RAPPORT dwar ir-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill rigward l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Konvenzjoni tas-26 ta’ Lulju 1995, imfassla abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, il-Protokoll tas-27 ta’ Settembru 1996, imfassal abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għall- Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, il- Protokoll tad-29 ta’ Novembru 1996, imfassal abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-interpretazzjoni, abbażi ta’ sentenzi preliminarji, mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, u t-Tieni Protokoll tad-19 ta’ Ġunju 1997, imfassal abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għall- Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej

1.2.2016 - (COM(2015)0458 – C8-0296/2015 – 2015/0210(NLE)) - *

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Tomáš Zdechovský

Proċedura : 2015/0210(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0019/2016
Testi mressqa :
A8-0019/2016
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar ir-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill rigward l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Konvenzjoni tas-26 ta’ Lulju 1995, imfassla abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, il-Protokoll tas-27 ta’ Settembru 1996, imfassal abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għall- Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, il- Protokoll tad-29 ta’ Novembru 1996, imfassal abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-interpretazzjoni, abbażi ta’ sentenzi preliminarji, mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, u t-Tieni Protokoll tad-19 ta’ Ġunju 1997, imfassal abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għall- Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej

(COM(2015)0458 – C8-0296/2015 – 2015/0210(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2015)0458),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 3(4) u (5) tal-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C8-0296/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0019/2016),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

NOTA SPJEGATTIVA

It-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja tal-2011 introduċa sistema simplifikata għall-adeżjoni tal-Kroazja għall-konvenzjonijiet (u l-protokolli) konklużi mill-Istati Membri abbażi tal-Artikolu 34 TUE (li qabel kien l-Artikolu K.3 TUE). L-Artikoli 3(4) u 3(5) tal-Att jipprovdu li l-Kroazja taċċedi għal dawn il-konvenzjonijiet u l-protokolli permezz tal-Att dwar l-Adeżjoni.

L-Artikolu 3(5) tal-Att tal-Adeżjoni jistipula li, għal dan il-għan, il-Kunsill jadotta deċiżjoni biex jiddetermina d-data li fiha dawn il-konvenzjonijiet jidħlu fis-seħħ għall-Kroazja u biex isiru l-aġġustamenti kollha meħtieġa għal dawn il-konvenzjonijiet minħabba l-adeżjoni tal-Istat Membru l-ġdid (ħaġa li tkun tinkludi, f'kull każ, l-adozzjoni tal-konvenzjonijiet bil-lingwa Kroata, sabiex dawn il-verżjonijiet isiru "awtentiċi b'mod indaqs"). Il-Kunsill jaġixxi fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, wara li jkun ikkonsulta mal-Parlament Ewropew.

L-Anness I tal-Att ta’Adeżjoni jelenka l-konvenzjonijiet u l-protokolli kkonċernati. Il-lista tinkludi l-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej tas-26 ta' Lulju 1995, il-Protokoll tagħha tas-27 ta' Settembru 1996, il-Protokoll tagħha tad-29 ta' Novembru 1996 u t-tieni Protokoll tad-19 ta' Ġunju 1997, kollha adottati skont it-Titolu VI tat-Trattat tal-UE, imfassla biex jistabbilixxu bażi komuni għall-protezzjoni bil-liġi kriminali tal-interessi finanzjarji tal-KE.

Il-Konvenjoni u l-Protokolli tagħha tas-27 ta' Settembru 1996 u tad-29 ta' Novembru 1996 daħlu fis-seħħ fis-17 ta’ Ottubru 2002 wara r-ratifika minn dawk li kienu l-15-il Stat Membru, il-Protokoll tad-19 ta' Ġunju 1997 daħal fis-seħħ fid-19 ta' Mejju 2009 wara r-ratifika minn dawk li kienu s-27 Stat Membru. 6. 1997 entered into force on 19 May 2009 following ratification by the then 27 Member States.

M’hemmx il-ħtieġa li din ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tagħmel l-aġġustamenti meħtieġa minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Konvenzjoni msemmija u l-Protokolli tagħha, skont l- Artikolu 3(5) tal-Att ta’ Adeżjoni. Il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Kunsill jieħu deċiżjoni biex jiddetermina d-data li fiha dawn il-konvenzjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ għall-Kroazja.

Għaldaqstant, ir-Rapporteur tirrakkomanda l-approvazzjoni ta' din ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

25.1.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

48

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Malin Björk, Michał Boni, Caterina Chinnici, Rachida Dati, Frank Engel, Cornelia Ernst, Laura Ferrara, Lorenzo Fontana, Kinga Gál, Ana Gomes, Jussi Halla-aho, Sophia in ‘t Veld, Eva Joly, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Barbara Kudrycka, Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Roberta Metsola, Louis Michel, József Nagy, Péter Niedermüller, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Udo Voigt, Beatrix von Storch, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marina Albiol Guzmán, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Pál Csáky, Gérard Deprez, Anna Hedh, Marek Jurek, Jeroen Lenaers, Andrejs Mamikins, Emilian Pavel, Morten Helveg Petersen, Barbara Spinelli, Jaromír Štětina, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jeppe Kofod

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

48

+

ALDE

Gérard Deprez, Louis Michel, Morten Helveg Petersen, Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld

ECR

Jussi Halla-aho, Marek Jurek, Branislav Škripek, Helga Stevens, Beatrix von Storch

EFDD

Laura Ferrara

GUE/NGL

Marina Albiol Guzmán, Malin Björk, Cornelia Ernst, Barbara Spinelli

PPE

Michał Boni, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Pál Csáky, Rachida Dati, Frank Engel, Kinga Gál, Barbara Kudrycka, Jeroen Lenaers, Roberta Metsola, József Nagy, Jaromír Štětina, Traian Ungureanu, Axel Voss, Tomáš Zdechovský

S&D

Caterina Chinnici, Ana Gomes, Anna Hedh, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Jeppe Kofod, Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Andrejs Mamikins, Péter Niedermüller, Emilian Pavel, Soraya Post, Birgit Sippel, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE

Jan Philipp Albrecht, Eva Joly, Judith Sargentini, Bodil Valero

2

-

EFDD

Kristina Winberg

NI

Udo Voigt

1

0

ENF

Lorenzo Fontana

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjonijiet