontex għandha tiżgura li l-mekkaniżmu jirrispetta l-kriterji ta' aċċessibbiltà, indipendenza, effikaċja u trasparenza;

Preżentazzjoni u ammissibbiltà tal-ilmenti

11.  Huwa tal-fehma li persuni li jqisu li tkun saritilhom ħsara minn gwardji tal-fruntiera lebsin l-emblema tal-Frontex għandu jkollhom id-dritt li jressqu lment; iħeġġeġ lill-Frontex tiggarantixxi kunfidenzjalità sħiħa u ma tiżvelax l-identità tal-ilmentaturi lil partijiet terzi mingħajr il-qbil tagħhom sakemm ma jkollhiex obbligu legali li tagħmel dan abbażi ta' deċiżjoni ġudizzjarja; barra minn hekk jemmen li l-Frontex għandha tiżgura li tingħata l-attenzjoni kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta' interess matul it-trattament tal-ilmenti;

12.  Jirrikonoxxi li hemm bżonn salvagwardji biex jipprevjenu l-użu ħażin tal-mekkaniżmu għall-ilmenti; jirrakkomanda, għalhekk, li l-ilmenti anonimi ma jiġux aċċettati; jenfasizza, madankollu, li dan ma jeskludix ilmenti mressqa minn partijiet terzi li jaġixxu bona fide fl-interess ta' lmentatur li ma jixtieqx jiżvela l-identità tiegħu;

jissuġġerixxi wkoll li għandhom jiġu ammessi biss l-ilmenti bbażati fuq il-ksur tad-drittijiet fundamentali kif imħarsa mid-dritt tal-UE;

iqis li dan ma għandux iwaqqaf lill-Frontex milli tqis sorsi oħra ta' informazzjoni dwar allegat ksur tad-drittijiet fundamentali, inklużi rapporti ġenerali ta' NGOs, organizzazzjonijiet internazzjonali u partijiet interessati rilevanti oħrajn, apparti l-proċedura tal-ilmenti; jenfasizza l-ħtieġa ta' kriterji ċari għall-ammissibbiltà tal-ilmenti u jirrakkomanda l-ħolqien ta' formola standardizzata għall-ilmenti, li tirrikjedi informazzjoni dettaljata bħad-data u l-post tal-inċident, billi dan jista' jiffaċilita d-deċiżjonijiet dwar l-ammissibbiltà; jirrakkomanda li l-kriterji u l-formola standardizzata għandhom jiġu ddeterminati f'kooperazzjoni mal-Forum Konsultattiv;

13.  Jenfasizza li l-formola hawn fuq imsemmija għandha tkun aċċessibbli f'lingwi li jifhmu l-migranti u l-persuni li qed ifittxu asil jew f'lingwi li jkunu raġonevolment mistennija li jifhmu, u li għandha tinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar kif għandu jitressaq ilment, inklużi linji gwida prattiċi mfassla b'mod li jinftiehem; ifakkar li r-Regolament dwar il-Frontex (ir-Regolament 656/2014) diġà jipprevedi d-disponibbiltà ta' interpreti fuq l-art, konsulenti legali u esperti rilevanti oħra; jirrakkomanda l-possibbiltà li jkun jista' jinfetaħ ilment bil-fomm ma' persuna liebsa l-emblema tal-Frontex u li tali lment ikun debitament traskritt mill-uffiċjal involut; iħeġġeġ lill-Frontex tagħmel il-formola tal-ilmenti disponibbli kemm f'format elettroniku, li jkun kompatibbli mal-ismartphones, fuq is-sit web tagħha kif ukoll f'format stampat, fiċ-ċentri ta' skrinjar tal-Istati Membri kif ukoll mill-persunal u l-uffiċjali mistiedna tal-Frontex li jieħdu sehem fi kwalunkwe operazzjoni tal-Frontex;

14.  Jirrakkomanda li l-Frontex tistabbilixxi skadenza raġonevoli għall-preżentazzjoni ta' lment, u b'hekk tippermetti l-possibbiltà li lment jiġi ppreżentat wara t-tmiem ta' operazzjoni tal-Frontex; iqis li dan huwa ta' rilevanza partikolari għall-operazzjonijiet ta' ritorn; jirrakkomanda li l-Istati Membri jittrattaw l-ilmenti fi żmien raġonevoli f'konformità mar-regoli proċedurali nazzjonali;

Ilmenti kontra uffiċjali mistiedna

15.  Jirrikonoxxi li l-ilmenti potenzjali jistgħu jirreferu għall-kondotta ta' uffiċjali mistiedna li jaqgħu taħt l-awtorità partikolari ta' Stat Membru iżda li jkunu lebsin l-emblema tal-Frontex; jinnota li dawn l-uffiċjali jilbsu l-uniformi nazzjonali tagħhom stess filwaqt li jwettqu kompiti li mhux neċessarjament jinvolvu li jkollhom l-isem jew in-numru ta' identifikazzjoni viżibbli fuqhom; jinnota li filwaqt li l-uffiċjali mistiedna huma obbligati jkollhom dokument ta' akkreditazzjoni fuqhom, li dak li jkun joqgħod jitlob identifikazzjoni tista' tkun ostaklu biex iressaq ilment kontra uffiċjal; jirrakkomanda li l-persuni kollha li jaġixxu taħt l-emblema tal-Frontex ikollhom isem jew numru ta' identifikazzjoni jidher fuq l-uniformi tagħhom;

16.  Ifakkar li l-Frontex ma għandha l-ebda kompetenza biex tibda miżuri dixxiplinarji kontra persuni oħra minbarra l-membri tal-persunal tagħha stess u li, skont l-Artikolu 3(1a) tar-Regolament dwar il-Frontex, it-teħid ta' azzjoni dixxiplinarja jaqa' taħt il-kompetenza esklużiva tal-Istat Membru ta' oriġini;

17.  Jieħu nota li l-Istati Membri jittrattaw l-ilmenti kontra uffiċjali mistiedna b'modi differenti ħafna; huwa mħasseb dwar il-fatt li l-allegat ksur tad-drittijiet fundamentali jista' ma jkunx segwit b'mod effikaċi minn xi Stati Membri; jistieden lill-Frontex u lill-Istati Membri jikkooperaw mill-qrib u jikkondividu l-aħjar prattiki biex jiġi żgurat is-segwitu xieraq ta' lmenti kontra uffiċjali mistiedna;

18.  Jirrakkomanda li l-uffiċċju tal-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali jittrasferixxi lment kontra uffiċjal mistieden permezz ta' sistema definita sew ta' riferiment lill-awtorità nazzjonali kompetenti; jirrakkomanda li din is-sistema tinkludi mekkaniżmu ta' appell għal każijiet fejn talba tkun meqjusa inammissibbli jew miċħuda; iqis li huwa kruċjali li jiġu involuti ombudsmen nazzjonali jew kwalunkwe korp rilevanti ieħor kompetenti għad-drittijiet fundamentali li jkollu s-setgħa li jinvestiga uffiċjali u awtoritajiet nazzjonali, billi l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali m'għandux id-dritt li jagħmel dan; jenfasizza l-ħtieġa li l-Frontex tikkoopera ma' korpi nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll ma' awtoritajiet tal-fruntieri nazzjonali;

19.  Jirrakkomanda li jkun obbligatorju li kemm il-persunal tal-Frontex kif ukoll l-uffiċjali mistiedna qabel ma jingħaqdu ma' operazzjoni tal-Frontex isegwu taħriġ ibbażat fuq il-ġeneru, b'mod partikolari sabiex issir sensibilizzazzjoni dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vulnerabbiltà tan-nisa migranti;

20.  Huwa tal-fehma li l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu, f'kooperazzjoni mill-qrib mad-diviżjoni operazzjonali rilevanti tal-Frontex, jikkontribwixxi għal investigazzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali billi jipprovdi informazzjoni ulterjuri dwar l-inċident, jekk dan ikun xieraq;

21.  Jenfasizza li l-Frontex għandha ssegwi l-ilmenti mill-qrib billi formalment titlob feedback mill-Istat Membru rispettiv, u, jekk ikun meħtieġ, billi tibgħat ittra ta' twissija fejn tfakkar l-azzjoni possibbli li l-Frontex tista' tieħu jekk tibqa' ma tirċievi l-ebda segwitu għall-ittra kkonċernata; ifakkar li l-Frontex għandha d-dritt li tirċievi informazzjoni dwar il-ksur tad-drittijiet fundamentali minn uffiċjali mistiedna fil-kuntest tal-obbligu tagħha li tissorvelja r-rispett għad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet kollha tagħha; jirrakkomanda li l-Frontex tikkoopera mill-qrib mhux biss mal-awtoritajiet nazzjonali tal-fruntieri iżda l-ewwel u qabel kollox mall-korpi nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;

22.  Jirrakkomanda li l-ilmentatur jingħata ġustifikazzjoni mill-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali, inklużi d-dettalji ta' kuntatt tal-awtorità nazzjonali responsabbli, jekk il-Frontex ma tagħti bidu għal ebda proċedura ta' segwitu;

23.  Ifakkar li l-Proċedura Dixxiplinarja tal-Frontex tista' tapplika wkoll għal uffiċjali mistiedna sekondati u esperti nazzjonali sekondati jekk l-Istat Membru kkonċernat jaqbel; ifakkar li l-Frontex tista' titlob lill-Istat Membru jneħħi minnufih lill-uffiċjal mistieden jew lill-espert nazzjonali sekondat ikkonċernat mill-attività tal-Frontex jekk l-Istat Membru ma jippermettix li titwettaq il-proċedura dixxiplinarja, u, jekk ikun meħtieġ, ineħħi lill-persuna mill-grupp ta' uffiċjali mistiedna;

24.  Jistieden lid-Direttur Eżekuttiv tal-Frontex jikkunsidra l-esklużjoni ta' kull uffiċjal li jkun instab li kiser id-drittijiet fundamentali huwa u jieħu sehem fi kwalunkwe operazzjoni jew proġett pilota tal-Frontex; jenfasizza li dan għandu japplika wkoll għall-uffiċjali nazzjonali tal-pajjiżi sħab li jkunu qegħdin jieħdu sehem fl-operazzjonijiet tal-Frontex bħala parti minn arranġament ta' ħidma;

25.  Iqis li għandha tiġi eżaminata l-possibbiltà li jiġi rtirat l-appoġġ finanzjarju mill-Istati Membri jew li Stat Membru jiġi sospiż minn operazzjonijiet konġunti f'każ ta' ksur serju tad-drittijiet fundamentali; jemmen, barra minn hekk, li f'każ ta' ksur serju jew persistenti tad-drittijiet fundamentali għandu jiġi deċiż li l-operazzjoni tiġi sospiża jew mitmuma, mingħajr preġudizzju għas-salvataġġ tal-ħajjiet;

26.  Iqis li għandhom jiġu stabbiliti kriterji ċari dwar meta l-operazzjonijiet tal-Frontex għandhom jintemmu fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Forum Konsultattiv, tal-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali u atturi u NGOs rilevanti oħra bħall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR) jew l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM);

27.  Jenfasizza li ma għandux jitqies li mekkaniżmu għall-ilmenti individwali jagħti xi drittijiet addizzjonali ta' aċċess għall-ġustizzja kriminali lill-persuni li jressqu lment; ifakkar li l-investigazzjonijiet kriminali jridu jitwettqu mill-Istat Membru fejn iseħħu l-operazzjonijiet;

Kunsiderazzjonijiet ġenerali

28.  Huwa tal-fehma li mekkaniżmu għall-ilmenti individwali jista' jkun effikaċi biss jekk l-ilmentaturi, kif ukoll l-uffiċjali li jieħdu sehem fl-operazzjonijiet tal-Frontex, ikunu infurmati bid-dritt tal-individwi li jressqu lment permezz ta' kampanja ta' informazzjoni effikaċi u sensittiva għall-kwistjonijiet relatati mal-ġeneru, fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE kif ukoll fil-lingwi li l-persuni li jfittxu asil u l-migranti jifhmu jew li huwa raġonevolment mistenni li jifhmu; jemmen li għandu jkun possibbli li l-għadd ta' lmenti potenzjalment inammissibbli jiġi limitat b'mod sostanzjali permezz ta' tali kampanja ta' informazzjoni kif ukoll permezz ta' kontroll ta' ammissibbiltà strutturat sew; jinnota li l-persuni rimpatrijati għandhom jiġu infurmati bid-drittijiet tagħhom, inkluż id-dritt li jressqu lment, qabel l-operazzjoni ta' ritorn;

29.  Iqis li l-mekkaniżmu għall-ilmenti individwali għandu jkun kemm effiċjenti kif ukoll trasparenti; jenfasizza li l-Uffiċċju għad-Drittijiet Fundamentali jeħtieġlu jkollu t-tagħmir u l-persunal adegwat biex jittratta l-ilmenti li jirċievi, u jappella biex jingħataw riżorsi addizzjonali għal dan il-għan;

30.   Iqis li d-deskrizzjoni tal-kompiti assenjati lill-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali hija limitata wisq u mhijiex preċiża biżżejjed fil-kliem użat; jinnota li bħalissa l-kompiti tal-Uffiċjal huma deskritti biss fl-avviż ta' post battal; jissuġġerixxi li jiġu inklużi dispożizzjonijiet dwar il-kompiti tal-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali fir-rieżami li ġej tar-Regolament dwar il-Frontex;

31.   Iqis li sabiex il-Frontex ittejjeb it-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-effikaċja tagħha filwaqt li tippermetti investigazzjoni dettaljata tal-ilmenti individwali, l-użu tal-fondi mill-Frontex għandu jkun irrapportat b'mod regolari lill-Parlament u ppublikat fuq is-sit web tal-Frontex;

32.  Jilqa' r-rieda tal-Ombudsman Ewropew, tal-membri tan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen b'kompetenza fil-qasam tad-drittijiet fundamentali u tal-Forum Konsultattiv tal-Frontex li jappoġġaw lill-Frontex fl-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta' mekkaniżmu għall-ilmenti individwali; jistieden lill-Frontex issegwi l-prattika tajba ta' korpi Ewropej oħra, bħall-Bank Ewropew tal-Investiment, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Ombudsman Ewropew;

33.  Jirrakkomanda lill-Frontex u lill-Ombudsman Ewropew jistabbilixxu kooperazzjoni mill-qrib sabiex itejbu l-protezzjoni tal-individwi minn każijiet possibbli ta' amministrazzjoni ħażina fir-rigward tal-attivitajiet tal-Frontex, inkluż meta l-Aġenzija topera lil hinn mill-fruntieri esterni tal-UE permezz ta' arranġamenti ta' ħidma;

34.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-pajjiżi sħab li kkonkludew arranġamenti ta' ħidma mal-Frontex jikkooperaw b'mod effiċjenti mal-Aġenzija sabiex jiġi żgurat li l-mekkaniżmu għall-ilmenti jiffunzjona bla xkiel; jinkoraġġixxi lill-Frontex tipprovdi assistenza teknika lill-Istati Membri u lill-pajjiżi terzi kkonċernati sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tal-mekkaniżmu;

35.  Jissottolinja l-ħtieġa li tingħata protezzjoni speċjali lill-minorenni mhux akkumpanjati, lin-nisa li huma vittmi ta' persekuzzjoni bbażata fuq il-ġeneru, lill-persuni LGBTI u lil gruppi vulnerabbli oħra; jirrakkomanda li, fejn ikun xieraq, il-Frontex tikkonsulta mal-aġenziji rilevanti tal-UE għal dan il-għan;

36.  Jistieden lill-Frontex tipprovdi informazzjoni aċċessibbli għall-pubbliku dwar il-mekkaniżmu għall-ilmenti fil-kuntest tar-rapport ġenerali annwali tagħha; jirrakkomanda li l-Frontex tindika l-għadd ta' lmenti li tirċievi, it-tipi ta' ksur tad-drittijiet fundamentali, l-operazzjoni tal-Frontex ikkonċernata u l-miżuri ta' segwitu li tkun ħadet; jinnota li din l-informazzjoni għandha tgħin lill-Frontex tidentifika n-nuqqasijiet possibbli u ttejjeb il-metodi ta' ħidma tagħha;

37.  Jirrakkomanda l-inklużjoni ta' dispożizzjonijiet dwar il-mekkaniżmu għall-ilmenti individwali fir-rieżami li jmiss tar-Regolament dwar il-Frontex;

38.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Ombudsman Ewropew, lill-parlamenti nazzjonali u lill-Frontex.

ANNEX: LETTER FROM THE SUBCOMMITTEE ON HUMAN RIGHTS

DG EXPO-DROI D(2015)53762

Mr Claude Moraes

Chair of the Committee on Civil Liberties, Justice and Home Affairs

ASP 13G205

Ms Cecilia Wikström

Chair of the Committee on Petitions

ASP 08G201

Subject:  Subject: Joint LIBE/PETI Report on the Special Report of the European Ombudsman in own-initiative inquiry OI/5/2102/BEH-MHZ concerning Frontex (2014/2215(INI))

Dear Chairs,

Human rights, democracy and the rule of law are issues central to the Lisbon Treaty and a declared objective of the Common Foreign and Security Policy (CFSP). A human rights-based approach to EU migration policy is key to achieving this objective, while addressing the root causes of migration such as poverty, war and grave human rights violations in countries of origin and transit should be a priority.

The protection of the human rights of migrants/refugees/asylum seekers must be respected without discrimination, independently of their administrative status and circumstances. Human rights are not something reserved exclusively for registered citizens of a country.

Due to time and procedural constraints the Subcommittee on Human Rights is not able to deliver a formal opinion on the above Report, which we believe adequately covers most of the pressing issues. On behalf of the Subcommittee we would, however, like to offer a few comments for your consideration and highlight some of our concerns.

1. The Subcommittee on Human Rights (DROI) welcomes the Special Report of the European Ombudsman in own-initiative inquiry OI/5/2102/BEH-MHZ concerning Frontex which includes the recommendation that an individual complaints mechanism be set up and implemented.

2. The role of Frontex goes well beyond border control and migration management: saving lives must be part and parcel of its mission. Frontex activities have many human rights implications, particularly when intercepting irregular migrants, asylum seekers and refugees at borders or at sea, and DROI recommends that further provisions to address these issues be included in the review of the Frontex Regulation.

…/…

3. DROI acknowledges Frontex's support to Member States in coordinating the influx of migrants at the EU's external borders during the current migration crisis. We also welcome the actions and measures taken by Frontex to draw up a Fundamental Rights Strategy, appoint a Fundamental Rights Officer and establish a Consultative Forum on fundamental rights. Frontex, like all EU agencies, is indeed bound by the provisions of the Charter of Fundamental Rights and other relevant EU laws and must assume its responsibility with respect to human rights in joint operations.

4. The complexity of the relations and responsibilities between Member States, migration officers, the host Member State border officers and Frontex's personnel does not facilitate the implementation of a mechanism for complaints in the case of violations of the human rights of migrants. This situation should be clarified in accordance with relevant Union law and obligations related to access to the international protection of fundamental rights. The scope of Frontex's accountability should be better defined to ensure this specific responsibility while also taking account of the principle of subsidiarity.

5. The revised Frontex Regulation should include a mandatory requirement for all Frontex operations to be reported on to EU institutions from the perspective of compliance with international provisions with regard to the situation of persons in need of international protection. Incidents during operations should be duly documented, and we commend the setting-up of an incident reporting system by Frontex. Member States and the European Commission should provide Frontex with the necessary additional resources for handling the complaints received and also increase the independence, means and powers of the Fundamental Rights Officer.

We trust you will be able to take these points into account in your overall considerations and include them in the motion for a resolution.

Yours sincerely,

Elmar Brok              Elena Valenciano

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI

FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

23.11.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

62

11

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marina Albiol Guzmán, Martina Anderson, Beatriz Becerra Basterrechea, Malin Björk, Michał Boni, Caterina Chinnici, Pál Csáky, Miriam Dalli, Cornelia Ernst, Rosa Estaràs Ferragut, Eleonora Evi, Tanja Fajon, Laura Ferrara, Monika Flašíková Beňová, Lorenzo Fontana, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sylvie Goddyn, Ana Gomes, Daniel Hannan, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Iliana Iotova, Peter Jahr, Eva Joly, Timothy Kirkhope, Jude Kirton-Darling, Barbara Kudrycka, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Vicky Maeijer, Edouard Martin, Barbara Matera, Roberta Metsola, Louis Michel, József Nagy, Péter Niedermüller, Julia Pitera, Gabriele Preuß, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Helga Stevens, Yana Toom, Traian Ungureanu, Marie-Christine Vergiat, Harald Vilimsky, Udo Voigt, Jarosław Wałęsa, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tatjana Ždanoka, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Daniel Dalton, Elisabetta Gardini, Michela Giuffrida, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Petra Kammerevert, Ska Keller, Kostadinka Kuneva, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Angelika Mlinar, Victor Negrescu, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Demetris Papadakis, Salvatore Domenico Pogliese, Josep-Maria Terricabras, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

David Casa, Birgit Collin-Langen, Jude Kirton-Darling, Dieter-Lebrecht Koch, Angelika Niebler, Igor Šoltes