Proċedura : 2014/2205(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0043/2016

Testi mressqa :

A8-0043/2016

Dibattiti :

PV 14/04/2016 - 5
CRE 14/04/2016 - 5

Votazzjonijiet :

PV 14/04/2016 - 7.13
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0137

RAPPORT     
PDF 890kWORD 280k
26.2.2016
PE 541.481v02-00 A8-0043/2016

dwar is-settur privat u l-iżvilupp

(2014/2205(INI))

Kumitat għall-Iżvilupp

Rapporteur: Nirj Deva

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar is-settur privat u l-iżvilupp

(2014/2205(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Rwol Aktar b'Saħħtu tas-Settur Privat fil-Kisba ta' Tkabbir Inklużiv u Sostenibbli fil-Pajjiżi li Qed Jiżviluppaw" (COM(2014)0236), u l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwarha tat-23 ta' Ġunju 2014 u tat-12 ta' Diċembru 2014,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Sħubija Globali għall-Qerda tal-Faqar u l-Iżvilupp Sostenibbli wara l-2015" (COM(2015)0044),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Ħajja Diċenti Għal Kulħadd" (COM(2013)0092) u l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwarha tal-25 ta' Ġunju 2013,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Inżidu l-impatt tal-Politika tal-UE għall-Iżvilupp: Aġenda għall-Bidla" (COM(2011)0637) u l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwarha tal-14 ta' Mejju 2012,

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni għall-Investiment Privat fl-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs), deskritt fir-Rapport dwar l-Investiment Dinji tal-2014 tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD)(1),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Frar 2014 dwar il-promozzjoni tal-iżvilupp permezz ta' prattiki ta' negozju responsabbli, inkluż ir-rwol tal-industriji estrattivi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw(2),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2014 dwar l-UE u l-qafas tal-iżvilupp globali wara l-2015(3),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Mejju 2015 dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp(4), u b'mod partikolari l-appell tiegħu għall-allinjament tas-settur privat mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2014 dwar ir-rwol tad-drittijiet tal-proprjetà, is-sjieda tal-proprjetà u l-ħolqien tal-ġid fil-qerda tal-faqar u t-trawwim ta' żvilupp sostenibbli fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw(5),

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar l-attivitajiet tal-Pjattaforma tal-UE għat-Taħlit fil-Kooperazzjoni Esterna mit-twaqqif tagħha sat-tmiem ta' Lulju 2014 (COM(2014)0733),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna tat-2 ta' Marzu 2005 u l-Aġenda ta' Azzjoni ta' Akkra tal-4 ta' Settembru 2008,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 16/2014 dwar "L-effettività tal-kombinament ta' għotjiet tal-faċilitajiet ta' investiment reġjonali ma' selfiet minn istituzzjonijiet finanzjarji għall-appoġġ ta' politiki esterni tal-UE",

–  wara li kkunsidra s-sħubija ta' Busan għal Kooperazzjoni Effettiva għall-Iżvilupp tal-1 ta' Diċembru 2011(6), u b'mod partikolari l-paragrafu 32 tagħha, li jirreferi għall-ħtieġa li jiġi rikonoxxut ir-rwol ċentrali tas-settur privat fl-avvanz tal-innovazzjoni, il-ħolqien tal-ġid, id-dħul u l-impjiegi, il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi nazzjonali u għaldaqstant il-kontribut għall-qerda tal-faqar,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-kooperazzjoni pubblika-privata(7) u s-Sħubija għall-Prosperità(8), li ħarġu mill-"Building Block" Settur Privat ta' Busan,

–  wara li kkunsidra d-Dokument ta' Eżitu "The future we want" tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti Rio+20 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli ta' bejn l-20 u t-22 ta' Ġunju 2012(9),

–  wara li kkunsidra l-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem(10),

–  wara li kkunsidra l-Patt Dinji tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Linji Gwida tal-OECD dwar l-Intrapriżi Multinazzjonali: Complementarities and Distinctive Contributions(11),

–  wara li kkunsidra l-Investment Policy Framework for Sustainable Development (IPFSD) tal-UNCTAD(12),

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija għall-Iżvilupp tas-Settur Privat 2013-2017 tal-Grupp tal-Bank Afrikan għall-Iżvilupp bit-titolu "Supporting the transformation of the private sector in Africa"(13),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-Prinċipji li Jikkonċernaw l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali(14),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Lima tal-Organizzazzjoni Industrijali tan-Nazzjonijiet Uniti (UNIDO): Towards Inclusive and Sustainable Industrial Development (ISID)(15),

–  wara li kkunsidra l-Aġenda tax-Xogħol Deċenti tal-ILO,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 9(2)(b) tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà, li jipprevedi l-obbligu li jiġi żgurat li l-entitajiet privati li joffru faċilitajiet u servizzi li huma miftuħa jew mogħtija lill-pubbliku jqisu l-aspetti kollha dwar l-aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabbiltà(16),

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE 2011-2014 għar-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva (COM(2011)0681),

–  wara li kkunsidra l-qafas ta' żvilupp wara l-2015 li jikkunsidra lis-settur privat bħala sieħeb ewlieni ta' implimentazzjoni u r-rwol tiegħu fit-tranżizzjoni għall-ekonomija ekoloġika,

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida Volontarji dwar il-Governanza Responsabbli tal-Pussess ta' Art tal-2010(17),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0043/2016),

A.  billi r-rwol tas-settur pubbliku huwa fundamentali għall-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs); billi s-settur privat huwa l-magna tal-ħolqien tal-ġid u tat-tkabbir ekonomiku fl-ekonomiji tas-suq kollha, u jiġġenera 90 % tal-impjiegi u d-dħul fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; billi s-settur privat jammonta għal 84 % tal-PDG fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw skont in-Nazzjonijiet Uniti (NU) u għandu l-kapaċità li jipprovdi bażi sostenibbli għall-mobilizzazzjoni tar-riżorsi nazzjonali, li twassal għal dipendenza anqas fuq l-għajnuna, sakemm dan ikun regolat kif xieraq, konformi mal-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem u mal-istandards ambjentali u jkun marbut ma' titjib konkret fit-tul fl-ekonomija nazzjonali, fl-iżvilupp sostenibbli u fit-tnaqqis tal-inugwaljanzi;

B.  billi skont l-Indiċi tal-Faqar tal-Bniedem tal-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti, 1.2 biljun persuna jaqilgħu anqas minn USD 1.25 kuljum; billi l-inugwaljanza qiegħda tiżdied, u flimkien mal-faqar, tirrappreżenta waħda mill-akbar theddid għall-istabbiltà globali;

C.  billi hemm korrelazzjoni ċara bejn l-iżvilupp ta' settur tal-manifattura b'saħħtu u t-tnaqqis tal-faqar fis-suq: żieda ta' 1 % fil-valur miżjud tal-manifattura (MVA) per capita tnaqqas l-għadd ta' nies foqra bi kważi 2 %;(18)

D.  billi jinħtieġu investimenti sostanzjali, b'estimi tal-fondi meħtieġa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jammontaw għal USD 2.4 triljun aktar kull sena minn dak li qed jintefaq bħalissa; billi l-finanzjament privat jista' jikkomplementa, iżda mhux jissostitwixxi, il-finanzjament pubbliku;

E.  billi l-2012 ġiet iddikjarata min-Nazzjonijiet Uniti bħala s-Sena Internazzjonali tal-Kooperattivi, li tenfasizza r-rwol tagħhom fil-kisba tal-iżvilupp, fl-awtonomizzazzjoni tal-persuni, fit-tisħiħ tad-dinjità umana u fl-għajnuna biex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju (MDGs); billi s-settur tal-kooperattivi madwar id-dinja għandu madwar 800 miljun membru f'aktar minn 100 pajjiż u huwa stmat li jammonta għal aktar minn 100 miljun impjieg madwar id-dinja;

F.  billi l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (MSMEs), li jiffurmaw is-sinsla tal-ekonomija tas-suq kollha, iħabbtu wiċċhom ma' piżijiet regolatorji ħafna akbar fil-pajjiżi li qed jiżvilippaw milli fl-UE, u ħafna minnhom joperaw fl-ekonomija informali, li hija mifnija bil-volatilità, u huma mċaħħda mill-protezzjoni legali, mid-drittjiet tal-ħaddiema u mill-aċċess għall-finanzjament; billi, skont ir-Rapport tal-Bank Dinji "Doing Business 2014", l-aktar pajjiżi foqra huma fil-fatt dawk li huma soġġetti għall-aktar piżijiet regolatorji(19);

G.  billi l-industrijalizzazzjoni (b'mod partikolari permezz tal-iżvilupp ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u tal-industriji żgħar u ta' daqs medju (SMIs)) hija l-mutur għall-benessri u għall-iżvilupp;

H.  billi d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Dritt għall-Iżvilupp tal-1986 tafferma l-iżvilupp bħala dritt fundamentali tal-bniedem; billi d-dikjarazzjoni timpenja ruħha lejn approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem, ikkaratterizzat mill-kisba tad-drittijiet tal-bniedem kollha (ekonomiċi, soċjali, kulturali, ċivili u politiċi); u billi d-dikjarazzjoni timpenja ruħha wkoll li ssaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali;

I.  billi l-investiment dirett barrani (IDB) għandu l-potenzjal li jikkontribwixxi għall-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDG), kif rifless fil-proposta tal-UNCTAD għall-investiment fl-SDGs (Pjan ta' Azzjoni għall-promozzjoni tal-kontribut tas-settur privat(20)), dment li l-IDB ikun regolat kif xieraq u marbut ma' titjib konkret fl-ekonomija nazzjonali, inkluż f'termini ta' trasferiment tat-teknoloġija u l-ħolqien ta' opportunitajiet ta' taħriġ għall-forza tax-xogħol lokali, inklużi n-nisa u ż-żgħażagħ;

J.  billi t-tariffi tal-importazzjoni għandhom rwol kruċjali fid-dħul tal-gvern u jippermettu lill-industriji li għadhom jibdew sabiex jikbru fis-suq nazzjonali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw; billi t-tariffi tal-importazzjoni fuq il-prodotti agrikoli proċessati jistgħu joħolqu spazju għal żieda fil-valur u l-ħolqien tal-impjiegi fl-ekonomiji rurali, filwaqt li jippromwovu wkoll is-sigurtà tal-ikel;

K.  billi 60 % tal-impjiegi fil-pajjiżi li qed jiżvilppaw huma fis-settur infomali tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (MSMEs) u billi 70 % tal-MSMEs ma jirċievu l-ebda finanzjament mill-istituzzjonijiet finanzjarji, minkejja li huma għandhom bżonnu biex jikbru u joħolqu l-impjiegi;

L.  billi 51 entità mill-akbar 100 entità ekonomika fid-dinja huma korporazzjonijiet, u billi l-aqwa 500 korporazzjoni multinazzjonali jammontaw għal kważi 70 % tal-kummerċ dinji;

M.  billi l-valur miżjud tal-manifattura medju per capita fil-pajjiżi industrijalizzati huwa 10 darbiet aktar minn dak tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u 90 darba aktar minn dak tal-pajjiżi l-anqas żviluppati (LDCs)(21);

N.  billi l-ispazju fiskali tal-pajjiżi żviluppati u li qed jiżviluppaw huwa mrażżan de facto mir-rekwiżiti tal-investituri globali u mis-swieq finanzjarji; billi skont il-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), il-pajjiżi li qed jiżviluppaw huma partikolarment affettwati mill-evitar tat-taxxa fuq il-kumpaniji, peress li huma dipendenti aktar fuq it-taxxa fuq l-introjtu tal-kumpaniji sabiex iżidu d-dħul, minn pajjiżi tal-OECD; billi prattiki li jiffaċilitaw l-evitar tat-taxxa mill-korporazzjonijiet transnazzjonali u mill-individwi huma użati b'mod wiesa' mill-Istati Membri tal-UE;

O.  billi l-Grupp ta' Livell Għoli li jagħti pariri lis-Segretarju Ġenerali Ban Ki-Moon dwar l-aġenda tal-iżvilupp wara l-2015, li kkonsulta ma' Uffiċjali Kapijiet Eżekuttivi ta' 250 kumpanija (li għandhom dħul annwali ta' USD 8 triljun) minn 30 pajjiż, ikkonkluda li s-sostenibbiltà teħtieġ li tkun inkorporata fl-istrateġiji korporattivi sabiex il-kumpaniji jkunu jistgħu jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet kummerċjali għat-tkabbir sostenibbli; billi r-rieda tas-settur privat biex jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli hija ta' spiss imxekkla min-nuqqas ta' mudelli ċara għall-intrapriżi biex jieħdu sehem fi sħubijiet mas-settur pubbliku; billi s-settur privat għandu l-potenzjal li jipprovdi oġġetti u servizzi lill-komunitajiet u persuni fqar, inaqqas l-ispejjeż, iżid l-għażliet u t-tfassil ta' oġġetti u servizzi għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, kif ukoll jikkontribwixxi għall-kondiviżjoni ta' salvagwardji u standards ambjentali u soċjali;

P.  billi, fin-nuqqas ta' definizzjoni aċċettata b'mod wiesa', is-sħubijiet pubbliċi-privati (PPPs) jistgħu jiġu definiti bħala arranġamenti b'diversi partijiet interessati bejn atturi privati, korpi pubbliċi u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ), li jfittxu li jiksbu objettiv pubbliku ta' benefiċċju reċiproku permezz tal-kondiviżjoni tar-riżorsi u/jew tal-għarfien;

Q.  billi l-Istituzzjonijiet Ewropej għall-Finanzjament għall-Iżvilupp (EDFI), grupp ta' 15-il istituzzjoni bilaterali li għandhom rwol importanti fl-għoti ta' finanzjament fit-tul lis-settur privat li jinsabu f'ekonomiji li qed jiżviluppaw jew li qed jirriformaw ruħhom, ifittxu li jinvestu f'kumpaniji bi spettru ta' effetti differenti ta' żvilupp li jvarjaw minn provvista affidabbli tal-elettriku u tal-ilma nadif għall-għoti ta' finanzjament lill-SMEs u aċċess għall-iswieq lill-azjendi agrikoli żgħar;

R.  billi l-PPPs għal għexieren ta' snin kienu prattika ta' negozju komuni fil-pajjiżi żviluppati, b'mod partikolari fil-pajjiżi Ewropej u fl-Istati Uniti, u llum il-ġurnata jintużaw b'mod wiesa' fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw mill-maġġoranza tad-donaturi, li jammontaw għal bejn wieħed u ieħor 15-20 % tal-investiment fl-infrastruttura totali;

S.  billi 2.5 biljun persuna, li ħafna minnhom jinsabu fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-maġġoranza tagħhom huma nisa u żgħażagħ, għadhom esklużi mill-komunitajiet tan-negozju, mis-settur finanzjarju formali, u mill-opportunitajiet ta' sjieda tal-proprjetà u tal-art; billi hemm diskrepanza persistenti bejn is-sessi ta' 6-9 punti perċentwali bejn il-kategorija ta' dħul fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; billi d-djalogu soċjali huwa mezz importanti ta' appoġġ għall-ugwaljanza bejn is-sessi fil-post tax-xogħol u li jbiddel ix-xejra ta' nuqqas ta' rappreżentanza tal-komunitajiet tan-negozju fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

T.  billi PPPs imfassla tajjeb u implimentati b'mod effiċjenti għandhom il-kapaċità li jimmobilizzaw finanzjament privat u pubbliku fit-tul, jiġġeneraw innovazzjoni fit-teknoloġiji u fil-mudelli ta' negozju, u jinkorporaw mekkaniżmi integrati sabiex jiġi żgurat li sħubijiet bħal dawn ikunu responsabbli għar-riżultati tal-iżvilupp;

U.  billi l-PPPs fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw sa issa huma kkonċentrati l-aktar fis-setturi tal-enerġija, tal-infrastruttura u tat-telekomunikazzjoni, filwaqt li l-potenzjal fis-setturi bħall-agrikoltura, l-edukazzjoni, it-teknoloġiji ekoloġiċi, ir-riċerka u l-innovazzjoni, il-kura tas-saħħa u d-drittijiet tal-proprjetà jibqa' mhux sfruttat;

V.  billi kważi żewġ terzi tas-self tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) lill-pajjiżi Asjatiċi, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) f'dawn l-aħħar għaxar snin kien mmirat lejn operazzjonijiet tas-settur privat; billi l-Faċilità ta' Investiment għal Cotonou tal-BEI ġiet rikonoxxuta bħala fond uniku, li jista' jerġa' jintuża u li jerfa' r-riskji għall-finanzjament ta' investiment b'riskju ogħla b'appoġġ għall-iżvilupp tas-settur privat;

W.  billi, għalkemm 45 miljun persuna li qed tfittex impjieg jingħaqdu mal-forza tax-xogħol tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw kull sena(22), 34 % tad-ditti f'41 pajjiż jammettu li fil-fatt huma ma jistgħux isibu l-ħaddiema li jeħtieġu;

X.  billi, fil-kuntest tal-Aġenda għall-Bidla, it-taħlit huwa rikonoxxut bħala strument importanti sabiex jiġu stimolati riżorsi addizzjonali billi l-għotjiet mill-UE jiġu kkombinati b'self jew ekwità minn finanzjaturi pubbliċi u privati; billi, madankollu, r-Rapport Speċjali Nru 16/2014 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-użu tal-kombinament ikkonkluda li, għal kważi nofs il-proġetti eżaminati, ma kienx hemm evidenza biżżejjed biex jitqies li l-għotjiet kienu ġġustifikati, filwaqt li f'għadd ta' każijiet kien hemm indikazzjonijiet li l-investimenti kienu jsiru mingħajr il-kontribuzzjoni tal-UE;

Y.  billi l-manifattura, b'madwar 470 miljun impjieg mad-dinja kollha fl-2009 u madwar nofs biljun impjieg mad-dinja kollha fl-2013(23), tipprovdi potenzjal għoli għall-ħolqien ta' impjiegi u ġid u għal xogħol deċenti u li jirrekjedi kwalifiki għoljin;

Z.  billi l-ġid globali qiegħed dejjem aktar ikun ikkonċentrat f'idejn ftit nies għonja u huwa mistenni li aktar min-nofs tal-ġid globali sal-2016 se jispiċċa għand dawk li huma l-1 % l-aktar għonja fid-dinja;

AA. billi tassazzjoni ġusta u progressiva bi kriterji ta' assistenza soċjali u ġustizzja soċjali għandha rwol kruċjali fit-tnaqqis tal-inugwaljanzi billi tfassal ir-ridistribuzzjoni tal-ġid minn ċittadini bi dħul ogħla għal dawk li l-aktar għandhom bżonn fil-pajjiż;

Strateġija fit-tul għall-ħidma mas-settur privat

1.  Jirrikonoxxi li l-investiment tas-settur privat fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jista' jikkontribwixxi għall-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU jekk ikun regolat kif xieraq; jilqa' u jaqbel mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2014 dwar rwol aktar b'saħħtu tas-settur privat fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp; jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tappoġġa lis-settur privat sabiex isir, flimkien ma' organizzazzjonijiet tal-iżvilupp governattivi u nongovernattivi oħra u mudelli ta' negozju inklużiv bħal kooperattivi u intrapriżi soċjali, sħab importanti fil-kisba ta' żvilupp inklużiv u sostenibbli fil-qafas tal-SDGs tan-NU, li jfisser impenn mis-settur privat lejn il-governanza tajba, it-tnaqqis tal-faqar u l-ħolqien tal-ġid permezz ta' investiment sostenibbli, kif ukoll it-tnaqqis tal-inugwaljanzi, il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istandards ambjentali u l-awtonomizzazzjoni tal-ekonomiji lokali; jenfasizza li r-rwoli differenti tal-atturi tas-settur privat u tas-settur pubbliku jeħtieġ li jiġu mifhuma u rikonoxxuti mill-partijiet involuti kollha;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tinvolvi ruħha b'mod attiv fid-diskussjonijiet dwar l-Aġenda 2030, filwaqt li tirrikonoxxi d-diversità tas-settur privat u l-isfidi ppreżentati sabiex jittaffa l-faqar ta' dawk l-aktar marġinati u li huma l-aktar diffiċli li jintlaħqu; iqis li kwalunkwe politika tal-UE li għandha l-għan li tinvolvi lis-settur privat fl-iżvilupp jeħtieġ li tispeċifika liema settur privat huwa fil-mira;

3.  Jenfasizza li sħubiji futuri fi ħdan l-aġenda 2030 għall-iżvilupp sostenibbli jeħtieġ li jiffokaw b'mod aktar estensiv fuq il-ġlieda kontra l-faqar u l-inugwaljanzi; ifakkar li l-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) jeħtieġ li tibqa' mezz ewlieni għall-qerda ta' kull forma ta' faqar u li tissodisfa l-ħtiġijiet soċjali bażiċi tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u li din ma tistax tiġi sostitwita mill-finanzjament privat; jirrikonoxxi l-possibbiltajiet li jiġi stimolat il-finanzjament privat mal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp, bil-kundizzjonijiet ta' trasparenza, obbligu ta' rendikont, sjieda u allinjament mal-prijoritajiet tal-pajjiż u mar-riskju ta' sostenibbiltà tad-dejn;

4.  Jappella li jkun hemm aktar investiment pubbliku f'servizzi pubbliċi li jkunu aċċessibbli għal kulħadd, b'mod speċjali fis-settur tat-trasport, fl-aċċess għall-ilma tajjeb għax-xorb, fis-saħħa u fl-edukazzjoni;

5.  Jemmen li s-setturi privati u pubbliċi huma l-aktar effettivi meta jaħdmu flimkien sabiex joħolqu ambjent b'saħħtu għall-investiment, għall-attività kummerċjali u l-pedamenti għal tkabbir ekonomiku; jenfasizza li s-sħubijiet u l-alleanzi kollha mas-settur privat għandhom jiffokaw fuq il-prijoritajiet ta' valuri komuni li jallinjaw l-objettivi kummerċjali mal-objettivi ta' żvilupp tal-UE, u jħarsu l-istandards internazzjonali dwar l-effikaċja tal-iżvilupp; iqis li dawn għandhom jitfasslu u jkunu ġestiti flimkien mal-pajjiżi sħab inkwistjoni sabiex jiġi żgurat li r-riskji, ir-responsabbiltajiet u l-profitti jiġu kondiviżi, ikunu kosteffettivi u jkollhom miri preċiżi għall-iżvilupp, tragwardi regolari, obbligu ta' rendikont ċar u transparenza;

6.  Jilqa' r-rwol li għandu l-investiment barrani tas-settur privat fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-aċċelerazzjoni tal-iżvilupp nazzjonali; ikompli jenfasizza l-importanza li jitħeġġeġ investiment responsabbli li jappoġġa s-swieq lokali u jgħin sabiex jittaffa l-faqar;

7.  Jappoġġa x-xogħol tal-Assoċjazzjoni tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Ewropej għall-Iżvilupp (EDFI), billi l-membri tagħha jipprovdu kapital lill-intrapriżi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw permezz ta' investimenti diretti f'kumpaniji, kif ukoll b'mod indirett bl-impenn ta' kapital lill-banek kummerċjali lokali u lil ekwità privata fis-swieq emerġenti, li jiffokaw fuq intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (MSMEs); iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiffavorixxi dawn it-tipi ta' programmi fil-finanzjament u l-kooperazzjoni tagħha, billi s-settur privat fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw huwa tal-akbar importanza;

8.  Jappella sabiex jiġu żviluppati standards ta' trasparenza u ta' obbligu ta' rendikont aktar effettivi għal kumpaniji tat-teknoloġija tal-UE marbuta mal-esportazzjoni tat-teknoloġiji li jistgħu jintużaw biex jinkisru d-drittijiet tal-bniedem, jgħinu l-korruzzjoni jew jaġixxu kontra l-interessi tas-sigurtà tal-UE;

9.  Jenfasizza li l-politiki tal-UE dwar il-kummerċ, l-investiment, is-sigurtà u l-iżvilupp huma interkonnessi u għandhom impatt dirett fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw; ifakkar li l-Artikolu 208 tat-Trattat ta' Lisbona jistabbilixxi l-prinċipju tal-koerenza tal-politiki dwar l-iżvilupp, li jirrikjedi li l-objettivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni fil-politiki li x'aktarx jolqtu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, jappella sabiex il-politiki dwar il-kummerċ u l-investiment jiġu evalwati f'termini tal-impatt tal-iżvilupp, speċjalment rigward l-aċċess universali għall-oġġetti u s-servizzi ta' interess ġenerali; jenfasizza l-importanza tat-titjib fil-kapitoli dwar l-iżvilupp sostenibbli fil-ftehimiet bilaterali kollha tal-kummerċ fil-ġejjieni, bil-ħsieb li jiġu inklużi skemi ta' rappurtar effettiv għas-settur privat;

10.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi analizzat kif is-settur privat jista' jiġi involut aktar fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, biex jgħin fil-ħolqien tat-tkabbir ekonomiku u tal-impjiegi fil-viċinat Ewropew, pereżempju permezz ta' kondiviżjoni tal-għarfien espert fl-għoti ta' aċċess għall-kapital;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi, tappoġġa u tiffinanzja sħubiji pubbliċi-pubbliċi bħala l-ewwel għażla, u tinkludi valutazzjonijet tal-impatt ex-ante soċjali u fuq il-faqar li jkunu obbligatorji u disponibbli għall-pubbliku meta programmi tal-iżvilupp jiġu implimentati flimkien mas-settur privat;

12.  Jappella sabiex l-UE tinkludi konsultazzjoni formali mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u mal-komunitajiet li huma affettwati direttament u indirettament mill-progetti tal-iżvilupp;

13.  Jenfasizza l-potenzjal vast tal-valur miżjud tal-UE fi sħubija mas-settur privat, b'koordinazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri tagħha u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, li ħafna minnhom għandhom esperjenza ta' riżultati tajbin ta' ħidma mas-settur privat; jenfasizza li ekonomija tas-suq li tiffunzjona bis-sħiħ, ibbażata fuq l-istat tad-dritt, tibqa' mutur importanti ta' żvilupp ekonomiku u soċjali u li l-politika tal-UE dwar l-iżvilupp għandha tirrifletti dan il-fatt;

14.  Jilqa' l-"Framework for Business Engagement with the United Nations", li jissottolinja l-fatt li settur privat b'saħħtu li jsarraf fi tkabbir ekonomiku huwa essenzjali għall-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju u li s-settur privat "qed jagħmel kontributi importanti lejn progress ekonomiku, soċjali u ambjentali kondiviż";

15. Jilqa' l-involviment tas-settur privat fil-Forum ta' Livell Għoli tal-OECD dwar l-effikaċja tal-għajnuna; jilqa', b'mod partikolari, l-inizjattivi f'dak il-kuntest li ttieħdu fir-rigward tal-modi innovattivi ta' stimolu tal-finanzjament tal-iżvilupp mis-settur privat u d-Dikjarazzjoni Konġunta ta' Busan fl-2011 dwar l-"Espansjoni u t-titjib tal-kooperazzjoni pubblika u privata għal tkabbir wiesa', inklużiv u sostenibbli";

16.  Jilqa' l-fatt li l-proporzjon ta' għajnuna mhux marbuta bilaterali baqgħet tiżdied, iżda jesprimi tħassib dwar forom formali u informali ta' għajnuna marbuta(24); jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jimplimentaw l-impenn li għamlu fil-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp biex "jippromwovu aktar in-non-kondizzjonalità tal-għajnuna li tmur lil hinn mir-rakkomandazzjonijiet eżistenti tal-OECD"; jissottolinja l-potenzjal li joħloq tkabbir ta' aktar għajnuna mhux marbuta, li jista' jkun ta' benefiċċju għall-industriji lokali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jappella għal żieda fl-għajnuna reali ("real aid") u għall-bini sostenibbli ta' katini ta' valur reġjonali/lokali; jappella għal żieda fl-awtonomizzazzjoni tal-atturi lokali u li tingħata enfasi fuq l-iżvilupp sostenibbli ta' katini ta' valur reġjonali/lokali; jenfasizza l-importanza tas-sjieda lokali u reġjonali, tal-istrateġiji u l-aġendi ta' riforma nazzjonali tal-pajjiżi sħab stess, tal-involviment ta' proġetti ta' żvilupp u tal-valur miżjud li jinħoloq billi jiġu żgurati katini ta' provvista lokali; jemmen li l-politika dwar l-iżvilupp għandha rwol importanti fl-indirizzar tal-kawżi ewlenin tal-flussi attwali ta' migrazzjoni lejn l-UE;

17.  Jirrikonoxxi wkoll id-dritt tal-pajjiżi kollha, b'mod partikolari tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li jimponu restrizzjonijiet tal-kapital temporanji sabiex jipprevjenu milli jseħħu kriżijiet finanzjarji b'riżultat ta' flussi finanzjarji privati fuq terminu qasir jew volatili; jappella għat-tneħħija ta' restrizzjonijiet fuq dan id-dritt minn kull ftehim ta' kummerċ u ta' investiment, inkluż fil-livell tad-WTO;

18.  Jirrimarka li l-UE jeħtieġ li tqis l-aċċessibbiltà fl-appoġġ tagħha lis-settur privat, peress li l-esklużjoni ta' partijiet kbar tal-popolazzjoni, bħall-persuni b'diżabbiltà, iċċaħħad lill-intrapriżi privati minn suq ta' daqs mhux negliġibbli;

Appoġġ lis-settur privat lokali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw

19.  Jirrimarka li l-MSMEs fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw iħabbtu wiċċhom ma' piżijiet regolatorji ħafna akbar minn dawk fl-UE, u li huma nieqsa mill-protezzjoni legali u mid-drittijiet tal-proprjetà, u joperaw f'ekonomija informali volatili; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza ta' sistemi ta' reġistrazzjoni tal-art; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi promoss is-settur privat lokali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, eż. permezz ta' aċċess għall-finanzjament u billi tiġi promossa l-intraprenditorija; jistieden lill-Kummissjoni, lid-donaturi oħra u lill-aġenziji ta' żvilupp iżidu l-appoġġ tagħhom għall-bini tal-kapaċità tal-SMEs nazzjonali;

20.  Jappella lill-UE tippromwovi strateġiji għall-iżvilupp b'responsabbiltà nazzjonali li jfasslu l-kontribut tas-settur privat għall-iżvilupp billi jinvolvu lis-settur privat f'qafas ta' żvilupp li jiffoka fuq il-kooperattivi, l-SMEs u l-intrapriżi mikro nazzjonali, b'mod partikolari l-bdiewa fuq skala żgħira, peress li dawn joffru l-akbar potenzjal li jixprunaw l-iżvilupp ekwu fil-pajjiż;

21.  Jissottolinja l-ħtieġa ta' żieda fl-appoġġ lil sħubijiet ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex jiġu modernizzati l-oqsfa regolatorji tagħhom billi jinħoloq ambjent favorevoli għall-inizjattivi privati, jingħataw mekkaniżmi ta' appoġġ għan-negozji, filwaqt li fl-istess ħin jinstab bilanċ ġust bejn il-ħolqien ta' klima favorevoli għall-investiment u l-protezzjoni tal-interess pubbliku u tal-ambjent permezz tar-regolamentazzjoni; jinnota l-ħtieġa li jiġi ffaċilitat l-istabbiliment ta' sistemi bankarji u amministrazzjonijiet tat-taxxa affidabbli fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li jkunu kapaċi jipprovdu governanza finanzjarja u ġestjoni tal-fondi pubbliċi u privati effiċjenti; jistieden lill-gvernijiet sħab jintroduċu klawsola ta' estinzjoni, li biha l-miżuri żejda jistgħu jiġu annullati; jinnota li l-leġiżlazzjoni għandha tkun soġġetta għal valutazzjonijiet tal-impatt immirati li jivvalutaw il-ħolqien ta' impjiegi fin-negattiv u t-theddid għall-istandards ambjentali;

22.  Jappella lill-UE ssaħħaħ il-kapaċità tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jimmobilizzaw id-dħul nazzjonali sabiex jiġġieldu l-evażjoni tat-taxxa, l-korruzzjoni u l-flussi finanzjarji illeċiti, u b'mod partikolari biex tgħin lill-pajjiżi l-anqas żviluppati u lil Stati fraġli biex jibnu istituzzjonijiet ta' governanza aktar stabbli u effettivi, inkluż permezz tal-iżvilupp ta' sistemi fiskali ġusti u effettivi; jistieden, għal dan l-għan, lill-UE biex ittejjeb l-għajnuna teknika u finanzjarja lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex tiżgura livell ogħla ta' trasparenza u obbligu ta' rendikont; jappella lill-UE, lill-Istati Membri tagħha, lill-organizzazzjonijiet kollha u lill-pajjiżi żviluppati u li qed jiżviluppaw li huma firmatarji tas-Sħubija ta' Busan 2011 għal Kooperazzjoni Effettiva għall-Iżvilupp biex jonoraw l-impenn tagħhom li jintensifikaw l-isforzi tagħhom bl-għan li jiġġieldu l-korruzzjoni u l-flussi finanzjarji illeċiti;

23.  Jappella lid-DĠ DEVCO tal-Kummissjoni jaħdem flimkien mad-DĠ GROW biex jirreplikaw l-istrutturi ta' appoġġ reġjonali għall-MSMEs fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, fuq il-mudell tan-Netwerk Enterprise Europe, bl-għan li jgħinuhom jiksbu l-legalità, ikollhom aċċess għall-finanzjament u l-kapital, jiksbu aċċess għas-suq u jegħlbu l-ostakli legali, u b'mod partikolari jappoġġaw it-tisħiħ ta' organizzazzjonijiet intermedjarji li jirrappreżentawhom; jenfasizza l-fatt li strutturi bħal dawn biż-żmien jistgħu wkoll iwittu t-triq għal sħubijiet pubbliċi-privati lokali u reġjonali f'oqsma li jvarjaw minn negozju agrikolu għal programmi għat-taħriġ vokazzjonali u l-kura tas-saħħa, jiffaċilitaw il-bini ta' kapaċità, il-kondiviżjoni ta' għarfien u esperjenzi u l-ġbir komuni ta' riżorsi lokali u internazzjonali;

24.  Itenni li l-UE għandha r-responsabbiltà li tappoġġa sistema fiskali globali ġusta, li jfisser li jiġu stabbiliti rekwiżiti obbligatorji effettivi għar-rapportar pubbliku pajjiż b'pajjiż ta' korporazzjonijiet transnazzjonali, jiġu stabbiliti reġistri pubbliċi tas-sidien benefiċjarji ta' kumpaniji, trusts u entitajiet ġuridiċi simili, jiġi żgurat l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar it-taxxa u distribuzzjoni ġusta ta' drittijiet tat-tassazzjoni, filwaqt li jiġu nnegozjati trattati dwar it-taxxa u l-investiment ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw; iqis ukoll li l-investiment dirett barrani għandu jiġi investit biss f'kumpaniji u fondi li huma lesti u l-fondi li jiddivulgaw pubblikament min huma s-sidien benefiċjarji u jirrapportaw il-kontijiet finanzjarji tagħhom fuq bażi ta' pajjiż b'pajjiż;

25.  Ifakkar li reġimi tat-tariffi huma komponent essenzjali ta' ambjent regolatorju adattat għall-iżvilupp tas-settur privat u l-ħolqien ta' impjiegi favur il-foqra; jinnota bi tħassib, madankollu, li l-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (FSE) jobbligaw tnaqqis tat-tariffi fuq l-importazzjoni f'firxa wiesgħa ta' setturi ekonomiċi tal-pajjiżi tal-AKP, filwaqt li t-tneħħija tat-tariffi kollha fuq importazzjonijiet tal-UE tirriżulta fi dħul ħafna iżjed baxx mit-tariffi, li f'xi każijiet ikun jammonta għal 15-20 % tad-dħul tal-gvern; iħeġġeġ lill-UE tfassal il-politika tagħha dwar il-kummerċ b'konformità mal-prinċipju tal-koerenza tal-politika għall-iżvilupp;

26.  Jilqa' l-Pakkett ta' Finanzjament tal-Impatt (IFE) tal-BEI ta' EUR 500 miljun taħt il-Faċilità ta' Investiment għal Cotonou li jippermetti lill-BEI jsaħħaħ l-involviment tiegħu fis-settur privat f'oqsma aktar riskjużi u f'ambjenti aktar ta' sfida; jiddeplora t-tnaqqis fil-pakkett ta' self tal-BEI għall-Asja; jenfasizza li l-investimenti kollha tal-BEI fil-qafas tal-Faċilità ta' Investiment ta' Cotonou għandhom ikunu allinjati ma' strateġiji għall-iżvilupp b'responsabbiltà nazzjonali, b'konformità mal-prinċipju ta' responsabbiltà demokratika;

27.  Jenfasizza l-fatt li, fi Stati fraġili u fi Stati li jinsabu fil-fażi ta' wara l-kunflitt, l-ostakli għall-iżvilupp tas-settur privat huma akbar milli f'oqsma oħra u jeħtieġu approċċ aktar immirat sabiex itejbu l-klima tal-investiment u jneħħu l-istaġnar, ir-regolamenti dwar in-negozju li m'għadhomx jintużaw, il-prattiki predatorji u l-livell għoli ta' korruzzjoni; jirrakkomanda, f'dan ir-rigward, li l-Kummissjoni tikkoopera mal-pajjiżi sħab u mas-settur privat fi djalogu dwar ir-riforma politika, sabiex tingħeleb l-isfiduċja kbira bejn il-gvernijiet u s-settur privat, li tradizzjonalment tinbet minn imġiba ta' tiftix ta' renta, klijenteliżmu u minn nuqqas ta' leġittimità;

28.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw iżidu l-isforzi tagħhom biex jippromwovu l-awtonomizzazzjoni ekonomika tan-nisa u jistabbilixxu mekkaniżmi ta' appoġġ għal nisa intraprendituri; jinnota li l-approċċ immexxi mit-tfaddil għall-inklużjoni finanzjarja tan-nisa ta riżultati tajbin; jirrakkomanda approċċ ta' integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-programmi ta' sħubija kollha, flimkien mat-taħriġ ta' intraprenditorija għan-nisa, għaż-żgħażagħ, għall-persuni b'diżabbiltà u netwerks ta' investituri informali mmirati lejn in-nisa; jappella sabiex jingħata aktar appoġġ lokali lill-intraprendituri nisa, sabiex ikunu jistgħu jiggwadanjaw minn tkabbir immexxi mis-settur privat; jirrakkomanda li jiġu adottati miżuri biex jissorveljaw il-proċess dwar l-awtonomizzazzjoni ekonomika lin-nisa, u jinnota li, skont il-FMI, id-dħul per capita jiżdied b'mod sinifikanti jekk in-nisa jikkontribwixxu b'mod ugwali bħall-irġiel fil-forza tax-xogħol;

L-involviment tas-settur tal-intrapriżi Ewropej u internazzjonali għall-kisba ta' żvilupp sostenibbli

29.  Jenfasizza l-fatt li l-potenzjal tal-kontribut tas-settur privat għal żvilupp sostenibbli fit-tul imur lil hinn mir-riżorsi finanzjarji, l-esperjenzi u l-għarfien espert tiegħu, u jinkludi l-istabbiliment lokali tal-katini tal-valur u kanali ta' distribuzzjoni, li jirriżulta f'ħolqien ta' impjiegi, tnaqqis tal-faqar u l-inugwaljanzi, il-promozzjoni tad-drittijiet u l-opportunitajiet tan-nisa u s-sostenibbiltà ambjentali, aktar ilħuq u effikaċja, u aktar aċċess għall-prodotti, servizzi u teknoloġija disponibbli fis-suq u affordabbli; jappella sabiex l-isforzi għall-iżvilupp Ewropej ikollhom rwol sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-istandards maqbula internazzjonalment, bħall-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-istandards tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, inkluż ħidma ma' intrapriżi u investituri biex tiġi żgurata konformità sħiħa mal-Prinċipji Gwida u l-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali fl-attivitajiet kummerċjali tagħhom u fil-katini tal-provvista tagħhom fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

30.  Jenfasizza li d-djalogu soċjali huwa essenzjali biex jiġi żgurat li s-settur privat jinvolvi ruħu b'mod effettiv fl-iżvilupp; jinsisti fuq ir-responsabbiltà tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jappoġġaw id-djalogu soċjali bejn l-impjegaturi tas-settur privat, il-ħaddiema u l-gvernijiet nazzjonali bħala mod kif titjieb il-governanza tajba u l-istabbiltà tal-Istat; jistieden, b'mod partikolari, lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, jiżguraw li d-djalogu soċjali jiġi estiż għaż-Żoni ta' Proċessar għall-Esportazzjoni u għar-raggruppamenti industrijali;

31.  Jenfasizza li s-settur privat, u speċjalment l-SMEs lokali, għandhom jagħmlu parti mid-djalogu tal-politika, flimkien mas-sħab l-oħra kollha tal-iżvilupp, sabiex jiffaċilitaw il-fehim reċiproku u jiġġestixxu l-aspettattivi, jiżguraw l-effiċjenza u t-trasparenza; jissottolinja, f'dan il-kuntest, ir-rwol importanti tad-delegazzjonijiet tal-UE f'pajjiżi li qed jiżviluppaw bħala pjattaforma għal dawn id-djalogi; jenfasizza r-rwol pożittiv tal-kooperattivi bħala katalisti ta' żvilupp soċjalment inklużiv u l-kapaċità tagħhom biex jawtonomizzaw lill-komunitajiet permezz tal-impjiegi u l-ġenerazzjoni ta' dħul; jirrimarka, b'mod partikolari, li l-ħaddiema ffurmaw kooperattivi u assoċjazzjonijiet ta' servizzi kondiviżi sabiex jassistuhom fl-impjieg indipendenti tagħhom fl-ekonomija informali, filwaqt li fiż-żoni rurali, kooperattivi ta' tfaddil u kreditu jagħtu aċċess għas-servizzi bankarji li huma nieqsa f'ħafna komunitajiet u jiffinanzjaw il-ħolqien ta' negozji żgħar u mikro; jirrikonoxxi li s-settur privat jinkludi atturi bħalma huma l-intrapriżi soċjali u l-organizzazzjonijiet tal-kummerċ ġust, li għandhom prinċipji soċjali u ambjentali integrati f'xogħolhom; jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi dawn l-isforzi fil-ħidma tagħha dwar ir-rwol tas-settur privat fl-iżvilupp;

32.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa l-proposta minn investituri u partijiet interessati oħra biex jingħata appoġġ lir-regoli vinkolanti dwar ir-rappurtar soċjali, ambjentali u tad-drittijiet tal-bniedem min-negozju, b'mod konsistenti mad-Direttiva tal-UE dwar ir-Rappurtar mhux Finanzjarju, li huma inklużi bħala wieħed mill-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU ġodda proposti;

33.  Jappella lill-UE tikkontribwixxi għat-tisħiħ u l-bini ta' strutturi, netwerks u istituzzjonijiet nazzjonali tal-atturi tas-settur privat, speċjalment l-MSMEs, filwaqt li jitqies ir-rwol tagħhom fit-tfassil tal-politika nazzjonali u reġjonali;

34.  Jenfasizza li waħda mir-restrizzjonijiet prinċipali għaż-żieda tal-parteċipazzjoni privata fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw tirriżulta min-nuqqas ta' proġetti bankabbli minħabba oqfsa legali, istituzzjonali u fiskali u kapaċitajiet ta' infurzar dgħajfin, kif ukoll min-nuqqas ta' riżorsi għall-ippjanar tal-investiment u t-tħejjija tal-proġetti; jappella għal aktar assistenza teknika lis-settur tal-intrapriżi pubbliċi ta' pajjiżi sħab sabiex iżidu l-kapaċità tagħhom li jassumu r-responsabbiltà għall-ġestjoni ta' PPPs u jaffermaw is-sjieda tagħhom fi tmiem il-proċess; jenfasizza l-ħtieġa li s-settur privat jipprevedi redditu fuq l-investiment fit-tul minħabba li nkella, skont l-azzjonisti tagħhom, jista' ma jkollhomx il-viżjoni fit-tul meħtieġa għar-redditu fis-setturi soċjali li huma ta' importanza ewlenija għall-iżvilupp tal-bniedem;

35.  Jinnota li l-parteċipazzjoni privata fl-infrastruttura fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw żdiedet b'mod sinifikanti, minn USD 18-il biljun fl-1990 għal USD 150 miljun fl-2013; jappella għal involviment kontinwu f'dan ir-rigward, filwaqt li jirrimarka li n-nuqqas ta' aċċess għall-infrastruttura huwa restrizzjoni ewlenija għat-tkabbir tas-settur privat, li jimmina l-prestazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi;

36.  Jenfasizza l-potenzjal kbir għall-PPPs fl-agrikoltura, skont qafas leġiżlattiv definit b'mod ċar u b'saħħtu dwar id-drittijiet tal-proprjetà u s-sigurtà tal-pussess ta' art, sabiex jiġi evitat il-ħtif tal-art u tiġi żgurata produzzjoni agrikola akbar u aktar effettiva; jilqa' t-tnedija fl-2014 ta' programm tal-UE għat-tisħiħ tal-governanza tal-art fil-pajjiżi Afrikani; jirrakkomanda li l-UE u d-delegazzjonijiet tagħha jkollhom rwol akbar fil-ħidma mal-gvernijiet sħab, kif ukoll mal-BEI, il-Fond Internazzjonali għall-Iżvilupp Agrikolu (IFAD) u korpi oħra simili, fl-involviment tas-settur privat biex jiġu żviluppati soluzzjonijiet ibbażati fuq is-suq għall-isfidi agrikoli; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu stabbiliti inċentivi finanzjarji sabiex tiġi evitata l-esklużjoni ta' popolazzjonijiet u bdiewa fqar u mbiegħda li jkabbru għelejjel li mhumiex ta' interess kummerċjali sinifikanti jew li x'aktarx ma jolqtux lis-sħab tan-negozju agrikolu; jenfasizza li s-salvagwardji għandhom jinkludu valutazzjoni tar-riskju soċjali u ambjentali, konsultazzjoni mar-rappreżentanti leġittimi tal-komunitajiet milquta, il-kunsens liberu, minn qabel u infurmat tagħhom dwar il-proġett rispettiv, u appoġġ legali lill-komunitajiet meta huma jeħtieġu; jitlob lill-Kummissjoni biex tinkludi proċeduri ta' monitoraġġ li jakkumpanjaw il-proġetti u biex tinnegozja reviżjoni tal-kuntratti f'każ li dawn jirriżultaw ta' dannu għall-popolazzjoni lokali;

37.  Jenfasizza wkoll ir-riskji assoċjati mal-PPPs fl-agrikoltura, inkluż il-ħtif tal-art, li jeħtieġ li jiġu evitati; jenfasizza l-importanza li l-għajnuna tkun iffukata fuq bdiewa fuq skala żgħira, partikolarment in-nisa; jistieden lill-Kummissjoni iddaħħal f'kull PPP fis-settur agrikolu li jibbenefika minn flus tal-UE, miżuri komprensivi sabiex jiġu protetti l-bdiewa fuq skala żgħira, ir-rgħajja u utenti vulnerabbli oħra tal-art minn telf potenzjali ta' aċċess għall-art jew għall-ilma; jenfasizza li s-salvagwardji għandhom jinkludu valutazzjoni tar-riskju soċjali u ambjentali, konsultazzjoni obbligatorja mar-rappreżentanti leġittimi tal-komunitajiet milquta, bil-kunsens liberu, minn qabel u infurmat tagħhom bħala rekwiżit għat-tnedija tal-proġett rispettiv, u appoġġ legali lill-komunitajiet meta huma jeħtieġu; jirrakkomanda li proġetti tal-Alleanza l-Ġdida tal-G8 jinbidlu b'inizjattivi skont il-Programm Komprensiv għall-Iżvilupp tal-Agrikoltura fl-Afrika (CAADP); jenfasizza li l-kumpens finanzjarju u soċjali jeħtieġ li jkun impenn vinkolanti u li għandhom dejjem jiġu kkunsidrati pjanijiet alternattivi ta' żvilupp;

38.  Jirrakkomanda li l-UE tkompli tappoġġa proġetti ta' enerġija rinnovabbli u ekoloġika fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari fiż-żoni rurali mbiegħda, b'mod sostenibbli; jilqa' l-fatt li waħda mill-prijoritajiet tal-IFE tal-BEI hija l-investiment fl-enerġija, li huwa rikonoxxut b'mod wiesa' bħala element prinċipali għal żieda fit-tkabbir ekonomiku fl-Afrika; jistenna strumenti innovattivi ta' finanzjament biex jiġi kkatalizzat l-investiment tas-settur privat fl-enerġija rinnovabbli, fl-effiċjenza tal-enerġija u fl-aċċess għall-enerġija; jinkoraġġixxi ukoll lill-BEI u lill-Istituzzjonijiet Finanzjarji Ewropej għall-Iżvilupp ikomplu jiffinanzjaw proġetti ta' investiment b'appoġġ għall-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima fl-Afrika, b'konformità mal-impenji u l-obbligi tal-UE skont il-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC); ifakkar li jeħtieġ li tingħata prijorità lill-proġetti fuq skala żgħira, li mhumiex kollegati mal-grilja u deċentralizzati tal-enerġija rinnovabbli, biex jiġi żgurat aċċess għall-enerġija għaż-żoni rurali, filwaqt li jiġi evitat impatt soċjali u ambjentali potenzjalment negattiv tal-infrastruttura enerġetika fuq skala kbira.

39.  Iħeġġeġ lill-UE tiżviluppa qafas regolatorju robust, abbażi tal-kriterji tal-effikaċja tal-iżvilupp, li fih għandu jopera s-settur privat, inkluż il-promozzjoni ta' PPPs kuntrattwali fit-tul; iħeġġeġ lill-UE tippromwovi l-PPPs biss jekk ma jkunux disponibbli alternattivi finanzjari oħra li jkunu anqas għalja u riskjużi , abbażi ta' analiżi kosteffettiva; jistieden lill-UE timplimenta politiki effettivi ta' salvagwardja għal proġetti ta' PPP, sabiex tiżgura r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tan-nisa;

40.  Jilqa' l-kisbiet magħmula bil-ġbir komuni ta' riżorsi pubbliċi-privati għall-kura tas-saħħa u għall-aċċess imtejjeb għall-mediċini, u bl-għan li dejjem jiżdied il-potenzjal għat-trasferiment tat-teknoloġija fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jirrakkomanda li l-UE ssir faċilitatur fil-ftuħ ta' possibbiltajiet ta' kooperazzjoni lil hinn mill-aċċess għall-mediċini lejn ir-riforma tas-sistemi tal-kura tas-saħħa li ma jiffunzjonawx fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jenfasizza li l-appoġġ għall-SMEs/SMIs lokali jista' jissaħħaħ mhux biss permezz ta' strumenti ta' finanzjament, iżda wkoll permezz ta' trasferimenti ta' teknoloġija, bini ta' kapaċità, żvilupp sostenibbli tal-fornituri u rabtiet kummerċjali;

41.  Jenfasizza l-importanza li jitnaqqas id-distakk bejn is-sistema edukattiva u s-suq tal-impjiegi eżistenti fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita programmi u tappoġġa PPPs li jinvolvu lill-partijiet interessati kkonċernati kollha, minn skejjel, universitajiet, ċentri ta' taħriġ u atturi tas-settur privat sabiex jiġu offruti opportunitajiet ta' taħriġ u edukazzjoni li jkunu rilevanti għas-suq; jinkoraġġixxi l-istabbiliment ta' istituzzjonijiet ta' taħriġ doppju vokazzjonali fejn iż-żgħażagħ, filwaqt li jsegwu programm ta' apprendistat professjonali b'enfasi fuq l-aspetti prattiċi ta' professjoni, jista' wkoll ikollhom lekċers teoretiċi fi skejjel professjonali speċjalizzati;

42.  Jirrimarka li l-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-gvernijiet bħala regolaturi jeħtieġ li jissaħħaħ biex jiksbu b'suċċess l-iżvilupp sostenibbli;

Prinċipji tal-involviment mas-settur privat

43.  Jenfasizza l-fatt li l-involviment mas-settur tal-intrapriżi jeħtieġ approċċ flessibbli, imfassal mhux biss abbażi tal-eżiti intiżi, iżda wkoll billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-livell sa fejn il-kundizzjonijiet lokali huma favorevoli għall-investimenti u l-intrapriżi privati; jirrakkomanda approċċ differenzjat fir-rigward tal-pajjiżi l-anqas żviluppati u l-istati fraġli; jinnota li l-investiment u l-involviment tas-settur privat fis-setturi tal-SDG ivarjaw ħafna bejn il-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jistieden lid-donaturi biex jagħtu l-maġġoranza tal-għajnuna tagħhom lill-pajjiżi l-anqas żviluppati fil-forma ta' għotjiet;

44.  Jilqa' l-kriterji msemmija fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-settur privat u l-iżvilupp għall-għoti tal-appoġġ dirett lis-settur privat; jitlob li jitwaqqaf qafas definit b'mod ċar li jirregola s-sħubijiet kollha mas-settur privat permezz tal-implimentazzjoni ta' parametri referenzarji bħal azzjonijiet immirati lejn il-mikrointrapriżi, strateġiji ta' aċċess għall-kreditu u ta' inklużjoni fl-impjieg għall-gruppi żvantaġġati, in-nisa u ż-żgħażagħ, li jridu jiżguraw konformità mal-prinċipju tal-koerenza tal-politika għall-iżvilupp, il-prinċipji tal-effettività tal-iżvilupp u l-objettivi tal-politika għall-iżvilupp, b'mod partikolari t-tnaqqis tal-faqar u tal-inugwaljanza; huwa tal-fehma li kwalunkwe deċiżjoni biex jiġi promoss l-użu tas-sħubiji pubbliċi-privati permezz tat-taħlit fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandha tkun ibbażata kemm fuq il-valutazzjoni bir-reqqa ta' dawn il-mekkaniżmi f'termini ta' impatti tal-iżvilupp, obbligu ta' rendikont u trasparenza, kif ukoll fuq il-lezzjonijiet meħuda mill-esperjenzi tal-passat;

45.  Huwa mħasseb minħabba l-fatt li s-salvagwardji li jiggarantixxu l-użu bi skop tal-finanzi pubbliċi mhux dejjem ikunu fis-seħħ; jenfasizza li l-indikaturi tal-eżiti li jistgħu jitkejlu u l-mekkaniżmi ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni għandhom jiġu mifthiema fil-fażi preparatorja tal-proġett filwaqt li jiġi żgurat li l-investimenti jikkonformaw mal-istandards internazzjonali soċjali, ambjentali u tad-drittijiet tal-bniedem, u jkunu trasparenti, u li s-settur privat iħallas is-sehem ġust tiegħu ta' taxxi; jenfasizza l-importanza tal-valutazzjoni tar-riskju, is-sostenibbiltà tad-dejn, it-trasparenza u l-protezzjoni tal-investiment; jissottolinja l-importanza tar-rwol formali konsultattiv u ta' skrutinju tal-parlamenti nazzjonali u tas-soċjetà ċivili fl-iżgurar ta' obbligu ta' rendikont u trasparenza sħiħa; jirrakkomanda li l-aċċess effettiv għall-ġustizzja u l-kumpens tal-vittmi ta' abbużi korporattivi għandu jiġi pprovdut fil-pajjiż li qed jiżviluppa fejn ikun qed isir il-proġett;

46.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-intrapriżi involuti fis-sħubijiet għall-iżvilupp ikunu allinjati mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u jħarsu u jirrispettaw il-prinċipji ta' responsabbiltà soċjali korporattiva (CSR); jappoġġa bil-qawwa t-tixrid u l-implimentazzjoni effettivi u komprensivi tal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem fi ħdan l-UE u barra minnha, u jenfasizza l-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri politiċi u leġiżlattivi kollha meħtieġa sabiex jiġu indirizzati l-lakuni fl-implimentazzjoni effettiva tal-Prinċipji Gwida tan-NU, inkluż fir-rigward tal-aċċess għall-ġustizzja; jirrakkomanda li l-intrapriżi kollha li joperaw fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jipprovdu livell ta' trasparenza skont il-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali f'termini ta' rispett tad-drittijiet tal-bniedem, filwaqt li jikkontribwixxi b'mod pożittiv għall-benessri soċjali u ambjentali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u jikkooperaw fi sħubija mal-OSĊ; jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri jfasslu pjanijiet nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u speċjalment il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Ktajjen ta' Provvista Responsabbli tal-Minerali minn Żoni Affettwati mill-Kunflitti u Żoni ta' Riskju Għoli;

47.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-politika tal-UE dwar il-kummerċ u l-iżvilupp tosserva l-ispazju politiku u dak tal-politika ekonomika tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari l-pajjiżi l-anqas żviluppati, biex, fejn meħtieġ, jinżammu t-tariffi tal-importazzjoni ewlenin, u biex jiġi promoss il-ħolqien ta' impjiegi deċenti u bi kwalifiki għoljin fi ħdan l-industriji lokali tal-manifattura u agroindustrijali bħala elementi abilitanti possibbli ta' valur miżjud, tkabbir industrijali, u tkabbir u diversifikazzjoni fl-esportazzjoni fil-livell domestiku, li huma komponenti ewlenin ta' titjib ekonomiku u soċjali inklużiv; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jippromwovu miżuri konkreti sabiex jiżguraw li l-korporazzjonijiet multinazzjonali jħallsu t-taxxi fil-pajjiżi fejn jiġġeneraw il-profitti tagħhom u biex jippromwovu rappurtar pajjiż b'pajjiż effettiv mis-settur privat, u b'hekk issaħħu l-kapaċitajiet domestiċi ta' mobilizzazzjoni tar-riżorsi u l-kompetizzjoni ġusta;

48.  Iħeġġeġ lill-UE biex tappoġġa l-proċess ta' elaborazzjoni li għaddej ta' strument internazzjonali legalment vinkolanti tan-NU dwar kumpaniji transnazzjonali u intrapriżi oħra fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, peress li dan se jiċċara l-obbligi tal-kumpaniji transnazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, u tal-kumpaniji fil-konfront tal-istati, u biex tipprovdi għat-twaqqif ta' rimedji effettivi għall-vittmi f'każijiet fejn ikun jidher ċar li l-ġurisdizzjoni nazzjonali ma tkunx kapaċi tipproċessa lil dawk il-kumpaniji b'mod effettiv;

49.  Jilqa' l-fehma tal-Kummissjoni li l-pilastri strateġiċi tal-Aġenda tax-Xogħol Deċenti tal-ILO għandhom jiġu promossi, bħala mezz biex jiġu indirizzati l-inugwaljanza u l-esklużjoni soċjali, b'mod partikolari fost dawk l-aktar marġinalizzati, fosthom in-nisa, it-tfal, l-anzjani u l-persuni b'diżabbiltà; jenfasizza l-ħtieġa li l-kumpaniji jappoġġaw it-trattament ġust tal-ħaddiema u jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri u tajbin għas-saħħa, protezzjoni soċjali u djalogu soċjali, filwaqt li jagħtu lok għal relazzjoni kostruttiva bejn il-ħaddiema, il-maniġment u l-kuntratturi;

It-Triq 'il Quddiem: passi li għandhom jittieħdu sabiex is-settur privat isir sieħeb sostenibbli fil-politika għall-iżvilupp

50.  Jistieden lill-istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej biex jistabbilixxu qafas ċar, strutturat, trasparenti u responsabbli li jirregola s-sħubijiet u l-alleanzi mas-settur privat fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u jenfasizza li, b'mod parallel ma' rwol ikbar għas-settur privat, huwa importanti li jiġu żviluppati salvagwardji u kapaċitajiet istituzzjonali xierqa;

51.  Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jiżviluppaw strateġija ċara u konkreta sabiex jiżguraw l-allinjament tas-settur privat mal-prijoritajiet ta' żvilupp tal-gvernijiet nazzjonali u s-soċjetà ċivili fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

52.  Jitlob l-istabbiliment, fil-livell tal-UE, ta' pjattaformi settorjali u b'diversi partijiet interessati, li jgħaqqdu s-settur privat, l-OSĊ, l-NGOs, il-gruppi ta' riflessjoni, il-gvernijiet sħab, id-donaturi, l-organizzazzjonijiet kooperattivi, l-intrapriżi soċjali u partijiet interessati oħra, sabiex jingħelbu r-riżervi u n-nuqqas ta' fiduċja fost is-sħab u jiġu riżolti l-isfidi mhux mistennija li jirriżultaw mill-interventi kollaborattivi ta' żvilupp; jissottolinja, f'dan ir-rigward, ir-rwol importanti tad-delegazzjonijiet tal-UE fil-pajjiżi rispettivi bħala faċilitaturi ta' djalogi bħal dawn; jinnota li l-proposta tal-Kummissjoni biex issaħħaħ il-mekkaniżmi eżistenti bħalma hu l-Forum ta' Politika għall-Iżvilupp, hija pass fid-direzzjoni t-tajba;

53.  Jirrikonoxxi r-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-Kummissjoni turi b'mod ċar l-addizzjonalità mil-lat ta' finanzi u żvilupp tal-għotjiet tal-UE għal proġetti kkombinati; jappoġġa l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tespandi l-ambitu tat-taħlit biex jinkludi oqsma lil hinn mill-infrastruttura, bħalma huma l-agrikoltura sostenibbli, is-setturi soċjali u l-iżvilupp tas-settur privat lokali jekk il-Kummissjoni turi li għandha raġun; jinsisti, madankollu, li l-operazzjonijiet ta' taħlit kollha għandhom ikunu konsistenti bis-sħiħ mal-prinċipji tal-effettività tal-iżvilupp, bħalma huma s-sjieda, l-obbligu ta' rendikont u t-trasparenza, filwaqt li jiġi żgurat li dawn isegwu l-SDGs; jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa l-mekkaniżmu ta' taħlit tas-self u l-għotjiet u biex issaħħaħ il-kapaċitajiet ta' ġestjoni tagħha fir-rigward tal-proġetti ta' kombinament, kif irrakkomandat mill-Qorti tal-Awdituri; jistieden lill-Kummissjoni biex tiddemokratizza l-istruttura ta' governanza tal-Pjattaforma tal-UE għat-Taħlit u l-faċilitajiet ta' taħlit reġjonali, permezz tal-involviment xieraq tal-partijiet interessati rilevanti kollha fil-livell lokali, inklużi l-gvernijiet sħab, il-parlamenti nazzjonali, l-atturi tas-settur privat, it-trade unions u l-komunitajiet lokali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex issaħħaħ il-kriterji għat-twaqqif tal-għotjiet għall-għajnuna u tistabbilixxi l-ammonti tagħhom, u biex tispeċifika fid-dettall il-valur miżjud tat-taħlit f'kull wieħed mill-proġetti tagħha;

54.  Jitlob l-espansjoni tal-mandat attwali ta' self estern tal-BEI, sabiex jiżdied ir-rwol tiegħu fil-kisba tal-iżvilupp sostenibbli u, b'mod partikolari, biex ikollu parti aktar attiva fl-istrateġija l-ġdida tas-settur privat, permezz tat-taħlit, il-kofinanzjament tal-proġetti u l-iżvilupp tas-settur privat lokali; jitlob, barra minn hekk, trasparenza u obbligu ta' rendikont akbar fis-sħubijiet u l-proġetti assoċjati mal-BEI; ifakkar li l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI implimentati permezz tal-garanzija tal-Unjoni mogħtija lill-BEI fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandu jkollhom bħala l-objettiv primarju tagħhom it-tnaqqis tal-faqar u, fuq terminu ta' żmien twil, il-qerda tiegħu; jistieden lill-BEI u lill-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħra għall-iżvilupp tal-Istati Membri biex jiżguraw li l-kumpaniji li jirċievu l-appoġġ tagħhom ma jipparteċipawx f'evażjoni tat-taxxa;

55.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li s-sħubijiet u s-self lis-settur privat f'pajjiżi bi dħul baxx u fi stati fraġli jkunu assoċjati ma' għotjiet diretti lill-OSĊ u jkunu allinjati mal-prijoritajiet ta' żvilupp tal-pajjiżi rilevanti, sabiex jiġi żgurat l-involviment taċ-ċittadini u li jkun hemm proċessi b'diversi partijiet interessati fost l-OSĊ, il-gvernijiet lokali u t-trade unions;

56.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li d-delegazzjonijiet kollha tal-UE jkollhom persunal imħarreġ u kkwalifikat li jkun imħejji b'mod attiv sabiex jiffaċilita u jimplimenta sħubijiet ma' atturi tas-settur privat; jinnota li l-impenn għall-aċċellerazzjoni tal-kolokazzjoni tal-uffiċċji tal-BEI fid-delegazzjonijiet tal-UE huwa pass fid-direzzjoni t-tajba; jistieden lill-Kummissjoni biex tapplika, fil-qasam, l-aqwa prattiki tal-Istati Membri, li l-ambaxxati tagħhom ġeneralment ikunu "l-ewwel punt ta' kuntatt" għall-atturi tas-settur privat;

57.  Jitlob impenn akbar min-naħa tal-Kummissjoni, fl-ingranaġġ tal-piż politiku tagħha fl-insegwiment ta' toroq ġodda għad-djalogu mal-gvernijiet sħab u l-awtoritajiet lokali, sabiex tiffaċilita interazzjoni akbar u aktar pożittiva mas-settur privat; jenfasizza l-fatt li d-Dokumenti ta' Strateġija għall-Pajjiż, il-Programmi Indikattivi Nazzjonali u l-appoġġ baġitarju jistgħu jkunu l-aktar strumenti ta' valur fit-tmexxija ta' riformi fl-ambjent tan-negozju fil-pajjiżi sħab u fil-promozzjoni tal-industrijalizzazzjoni domestika; jirrakkomanda li l-UE tapprova l-Pjan ta' Azzjoni tal-UNCTAD għall-Investiment fl-SDGs; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li t-tfassil, l-istrutturar u l-implimentazzjoni tas-sħubiji pubbliċi-privati għadhom biċċa xogħol diffiċli u kumplessa u li s-suċċess tagħhom jiddependi wkoll fuq l-ambjent abilitanti li joperaw fih;

58.  Jenfasizza li r-responsabbiltà għal azzjoni konġunta effettiva tinsab mhux biss mad-donaturi u l-intrapriżi involuti, iżda wkoll mal-gvernijiet sħab; jistieden lill-UE biex taħdem fuq it-tisħiħ tal-bini tal-kapaċità tal-pajjiżi sħab sabiex tivvaluta d-dħul opportun fi proġetti ta' sħubiji pubbliċi-privati; jenfasizza li l-governanza tajba, l-istat tad-dritt, qafas għal riforma tan-negozju, miżuri kontra l-korruzzjoni, il-ġestjoni finanzjarja pubblika u l-istituzzjonijiet pubbliċi effettivi huma ta' importanza enormi għall-investiment, l-innovazzjoni u l-iżvilupp tas-settur privat;

59.  Jitlob aktar enfasi fuq it-titjib tal-koordinazzjoni tad-donaturi u tal-ipprogrammar konġunt, kif ukoll mira ċentrali biex jitwasslu riżultati li jistgħu jitkejlu u eżiti ta' żvilupp, sabiex ikun hemm massimizzazzjoni tal-impatt tal-politika tal-iżvilupp tal-UE u jiġi żgurat l-obbligu ta' rendikont sħiħ għall-infiq tal-iżvilupp;

60.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-UNCTAD, lill-UNIDO u lill-Bord ta' Livell Għoli dwar l-Aġenda ta' wara l-2015.

(1)

http://unctad.org/en/PublicationsLibrary/wir2014_en.pdf.

(2)

Testi adottati, P7_TA(2014)0163.

(3)

Testi adottati, P8_TA(2014)0059.

(4)

Testi adottati, P8_TA(2015)0196.

(5)

Testi adottati, P7_TA(2014)0250.

(6)

http://www.oecd.org/development/effectiveness/49650173.pdf.

(7)

http://www.mofa.go.jp/mofaj/annai/honsho/seimu/nakano/pdfs/hlf4_5.pdf.

(8)

http://www.ifc.org/wps/wcm/connect/topics_ext_content/ifc_external_corporate_site/idg_home/p4p_home.

(9)

http://www.uncsd2012.org/content/documents/727The%20Future%20We%20Want%2019%20June%201230pm.pdf.

(10)

http://www.ohchr.org/Documents/Publications/GuidingPrinciplesBusinessHR_EN.pdf.

(11)

http://www.oecd.org/corporate/mne/34873731.pdf.

(12)

http://unctad.org/en/PublicationsLibrary/diaepcb2012d5_en.pdf

(13)

http://www.afdb.org/fileadmin/uploads/afdb/Documents/Policy-Documents/2013-2017_-_Private_Sector_Development_Strategy.pdf.

(14)

http://www.ilo.org/wcmsp5/groups/public/---ed_emp/---emp_ent/---multi/documents/publication/wcms_094386.pdf.

(15)

http://www.unido.org/fileadmin/Lima_Declaration.pdf

(16)

http://www.un.org/disabilities/documents/convention/convention_accessible_pdf.pdf

(17)

http://www.fao.org/nr/tenure/voluntary-guidelines/en/.

(18)

http://www.unido.org/fileadmin/user_media/Services/PSD/WP4_2014_Industrialisation_and_social_well-being.pdf

(19)

Grupp tal-Bank Dinji, Doing Business 2014: Understanding Regulations for Small and Medium-Size Enterprises, 29 ta' Ottubru 2013

(20)

http://unctad.org/en/PublicationChapters/wir2014ch4_en.pdf

(21)

http://www.unido.org/fileadmin/user_media/Services/PSD/WP4_2014_Industrialisation_and_social_well-being.pdf

(22)

Building an Employment-Oriented Framework for Strong, Sustainable and Balanced Growth - fi "The Challenges of Growth, Employment and Social Cohesion", Dokument ta' Sfond għall-Konferenza ta' Livell Għoli ILO-IMF, ILO, 2010

(23)

https://www.unido.org/fileadmin/user_media/Research_and_Statistics/UNIDO_IDR_2013_main_report.pdf

(24)

ActionAid (2005): Real Aid, An Agenda for Making Aid Work, p. 4.


NOTA SPJEGATTIVA

Hekk kif nibdew nevalwaw mill-ġdid l-impenji extra-Ewropej tagħna, ir-rwol tas-settur privat fl-iżvilupp jiġi diskuss dejjem aktar. Minkejja l-ħafna suċċessi mhux ikkontestati, l-estimi tal-infiq globali inkrementali meħtieġa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw huma ta' $2.4 triljun fis-sena aktar minn dak li qed jintefaq bħalissa — piż li l-kontribwent, li diġà qed ibati, x'aktarx mhux se jkun lest li jġorr; Għalkemm sħubija bejn l-għajnuna pubblika u dik privata tista' tkun imperfetta, bħalissa ma hemm l-ebda proġett ta' żvilupp sinifikanti fid-dinja li ma jikkonsultax u ma jaħdimx ma' investituri privati. Tabilħaqq, il-bord ta' livell għoli li jagħti pariri lis-Segretarju Ġenerali tan-NU Ban Ki-moon dwar l-Aġenda tal-iżvilupp ta' wara l-2015 ikkonsulta lill-Kapijiet Eżekuttivi ta' 250 kumpanija minn 30 pajjiż u kkonkluda li s-sostenibbiltà għandha tiġi inkorporata fl-istrateġiji korporattivi tagħhom sabiex jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet kummerċjali għat-tkabbir sostenibbli.

Għalfejn il-ħidma mas-settur privat hija kruċjali għall-iżvilupp?

It-tkabbir tal-popolazzjoni u tal-introjtu fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw huwa stabbilit biex imexxi popolazzjoni tal-klassi medja globali li qiegħda tikber, stmata bħala 5 biljuni sal-2030, li se teħtieġ livelli ta' kunsum ogħla b'mod sinifikanti. Id-domanda għall-ikel, l-ilma u l-enerġija mistennija li tiżdied b'50 fil-mija, 40 fil-mija u 30 fil-mija, rispetttivament, sal-2030. Il-valur komuni qed jitqies dejjem aktar mis-settur, mhux bħala filantropija, iżda bħala t-triq għas-suċċess ekonomiku. Huwa stmat li l-investimenti tas-settur privat fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw ħafna drabi jilħqu rati għoljin b'figuri doppji ta' redditu fil-proġetti tal-enerġija, l-elettriku u t-trasport.

Appoġġ lis-settur privat lokali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw

L-MSMEs fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jaffaċċaw piżijiet regolatorji ħafna akbar milli fl-UE, u spiss jaħdmu fl-ekonomija informali u mingħajr protezzjoni legali. Skont ir-Rapport tal-Bank Dinji dwar "Doing Business" tal-2014, l-aktar pajjiżi foqra huma fil-fatt dawk li huma soġġetti għall-aktar piżijiet regolatorji.(1) Il-ħolqien ta' ambjent favorevoli għall-inizjattivi privati, kif ukoll li l-MSMEs jiddaħħlu fl-ekonomija formali u jinżammu hemm għandhom ikunu prijorità daqs li tinqata' l-burokrazija u tittejjeb il-klima kummerċjali ġenerali sabiex dawn jiffjorixxu.

DĠ Intrapriża għandu rekord estensiv ta' strumenti u għodod li kienu ta' suċċess fl-appoġġ tal-MSMEs fl-Ewropa. L-użu tal-għarfien uniku tagħhom fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u r-replikar ta' mekkaniżmi bħan-Netwerk Enterprise Europe u l-Portal tan-Negożji ż-Żgħar Ewropej, imfassla għall-ambjent lokali u l-prijoritajiet nazzjonali jew reġjonali, ikun pass importanti fid-direzzjoni t-tajba. Għalkemm fil-bidu dawn joperaw taħt il-gwida tal-Kummissjoni, biż-żmien dawn ikunu jistgħu jiġu trasferiti taħt sjieda u responsabbiltà nazzjonali. Strutturi bħal dawn biż-żmien jistgħu wkoll iniedu toroq għas-sħubijiet pubbliċi-privati lokali u reġjonali f'oqsma li jvarjaw minn agrinegozju sa programmi għat-taħriġ vokazzjonali u l-kura tas-saħħa, u għalhekk jiġi ffaċilitat il-bini ta' kapaċità, il-kondiviżjoni ta' għarfien u esperjenzi, u l-ġbir komuni ta' riżorsi lokali u internazzjonali.

Huwa inkonċepibbli li 'l fuq minn 2.5 biljun ruħ għadhom esklużi mis-settur finanzjarju formali, li l-maġġorparti tagħhom huma nisa u żgħażagħ; Għandna niżguraw li s-sħubijiet kollha tagħna jkunu konsistenti mad-dimensjoni tal-ġeneru. Pereżempju, fil-Kosta tal-Avorju, bħala parti mill-katina tal-provvista agrikola, Cargill ħadem mal-Fondazzjoni Dinjija tal-Kawkaw sabiex jittejbu l-opportunitajiet għall-ommijiet, li permezz tagħha 30 mara ngħataw għotja biex jibdew negozju żgħir, ikopru l-miżati tal-iskola ta' wliedhom u ngħataw taħriġ dwar ħiliet ta' negozju bażiċi, kontabbiltà bażika, tħejjija tal-baġit u ppjanar tan-negozju.

L-involviment tas-settur tal-intrapriżi Ewropej u internazzjonali għall-kisba ta' żvilupp sostenibbli

Sħubijiet Pubbliċi-Privati

Il-finanzi, l-innovazzjoni u l-obbligu ta' rendikont jistgħu kollha jiġu avvanzati permezz tal-PPPs li jistabbilixxu aspettattivi għall-intrapriżi u l-gvernijiet b'mod trasparenti. Dawn is-sħubijiet għandhom ikunu bbażati fuq ċarezza totali dwar x'tagħmel kull parti, sabiex ikunu jistgħu jingħelbu r-riskji u l-isfidi assoċjati: ir-riskji makroekonomiċi, ir-riskji politiċi u r-riskji ta' kostruzzjoni, speċjalment fir-rigward tas-sigurtà tal-pussess tal-art u l-konsegwenzi tal-ħtif tal-art.

Il-PPPs fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw sa issa huma kkonċentrati l-aktar fuq l-enerġija, l-infrastruttura u t-telekomunikazzjoni, filwaqt li l-potenzjal fis-setturi bħall-agrikoltura, l-ilma u t-titjib fl-iġjene, l-edukazzjoni, it-teknoloġiji ekoloġiċi, ir-riċerka u l-innovazzjoni, il-kura tas-saħħa u d-drittijiet tal-proprjetà għadu fil-parti l-kbira mhux użat.

L-Agrikoltura: Hemm potenzjal straordinarju fl-involviment tas-settur privat biex jiżviluppa soluzzjonijiet ibbażati fuq is-suq għall-isfidi agrikoli u l-insigurtà tal-ikel, bħat-taħriġ tal-bdiewa lokali fit-titjib tat-tekniki tal-biedja, iż-żieda tal-aċċess tagħhom għall-finanzi, u bħala riżultati ta' żvilupp prinċipali, żieda fl-impjieġi u fl-introjtu, appoġġ għat-tkabbir kummerċjali u żvilupp ta' katini tal-valur miżjud ġodda u eżistenti. Fl-Indja, Thomson Reuters, li jipprovdi informazzjoni dwar l-ipprezzar tal-għelejjel u pariri agrikoli lil 2 miljun propjetarju ta' rziezet żgħar, ra d-dħul jiżdied b'60 %, u f'ċerti każijiet ittripla.

Il-Pussess tal-Art u d-Drittijiet tal-Proprjetà: Fir-riforma tal-leġiżlazzjoni dwar il-pussess tal-art u d-drittijiet tal-proprjetà fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-PPPs jista' jkollhom rwol kruċjali fl-implimentazzjoni ta' intitolar sistematiku u kartografija katastali permezz ta' teknoloġiji bi prezz baxx, kif ukoll fil-kompjuterizzazzjoni tar-rekords tal-artijiet. Pereżempju, fil-Mongolja fl-2001, il-Bank Asjatiku tal-Iżvilupp (ADB) iffinanzja l-proġett "L-Istħarriġ Katastali u r-Reġistrazzjoni tal-Artijiet" sabiex joħloq l-ambjent istituzzjonali biex jagħmel stħarriġ u jirreġistra l-biċċiet ta' art imsejħa "hashaa" fil-pajjiż kollu. Din il-promozzjoni mill-gvern tal-Mongolja biex jimmodernizza l-funzjonijiet tal-proċess tar-reġistrazzjoni tal-artijiet qed tistabbilixxi u tħares id-drittijiet tal-art għaċ-ċittadini tagħha.

Is-setturi tal-Enerġija Sostenibbli u dawk Ekoloġiċi: Pereżempju, il-Fond Globali għall-Effiċjenza Enerġetika u l-Enerġija Rinnovabbli (GEEREF) huwa fond ta' fondi ffinanzjat pubblikament mill-Unjoni Ewropea, mill-Ġermanja u min-Norveġja li għandu l-għan li jankra fondi ta' ekwità privati ġodda li jiffokaw fuq proġetti ta' enerġija rinnovabbli u effiċjenza enerġetika fis-swieq emerġenti u fl-ekonomiji fi tranżizzjoni. Fl-2013, l-investituri tas-settur privat issieħbu mal-GEEREF u sitt fondi rċevew investimenti.

Il-Kura tas-Saħħa: Għalkemm sar ħafna progress fir-rigward tal-aċċess għall-mediċini fl-aħħar deċennju, hemm ukoll ħtieġa għal approċċ integrat u lokali, li għandu potenzjal sinifikanti fil-bini ta' infrastrutturi awtosuffiċjenti, li jnaqqas il-prezz tal-mediċini filwaqt li jżid id-disponibbiltà tagħhom fiż-żoni li l-aktar għandhom bżonnhom. F'dan ir-rigward hija notevoli l-esperjenza ta' suċċess ta' Ely Lilly fit-trasferiment tat-teknoloġija għall-mediċini tal-MDR TB (Tuberkulożi Reżistenti għal Ħafna Mediċini) għall-Indja u r-Russja.

L-ilma u t-titjib fl-iġjene: F'dan il-qasam fejn il-PPPs kienu parikolarment ta' suċċess fil-ġenerazzjoni ta' faċilitajiet tal-ilma u servizzi ta' titjib fl-iġjene urbani ta' kwalità għall-popolazzjonijiet urbani fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Għalhekk għandna nappoġġaw u nestendu aktar l-ilħuq tagħhom fiż-żoni rurali.

L-Edukazzjoni: L-edukazzjoni hija kruċjali għat-tnaqqis tal-faqar u l-inugwaljanza, u hija essenzjali għat-tkabbir ekonomiku f'ekonomija dinjija kompetittiva, li kulma jmur qed issir aktar immexxija mill-għarfien u l-informazzjoni. Għandna naħdmu mas-settur privat biex nespandu l-involviment tagħhom fil-programmi għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod speċjali fir-rigward ta' suġġetti rilevanti, bħall-amministrazzjoni tan-negozji, it-teknoloġiji tal-informatika u l-inġinerija.

Ir-rwol tal-Bank Ewropew tal-Investiment

L-espansjoni tal-mandat ta' self estern tal-BEI attwali, sabiex iżid ir-rwol tiegħu fil-kisba ta' żvilupp sostenibbli jista' jkollha impatt qawwi pożittiv fl-istrateġija l-ġdida tas-settur privat. L-esperjenza u l-għarfien vast tal-BEI fil-ħidma ma' intrapriżi privati, fit-taħlit, il-kofinanzjament ta' proġetti, l-iżvilupp tas-settur privat lokali, u l-finanzjament ta' proġetti fis-setturi tal-enerġija ekoloġika jkunu ħafna aktar kosteffettivi mill-ħolqien ta' strutturi istituzzjonali ġodda għall-koordinazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni ta' sħubijiet mas-settur privat.

Strateġija fit-tul għall-ħidma mas-settur privat

Is-sħubijiet u l-alleanzi kollha mas-settur privat għandhom jiffokaw fuq prijoritajiet ta' valuri komuni li jallinjaw l-objettivi tan-negozju mal-objettivi ta' żvilupp tal-UE, jimxu fuq il-kapaċitajiet prinċipali ta' kull sieħeb, ikunu kodisinjati u koamministrati sabiex ir-riskji, ir-responsabbiltajiet u l-profitti jiġu kondiviżi, ikunu kosteffettivi u jkollhom miri preċiżi, tragwardi regolari u obbligu ta' rendikont ċar u transparenza.

Pjattaformi b'diversi partijiet intressati

Il-pjattaformi b'diversi partijiet interessati jiżġuraw li l-UE taġixxi bħala faċilitatur u koordinatur ta' dawk is-sħab tal-iżvilupp kollha li jixtiequ jaħdmu flimkien sabiex jiksbu l-għanijiet tal-politika tal-iżvilupp tal-UE u l-SDGs. Il-mezzi ta' komunikazzjoni mas-settur privat huma ineżistenti jew inkella magħluqa għad-djalogu fis-settur privat. Għalhekk, il-proposta tal-Kummissjoni biex issaħħaħ il-mekkaniżmi eżistenti, bħall-Forum ta' Politika għall-Iżvilupp, tkun pass fid-direzzjoni t-tajba, filwaqt li tiddependi fuq l-iżgurar li d-djalogu fis-settur privat isir prijorità ewlenija ta' pjattaformi bħal dawn.

Id-Delegazzjonijiet tal-UE

Id-delegazzjonijiet tal-UE għandu jkollhom rwol kruċjali fl-implimentazzjoni tas-sħubijiet mas-settur privat. Dawn għandhom pożizzjoni tajba biex isiru "l-ewwel punt ta' kuntatt" għal firxa vasta ta' netwerks ta' negozju u kmamar tal-kummerċ fl-Ewropa u fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u biex jiffaċilitaw kemm l-iżvilupp tas-settur privat kif ukoll l-involviment mas-settur tan-negozju Ewropew.

Ftehim Qafas għas-sħubijiet pubbliċi-privati

Għalhekk, huwa importanti ħafna li jiġi stabbilit qafas strutturat ċar biex jirregola s-sħubijiet u l-alleanzi mas-settur privat, inklużi l-PPPs u sħubijiet b'diversi partijiet interessati oħra fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li jista' jikkonferixxi l-parametri referenzjarji tal-implimentazzjoni meħtieġa li għandhom jiġu segwiti. Il-qafas jista' jieħu l-forma ta' Memoranda ta' Qbil (MtQ) jew kwalunkwe forma operabbli ta' Ftehim ta' Alleanza/Sħubija.

Is-sjieda u r-responsabbiltajiet tal-gvernijiet sħab fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw

Wieħed mill-aspetti l-aktar sinifikanti tal-valur miżjud tal-UE fir-rigward tal-aġenda tas-settur privat jikkonsisti fil-piż politiku tagħha u t-toroq ta' djalogu ta' fama tajba mal-gvernijiet sħab u mal-awtoritajiet lokali. Filwaqt li l-Komunikazzjoni għadha vaga dwar il-livell ta' impenn li lesta li tassumi, id-Dokumenti ta' Strateġija għall-Pajjiż, il-Programmi Indikattivi Nazzjonali u l-appoġġ baġitarju jistgħu jkunu fil-fatt l-aktar strumenti ta' valur fit-tmexxija ta' riformi tal-ambjent tan-negozju fil-pajjiżi sħab.

Ir-responsabbiltà għall-azzjoni konġunta effettiva tinsab mhux biss mad-donaturi u l-intrapriżi involuti, iżda wkoll mal-gvernijiet sħab. Kif jiddeskrivi l-Qafas Strateġiku għall-Investiment Privat tal-UNCTAD fl-SDGs(2), waħda mill-isfidi prinċipali li l-investiment tas-settur privat jiltaqa' magħhom hija li jinstab l-aqwa mekkaniżmu biex jiġu mminimizzati r-riski, filwaqt li jiġi mmassimizzat l-impatt tal-iżvilupp. Ir-riskji jvarjaw minn kapaċità ta' assorbiment dgħajfa sa nuqqas ta' sigurtà tal-pussess tal-art u drittijiet tal-proprjetà sa riskji tal-impatt soċjali u ambjentali mhux mistennija.

Il-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati (LDCs) u l-istati fraġli huma aktar ta' sfida, b'istituzzjonijiet dgħajfa pervażivi, oqfsa regolatorji mhux xierqa, korruzzjoni rampanti, flus jikwu, leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol prekarja.

Għalhekk l-UE għandha tuża approċċ differenzjat mal-pajjiżi sħab tagħha, billi tagħti prijorità f'dan il-qasam għal dawk l-aspetti tal-politika ewlenin li huma importanti ħafna għall-involviment tagħna mal-pajjiżi sħab u mas-settur privat: l-istat tad-dritt; il-governanza tajba; il-protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur; l-indipendenza tal-ġudikatura; oqfsa regolatorji u riforma tan-negozju effettivi li jiffaċilitaw l-investiment u l-iżvilupp tas-settur privat; miżuri kontra l-korruzzjoni; ġestjoni tal-finanzi pubbliċi; kapaċità ta' assorbiment ogħla; istituzzjonijiet pubbliċi u rispett għad-drittijiet tal-bniedem b'saħħithom.

Illum, is-settur privat joħloq 90 fil-mija tal-impjiegi u tal-introjtu għan-nies foqra fil-pajjiżi sħab, jammonta għal 84 % tal-PDG fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, skont in-Nazzjonijiet Uniti (NU), u jipprovdi bażi sostenibbli għall-mobilizzazzjoni ta' riżorsi domestiċi. Minkejja l-isfidi inerenti fi kwalunkwe sħubija bħal din, sakemm nibqgħu noperaw fuq żewġ pjattaformi distinti, mingħajr ma nifhmu x'qed jipprova jikseb kull attur, il-faqar qatt mhu se jiġi eradikat.

(1)

Grupp tal-Bank Dinji, Doing Business 2014: Understanding Regulations for Small and Medium-Size Enterprises, id-29 ta' Ottubru 2013.

(2)

http://unctad.org/en/pages/PressRelease.aspx?OriginalVersionID=194


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (24.6.2015)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp

dwar is-settur privat u l-iżvilupp

(2014/2205(INI))

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza li skont l-Artikolu 208 tat-TFUE l-objettiv ewlieni tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp tal-UE huwa l-ġlieda kontra l-faqar u l-qerda tiegħu u għandu jitwettaq fi ħdan il-qafas tal-prinċipji u l-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni; jirrikonoxxi li l-faqar għandu kawżi multipli u interkonnessi, inklużi dawk ta' natura ekonomika, politika, soċjokulturali jew ambjentali jew dawk marbuta ma' kunflitti jew sigurtà; jiddikjara li, skont l-Artikolu 3(5) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), l-għan tal-UE fir-relazzjonijiet tagħha mal-bqija tad-dinja huwa li tikkontribwixxi għal żvilupp sostenibbli, solidarjetà u rispett reċiproku, kummerċ ħieles u ġust, l-eliminazzjoni tal-faqar u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u li s-settur privat għandu l-potenzjal li jikkontribwixxi għal żvilupp sostenibbli, effiċjenti u fit-tul; jenfasizza, barra dan, li l-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE għandha l-għan li tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem u xxerred u ssaħħaħ id-demokrazija, il-governanza tajba u l-istat tad-dritt; jenfasizza, għaldaqstant, li l-kooperazzjoni għall-iżvilupp trid tiġi ggwidata minn dawn l-objettivi; ifakkar li l-objettivi ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp iridu jiġu kkunsidrati fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE li aktarx jaffettwaw lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp; jemmen li l-iżvilupp ekonomiku huwa ta' importanza ewlenija għall-eliminazzjoni tal-faqar u li l-progress f'dan il-qasam huwa essenzjali jekk għandu jintlaħaq l-għan tal-eliminazzjoni tal-faqar estrem sal-2030; ikompli jsostni l-objettivi tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju bħala l-qafas għat-tnaqqis tal-faqar u t-twettiq ta' aspirazzjonijiet oħrajn, inkluż titjib fis-saħħa u l-edukazzjoni;

2.  Jilqa' l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2014 dwar rwol aktar qawwi tas-settur privat fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp; jaqbel mal-konklużjonijiet li "s-settur privat qed jiżvela ruħu bħala attur dejjem aktar attiv fil-qasam tal-iżvilupp" u dwar il-"ħtieġa li jissaħħaħ ir-rwol tas-settur privat fl-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli" futuri bbażati fuq prinċipji dwar l-effikaċja tal-għajnuna;

3.  Jenfasizza l-potenzjal tal-kontribut tas-settur privat għal żvilupp sostenibbli fit-tul, u jenfasizza valur miżjud possibbli tal-UE fis-sħubija mas-settur privat fl-ilħuq tal-għanijiet tal-iżvilupp;

4.  Jappoġġja x-xogħol tal-Assoċjazzjoni tal-Istituzzjonijiet tal-Finanza għall-Iżvilupp Ewropew (EDFI), billi l-membri tagħha jipprovdu kapital lill-intrapriżi fil-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp permezz ta' investimenti diretti f'kumpaniji, kif ukoll b'mod indirett bl-impenn ta' kapital lil banek kummerċjali lokali u ekwità privata tas-suq emerġenti, b'iffukar fuq intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (MSMEs); iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiffavorixxi dawn it-tipi ta' programmi fil-finanzjament u l-kooperazzjoni tagħha, billi s-settur privat fil-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp huwa tal-akbar importanza;

5.  Jitlob li jiġu żviluppati standards ta' trasparenza u ta' responsabbiltà aktar effettivi għal kumpaniji teknoloġiċi tal-UE marbuta mal-esportazzjoni tat-teknoloġiji li jistgħu jintużaw biex jiksru d-drittijiet tal-bniedem, jgħinu l-korruzzjoni jew jaġixxu kontra l-interessi ta' sigurtà tal-UE;

6.  Jenfasizza li l-politika dwar tal-iżvilupp ma tistax tilħaq dawn l-objettivi bħala politika awtonoma, iżda trid tkun integrata f'approċċ usa' li jikkombina l-politika barranija u ta' sigurtà, il-politika kummerċjali u kwalunkwe strument ieħor ta' politika ta' azzjoni esterna; jinnota li l-koerenza bejn dawn il-fergħat differenti ta' azzjoni esterna tal-UE hija ta' importanza kruċjali;

7.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi analizzat kif is-settur privat jista' jiġi involut aktar fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, biex jgħin fil-ħolqien ta' tkabbir ekonomiku u impjiegi fil-viċinat Ewropew, pereżempju permezz ta' kondiviżjoni tal-kompetenzi fl-għoti ta' aċċess għal kapital;

8.  Jinnota li l-iżvilupp huwa primarjament ir-responsabbiltà tal-Istat, li l-qafas għall-għajnuna għal żvilupp irid jiġi stabbilit mill-gvernijiet u li primarjament jikkostitwixxi kompitu għas-settur pubbliku, iżda jisħaq li t-tnaqqis tal-faqar jeħtieġ mhux biss politika pubblika iżda wkoll l-involviment tas-settur privat; jinnota, waqt li jirrikonoxxi li l-objettiv primarju tas-settur privat, f'konformità mal-prinċipji ekonomiċi tas-suq, mhuwiex it-tnaqqis tal-faqar u l-ugwaljanza, iżda li jsir qligħ, li madankollu s-settur privat għandu influwenza importanti fuq is-soċjetà u li l-involviment tas-settur privat fl-iżvilupp ta' objettivi jrid, għaldaqstant, jitfassal b'attenzjoni b'enfasi speċjali fuq ir-responsabbiltà soċjali korporattiva; jitlob, f'dan ir-rigward, li l-intrapriżi kollha tal-UE jilħqu l-obbligi ta' responsabbiltà soċjali korporattiva li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem f'konformità mal-Prinċipji Gwida tan-NU; iħeġġeġ lill-UE tfittex modi biex issaħħaħ ir-responsabbiltà soċjali korporattiva;

9.  Jenfasizza li s-settur privat għandu jkun involut fil-politika u fi proġetti ta' żvilupp tal-UE sakemm ir-rwoli differenti bejn l-atturi tas-settur privat u tas-settur pubbliku jiġu mifhuma u rikonoxxuti bis-sħiħ mill-partijiet involuti kollha; jenfasizza li s-sħubijiet pubbliċi-privati fi ħdan l-aġenda ta' żvilupp ta' wara l-2015 iridu jiffukaw bil-qawwi fuq it-tnaqqis tal-faqar; jenfasizza li ekonomija tas-suq li tiffunzjona bis-sħiħ, ibbażata fuq l-istat tad-dritt, tibqa' mutur importanti ta' żvilupp ekonomiku u soċjali u li l-politika ta' żvilupp għandha tirrifletti dan il-fatt; jinnota li s-sħubijiet pubbliċi-privati, il-finanzjament imħallat u l-mikrokrediti jistgħu jkunu għodod importanti għat-tnaqqis tal-faqar u l-istimolu tat-tkabbir ekonomiku, l-innovazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi, iżda jeħtieġ li jiġu analizzati bir-reqqa f'termini ta' impatti tal-iżvilupp, ir-responsabbiltà u t-trasparenza; jenfasizza, madankollu, li l-bini ta' settur privat endoġenu mal-mikronegozji lokali, l-SMEs u l-katini ta' valur lokali huwa importanti għall-ħolqien tal-impjiegi u sors ta' dħul ta' taxxa għall-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp billi l-intrapriżi mikro u żgħar domestiċi jikkostitwixxu l-parti l-kbira tal-impjieg fil-pajjiżi tal-iżvilupp; jilqa' r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill biex titpoġġa aktar enfasi fuq l-appoġġ għal intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju;

10. Jilqa' l-"Qafas għall-Involviment fin-Negozju man-Nazzjonijiet Uniti", li jenfasizza l-fatt li settur privat b'saħħtu li jsarraf fi tkabbir ekonomiku huwa essenzjali għall-ilħuq tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju u li s-settur privat "qed jagħmel kontributi importanti lejn progress ekonomiku, soċjali u ambjentali kondiviż";

11. Jemmen li s-setturi privati u pubbliċi huma l-aktar effettivi meta jaħdmu flimkien sabiex joħolqu ambjent b'saħħtu għal investiment, attività ta' negozju u l-pedamenti għal tkabbir ekonomiku;

12. Jinnota li l-ebda pajjiż ma kien kapaċi jelimina l-faqar mingħajr tkabbir ekonomiku, u li l-ebda pajjiż mhu se jeħles mid-dipendenza fuq l-għajnuna mingħajru; jemmen ukoll li s-settur privat huwa mutur ta' importanza kritika ta' tkabbir ekonomiku u jista' jagħmel kontribut sinifikanti għat-tnaqqis tal-faqar u standards tal-għajxien ogħla permezz tal-għoti ta' aktar impjiegi ta' kwalità aħjar, pagi ogħla, u prodotti u servizzi mtejba u affordabbli;

13. Jilqa' l-involviment tas-settur privat fil-Forum ta' Livell Għoli tal-OECD dwar l-effikaċja tal-għajnuna; jilqa', b'mod partikolari, l-inizjattivi f'dak il-kuntest meħuda dwar modi innovattivi ta' ingranaġġ ta' finanzjament ta' żvilupp tas-settur privat u d-Dikjarazzjoni Konġunta ta' Busan fl-2011 dwar l-"Espansjoni u t-titjib tal-kooperazzjoni pubblika u privata għal tkabbir wiesa', inklużiv u sostenibbli";

14. Jenfasizza li riformi strutturali u istituzzjonali, appoġġjati minn implimentazzjoni soda ta' politika u liġijiet, drittijiet u regolamenti ġusti, jistgħu jaġixxu bħala katalist għal investiment fis-settur privat u t-tkabbir tal-esportazzjoni li, min-naħa l-oħra, jikkontribwixxu għall-għanijiet ta' żvilupp u t-tnaqqis tal-faqar;

15. Jilqa' r-rwol li għandu l-investiment tas-settur privat barrani fil-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp fl-aċċelerazzjoni tal-iżvilupp domestiku; ikompli jenfasizza l-importanza li jiġi mħeġġeġ investiment responsabbli li jappoġġja s-swieq lokali u jgħin fit-tnaqqis tal-faqar;

16.  Jilqa' l-fatt li l-proporzjon ta' għajnuna bilaterali magħquda dejjem baqa' jiżdied, iżda jesprimi tħassib dwar forom formali u informali ta' għajnuna marbuta(1); jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jimplimentaw l-impenn tagħhom fil-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp biex "jippromwovu aktar ir-rilaxx ta' għajnuna li tmur lil hinn mir-rakkomandazzjonijiet eżistenti tal-OECD"; jenfasizza l-potenzjal li joħloq tkabbir ta' aktar għajnuna mhux marbuta li jista' jkun ta' benefiċċju għall-industriji lokali fil-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp; jitlob żieda fl-għajnuna reali ("real aid") u l-bini sostenibbli ta' katini ta' valur miżjud reġjonali/lokali; jitlob żieda fl-għoti ta' aktar setgħa lill-atturi lokali u enfasi fuq l-iżvilupp sostenibbli ta' katini ta' valur miżjud reġjonali/lokali; jenfasizza l-importanza tas-sjieda lokali u reġjonali, l-istrateġiji u l-aġendi ta' riforma nazzjonali tal-pajjiżi sħab stess, l-involviment ta' proġetti ta' żvilupp u l-valur miżjud pprovdut bl-iżgurar ta' katini tal-provvista lokali; jemmen li l-politika tal-iżvilupp għandha rwol importanti fl-indirizzar tal-kawżi oriġinali tal-flussi attwali ta' migrazzjoni lejn l-UE;

17.  Jenfasizza l-ħtieġa għal leġiżlazzjoni b'saħħitha dwar id-drittijiet tal-proprjetà sabiex jitwaqqaf il-ħtif tal-art, jiġifieri meta x-xiri ta' art fuq skala kbira fil-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp jirriżulta fi ksur serju ta' drittijiet tal-bniedem, b'mod speċjali tal-popli indiġeni, u/jew joħolqu ħsara kbira għall-ambjent naturali; jilqa' t-tnedija fl-2014 ta' programm tal-UE għat-tisħiħ tal-governanza tal-art fil-pajjiżi Afrikani; jenfasizza l-importanza ta' trasparenza u responsabbiltà sħaħ tal-operazzjonijiet ta' kumpaniji u istituzzjonijiet finanzjarji tal-UE f'investimenti fuq skala kbira fl-agrinegozju u x-xiri ta' art fil-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp; jenfasizza li d-difiża tad-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-koeżjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-inugwaljanza għandhom jibqgħu fil-qalba tal-attivitajiet ta' żvilupp; ifakkar fil-ħtieġa li jkun hemm konformità ma' standards internazzjonali miftiehma bħall-istandards tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u l-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tkun minn ta' quddiem billi tiżviluppa ftehim qafas iddefinit b'mod ċar li jirregola l-ftehimiet ta' sħubija kollha mas-settur privat skont il-prinċipji u l-istandards tar-responsabbiltà soċjali korporattiva; jenfasizza li r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem għandu jikkostitwixxi prinċipju imperattiv tan-negozju; jitlob b'mod urġenti regoli internazzjonali vinkolanti għad-ditti dwar ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, tal-liġi dwar ix-xogħol, tal-liġi dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol u l-istandards ambjentali;

18.  Jappoġġja l-impenji tal-G8 dwar it-taxxa, it-trasparenza u l-kummerċ li jenfasizzaw l-iżvilupp ekonomiku, inkluż l-implimentazzjoni ta' linji gwida maqbula f'livell internazzjonali għall-promozzjoni ta' negozju tajjeb u l-protezzjoni tad-dritt għall-art u d-drittijiet ta' proprjetà; jitlob sabiex l-isforzi fl-iżvilupp Ewropew ikollhom rwol sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, inkluż il-ħidma ma' intrapriżi u investituri Ewropej biex tiġi żgurata konformità sħiħa mal-prinċipji gwida u l-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali fl-attivitajiet ta' negozju tagħhom u fil-katini tal-provvista tagħhom fil-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-proposta minn investituri u partijiet interessati oħrajn biex jingħata appoġġ lir-regoli vinkolanti dwar ir-rappurtar soċjali, ambjentali u tad-drittijiet tal-bniedem min-negozju, b'mod konsistenti mad-Direttiva tal-UE dwar ir-rappurtar mhux finanzjarju inkluża bħala wieħed mill-Għanijiet għal Żvilupp Sostenibbli tan-NU ġodda proposti;

19.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jappoġġjaw lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jiġbru r-riżorsi tagħhom, pereżempju permezz ta' sistemi fiskali nazzjonali, u biex jiġġieldu kontra flussi finanzjarji illeċiti u kontra l-korruzzjoni, li minħabba fihom il-pajjiżi li qed jiżviluppaw jitilfu bosta mijiet ta' biljuni ta' euro fis-sena(2), jiġifieri bosta drabi daqs l-ammont totali ta' għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp; jistieden lill-UE, lill-Istati Membri tagħha, lill-organizzazzjonijiet kollha u l-pajjiżi żviluppati u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw firmatarji għas-Sħubija ta' Busan 2011 dwar il-Kooperazzjoni Effettiva għall-Iżvilupp biex jonoraw l-impenn tagħhom li jintensifikaw l-isforzi fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-flussi finanzjarji illeċiti; jistieden lill-Kummissjoni, bħala parti minn dik l-istrateġija, tadotta approċċ konsistenti li jinkorpora r-regoli eżistenti ewlenin dwar it-trasparenza, il-ġlieda kontra l-evitar u l-evażjoni fiskali, ir-responsabbiltà u l-monitoraġġ tal-industriji estrattivi l-kbar; jitlob, f'dan ir-rigward, li jittieħdu aktar miżuri biex jiġi żgurat li l-korporazzjonijiet ikunu responsabbli għall-pajjiżi li joperaw fihom; jitlob għal regoli internazzjonali effettivi kontra l-evitar u l-evażjoni fiskali, jiġifieri fil-"Pjan ta' Azzjoni dwar sforzi għall-ġlieda kontra l-evitar u l-evażjoni fiskali u l-frodi fiskali";

20.  Jitlob għal aktar trasparenza fil-finanza biex tgħin fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-flussi finanzjarji illeċiti, inkluż permezz tal-iżvilupp ta' sistemi fiskali ġusti u effettivi;

21. Jenfasizza li l-finanzjament għal żvilupp irid isaħħaħ ir-riżorsi disponibbli għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, id-drittijiet tan-nisa u l-għoti ta' setgħa lin-nisa, kif ukoll għall-eliminazzjoni tat-tħaddim tat-tfal; jinnota li s-settur privat jista' jkollu rwol f'dan ir-rigward;

22.  Jinsisti li l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom iżommu l-pożizzjoni tagħhom bħala donaturi ewlenin ta' għajnuna għal żvilupp u jkollhom rwol minn ta' quddiem fil-promozzjoni ta' impenji internazzjonali għal żvilupp sostenibbli; jitlob lill-Istati Membri jonoraw l-obbligu tagħhom li jallokaw 0.7 % tal-PDG bħala għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp; jenfasizza li fondi privati ma jridux iservu biex jgħollu l-kontribuzzjoni b'mod artifiċjali; jenfasizza l-ħtieġa għal aktar żvilupp ta' mekkaniżmi finanzjarji bil-għan li jinkiseb ingranaġġ ta' aktar finanzjament mis-settur privat għal żvilupp li jkun kumplimentari għal għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp, b'rispett sħiħ tal-prinċipji ta' addizzjonalità, trasparenza, responsabbiltà, rappurtar effettiv, sjieda u allinjament mal-prijoritajiet tal-pajjiżi sħab;

23. Jilqa' b'sodisfazzjon l-approċċ differenzjat tal-Kummissjoni għas-settur privat differenti ħafna, b'firxa mill-mikronegozji għal korporazzjonijiet kbar; jitlob li jiġi adottat approċċ differenzjat lejn l-istati l-inqas żviluppati u fraġli;

24. Jistieden lill-UE tkompli tinvolvi ruħha b'mod attiv fid-diskussjonijiet dwar l-aġenda ta' wara l-2015, waqt li tikkunsidra l-opportunitajiet u l-isfidi li jinħolqu minn sħubija aktar mill-qrib mal-atturi tas-settur privat.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.6.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

30

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lars Adaktusson, Michèle Alliot-Marie, Petras Auštrevičius, Mario Borghezio, Elmar Brok, Klaus Buchner, James Carver, Fabio Massimo Castaldo, Lorenzo Cesa, Javier Couso Permuy, Arnaud Danjean, Mark Demesmaeker, Georgios Epitideios, Anna Elżbieta Fotyga, Eugen Freund, Michael Gahler, Richard Howitt, Manolis Kefalogiannis, Tunne Kelam, Afzal Khan, Janusz Korwin-Mikke, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Ilhan Kyuchyuk, Arne Lietz, Barbara Lochbihler, Sabine Lösing, Andrejs Mamikins, David McAllister, Francisco José Millán Mon, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Vincent Peillon, Kati Piri, Andrej Plenković, Cristian Dan Preda, Jozo Radoš, Alyn Smith, Charles Tannock, Eleni Theocharous, László Tőkés, Ivo Vajgl, Johannes Cornelis van Baalen, Geoffrey Van Orden, Hilde Vautmans, Boris Zala

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Luis de Grandes Pascual, Tanja Fajon, Neena Gill, Takis Hadjigeorgiou, Antonio López-Istúriz White, Fernando Maura Barandiarán, Miroslav Poche, Miloslav Ransdorf, Marietje Schaake, Traian Ungureanu, Bodil Valero

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Biljana Borzan, Victor Boştinaru, Marisa Matias, Luděk Niedermayer, Jean-Luc Schaffhauser, Patricija Šulin

(1)

Għajnuna għal Azzjoni (2005): Għajnuna Reali Aġenda Sabiex l-Għajnuna Taħdem, p. 4.

(2)

Eurodad: B'id waħda jingħata u bl-oħra jittieħed - ir-rwol tal-Ewropa fil-ħrib ta' kapital marbut mat-taxxa mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, p. 6.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (1.6.2015)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp

dwar is-settur privat u l-iżvilupp

(2014/2205(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Lola Sánchez Caldentey

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota l-importanza strateġika li l-UE tirkupra r-rwol ta' mexxejja globali għat-tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp sostenibbli, u li r-rwol tas-settur privat fl-iżvilupp żdied biex jiġu appoġġjati l-prijoritajiet politiċi f'perjodu ta' baġits ta' għajnuna li qed jitnaqqsu; jirrikonoxxi r-rwol u l-potenzjal tiegħu biex jgħin sabiex jiġi ġġenerat tkabbir ekonomiku sostenibbli u jitnaqqas tal-faqar; iqis li l-involviment tal-UE mas-settur privat fl-iżvilupp jeħtieġ li jkun regolat minn prinċipji miftehma fuq livell internazzjonali dwar l-effikaċja tal-iżvilupp, is-sostenibilità u l-ekwità;

2.  Jenfasizza li l-politiki tal-kummerċ, l-investiment u l-iżvilupp huma interkonnessi u għandhom impatt fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw; ifakkar fl-impenn tal-UE li tintegra l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki kollha tagħha; ifakkar li l-politika komuni tal-UE dwar il-kummerċ jeħtieġ li tqis il-prnċipju tal-koerenza tal-politika għall-iżvilupp skont l-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jirrikjedi li l-objettivi ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp jiġu kkunsidrati fil-politiki li x'aktarx jaffettwaw lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw; iqis li dan il-prinċipju għandu jiġi osservat fil-ftehimiet kummerċjali u ta' investiment kollha tal-UE, filwaqt li l-Kummissjoni jeħtieġ li, fl-istess ħin, issaħħaħ il-mekkaniżmi meħtieġa għall-koordinazzjoni tal-politiki kollha tal-UE, kemm dawk interni u kif ukoll dawk esterni, u biex tfassal dispożizzjonijiet domestiċi ewlenin rigward l-industrija, l-ambjent u s-suq intern;

3.  Jenfasizza l-fatt li, għalkemm huwa meħtieġ aktar finanzjament biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-iżvilupp sostenibbli, l-iżvilupp huwa aktar minn tkabbir ekonomiku, u jżid li l-attivitajiet tas-settur privat għandhom jiġu regolati b'attenzjoni u jiġu definiti sabiex jippromwovu l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli; jissottolinja l-fatt li l-prattiki attwali tal-UE fejn il-finanzi pubbliċi jiġu kkombinati ma' għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) għal effett aktar qawwi, bħall-blending, f'ċerti każijiet taw prova ta' insuffiċjenza, u li jistgħu jittejbu sostanzjalment billi jingħata aktar piż lill-addizzjonalità, it-trasparenza, ir-responsabilità, ir-rappurtar effettiv, is-sjieda, l-allinjament ma' prijoritajiet tal-pajjiżi sħab u l-ġestjoni tad-dejn sostenibbli;

4.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' politika tal-UE dwar il-kummerċ u l-iżvilupp biex jiġi osservat l-ispazju politiku u dak tal-politika ekonomika tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari fil-pajjiżi l-inqas żviluppati, biex jinżammu tariffi tal-importazzjoni ewlenin fejn meħtieġ, u biex jiġi promoss il-ħolqien ta' impjiegi deċenti u kwalifikati fi ħdan l-industriji tal-manifattura u tal-agro-proċessar bħala elementi li jagħtu possibilità ta' valur miżjud domestiku, tkabbir industrijali, tkabbir fl-esportazzjoni u d-diversifikazzjoni, li huma komponenti ewlenin ta' titjib ekonomiku u soċjali inklużiv; jistieden lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri tagħha jippromwovu miżuri konkreti biex jiżguraw li korporazzjonijiet multinazzjonali jħallsu t-taxxi fil-pajjiżi fejn il-profitti tagħhom jiġu ġġenerati u biex jippromwovu rappurtar effettiv pajjiż b'pajjiż mis-settur privat, u b'hekk jissaħħu l-kapaċitajiet domestiċi tal-mobilizzazzjoni tar-riżorsi u l-kompetizzjoni ġusta;

5.  Jitlob miżuri għall-promozzjoni tal-istrateġiji tal-iżvilupp ta' pajjiżi sħab li jsawru l-kontribut tas-settur privat għall-iżvilupp billi: isaħħu l-kolqien ta' alleanzi li jirrinfurzaw il-potenzjal ta' mikrointrapriżi lokali, intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u l-akkwist pubbliku, li huma essenzjali biex jikkiseb żvilupp endoġenu permezz tal-ħolqien ta' impjiegi deċenti; tingħata prijorità lill-kontribut tan-nisa għall-iżvilupp billi jiġi mobilizzat id-dħul domestiku; jiġu miġġielda l-frodi fiskali, l-evażjoni tat-taxxa u r-rifuġji fiskali; tinqered il-korruzzjoni politika; u billi tittaffa l-volatilità tal-munita u tal-komoditajiet, ħaġa li tpoġġi fil-perikolu l-aċċess għall-katini tal-valur;

6.  Jitlob li l-politiki eżistenti ta' kummerċ u investiment jiġu evalwati b'mod komprensiv sabiex jiġu identifikati dawk id-dispożizzjonijiet li jista' jkollhom impatt negattiv fuq l-iżvilupp, sew jekk direttament jew bħala effect indirett, speċjalment dawk li jista' jkollhom impatt fuq l-aċċess universali għall-prodotti u s-servizzi ta' interess ġenerali, bħal dawk relatati mas-saħħa, l-edukazzjoni, l-ilma, il-ġlieda kontra l-ġuħ, il-faqar fl-enerġija u l-inugwaljanza bejn il-ġeneri; jenfasizza l-importanza tat-titjib fil-kapitoli tal-iżvilupp sostenibbli fil-ftehimiet bilaterali kollha tal-kummerċ fil-ġejjieni, bil-ħsieb li jiġu inklużi skemi ta' rappurtar effettiv għas-settur privat;

7.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli tippromwovi inizjattivi għal riżorsi naturali u għall-kisba tagħhom, partikolarment it-tħaffir fil-minjieri, il-qtugħ tas-siġar, ir-riżorsi tal-enerġija u l-ilma, u għal superviżjoni aħjar tas-settur tat-tessuti, flimkien ma' skemi privati marbuta mas-sostenibilità, u sabiex issaħħaħ l-analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott u l-proċess fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet ambjentali u soċjali; jilqa' l-fatt li firxa wiesgħa ta' industriji u kumpaniji tranżnazzjonali adottaw kodiċi ta' kondotta li jagħtu dettalji dwar standards ta' prestazzjoni soċjali u ambjentali għall-katini tal-provvista globali tagħhom, u jinsisti li strumenti bħall-Konvenzjoni 169 tal-ILO, il-Linji Gwida tal-OECD għal Intrapriżi Multinazzjonali, il-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-Qafas Strateġiku tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija jiġu applikati sistematikament; jenfasizza l-ħtieġa li jinkiżbu riżutati konkreti, mingħajr aktar dewmien, dwar l-impenn magħmul mill-Kunsill fl-2013 permezz tal-"Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija";

8.  Jissottolinja l-bżonn li l-politika kummerċjali tal-UE tippromwovi governanza tajba, id-demokrazija u l-istat tad-dritt permezz ta' qafas li jiżgura li l-kumpaniji jikkontribwixxu lejn tkabbir soċjalment inklussiv u jkunu responsabbli għall-azzjonijiet tagħhom fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw fir-rigward tal-istandards tad-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi, ix-xogħol deċenti, id-drittijiet trejdunjonistiċi, il-ħarsien tal-ambjent, il-protezzjoni soċjali, l-aċċess universali għal prodotti u servizzi pubbliċi ta' kwalità (b'attenzjoni partikolari għall-kopertura tas-saħħa pubblika u universali), il-protezzjoni soċjali, l-aċċess universali għall-mediċini, u s-sikurezza tal-ikel u l-prodotti.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

28.5.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

1

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Maria Arena, Tiziana Beghin, David Borrelli, Daniel Caspary, Marielle de Sarnez, Santiago Fisas Ayxelà, Christofer Fjellner, Eleonora Forenza, Yannick Jadot, Ska Keller, Jude Kirton-Darling, Bernd Lange, Jörg Leichtfried, David Martin, Emmanuel Maurel, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Alessia Maria Mosca, Franz Obermayr, Artis Pabriks, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Tokia Saïfi, Matteo Salvini, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Iuliu Winkler

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Goffredo Maria Bettini, Reimer Böge, Dita Charanzová, Georgios Epitideios, Seán Kelly, Sander Loones, Frédérique Ries, Lola Sánchez Caldentey, Pedro Silva Pereira, Davor Ivo Stier, Adina-Ioana Vălean, Jarosław Wałęsa


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

17.2.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

5

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Louis Aliot, Beatriz Becerra Basterrechea, Ignazio Corrao, Nirj Deva, Doru-Claudian Frunzulică, Nathan Gill, Charles Goerens, Enrique Guerrero Salom, Heidi Hautala, Maria Heubuch, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Stelios Kouloglou, Arne Lietz, Linda McAvan, Maurice Ponga, Cristian Dan Preda, Lola Sánchez Caldentey, Elly Schlein, Pedro Silva Pereira, Davor Ivo Stier, Paavo Väyrynen, Bogdan Brunon Wenta, Rainer Wieland, Anna Záborská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Juan Fernando López Aguilar, Jan Zahradil, Joachim Zeller


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

21

+

ALDE

Beatriz Becerra Basterrechea, Charles Goerens, Paavo Väyrynen

ECR

Nirj Deva, Jan Zahradil

PPE

Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Maurice Ponga, Cristian Dan Preda, Davor Ivo Stier, Bogdan Brunon Wenta, Rainer Wieland, Joachim Zeller, Anna Záborská

S&D

Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Arne Lietz, Juan Fernando López Aguilar, Linda McAvan, Elly Schlein, Pedro Silva Pereira

VERTS/ALE

Heidi Hautala

5

-

EFDD

Ignazio Corrao, Nathan Gill

ENF

Louis Aliot

GUE/NGL

Stelios Kouloglou, Lola Sánchez Caldentey

1

0

VERTS/ALE

Maria Heubuch

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali - Politika tal-privatezza