RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009
15.12.2015 - (COM(2015)0180 – C8-0118/2015 – 2015/0096(COD)) - ***I
Kumitat għas-Sajd
Rapporteur (għal opinjoni): Gabriel Mato
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009
(COM(2015)0180 – C8-0118/2015 – 2015/0096(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2015)0180),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0118/2015),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-1 ta' Lulju 2015[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0367/2015),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 3a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(3a) Il-pjan għall-irkupru jqis l-ispeċifiċitajiet ta' tipi differenti ta' rkaptu. Hija u timplimenta l-pjan ta' rkupru, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-attivitajiet ta' sajd mhux industrijali u lill-aktar irkapti sostenibbli u artiġjanali, bħan-nases tradizzjonali ("almadrabas", "tonnare"), li jikkontribwixxu b'mod pożittiv ħafna għall-bini mill-ġdid tal-istokkijiet tat-tonn, minħabba l-livell għoli ta' selettività u impatt ambjentali baxx fl-ekosistemi tal-baħar, u li huma ta' valur f'termini xjentifiċi. |
Ġustifikazzjoni | |
Irkapti artiġjanali, bħal nases tradizzjonali ("almadrabas") ikollhom impatt baxx ħafna fuq l-ekosistemi tal-baħar minħabba l-livell baxx ta' konsum ta' enerġija u qabdiet aċċidentali u, għaldaqstant, għandhom jingħataw attenzjoni speċjali. | |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 14 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(14) L-emendi kollha tal-pjan ta’ rkupru li l-ICCAT adottat fl-2012, fl-2013 u fl-2014 li għadhom ma ġewx trasposti fil-liġi tal-Unjoni jridu jiddaħħlu fiha. Minħabba li din it-traspożizzjoni tikkonċerna pjan li l-għanijiet u l-miżuri tiegħu ġew iddefiniti mill-ICCAT, dan ir-Regolament ma jkoprix il-kontenut kollu tal-pjanijiet multiannwali stabbiliti skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1. |
(14) L-emendi kollha tal-pjan għall-irkupru li l-ICCAT adottat fl-2006, fl-2012, fl-2013 u fl-2014 li għadhom ma ġewx trasposti jridu jiġu trasposti fil-liġi tal-Unjoni. Minħabba li din it-traspożizzjoni tikkonċerna pjan li l-għanijiet u l-miżuri tiegħu ġew iddefiniti mill-ICCAT, dan ir-Regolament ma jkoprix il-kontenut kollu tal-pjanijiet multiannwali stabbiliti skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1. |
|
____________ |
____________ |
|
1Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354/22, 28.12.2013, p. 1). |
1Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354/22, 28.12.2013, p. 22). |
Ġustifikazzjoni | |
It-terminu "traspost" huwa aktar preċiż minn "integrat". Il-proposta għandha l-għan li tittrasponi r-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT fid-dritt tal-Unjoni. | |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 15 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(15) Jeħtieġ li fid-dritt tal-Unjoni jiġu trasposti l-emendi vinkolanti futuri tal-pjan ta' rkupru. Sabiex it-tali emendi jiddaħħlu malajr fid-dritt tal-Unjoni, il-Kummissjoni Ewropea ("il-Kummissjoni") għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Hija u tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-dokumenti rilevanti jintbagħtu b'mod simultanju, fil-ħin u kif xieraq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
It-traspożizzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd għandha tibqa' kompetenza konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill skont il-proċedura ordinarja (kodeċiżjoni). | |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 15a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(15a) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jistabbilixxi l-kunċett ta' daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza, il-kunċett tal-ICCAT b'rabta mad-daqsijiet minimi għandu jiġi traspost fid-dritt tal-Unjoni bħala daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni. Konsegwentement, ir-referenzi fir-Regolament ta' Delega tal-Kunsill (UE) Nru 2015/981a għat-tonn għandhom jinqraw bħala referenzi għad-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni f'dan ir-Regolament. |
|
|
_______________ |
|
|
1aIr-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/98 tat-18 ta’ Novembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, skont il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku u tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (ĠU L 16, 23.01.2015). |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-Regolament Bażiku dwar il-PKS jintroduċi obbligu ta' ħatt l-art, fejn il-kunċett ta' daqs minimu, marbut mal-obbligu ta' skartar applikat sal-aħħar riforma, m'għadx għandu sens. | |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 17 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(17) Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jkunu japplikaw immedjatament f’każijiet iġġustifikati kif xieraq marbutin mal-attivitajiet ta’ trasferiment u ta’ tqegħid fil-gaġeġ u mar-reġistrazzjoni u r-rappurtar tal-attivitajiet tal-bastimenti u tat-tunnari, fejn ikun hemm raġunijiet importanti ħafna ta’ urġenza li jeżiġu hekk. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
L-espressjoni "f'każijiet iġġustifikati kif xieraq" hija vaga wisq biex tiġġustifika l-atti ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ, l-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku dwar il-PKS, li jistipula li l-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni "[għal] raġunijiet imperattivi, debitament ġustifikati, ta' urġenza relattivi għal theddida serja għall-konservazzjoni ta' riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jew għall-ekosistema tal-baħar li jkunu bbażati fuq evidenza", hawnhekk jibqa' applikabbli. | |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 24 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(24) Permezz tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, iddaħħal obbligu ta’ ħatt l-art li beda japplika mill-1 ta' Jannar 2015 'il quddiem għall-qabdiet tat-tonn. Madankollu, skont l-Artikolu 15(2) ta’ dak ir-Regolament, l-obbligu ta’ ħatt l-art huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, bħal dawk li ġejjin mir-Rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT. Skont din l-istess dispożizzjoni, il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati biex timplimenta t-tali obbligi internazzjonali fid-dritt tal-Unjoni, fosthom, b'mod partikulari, d-derogi mill-obbligu tal-ħatt l-art. Għalhekk, għandu jitħalla jiġi skartat it-tonn f’ċerti sitwazzjonijiet stabbiliti fir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/98 tat-18 ta’ Novembru 2014. Għaldaqstant, dan ir-Regolament m’għandux bżonn ikopri dawn l-obbligi tal-iskartar, |
(24) Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 2015/98 jipprevedi derogi mill-obbligu ta' ħatt l-art tat-tonn stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 bil-għan li jkun hemm konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni skont il-Konvenzjoni. Dan jimplimenta ċerti dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni 13-07 tal-ICCAT li tistabbilixxi obbligu ta' skartar u rilaxx għall-bastimenti u n-nases li jaqbdu t-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran f'ċerti sitwazzjonijiet. Għaldaqstant, dan ir-Regolament m'hemmx għalfejn ikopri dawn l-obbligi ta' skartar u rilaxx u konsegwentement ikun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet korrispondenti stabbiliti fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 2015/98, |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Kummissjoni diġà adottat ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 2015/98 bil-għan li jiġu introdotti derogi mill-obbligu ta' ħatt l-art tat-tonn, kif previst skont il-pjan għall-irkupru tal-ICCAT, abbażi tal-Artikolu 15(2). Għaldaqstant, għal raġunijiet ta' ċarezza, ir-referenza għal dan l-aħħar Artikolu għandha titħassar. | |
Emenda 7 Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva Artikolu 1 – paragrafu 1 | |
|
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva |
Emenda |
|
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni tal-Pjan ta' rkupru ddefinit fl-Artikolu 3(1) min-naħa tal-Unjoni. |
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni tal-Pjan ta' rkupru ddefinit fl-Artikolu 3(1) min-naħa tal-Unjoni, filwaqt li jqis il-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi tipi ta' rkaptu u jagħti attenzjoni partikolari lil irkapti tradizzjonali, aktar sostenibbli u artiġjanali, bħan-nases. |
Ġustifikazzjoni | |
Għandhom jingħataw appoġġ u attenzjoni partikolari lill-irkapti tradizzjonali u artiġjanali li ilhom jeżistu snin twal, bħan-nases li għandhom impatt baxx fuq l-ekosistemi tal-baħar bis-saħħa tal-livell baxx ta' enerġija li jikkunsmaw u l-livell għoli ta' selettività tagħhom, u li jgħinu wkoll biex jinħolqu l-impjiegi. | |
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 3 – punt 16 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(16) "kapaċità ta' trobbija tal-ħut" tfisser il-kapaċità ta' farm tal-ħut li jżomm il-ħut għall-finijiet tat-tismin jew tat-trobbija tiegħu f'tunnellati"; |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Fil-pjan għall-irkupru tal-ICCAT ma teżistix definizzjoni bħal din tat-terminu “kapaċità ta’ trobbija”. | |
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-qbid u tat-tunnari tiegħu jkunu proporzjonati mal-opportunitajiet tas-sajd għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran li huwa jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu. |
1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-isforz tas-sajd tal-bastimenti tal-qbid u tat-tunnari tiegħu jkunu proporzjonati mal-opportunitajiet tas-sajd għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran li huwa jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu, u jissavalvagwardja l-vijabilità soċjoekonomika tan-nases tiegħu. |
Ġustifikazzjoni | |
"L-isforz tas-sajd" huwa t-terminu użat mill-punt 9 tar-Rakkomandazzjoni 14-04 tal-ICCAT. | |
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Il-pjan annwali għas-sajd imressaq minn kull Stat Membru għandu jipprevedi it-tqassim ekwu tal-kwoti bejn il-gruppi tal-irkaptu bil-għan li jiżgura konformità mal-kwoti individwali u l-kwoti ta' qabdiet inċidentali. |
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
1a. L-Istati Membri għandhom jużaw kriterji trasparenti u oġġettivi, inklużi dawk ta' natura ambjentali, soċjali u ekonomika, għall-allokazzjoni nazzjonali tal-kwoti, u jqisu b'mod speċjali l-preservazzjoni u l-prosperità ta' sajjieda li jiżvolġu attivitajiet ta' sajd fuq skala żgħira, artiġjanali u tradizzjonali bl-użu ta' nases u metodi selettivi oħra ta' sajd, u jħeġġu metodi bħal dawn |
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. L-għadd massimu ta’ bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru partikulari li jkunu qed jistadu għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran għandu jkun limitat għall-għadd ta’ bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ dak l-Istat Membru li jkunu stadu għat-tonn, żammewh abbord, ittrażbordawh, ittrasportawh jew ħattewh l-art fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-1 ta’ Lulju 2008, u għat-tunnellaġġ gross totali korrispondenti. Dak il-limitu għandu japplika skont it-tip ta’ rkaptu għall-bastimenti tal-qbid. |
3. L-għadd massimu u t-tunnellaġġ gross korrispondenti ta’ bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru partikolari li jkunu qed jistadu għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran għandu jkun limitat għall-għadd, u għat-tunnellaġġ gross totali korrispondenti, ta’ bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ dak l-Istat Membru li jkunu stadu għat-tonn, żammewh abbord, ittrażbordawh, ittrasportawh jew ħattewh l-art fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-1 ta’ Lulju 2008. Dak il-limitu għandu japplika skont it-tip ta’ rkaptu għall-bastimenti tal-qbid. |
Ġustifikazzjoni | |
L-introduzzjoni tal-kliem “u t-tunnellaġġ gross korrispondenti” hija konformi mal-punt 37 tar-Rakkomandazzjoni 14-04 tal-ICCAT. | |
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 7 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
7. B'deroga mill-paragrafi 3 u 6, għall-2015, l-2016 u l-2017, kull Stat Membru għandu jillimita l-għadd ta’ bastimenti tas-sajd bil-purse seine tiegħu li ma jkunux awtorizzati jistadu għat-tonn skont id-deroga msemmija fl-Artikolu 13(2)(b) għall-għadd ta’ bastimenti tas-sajd bil-purse seine li huwa jkun awtorizza fl-2013 jew fl-2014. |
7. Għall-2015, l-2016 u l-2017, kull Stat Membru għandu jillimita l-għadd ta’ bastimenti tas-sajd bil-purse seine tiegħu għall-għadd ta’ bastimenti tas-sajd bil-purse seine li huwa awtorizza fl-2013 jew fl-2014. Dan m'għandux japplika għal bastimenti tas-sajd bil-purse seine li joperaw taħt id-deroga prevista mill-punt (b) tal-Artikolu 13(2). |
Ġustifikazzjoni | |
L-emenda għandha l-għan li tittrasponi b’mod letterali l-formulazzjoni speċifika tar-Rakkomandazzjoni 14-04 (punt 45) tal-ICCAT. | |
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 5 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. Is-sajd għat-tonn bi rkaptu ieħor minbarra dak imsemmi fil-paragrafi 1 sa 4 u fl-Artikolu 11, fosthom bit-tunnari, għandu jkun permess matul is-sena kollha. |
5. Is-sajd għat-tonn bi rkaptu ieħor minbarra dak imsemmi fil-paragrafi 1 sa 4 u fl-Artikolu 11, fosthom bit-tunnari għandu jkun permess matul is-sena kollha, f'konformità mal-miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni tal-ICCAT. |
Emenda 15 Proposta għal regolament Taqsima 2 – titolu | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
DAQS MINIMU, QABDIET INĊIDENTALI MIŻMUMIN U QABDIET INĊIDENTALI TOTALI |
DAQS MINIMU TA' REFERENZA GĦALL-KONSERVAZZJONI, QABDIET INĊIDENTALI MIŻMUMIN U QABDIET INĊIDENTALI TOTALI |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-Regolament Bażiku dwar il-PKS jintroduċi obbligu ta’ ħatt l-art, fejn il-kunċett ta’ daqs minimu, marbut mal-obbligu ta’ skartar applikat sal-aħħar riforma, m’għadx għandu sens. | |
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 12 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Id-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, inkluża kwalunkwe deroga skont l-Artikolu 15(2) ta’ dak ir-Regolament. |
Id-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, inkluża kwalunkwe deroga applikabbli. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Kummissjoni diġà adottat Regolament ta’ Delega (UE) Nru 2015/98 bil-għan li jiġu introdotti derogi mill-obbligu ta’ ħatt l-art tat-tonn, kif previst skont il-pjan għall-irkupru tal-ICCAT, abbażi tal-Artikolu 15(2). Għaldaqstant, għal raġunijiet ta’ ċarezza, ir-referenza għal dan l-aħħar Artikolu għandha titħassar. | |
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 13 – titolu | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Daqs minimu |
Daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-Regolament Bażiku dwar il-PKS jintroduċi obbligu ta’ ħatt l-art, fejn il-kunċett ta’ daqs minimu, marbut mal-obbligu ta’ skartar applikat sal-aħħar riforma, m’għadx għandu sens. | |
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Id-daqs minimu tat-tonn maqbud fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran għandu jkun ta’ 30 kg jew ta’ 115-il ċm f’tul sal-furketta. |
1. Id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni tat-tonn maqbud fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran għandu jkun ta’ 30 kg jew ta’ 115-il ċm f’tul sal-furketta. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-Regolament Bażiku dwar il-PKS jintroduċi obbligu ta’ ħatt l-art, fejn il-kunċett ta’ daqs minimu, marbut mal-obbligu ta’ skartar applikat sal-aħħar riforma, m’għadx għandu sens. | |
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 2 – parti introduttorja | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
B’deroga mill-paragrafu 1, għandu japplika daqs minimu għat-tonn ta’ 8 kg jew ta’ 75 ċm f’tul sal-furketta fil-każijiet tas-sajd li ġejjin: |
B’deroga mill-paragrafu 1, għandu japplika daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni għat-tonn ta’ 8 kg jew ta’ 75 cm f’tul sal-furketta fil-każijiet tas-sajd li ġejjin: |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-Regolament Bażiku dwar il-PKS jintroduċi obbligu ta’ ħatt l-art, fejn il-kunċett ta’ daqs minimu, marbut mal-obbligu ta’ skartar applikat sal-aħħar riforma, m’għadx għandu sens. | |
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 4 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Jekk il-kwota allokata għall-Istat Membru tal-bastiment tas-sajd ikkonċernat jew tat-tunnara kkonċernata tkun diġà ntużat kollha, għandu jiġi evitat li jinqabad kwalunkwe tonn. It-tonn mejjet għandu jinħatt l-art u jiġi kkonfiskat u għandha tittieħed azzjoni xierqa ta’ segwitu marbuta miegħu. F'konformità mal-Artikolu 27, kull Stat Membru għandu jibgħat it-tagħrif dwar it-tali kwantitajiet fuq bażi annwali lill-Kummissjoni li, min-naħa tagħha, għandha tibagħtu lis-Segretarjat tal-ICCAT. |
4. Jekk il-kwota allokata għall-Istat Membru tal-bastiment tas-sajd ikkonċernat jew tat-tunnara kkonċernata tkun diġà ntużat kollha, għandu jiġi evitat li jinqabad kwalunkwe tonn. It-tonn mejjet għandu jinħatt l-art sħiħ u mhux ipproċessat, u għandu jiġi kkonfiskat u għandha tittieħed azzjoni xierqa ta’ segwitu marbuta miegħu. F'konformità mal-Artikolu 27, kull Stat Membru għandu jibgħat it-tagħrif dwar it-tali kwantitajiet fuq bażi annwali lill-Kummissjoni li, min-naħa tagħha, għandha tibagħtu lis-Segretarjat tal-ICCAT. |
Ġustifikazzjoni | |
L-emenda hija konformi mal-punt 29, ir-raba’ inċiż, tar-Rakkomandazzjoni 14-04 tal-ICCAT. | |
Emenda 21 Proposta għal regolament Taqsima 3 – titolu | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
UŻU TAL-INĠENJI TAL-AJRU |
UŻU TA' MEZZI TA' TRASPORT BL-AJRU |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-Rakkomandazzjoni 14-04 tal-ICCAT tirregola l-użu tal-mezzi kollha ta’ trasport bl-ajru (punt 25). | |
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 3a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3a. It-tonn kollu li jinħatt l-art għandu jinħatt sħiħ, bil-garġi mneħħijin u mnaddaf. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura, sa fejn huwa possibbli, ir-rilaxx ta' tonn maqbud ħaj, speċjalment ta' età żgħira, fil-kuntest tas-sajd rikreattiv u sportiv. |
Ġustifikazzjoni | |
F'konformità mal-paragrafu 34 tar-Rakkomandazzjoni 14/-04 tal-ICCAT. | |
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) lista tal-bastimenti kollha tal-qbid li jtajru l-bandiera tiegħu li jkunu awtorizzati jistadu b’mod attiv għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran billi tkun inħarġitilhom awtorizzazzjoni speċjali tas-sajd għal dan; u |
(a) lista tal-bastimenti kollha tal-qbid li jtajru l-bandiera tiegħu li jkunu awtorizzati jistadu b'mod attiv għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran billi tkun inħarġitilhom awtorizzazzjoni tas-sajd għal dan; |
Ġustifikazzjoni | |
Ma teżisti ebda awtorizzazzjoni “speċjali” prevista, la mill-pjan għall-irkupru tal-ICCAT u lanqas mir-Regolament ta’ kontroll tal-UE. | |
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 19a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 19a |
|
|
Ir-rabta mar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 |
|
|
Il-miżuri ta' kontroll previsti minn dan il-Kapitolu għandhom japplikaw flimkien ma' dawk previsti mir-Regolament (KE) Nru 1224/2009, ħlief fejn ikun previst mod ieħor f'dan il-Kapitolu. |
Ġustifikazzjoni | |
Din hija tfakkira, għal raġunijiet ta' ċarezza, li r-Regolament ta' Kontroll tal-UE jibqa' applikabbli, sakemm ma jiġix previst mod ieħor fil-kapitolu rilevanti tal-proposta. | |
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jirtira l-awtorizzazzjoni tas-sajd għat-tonn u għandu jitlob lill-bastiment jipproċedi immedjatament lejn port magħżul minnu meta jitqies li tkun ġiet eżawrita l-kwota individwali. |
2. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jirtira l-awtorizzazzjoni tas-sajd għat-tonn u jista' jitlob lill-bastiment jipproċedi immedjatament lejn port magħżul minnu meta jitqies li tkun ġiet eżawrita l-kwota individwali. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda hija konformi mal-punt 13 tar-Rakkomandazzjoni 14-04 tal-ICCAT, kif ukoll mar-Regolament ta’ Kontroll tal-UE. Il-proposta tal-Kummissjoni tmur lil hinn mit-testi msemmija hawn fuq. | |
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Sal-15 ta’ Frar ta’ kull sena, kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni, b’mod elettroniku, lista tat-tunnari kollha tiegħu li jkunu awtorizzati jintużaw għas-sajd għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran billi tkun inħarġitilhom awtorizzazzjoni speċjali tas-sajd għal dan. Dik il-lista għandha tinkludi isem it-tunnari u n-numru tagħhom fir-reġistru u għandha tiġi stabbilita skont il-format mogħti fil-Linji Gwida tal-ICCAT għat-tressiq tad-dejta u tat-tagħrif meħtieġa. |
1. Sal-15 ta’ Frar ta’ kull sena, kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni, b’mod elettroniku, lista tat-tunnari kollha tiegħu li jkunu awtorizzati jintużaw għas-sajd għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran billi tkun inħarġitilhom awtorizzazzjoni tas-sajd għal dan. Dik il-lista għandha tinkludi isem it-tunnari u n-numru tagħhom fir-reġistru u għandha tiġi stabbilita skont il-format mogħti fil-Linji Gwida tal-ICCAT għat-tressiq tad-dejta u tat-tagħrif meħtieġa. |
Ġustifikazzjoni | |
Ma teżisti ebda awtorizzazzjoni “speċjali” prevista, la mill-pjan għall-irkupru tal-ICCAT u lanqas mir-Regolament ta’ kontroll tal-UE. | |
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 5 – subparagrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Għal raġunijiet importanti ħafna ta’ urġenza ġġustifikati kif xieraq, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jkunu japplikaw mill-ewwel skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 59(3). |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
L-espressjoni “għal raġunijiet imperattivi, debitament ġustifikati ta’ urġenza” hija vaga wisq biex tiġġustifika l-atti ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ, l-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku dwar il-PKS, li jistipula li l-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni “[għal] raġunijiet imperattivi, debitament ġustifikati, ta' urġenza relattivi għal theddida serja għall-konservazzjoni ta' riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jew għall-ekosistema tal-baħar li jkunu bbażati fuq evidenza”, hawnhekk jibqa’ applikabbli. | |
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Fejn l-Istati Membri japplikaw l-Artikolu 80(3) tar-Regolament (UE) Nru 404/2011 għan-notifika msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-istima tal-kwantitajiet ta’ tonn miżmum abbord tista’ tintbagħat fil-ħin miftiehem tan-notifika qabel il-wasla. |
3. Fejn l-Istati Membri japplikaw l-Artikolu 80(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011 għan-notifika msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-istima tal-kwantitajiet ta’ tonn miżmum abbord tista’ tintbagħat fil-ħin miftiehem tan-notifika qabel il-wasla. Jekk il-postijiet għas-sajd huma inqas minn erba' sigħat bogħod mill-port, l-istima tal-kwantitajiet ta' tonn miżmum abbord tista' tinbidel fi kwalunkwe ħin qabel il-wasla. |
Ġustifikazzjoni | |
L-introduzzjoni tal-aħħar frażi hija konformi mal-punt 64, it-tieni inċiż, tar-Rakkomandazzjoni 14-04 tal-ICCAT. | |
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 37 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Għal raġunijiet importanti ħafna ta’ urġenza ġġustifikati kif xieraq, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jkunu japplikaw mill-ewwel skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 59(3). |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
L-espressjoni "għal raġunijiet imperattivi, debitament ġustifikati ta' urġenza" hija vaga wisq biex tiġġustifika l-atti ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ, l-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku dwar il-PKS, li jistipula li l-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni "[għal] raġunijiet imperattivi, debitament ġustifikati ta' urġenza relattivi għal theddida serja għall-konservazzjoni ta' riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jew għall-ekosistema tal-baħar li jkunu bbażati fuq evidenza", hawnhekk jibqa' applikabbli. | |
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Għal raġunijiet importanti ħafna ta’ urġenza ġġustifikati kif xieraq, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jkunu japplikaw mill-ewwel skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 59(3). |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
L-espressjoni "għal raġunijiet imperattivi, debitament ġustifikati ta' urġenza" hija vaga wisq biex tiġġustifika l-atti ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ, l-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku dwar il-PKS, li jistipula li l-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni "[għal] raġunijiet imperattivi, debitament ġustifikati ta' urġenza relattivi għal theddida serja għall-konservazzjoni ta' riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jew għall-ekosistema tal-baħar li jkunu bbażati fuq evidenza", hawnhekk jibqa' applikabbli. | |
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 4 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-Ċentri tal-Monitoraġġ tas-Sajd tagħhom jgħaddu l-messaġġi tal-VMS li jaslu mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom lill-Kummissjoni u lil korp magħżul minnha f’ħin reali u billi jużaw il-format “https data feed”. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dawn il-messaġġi b’mod elettroniku lis-Segretarjat tal-ICCAT. |
4. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-data prevista minn dan l-Artikolu skont l-Artikolu 28 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dawn il-messaġġi b’mod elettroniku lis-Segretarjat tal-ICCAT. |
Ġustifikazzjoni | |
L-obbligi proposti mill-Kummissjoni mhumiex previsti, la mir-Rakkomandazzjoni 14-04 tal-ICCAT u lanqas mir-Regolament ta’ kontroll tal-UE. | |
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ca) matul kull trasferiment minn farm għal ieħor; |
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 5 – punt aa (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(aa) li jiġu osservati u mmonitorjati l-operazzjonijiet tas-sajd u t-trobbija tal-ħut f'konformità mal-miżuri għall-konservazzjoni u l-ġestjoni rilevanti tal-ICCAT; |
Ġustifikazzjoni | |
L-emenda hija konformi mal-punt 90 tar-Rakkomandazzjoni 14-04 tal-ICCAT. | |
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 57 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 57 |
imħassar |
|
Proċedura għall-emendi |
|
|
1. Sa fejn huwa meħtieġ, sabiex fid-dritt tal-Unjoni jiġu inkorporati l-emendi tad-dispożizzjonijiet eżistenti tal-pjan għall-irkupru tat-tonn li jsiru obbligatorji għall-Unjoni, il-Kummissjoni tista' temenda d-dispożizzjonijiet mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament permezz ta' atti delegati adottati skont l-Artikolu 58. |
|
Ġustifikazzjoni | |
It-traspożizzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd għandha tibqa' kompetenza konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill skont il-proċedura ordinarja (kodeċiżjoni). | |
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 58 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 58 |
imħassar |
|
Eżerċizzju tad-delega għall-emendi |
|
|
1. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta atti delegati bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. |
|
|
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata d-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 57 għal perjodu taż-żmien mhux determinat. |
|
|
3. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jirrevokaw id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 57 fi kwalunkwe ħin. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Hija m’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ. |
|
|
4. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin dwaru. |
|
|
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 57 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jqajmu oġġezzjoni għalih fi żmien xahrejn minn meta dak l-att jiġi mgħarraf lilhom jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
|
Ġustifikazzjoni | |
It-tħassir tal-Artikolu 57 jitlob it-tħassir ta' dan l-Artikolu. | |
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 59 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda hija konformi mal-proposta għat-tħassir tal-proċedura ta' urġenza "[għal] raġunijiet imperattivi, debitament ġustifikati, ta' urġenza" fl-Artikoli 24(5), 37 u 46. | |
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 61 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 38 Proposta għal regolament Anness I – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Minbarra d-dispożizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 8(3), l-għadd massimu ta’ bastimenti tal-qbid li huma awtorizzati jistadu għat-tonn fil-Baħar Adrijatiku għall-finijiet tat-trobbija tal-ħut bil-kundizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għad-deroga msemmija fl-Artikolu 13(2)(b) għandu jkun l-għadd ta’ bastimenti tal-qbid tal-Unjoni li jkunu ħadu sehem fis-sajd dirett għat-tonn fl-2008. |
Minbarra d-dispożizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 8(3), l-għadd massimu ta’ bastimenti tal-qbid li huma awtorizzati jistadu għat-tonn fil-Baħar Adrijatiku għall-finijiet tat-trobbija tal-ħut bil-kundizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għad-deroga msemmija fl-Artikolu 13(2)(b) għandu jkun l-għadd ta’ bastimenti tal-qbid tal-Unjoni li jkunu ħadu sehem fis-sajd dirett għat-tonn fl-2008. Għal dak il-għan, għandu jitqies l-għadd ta' bastimenti tal-qbid Kroati li fl-2008 pparteċipaw fis-sajd dirett għat-tonn. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa importanti li jiġi speċifikat li, anki għall-Kroazja, jiġi kkunsidrat l-għadd ta’ bastimenti involuti fis-sajd għat-tonn, mill-bidu tas-sena bażi. | |
Emenda 39 Proposta għal regolament Anness IV – punt 2 – linja 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Għadd ta' ħut: | |
Speċi: | |
Għadd ta' ħut: | |
Speċi: | |
Piż: | |
Ġustifikazzjoni | |
Iż-żieda tar-referenza mal-piż, l-ispeċi kif ukoll id-dikjarazzjoni tat-trasferiment tat-tonn għall-ipproċessar, tikkontribwixxi għaċ-ċarezza tad-dokument. Barra minn hekk, tirrifletti d-dispożizzjoni stabbilita fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 302/2009 | |
Emenda 40 Proposta għal regolament Anness VII – punt 7 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) a jingħataw aċċess għall-persunal tal-bastimenti u tal-farms tal-ħut u għall-irkaptu, il-gaġeġ u t-tagħmir; |
(a) jingħataw aċċess għall-persunal tal-bastimenti, tal-farms tal-ħut u tan-nases u għall-irkaptu, il-gaġeġ u t-tagħmir; |
Ġustifikazzjoni | |
Dan huwa konformi mal-punt 12, li jikkonċerna wkoll in-nases. | |
NOTA SPJEGATTIVA
L-Unjoni Ewropea hija Parti Kontraenti għall-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT), l-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd (RFMO) responsabbli għall-ġestjoni tal-ispeċijiet tat-tonn u tal-ispeċijiet simili għalih fl-Oċean Atlantiku u fl-ibħra li jmissu miegħu.
L-ICCAT għandha s-setgħa li tadotta deċiżjonijiet (“Rakkomandazzjonijiet”) għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tas-sajd fil-qasam ta’ kompetenza tagħha; dawn l-atti huma vinkolanti; dawn għandhom jiġu adottati fid-dritt tal-Unjoni.
Fl-2006 l-ICCAT adottat pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn, li jintemm fl-2022. Bil-għan li l-istokk jinbena mill-ġdid, il-pjan għall-irkupru jistabbilixxi tnaqqis gradwali fil-livell tal-qabdiet totali permissibbli mill-2007 sal-2011, restrizzjonijiet fuq is-sajd f’ċerti żoni u f’ċerti perjodi taż-żmien, daqs minimu ġdid għat-tonn, miżuri rigward l-attivitajiet tas-sajd sportivi u rikreattivi u miżuri marbutin mal-kapaċità tas-sajd u tat-trobbija tal-ħut, u barra minn hekk saħħaħ l-Iskema ta’ spezzjoni internazzjonali konġunta tal-ICCAT. Dan il-pjan ġie emendat suċċessivament mill-ICCAT waqt il-laqgħat annwali tagħha.
It-tonn huwa l-aktar speċi importanti rregolat mill-ICCAT. Is-sajjieda għamlu sforzi konsiderevoli biex jadattaw il-qabdiet tagħhom għat-tnaqqis tal-qabdiet totali permissibbli (TAC) li ġie impost wara d-deċiżjonijiet meħuda fl-2006, u dan billi kkonformaw mal-kundizzjonijiet stretti għas-sajd stabbiliti fil-pjan. Il-qabdiet totali ammissibbli, li qabel il-pjan għall-irkupru kienu stabbiliti għal 33 000 tunnellata, tnaqqsu progressivament sabiex intlaħaq l-aktar livell baxx fl-2012 (12 900 tunnellata).
Fid-dawl tal-evoluzzjoni pożittiva tal-qagħda tal-istokkijiet, l-ICCAT iddeċidiet li żżid l-allokazzjoni totali għal 13 400 tunnellata għall-2013. Fl-2014, il-qabda totali ammissibbli ma ġietx immodifikata, iżda l-kwota tal-UE żdiedet għal 7 939 tunnellata minħabba l-inklużjoni tal-kwota Kroata li tammonta għal 390,6 tunnellata. Fl-2015, il-qabda totali ammissibbli attwali hija ta’ 15 821 tunnellata, u l-allokazzjoni mill-UE hija ta’ 9 372,9 tunnellata.
Mill-2008 ’l hawn, il-bijomassa tat-tonn bdiet turi xejra drammatikament pożittiva. Fl-2014, l-organizzazzjoni reġjonali ddeċidiet li żżid il-qabdiet totali ammissibbli b’20 fil-mija għat-tliet snin suċċessivi (mill-2015 sal-2017), peress li teżisti dejta xjentifika soda li turi li l-istokkijiet jinsabu f’livelli ta’ abbundanza tajba.
Fl-opinjoni tar-rapporteur, l-irkupru spettakolari li ġie osservat fl-istokkijiet tat-tonn tul l-aħħar snin jista’ jiġġustifika d-deċiżjoni tal-ICCAT li l-qabda totali ammissibbli prevista għall-2017 tantiċipaha għall-2016 (23 155 tunnellata), li xorta tibqa’ ħafna aktar baxxa mill-qabda totali ammissibbli stabbilita qabel id-dħul fis-seħħ tal-pjan għall-irkupru.
Il-kontenut tal-proposta
Bil-ħsieb li fl-Unjoni Ewropea tiġi żgurata applikazzjoni uniformi u effikaċi tal-miżuri kollha tal-pjan għall-irkupru adottati bejn l-2012 u l-2014, il-proposta attwali għandha l-għan li tinkorpora dawn il-miżuri f’regolament.
Il-proposta fiha miżuri tekniċi bħal dawk dwar l-attivitajiet ta’ trasferiment u t-tqegħid fil-gaġeġ tat-tonn ħaj, fosthom miżuri dwar l-użu tal-kameras sterjoskopiċi biex tingħata stima tal-kwantitajiet ta’ tonn u tal-għadd ta’ tonn meħlus il-baħar, ir-rekwiżiti tar-rappurtar dwar il-qabdiet u l-implimentazzjoni tal-Programm ta’ osservaturi reġjonali tal-ICCAT.
Fir-regolament bażiku l-ġdid dwar il-PKS ġie introdott obbligu ta’ ħatt l-art li mill-1 ta’ Jannar 2015 japplika wkoll għat-tonn. Madankollu, l-obbligu ta’ ħatt l-art huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, bħal dawk li jirriżultaw mir-Rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT. Skont id-dispożizzjoni 15(2) tar-regolament bażiku dwar il-PKS, il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati bl-iskop li timplimenta dawn l-obbligi internazzjonali fid-dritt tal-Unjoni, fosthom, b’mod partikolari, id-derogi mill-obbligu ta’ ħatt l-art. Għaldaqstant, l-iskartar tat-tonn se jiġi permess f’ċerti sitwazzjonijiet stabbiliti fir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/98.
Il-pożizzjoni tar-rapporteur
Anke jekk, b’mod ġenerali, il-proposta tal-Kummissjoni, tittrasponi korrettement ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-ICCAT, f’ċerti każijiet din tmur lil hinn kemm minn dak li ġie deċiż fi ħdan l-ICCAT kif wkoll minn dak li tipprevedi l-leġiżlazzjoni tal-UE. Dan huwa l-każ, pereżempju, meta l-kwota individwali għat-tonn titqies eżawrita: ir-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT, kif ukoll tar-Regolament ta’ Kontroll tal-UE, jipprevedu li l-Istat Membru tal-bandiera jista’ jsejjaħ – u mhux “għandu”, kif qed tipproponi l-Kummissjoni – lill-bastiment biex jipproċedi immedjatament lejn port magħżul minnu.
F’dan ir-rigward, ir-rapporteur jixtieq ifakkar li l-għan tat-traspożizzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT huwa li jkun hemm applikazzjoni uniformi fl-UE kollha; mhuwiex li jiftaħ mill-ġdid id-diskussjoni dwar dak li diġà ġie deċiż wara, kif spiss huwa l-każ, negozjati twal, fejn kull kelma u kull virgola tgħodd.
Applikazzjoni uniformi għandha jkollha l-għan li tiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi kollha involuti fis-sajd għat-tonn, inklużi – b’mod partikolari – l-operaturi mhux tal-UE. Inkella, jekk jiġu applikati regoli differenti għall-flotot barranin, l-isforzi kollha li jkunu saru u r-restrizzjonijiet imposti fuq is-sajjieda tal-UE ma jkollhom ebda riżultat. L-operaturi tal-UE m’għandhomx ikunu penalizzati bl-impożizzjoni ta’ miżuri aktar stretti minn dawk miftiehma, minħabba li l-Kummissjoni ma setgħetx timponi miżuri bħal dawn fin-negozjati fl-ICCAT.
Filwaqt li jieħu vantaġġ mill-proposta tal-Kummissjoni dwar il-proċedura li għandha tapplika għal emendi futuri ta’ dan il-pjan għall-irkupru, ir-rapporteur ma setax, għal darb’oħra, ma jindirizzax il-kwistjoni tal-assenza tal-Parlament Ewropew minn negozjati internazzjonali. Il-Kummissjoni tipproponi li l-emendi futuri għal dan il-pjan għall-irkupru jiġu trasposti permezz ta’ atti delegati. Jekk lill-Parlament titteħidlu s-setgħa li jkollu fl-aħħar fażi ta’ approvazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali – setgħa li diġà hija estremament limitata – prattikament dan ikun ifisser li l-Parlament m’għandu ebda rwol fil-ICCAT u, fil-ġejjieni, f’fora internazzjonali oħra. It-traspożizzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd għandha tibqa’ kompetenza konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill skont il-proċedura ordinarja (kodeċiżjoni).
Ir-Rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT iqisu l-ispeċifiċitajiet ta’ rkaptu għat-tonn differenti. F’dan il-kuntest, ir-Rapporteur jixtieq jenfasizza r-rwol tan-nases artiġjanali, bħan-nases tradizzjonali ("almadrabas"), fil-konservazzjoni tal-istokkijiet. Fl-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru, l-Unjoni Ewropea għandha tagħti attenzjoni partikolari lil dawn in-nases tradizzjonali, li jikkontribwixxu għall-bini mill-ġdid tal-istokkijiet tat-tonn, peress li huma estremament selettivi. Barra minn hekk, dawn l-irkapti għandhom impatt baxx fuq l-ekosistemi tal-baħar minħabba l-livell baxx ta’ konsum ta’ enerġija u ta’ qabdiet aċċidentali.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
|
Titolu |
Pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran |
||||
|
Referenzi |
COM(2015)0180 – C8-0118/2015 – 2015/0096(COD) |
||||
|
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
24.4.2015 |
|
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
PECH 30.4.2015 |
|
|
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 30.4.2015 |
|
|
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
ENVI 7.5.2015 |
|
|
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Gabriel Mato 6.5.2015 |
|
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
13.10.2015 |
10.11.2015 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
10.12.2015 |
|
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
17 1 2 |
|||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Alain Cadec, Richard Corbett, Raymond Finch, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, António Marinho e Pinto, Gabriel Mato, Norica Nicolai, Liadh Ní Riada, Ulrike Rodust, Remo Sernagiotto, Ricardo Serrão Santos, Ruža Tomašić, Peter van Dalen, Jarosław Wałęsa |
||||
|
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Izaskun Bilbao Barandica, Nicola Caputo, Lidia Senra Rodríguez |
||||
|
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Dario Tamburrano |
||||
|
Data tat-tressiq |
15.122015 |
||||
- [1] Għadha ma ġietx ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.