RAPPORT     ***I
PDF 653kWORD 79k
3.2.2016
PE 539.747v03-00 A8-0022/2016

dwar il-proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dazji doganali addizzjonali fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (kodifikazzjoni)

(COM(2015)0350 – C8-0194/2015 – 2014/0175(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteur: Laura Ferrara

(Kodifikazzjoni – Artikolu 103 tar-Regoli ta' Proċedura)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dazji doganali addizzjonali fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (verżjoni kodifikata)

(COM(2015)0350 – C8-0194/2015 – 2014/0175(COD))

Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0350),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0194/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0022/2016),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali;

ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

 

GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, 17 ta' Diċembru 2015

OPINJONI

  GĦALL-ATTENZJONI  TAL-PARLAMENT EWROPEW

    TAL-KUNSILL

    TAL-KUMMISSJONI

Proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dazji doganali addizzjonali fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (kodifikazzjoni)

COM(2015)350 final 17.7.2015 - 2014/0175 (COD)

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta' testi leġislattivi, u b'mod partikulari l-punt 4 tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, iltaqa' fil-21 ta' Ottubru 2015 bl-għan li jeżamina, fost oħrajn, il-proposta msemmija hawn fuq, imressqa mill-Kummissjoni.

Waqt il-laqgħa, l-eżami tal-proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkodifika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 673/2005 tal-25 ta' April 2005 li tistabbilixxi dazji doganali ta' importazzjoni addizzjonali ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika wassal b'hekk il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv biex jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta effettivament tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.

F. DREXLER      H. LEGAL      L. ROMERO REQUENA

Ġurikonsult      Ġurikonsult      Direttur Ġenerali

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Dazji doganali addizzjonali fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (kodifikazzjoni)

Referenzi

COM(2015)0350 – C8-0194/2015 – COM(2014)0343 – C8-0024/2014 – 2014/0175(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

17.7.2015

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

28.1.2015

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Laura Ferrara

9.10.2014

 

 

 

Rapporteurs preċedenti

Andrzej Duda

 

 

 

Data tal-adozzjoni

28.1.2016

 

 

 

Data tat-tressiq

3.2.2016

(1)

ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.

Avviż legali - Politika tal-privatezza