RAPPORT dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Strateġika fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu bejn l-Emirati Għarab Magħquda u l-Europol
3.12.2015 - (10510/2015 – C8-0275/2015 – 2015/0809(CNS)) - *
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Alessandra Mussolini
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Strateġika fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu bejn l-Emirati Għarab Magħquda u l-Europol
(10510/2015 – C8-0275/2015 – 2015/0809(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (10510/2015),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, skont liema Artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0275/2015),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 23(2) tagħha,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/934/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tadotta r-regoli implimentattivi li jirregolaw ir-relazzjonijiet tal-Europol mal-imsieħba, inkluż l-iskambju ta' data personali u informazzjoni kklassifikata[2], u b'mod partikolari l-Artikoli 5 u 6 tagħha,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/935/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tiddetermina l-lista ta' Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom il-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet[3],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0351/2015),
1. Japprova l-abbozz tal-Kunsill;
2. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;
4. Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta, wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament il-ġdid dwar il-Europol (2013/0091(COD)), id-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-ftehim ta' kooperazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament u lill-Kunsill dwar ir-riżultat ta' din il-valutazzjoni u, jekk xieraq, tressaq rakkomandazzjoni għal awtorizzazzjoni biex tinfetaħ rinegozjazzjoni internazzjonali tal-ftehim;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Europol.
NOTA SPJEGATTIVA
Skont l-Artikolu 23(2) tad-deċiżjoni attwali tal-Kunsill dwar il-Europol (Deċiżjoni 2009/371/ĠAI), huwa kompitu tal-Kunsill li japprova l-konklużjoni ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni internazzjonali ma' Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, wara li jkun ikkonsulta lill-Parlament Ewropew. Tali ftehimiet jistgħu jikkonċernaw l-iskambju ta' informazzjoni operazzjonali, strateġika, teknika jew ikklassifikata. Il-ftehim ta' kooperazzjoni operattiva jinkludi wkoll l-iskambju ta' data personali.
Din il-proposta tikkonċerna l-approvazzjoni proposta ta' ftehim ta' kooperazzjoni strateġika bejn il-Europol u l-Emirati Għarab Magħquda. Tali ftehim strateġiku jeskludi l-iskambju ta' data personali u, għaldaqstant, il-kwistjoni tal-protezzjoni tad-data mhijiex rilevanti f'dan il-każ. L-informazzjoni skambjata tista' tinkludi għarfien speċjalizzat, rapporti dwar is-sitwazzjoni ġenerali, riżultati ta' analiżi strateġika, informazzjoni dwar proċeduri ta' investigazzjoni kriminali, informazzjoni dwar metodi ta' prevenzjoni tal-kriminalità, attivitajiet ta' taħriġ, u l-għoti ta' pariri u appoġġ f'investigazzjonijiet kriminali individwali.
Jidher li jeżistu ħtiġijiet operattivi ċari li l-Europol jikkoopera mal-Emirati Għarab Magħquda. Skont l-Europol, l-Emirati Għarab Magħquda qed isiru dejjem aktar rilevanti fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata peress li dak il-pajjiż qiegħed isir ċentru dejjem akbar għall-kriminalità ekonomika u finanzjarja. Ir-rikavati mill-attivitajiet kriminali, bħalma huma l-frodi tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT), il-frodi Intra-Komunitarja b'Negozjant Nieqes (MTIC) u l-Ħasil tal-Flus ġew investiti mill-ġdid fl-Emirati Għarab Magħquda u l-kriminali ewlenin involuti f'din il-frodi fittxew kenn hemmhekk.
Ir-rapporteur tappoġġa l-konklużjoni tal-ftehim ta' kooperazzjoni strateġika mal-Emirati Għarab Magħquda, peress li dan ikun jgħin u jsaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi finanzjarja u jkun jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tal-investigazzjoni finanzjarja u kwistjonijiet kriminali rilevanti oħra.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Kooperazzjoni strateġika fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu bejn l-Emirati Għarab Magħquda u l-Europol |
||||
Referenzi |
10510/2015 – C8-0275/2015 – 2015/0809(CNS) |
||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
18.9.2015 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
LIBE 5.10.2015 |
|
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFET 5.10.2015 |
|
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
AFET 13.10.2015 |
|
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Alessandra Mussolini 10.11.2015 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
10.11.2015 |
30.11.2015 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
30.11.2015 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
37 15 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Jan Philipp Albrecht, Michał Boni, Ignazio Corrao, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Sophia in ‘t Veld, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Barbara Kudrycka, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Roberta Metsola, Louis Michel, Claude Moraes, Alessandra Mussolini, József Nagy, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Helga Stevens, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Harald Vilimsky, Udo Voigt, Beatrix von Storch, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Carlos Coelho, Anna Hedh, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Marek Jurek, Ska Keller, Miltiadis Kyrkos, Jeroen Lenaers, Nuno Melo, Emilian Pavel, Morten Helveg Petersen, Barbara Spinelli, Axel Voss |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jens Geier, Gabriele Preuß, Marco Zanni |
||||
Data tat-tressiq |
3.12.2015 |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
37 |
+ |
|
ECR |
Jussi Halla-aho, Marek Jurek, Branislav Škripek, Helga Stevens, Beatrix von Storch |
|
EFDD |
Kristina Winberg |
|
PPE |
Michał Boni, Carlos Coelho, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Barbara Kudrycka, Jeroen Lenaers, Nuno Melo, Roberta Metsola, Alessandra Mussolini, József Nagy, Csaba Sógor, Axel Voss, Tomáš Zdechovský |
|
S&D |
Jens Geier, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Miltiadis Kyrkos, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Claude Moraes, Emilian Pavel, Soraya Post, Gabriele Preuß, Birgit Sippel, Josef Weidenholzer |
|
15 |
- |
|
ALDE |
Nathalie Griesbeck, Sophia in 't Veld, Louis Michel, Morten Helveg Petersen, Cecilia Wikström |
|
EFDD |
Ignazio Corrao, Marco Zanni |
|
ENF |
Harald Vilimsky |
|
GUE/NGL |
Barbara Spinelli, Marie-Christine Vergiat |
|
NI |
Udo Voigt |
|
VERTS/ALE |
Jan Philipp Albrecht, Ska Keller, Judith Sargentini, Bodil Valero |
|
0 |
0 |
|
|
|
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjonijiet