RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex tiġi evitata diversifikazzjoni fil-kummerċ fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti mediċini essenzjali (test kodifikat)

24.2.2016 - (COM(2014)0319 – C8-0015/2014 – 2014/0165(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Laura Ferrara
(Kodifikazzjoni – Artikolu 103 tar-Regoli ta' Proċedura)


Proċedura : 2014/0165(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0038/2016
Testi mressqa :
A8-0038/2016
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex tiġi evitata diversifikazzjoni fil-kummerċ fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti mediċini essenzjali (test kodifikat)

(COM(2014)0319 – C8-0015/2014 – 2014/0165(COD))

Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0319),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0015/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi[1],

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0038/2016),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

  • [1]  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.

ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

 

GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, 17 ta' Settembru 2014

OPINJONI

  GĦALL-ATTENZJONI  TAL-PARLAMENT EWROPEW

    TAL-KUNSILL

    TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex tiġi evitata diversifikazzjoni fil-kummerċ fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti mediċini essenzjali

COM(2014)319 finali tat-28.5.2014 – 2014/0165(COD)

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta ' Diċembru 1994 fuq metodu ta ' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi, u b ' mod partikulari l-punt 4 tiegħu, il-Grupp ta ' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-Servizzi Legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fit-10 ta ' Lulju 2014 kellu laqgħa ddedikata għall-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq, imressqa mill-Kummissjoni.

Waqt dik il-laqgħa[1], sar eżami tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkodifika r-Regolament tal-Kunsill 953/2003/KE tas-26 ta’ Mejju 2003 biex tiġi evitata diverżjoni kummerċjali ġol-Unjoni Ewropea ta ' ċerti mediċini ewlenin, li wassal biex il-Grupp ta ' Ħidma Konsultattiv ikkonkluda, bi qbil komuni, li l-proposta hija kodifikazzjoni ċara tat-testi eżistenti mingħajr ebda bdil fis-sustanza tagħhom.

F. DREXLER      H. LEGAL      L. ROMERO REQUENA

Ġurikonsult      Ġurikonsult      Direttur Ġenerali

  • [1]   Il-Grupp ta ' Ħidma Konsultattiv ħadem abbażi tal-verżjoni Ingliża tal-proposta, billi kienet il-verżjoni lingwistika oriġinali tat-test li qed jiġi diskuss.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Diversifikazzjoni fil-kummerċ fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti mediċini essenzjali (kodifikazzjoni)

Referenzi

COM(2014)0319 – C8-0015/2014 – 2014/0165(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

28.5.2014

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

28.1.2015

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Laura Ferrara

9.10.2014

 

 

 

Data tal-adozzjoni

11.11.2014

 

 

 

Data tat-tressiq

24.2.2016