dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mekkaniżmu ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni li jipprovdi għal sospensjoni temporanja ta' preferenzi tariffarji tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mekkaniżmu ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni li jipprovdi għal sospensjoni temporanja ta' preferenzi tariffarji tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2015)0155),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0091/2015),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċeduri tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0365/2015),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Article 3 – paragraph 1 a (new)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1a. Ir-rapport għandu jinkludi, inter alia, informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu kontra ċ-ċirkomvenzjoni.
NOTA SPJEGATTIVA
Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Georgia jinkludi l-hekk imsejjaħ mekkaniżmu kontra ċ-ċirkomvenzjoni, li jipprevedi l-possibbiltà li tiġi introdotta mill-ġdid ir-rata tad-dazju doganali ta' 'nazzjon l-aktar iffavorit' meta l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti agrikoli mill-Georgia jaqbżu ċertu limitu mingħajr ġustifikazzjoni xierqa tal-oriġini eżatta tagħhom. Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill huwa neċessarju sabiex jiġi stabbilit fil-leġiżlazzjoni interna tal-UE l-istrument meħtieġ biex ikun jista' jiġi applikat il-mekkaniżmu kontra ċ-ċirkomvenzjoni.
Għall-importazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness II-C għall-Ftehim, li huma soġġetti għall-mekkaniżmu kontra ċ-ċirkomvenzjoni msemmi fl-Artikolu 27 tal-Ftehim, qed jiġi stabbilit volum medju annwali ta' importazzjoni. Għal raġunijiet ta' urġenza imperattiva debitament iġġustifikati u relatati mal-volum tal-importazzjonijiet ta' kategorija jew kategoriji ta' prodotti li jilħqu l-volum indikat fl-Anness II-C għal dan il-Ftehim fi kwalunkwe sena mill-1 ta' Jannar, u sakemm ma tkunx irċeviet ġustifikazzjoni valida mill-Georgia, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni immedjatament applikabbli f'konformità mal-proċedura msemmija fir-Regolament propost. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li jew tissospendi temporanjament id-dazju preferenzjali applikat għall-prodott(i) kkonċernat(i) jew tiddetermina li tali sospensjoni mhijiex xierqa. Is-sospensjoni temporanja tad-dazju preferenzjali għandha tkun applikabbli għal perjodu massimu ta' sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni dwar is-sospensjoni tad-dazju preferenzjali.
Ir-rapporteur ifakkar li r-Regolament propost isarraf fil-prattika d-dispożizzjonijiet rispettivi tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Georgia li l-Parlament Ewropew ta l-kunsens tiegħu għalih fit-18 ta' Diċembru 2015. L-adozzjoni tar-Regolament propost hija meħtieġa biex jiġu infurzati l-obbligi tal-Georgia li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni stabbiliti fil-Ftehim sabiex, jekk ikun hemm bżonn. jiġu protetti l-produtturi tal-UE.
Ir-rapporteur jilqa' wkoll l-obbligu ta' rappurtar tal-Kummissjoni stabbilit fil-proposta, skont liema l-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-koleġiżlaturi u sussegwentement tippubblika rapport annwali dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Il-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc mal-kumitat reponsabbli tiegħu biex tippreżenta u tispjega kwalunkwe kwistjoni relatata mal-implimentazzjoni tal-Ftehim. Ir-rapporteur huwa tal-fehma li dan ir-rappurtar se jikkontribwixxi għal skrutinju parlamentari tal-implimentazzjoni tal-politika kummerċjali komuni mill-Kummissjoni u wkoll għal trasparenza akbar tagħha.
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, ir-rapporteur jipproponi li l-Parlament Ewropew japprova l-proposta tal-Kummissjoni mingħajr emendi.
14.10.2015
OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-implimentazzjoni ta' mekkaniżmu kontra ċ-ċirkomvenzjoni li jipprevedi sospensjoni temporanja ta' preferenzi tariffarji tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Georgia, min-naħa l-oħra
Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea (UE) u l-Georgia ("il-Ftehim") ġie ffirmat fis-27 ta' Ġunju 2014, ingħata l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew fit-18 ta' Diċembru 2014 u ġie applikat b'mod proviżorju mill-1 ta' Settembru 2014.
Il-Ftehim jintroduċi reġim ta' kummerċ preferenzjali ambizzjuż bejn iż-żewġ partijiet, magħruf bħala Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA). Dan kien ġie innegozjat skont l-istess approċċ bħal fin-negozjati li saru simultanjament ma' pajjiżi oħrajn tar-reġjun, bħall-Moldova u l-Armenja (din tal-aħħar abbandunat l-idea li tiffirma tali ftehim mal-UE u minflok iffirmat ftehim kummerċjali mar-Russja).
L-UE bħalissa hija s-sieħba kummerċjali ewlenija tal-Georgia. Fil-preżent, 27,2 % tal-kummerċ tagħha qed isir mal-UE (u mal-ġirien tagħha t-Turkija u l-Ażerbajġan fit-tieni u t-tielet post rispettivament). Min-naħa l-oħra, il-kummerċ mal-Georgia jammonta għal 0,1 % tal-kummerċ globali tal-UE, b'valur totali ta' EUR 2,6 biljun fl-2014. F'termini ta' prodotti agrikoli, il-prodotti prinċipali importati fl-UE mill-Georgia jikkonsistu f'ġellewż frisk jew imnixxef, ilmijiet minerali u nbid. L-UE tesporta l-aktar lejn il-Georgia prodotti agrikoli proċessati (bħal spirti u preparazzjonijiet tal-ikel) kif ukoll prodotti magħmula mill-ħalib.
It-tabella ta' hawn taħt fiha data statistika dwar l-importazzjoni ta' prodotti agrikoli tal-UE mill-Georgia fl-2009-2014.
IMPORTAZZJONIJIET TAL-UE 28 MILL-GEORGIA
x 1.000.000 €
2009
2010
2011
2012
2013
2014
Il-medja għall-perjodu 2009-2014
PRODOTTI AGRIKOLI [miljun EUR]
41
49
80
70
102
130
79
PRODOTTI AGRIKOLI PROĊESSATI [miljun EUR]
5
9
9
18
21
25
15
PRODOTTI AGRIKOLI KOLLHA [miljun EUR]
46
58
89
88
123
155
93
PRODOTTI AGRIKOLI PROĊESSATI / PRODOTTI AGRIKOLI KOLLHA
11,6%
15,7%
10,1%
20,4%
17,4%
16,2%
15,7%
TOTAL PRODOTTI BAŻIĊI KOLLHA [miljun EUR]
509
556
581
559
639
631
579
PRODOTTI AGRIKOLI KOLLHA PRODOTTI / TOTAL TAL-PRODOTTI BAŻIĊI KOLLHA
9,0%
10,4%
15,4%
15,8%
19,2%
24,5%
16,1%
Il-Ftehim fl-Artikolu 27a jinkludi l-hekk imsejjaħ "mekkaniżmu kontra ċ-ċirkomvenzjoni", li jipprevedi l-possibilità li tiġi introdotta mill-ġdid ir-rata ta' dazju doganali tan-nazzjon l-aktar iffavorit (MFN) meta l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti agrikoli u prodotti agrikoli proċessati li joriġinaw mill-Georgia (elenkati fl-Anness II-C) jeċċedu ċertu livell (il-volum annwali medju tal-importazzjonijiet) mingħajr ġustifikazzjoni xierqa tal-oriġini eżatti tagħhom.
L-Anness II-C tal-Ftehim jelenka oġġetti speċifikati inklużi f'dawn il-kategoriji tal-prodotti u l-volumi tal-iskattar rispettivi tagħhom (f'tunnellati): ċanga, majjal u laħam tan-nagħaġ (4 400 t), laħam tat-tjur (550 t), prodotti magħmula mill-ħalib (1 650 t), bajd fil-qoxra (6 000 t), bajd u albumini (330 t), faqqiegħ (220 t), ċereali (200 000 t), xgħir u glutina tal-qamħ (330 t), lamti (550 t), zokkrijiet (8 000 t), granza, frak iebes u fdalijiet oħra (2 200 t), qamħirrum ħelu (1 500 t), zokkor proċessat (6 000 t), ċereali proċessati (3 300 t) u sigaretti (500 t).
Skont l-informazzjoni disponibbli, l-ebda importazzjoni taħt il-mekkaniżmu kontra ċ-ċirkomvjenzjoni ma kienet 'il fuq minn tunnellata la fl-2014 u lanqas fis-sena attwali s'issa. Fl-2015, s'issa, il-proporzjonijiet ta' eżekuzzjoni għal importazzjonijiet tal-Unjoni mill-Georgia skont il-mekkaniżmu kontra ċ-ċirkomvenzjoni huma anqas minn 1 % għall-kategoriji kollha tal-prodotti.
Madankollu, l-inklużjoni ta' "klawżola ta' ċirkomvenzjoni" hija meħtieġa biex jiġu evitati importazzjonijiet fl-Unjoni ta' prodotti mhux Georgjani iżda mill-Georgia waqt li jużaw il-vantaġġi tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim u b'mod partikolari sabiex jevitaw li pajjiżi li għandhom ftehimiet bilaterali ta' kummerċ ħieles mal-Georgia, pereżempju t-Turkija u pajjiżi EUROPMED, jużaw il-Ftehim mal-Unjoni sabiex jevitaw ir-rekwiżiti tar-"regoli ta' oriġini". Din il-klawsola sservi wkoll bħala mekkaniżmu għall-protezzjoni ta' produtturi Georgjani minn dan l-użu ħażin potenzjali u minn kompetizzjoni bla preċedent minn produtturi mhux Georgjani.
Ir-rapporteur jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni, billi tikkonċerna l-inklużjoni fil-liġi tal-Unjoni tal-partijiet rilevanti tat-test negozjat tal-Ftehim u tistabbilixxi l-proċeduri li jiggarantixxu l-applikazzjoni effettiva tagħha, sabiex jiġi evitat xi impatt negattiv possibbli fuq is-suq tal-Unjoni.
******
Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jikkunsidra din l-emenda:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 8
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(8) Sabiex jiġi evitat impatt negattiv fuq il-qagħda tas-suq tal-Unjoni bħala riżultat ta' żieda fl-importazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha wkoll tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli minnufih, f'każijiet ġustifikati kif xieraq għas-sospensjoni temporanja tat-tariffi preferenzjarji skont il-mekkaniżmu ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni kif ipprovdut fil-Ftehim, jekk raġunijiet imperattivi ta' urġenza jitolbu li jsir hekk.
(8) Sabiex jiġi evitat impatt negattiv fuq il-qagħda tas-suq tal-Unjoni bħala riżultat ta' żieda fl-importazzjonijiet mill-Georgia tal-prodotti li jeċċedu l-volum indikat fl-Anness II-C tal-Ftehim, il-Kummissjoni għandha wkoll tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli minnufih, f'każijiet ġustifikati kif xieraq għas-sospensjoni temporanja tat-tariffi preferenzjarji skont il-mekkaniżmu ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni kif ipprovdut fil-Ftehim, jekk raġunijiet imperattivi ta' urġenza jitolbu li jsir hekk.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu
Il-mekkaniżmu ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni li jipprovdi għal sospensjoni temporanja ta' preferenzi tariffarji tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra
John Stuart Agnew, Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Richard Ashworth, Paul Brannen, Daniel Buda, Viorica Dăncilă, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Edouard Ferrand, Luke Ming Flanagan, Beata Gosiewska, Anja Hazekamp, Esther Herranz García, Jan Huitema, Peter Jahr, Jarosław Kalinowski, Zbigniew Kuźmiuk, Philippe Loiseau, Giulia Moi, Ulrike Müller, James Nicholson, Maria Noichl, Marijana Petir, Laurenţiu Rebega, Jens Rohde, Bronis Ropė, Jasenko Selimovic, Lidia Senra Rodríguez, Czesław Adam Siekierski, Marc Tarabella, Janusz Wojciechowski
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali
Ivan Jakovčić, Norbert Lins, Momchil Nekov, Stanislav Polčák
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu
Il-mekkaniżmu ta’ kontra ċ-ċirkomvenzjoni li jipprovdi għal sospensjoni temporanja ta’ preferenzi tariffarji tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra
David Borrelli, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Santiago Fisas Ayxelà, Karoline Graswander-Hainz, Ska Keller, Jude Kirton-Darling, Gabrielius Landsbergis, Bernd Lange, Emmanuel Maurel, Emma McClarkin, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Iuliu Winkler
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali
Klaus Buchner, Dita Charanzová, Nicola Danti, Sander Loones, Lola Sánchez Caldentey, Ramon Tremosa i Balcells, Marita Ulvskog, Wim van de Camp, Jarosław Wałęsa
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali
Edward Czesak, Eleonora Evi, Maurice Ponga, Flavio Zanonato