RAPPORT dwar il-proroga tal-mandat tal-President tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA)

2.12.2015 - (C8-0314/2015 – 2015/0904(NLE))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Roberto Gualtieri

Proċedura : 2015/0904(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0348/2015
Testi mressqa :
A8-0348/2015
Dibattiti :
Testi adottati :

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proroga tal-mandat tal-President tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA)

(C8-0314/2015 – 2015/0904(NLE))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) tat-30 ta' Settembru 2015 biex jiġi estiż il-mandat tal-President tal-EIOPA b'ħames snin oħra (C8-0314/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48(4) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE[1],

–  wara li kkunsidra r-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0348/2015),

A.  billi l-ewwel President tal-EIOPA ġie maħtur mill-Bord tas-Superviżuri tal-EIOPA fl-2011, wara proċedura tal-għażla miftuħa, għal mandat ta' ħames snin, f'konformità mal-Artikolu 48(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010;

B.  billi l-Artikolu 48(4) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 jipprovdi li l-Bord tas-Superviżuri tal-EIOPA, fid-dawl tal-valutazzjoni riferuta f'dik id-dispożizzjoni, jista' jestendi għal darba l-mandat tal-President tal-EIOPA, soġġett għal konferma mill-Parlament Ewropew;

C.  billi, fit-30 ta' Settembru 2015, il-Bord tas-Superviżuri tal-EIOPA ppropona l-estensjoni tal-mandat ta' Gabriel Bernardino, il-President fil-kariga tal-EIOPA, b'ħames snin oħra, u informa lill-Parlament Ewropew kif xieraq;

D.  billi, fis-17 ta' Novembru 2015, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji organizza seduta ta' smigħ ma' Gabriel Bernardino, il-President fil-kariga tal-EIOPA, li fiha huwa għamel dikjarazzjoni tal-ftuħ u mbagħad wieġeb il-mistoqsijiet li sarulu mill-membri tal-Kumitat;

1.  Japprova l-proposta għall-estensjoni tal-mandat ta' Gabriel Bernardino bħala President tal-EIOPA b'ħames snin oħra;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-EIOPA u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

1.12.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

6

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Pervenche Berès, Udo Bullmann, Esther de Lange, Fabio De Masi, Anneliese Dodds, Markus Ferber, Jonás Fernández, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Petr Ježek, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Werner Langen, Sander Loones, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Costas Mavrides, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Dimitrios Papadimoulis, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Pirkko Ruohonen-Lerner, Alfred Sant, Molly Scott Cato, Peter Simon, Renato Soru, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Cora van Nieuwenhuizen, Jakob von Weizsäcker, Marco Zanni, Sotirios Zarianopoulos

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Enrique Calvet Chambon, Philippe De Backer, Ashley Fox, Ildikó Gáll-Pelcz, Verónica Lope Fontagné, Paloma López Bermejo, Thomas Mann, Alessia Maria Mosca

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Agnes Jongerius, Igor Šoltes

  • [1]  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.