RAPPORT dwar il-proroga tal-mandat tal-President tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA)
1.12.2015 - (C8-0313/2015 – 2015/0903(NLE))
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Roberto Gualtieri
PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proroga tal-mandat tal-President tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA)
(C8-0313/2015 – 2015/0903(NLE))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) tat-8 ta' Settembru 2015 biex jiġi estiż il-mandat tal-President tal-EBA b'ħames snin oħra (C8-0313/2015),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48(4) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE[1],
– wara li kkunsidra r-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0347/2015),
A. billi l-ewwel President tal-EBA ġie maħtur mill-Bord tas-Superviżuri tal-EBA fl-2011, wara proċedura tal-għażla miftuħa, għal mandat ta' ħames snin, f'konformità mal-Artikolu 48(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010;
B. billi l-Artikolu 48(4) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 jipprovdi li l-Bord tas-Superviżuri tal-EBA, fid-dawl tal-valutazzjoni riferuta f'dik id-dispożizzjoni, jista' jestendi għal darba l-mandat tal-President tal-EBA, soġġett għal konferma mill-Parlament Ewropew;
C. billi, fit-8 ta' Settembru 2015, il-Bord tas-Superviżuri tal-EBA ppropona l-estensjoni tal-mandat ta' Andrea Enria, il-President fil-kariga tal-EBA, b'ħames snin oħra, u informa lill-Parlament Ewropew kif xieraq;
D. billi, fis-17 ta' Novembru 2015, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji organizza seduta ta' smigħ ma' Andrea Enria, il-President fil-kariga tal-EBA, li fiha huwa għamel dikjarazzjoni tal-ftuħ u mbagħad wieġeb il-mistoqsijiet li sarulu mill-membri tal-Kumitat;
1. Japprova l-proposta għall-estensjoni tal-mandat ta' Andrea Enria bħala President tal-EBA b'ħames snin oħra;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-EBA u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
Data tal-adozzjoni |
1.12.2015 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
41 4 7 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Burkhard Balz, Pervenche Berès, Udo Bullmann, Esther de Lange, Fabio De Masi, Anneliese Dodds, Markus Ferber, Jonás Fernández, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Petr Ježek, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Werner Langen, Sander Loones, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Costas Mavrides, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Dimitrios Papadimoulis, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Pirkko Ruohonen-Lerner, Alfred Sant, Molly Scott Cato, Peter Simon, Renato Soru, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Cora van Nieuwenhuizen, Jakob von Weizsäcker, Marco Zanni, Sotirios Zarianopoulos |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Enrique Calvet Chambon, Philippe De Backer, Ashley Fox, Ildikó Gáll-Pelcz, Verónica Lope Fontagné, Paloma López Bermejo, Thomas Mann, Alessia Maria Mosca |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Agnes Jongerius, Igor Šoltes |
||||
- [1] ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.