RAPPORT dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f'ċerti karburanti likwidi (Kodifikazzjoni)
24.2.2016 - (COM(2014)0466 – C8-0107/2014 – 2014/0216(COD)) - ***I
Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Laura Ferrara
(Kodifikazzjoni – Artikolu 103 tar-Regoli ta' Proċedura)
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f'ċerti karburanti likwidi (Kodifikazzjoni)
(COM(2014)0466 – C8-0107/2014 – 2014/0216(COD))
Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0466),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0107/2014),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta' Ottubru 2014[1],
– wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-Ftehim interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 - Metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġislattivi[2],
– wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0037/2016),
A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali;
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
ANNEX: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
|
GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI |
|
Brussel, 12 ta' Novembru 2014
OPINION
GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
TAL-KUNSILL
TAL-KUMMISSJONI
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f'ċerti karburanti likwidi (Kodifikazzjoni)
COM(2014) 466 final tal-15.7.2014 – 2014/0216(COD)
Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi, u b'mod partikulari l-punt 4 tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, li jikkonsisti mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fil-25 ta' Settembru u fl-14 ta' Ottubru 2014 kellu laqgħat ddedikati għall-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq imressqa mill-Kummissjoni.
F'dawk il-laqgħat[3], eżami tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE tas-26 ta' April 1999 dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f'ċerti karburanti likwidi u li temenda d-Direttiva 93/12/KEE, irriżulta fl-istabbiliment, min-naħa tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, bi qbil komuni, ta' dan li ġej.
1) Fil-preambolu tal-verżjoni kodifikata tad-direttiva, it-test tal-premessa li ngħata n-numru 30 għandu jiġi inserit bejn il-premessi li ngħataw in-numri 39 u 40. Bħala konsegwenza ta' dan, il-premessi li ngħataw in-numri 31 sa 39 għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid, f'dan il-każ 30 sa 38, u l-premessa li ngħatat in-numru 30 għandu jkollha n-numru 39.
2) Fl-Artikolu 2(g), il-formulazzjoni eżistenti tal-Artikolu 2(3d) tad-Direttiva 1999/32/KE għandha tiġi introdotta mill-ġdid, f'forma daqsxejn mibdula, sabiex tinqara hekk: "L-Anness VI tal-Konvenzjoni MARPOL tfisser l-Annes s, bit-titolu "Regolamenti għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis tal-Arja mill-Bastimenti" li l-Protokoll tal-1997 żied mal-MARPOL";
3) Fl-Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu, ir-referenza li saret għal "paragrafi 2 u 4 ta' dan l-Artikolu" għandha tinbidel biex tinqara bħala referenza għal "paragrafi 2 u 5 ta' dan l-Artikolu".
4) Il-formulazzjoni tal-Artikolu 20 għandha tiġi sostitwita mill-formulazzjoni segwenti: "Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea".
B'konsegwenza ta' dan, l-analiżi tal-proposta ppermettiet li l-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil ġenerali, li l-proposta hija kodifikazzjoni ċara ta' testi attwali, mingħajr tibdil sostanzjali
F. DREXLER H. LEGAL L. ROMERO REQUENA
Ġurikonsult Ġurikonsult Direttur Ġenerali
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
It-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f’ċerti karburanti likwidi (Kodifikazzjoni) |
||||
Referenzi |
COM(2014)0466 – C8-0107/2014 – 2014/0216(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
15.7.2014 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 28.1.2015 |
|
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Laura Ferrara 13.11.2014 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
2.12.2014 |
|
|
|
|
Data tat-tressiq |
24.2.2016 |
||||