RAPPORT dwar il-ħatra proposta ta' Samo Jereb bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri
17.3.2016 - (C80025/2016 – 2015/0804(NLE))
Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Bart Staes
PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-ħatra proposta ta' Samo Jereb bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri
(C80025/2016 – 2015/0804(NLE))
(Konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0025/2016),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 121 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0060/2016),
A. billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
B. billi, waqt il-laqgħa tiegħu tal-15 ta' Marzu 2016, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' lill-kandidat propost tal-Kunsill għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri;
1. Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' Samo Jereb bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.
ANNESS 1: CURRICULUM VITAE TA' Samo Jereb
ESPERJENZA TA' XOGĦOL |
|
|
1/12/2013–Preżent |
Viċi President tal-Qorti tal-Awditjar tar-Repubblika tas-Slovenja |
|
Qorti tal-Awditjar tar-Repubblika tas-Slovenja Slovenska 50, 1000 Ljubljana (is-Slovenja) |
||
▪ Teħid ta' deċiżjonijiet fis-Senat tal-Qorti tal-Awdituri fl-awditi kollha tal-Qorti fejn ġiet proposta oġġezzjoni għal rapport ta' awditjar, irrispettivament mill-ambitu tax-xogħol ▪ Implimentazzjoni tal-kompiti fdati mill-Qorti tal-Awdituri abbażi tal-mandat tal-President tal-Qorti tal-Awditjar (tressiq ta' proposti biex isir awditjar, ħruġ ta' kunsensi għal pjanijiet ta' awditjar fid-dettall, abbozzi u proposti għal rapporti ta' awditjar, parteċipazzjoni fil-programmi ta' taħriġ għall-awdituri u l-kumitati għad-difiża ta' teżijiet għal awdituri tal-istat iċċertifikati, preżentazzjoni tar-rapporti ta' awditjar lill-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tas-Slovenja u lil udjenzi interessati oħra...). L-ambitu ta' xogħli mhuwiex limitat u japplika għall-ġurisdizzjonijiet kollha tal-Qorti tal-Awditjar u t-tipi kollha ta' awditjar (awditjar finanzjarju, awditjar tar-regolarità/konformità jew awditjar tal-prestazzjoni), filwaqt li nissorvelja u nikkontrolla direttament nofs ix-xogħol tal-Qorti tal-Awditjar. Jien kont speċifikament responsabbli għall-monitoraġġ mill-qrib tal-implimentazzjoni tal-awditi dwar ir-regolarità u l-effiċjenza tal-istabbiliment u l-operat tal-Kumpanija għall-Ġestjoni tal-Assi Bankarji u l-awditu tal-prestazzjoni tal-ikbar investiment li sar f'dawn l-aħħar snin (il-bini tal-Unità 6 fl-Impjant tal-Enerġija Termika ta' Šoštanj) f'termini ta' konsegwenzi għall-profitt jew it-telf u l-fluss tal-flus tal-Holding Slovenske elektrarne (l-ikbar organizzazzjoni Slovena fil-qasam tal-ġenerazzjoni tal-enerġija) u l-Holding Sovrana Slovena. |
||
Attività jew settur Settur pubbliku |
||
1/12/2004–30/11/2013 |
Awditur Suprem tal-Istat |
|
Qorti tal-Awditjar tar-Repubblika tas-Slovenja Slovenska 50, 1000 Ljubljana (is-Slovenja) |
||
▪ Ġestjoni tad-Dipartiment tal-Awditjar għal awditjar tas-servizzi pubbliċi, awditi ambjentali, awditi tal-privatizzazzjoni, awditi tal-aġenziji u l-fondi pubbliċi. Id-Dipartiment wettaq awditi tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji u tar-regolarità tal-operazzjonijiet, u bosta awditi saru bħala awditi tal-prestazzjoni ta' ministeri (speċjalment il-Ministeru tal-Finanzi, il-Ministeru tal-Ambjent u l-Ippjanar Spazjali, il-Ministeru tal-Agrikoltura, il-Ministeru tat-Trasport u l-Ministeru tal-Ekonomija jew l-Infrastruttura (fil-parti li tkopri l-provvista tal-enerġija)), tal-komunitajiet lokali bħala servizzi pubbliċi (il-Kumpanija tal-Awtostradi fir-Repubblika tas-Slovenja DARS, il-Ferroviji Sloveni, l-Operatur tas-Sistema għat-Trażmissjoni tal-Elettriku ELES, l-Operatur tas-Sistema għad-Distribuzzjoni tal-Elettriku SODO, GEN energija, il-fornituri tal-gass, il-fornituri tal-ilma u l-iskarikaturi tal-ilma mormi, il-ġestjoni tal-ilma mormi, eċċ.) u tal-operaturi fil-qasam tal-investiment tar-Repubblika tas-Slovenja (il-Kumpanija ta' Restituzzjoni Slovena, il-Holding Sovrana Slovena, eċċ.). ▪ 1/2/2013–1/7/2013: minbarra l-ġestjoni tad-Dipartiment tal-Awditjar, koprejt ukoll ir-rwol ta' viċi awditur suprem tal-istat fil-ġestjoni tad-dipartiment responsabbli għall-awditjar tal-utenti tal-baġit governattiv u mhux, l-utenti ġudizzjarji tal-baġit tal-istat u l-partiti politiċi |
||
Attività jew settur Settur pubbliku |
||
23/9/1996–1/12/2004
|
Awditur/konsulent indipendenti |
|
LM Veritas d.o.o. |
||
▪ Eżekuzzjoni awtonoma ta' awditi tar-rapporti annwali ta' kumpaniji (dikjarazzjonijiet finanzjarji) ▪ Parteċipazzjoni f'timijiet ta' awditjar inkarigati biex iwettqu awditi tar-rapport annwali (dikjarazzjonijiet finanzjarji) ta' kumpaniji ikbar ▪ Eżekuzzjoni ta' proċeduri miftiehma għal standards ta' awditjar internazzjonalment aċċettati bħala element importanti mill-verifika ta' fatturazzjoni u konsum adegwati tat-taxxi ambjentali ▪ Tagħlim u konsulenza fil-qasam tal-kontabilità u l-awditjar ▪ Organizzazzjoni ta' seminars u panels |
||
1/11/1995–3/3/1996 |
Awditur/konsulent indipendenti |
|
LM Veritas d.o.o. Dunajska 106, 1000 Ljubljana (is-Slovenja) |
||
▪ Twettiq indipendenti ta' awditi tar-rapporti annwali ta' kumpaniji (dikjarazzjonijiet finanzjarji) ▪ Parteċipazzjoni f'timijiet ta' awditjar inkarigati biex iwettqu awditi tar-rapport annwali (dikjarazzjonijiet finanzjarji) ta' kumpaniji ikbar ▪ Eżekuzzjoni ta' proċeduri miftiehma għal standards ta' awditjar internazzjonalment aċċettati bħala element importanti mill-verifika ta' fatturazzjoni u konsum adegwati tat-taxxi ambjentali ▪ Tagħlim u konsulenza fil-qasam tal-kontabilità u l-awditjar ▪ Organizzazzjoni ta' seminars u panels |
||
Attività jew settur Kontabilità u awditjar |
||
EDUKAZZJONI U TAĦRIĠ |
|
|
1/10/1991–9/11/1995 |
Baċellerat fl-Ekonomija – Kontabilità u Ekonomija |
|
|
Fakultà tal-Ekonomija, Università ta' Ljubljana Kardeljeva ploščad 17, 1000 Ljubljana (is-Slovenja) |
|||
▪ il-kategoriji ekonomiċi u r-relazzjonijiet bejn il-kategoriji ▪ l-istandards kontabilistiċi u kontenut dwar kontabilità finanzjarja, tal-ispejjeż u tal-ġestjoni ▪ l-awditjar ta' kontijiet ▪ l-ipproċessar statistiku ta' data ▪ l-istrumenti finanzjarji u n-negozjar bihom |
|||
1/9/1987–30/6/1991 |
Skola Sekondarja għall-Catering u t-Turiżmu, Ljubljana |
|
|
Preglov trg 9, 1000 Ljubljana (is-Slovenja) |
|||
ĦILIET PERSONALI |
|
|
Lingwa/i materna/i |
Is-Sloven |
||||||
|
|
||||||
Lingwa/i oħra |
FEHIM |
TAĦDIT |
KITBA |
||||
Smigħ |
Qari |
Interazzjoni orali |
Produzzjoni orali |
|
|||
L-Ingliż |
C2 |
C1 |
B1 |
B1 |
B1 |
||
|
Livelli: A1 u A2: Użu bażiku - B1 u B2: Użu indipendenti - C1 u C2: Użu profiċjenti |
||||||
Ħiliet ta' komunikazzjoni |
▪ Ħiliet ta' tmexxija u ġestjoni ▪ Ħiliet ta' komunikazzjoni ▪ Inġenjożità ▪ Indipendenza ▪ Ħiliet negozjattivi u persważivi ▪ Professjonaliżmu u etika tax-xogħol qawwija ▪ Ħiliet interpersonali u ta' interazzjoni ▪ Għarfien dwar metodoloġija ta' tagħlim għall-adulti (ksibt kwalifiki ta' għalliem u mexxejt sensiela ta' seminars u panels) Esperjenza fl-għoti ta' lekċers: ▪ korsijiet fil-Kontabilità u l-Ibbilanċjar bħala parti minn programm approvat pubblikament għall-ksib tal-kwalifika ta' Kontabilist fiċ-ċentru ta' edukazzjoni għall-adulti Ljudska univerza Trebnje u l-Istitut tar-Repubblika tas-Slovenja għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali Cene Štupar, Ljubljana, fl-1998 u fl-1999 ▪ tmexxija ta' seminars u programmi edukattivi interni għal istituti u kumpaniji mill-1996 (il-Fakultà tal-Liġi, l-Università ta' Maribor, l-Istitut Sloven tal-Awdituri, l-Istitut tal-Amministrazzjoni Pubblika, LM Veritas d.o.o., Nebra d.o.o., l-Aġenzija għall-Ġestjoni, l-aġenzija tal-impjiegi Agencija za kadre, l-Assoċjazzjoni tal-Movimenti Ekoloġiċi tas-Slovenja, eċċ.) ▪ tmexxija tal-programm ta' studju għoli għall-kwalifika ta' Inġinier Muniċipali – il-kors/programm Skemi ta' finanzjament tal-ekonomija muniċipali fl-Istitut IZRAZ fl-2003 ▪ preżentazzjoni tal-ħidma tal-Qorti tal-Awdituri tar-Repubblika tas-Slovenja għall-istudenti postuniversitarji fil-Fakultà tal-Ekonomija f'Ljubljana bħala parti mill-kors Ġestjoni ta' Organizzazzjonijiet Mingħajr Skop ta' Qligħ (2006, 2007, 2008, 2009, 2014 u 2015), u għall-kors L-Awditjar tal-Kontijiet (2009) ▪ lekċers bħala parti mill-programm edukattiv biex jinkiseb it-titolu ta' Awditur Iċċertifikat fl-Istitut Sloven tal-Awdituri (2009, 2010, 2012) ▪ lekċers dwar il-kontabilità tal-ispejjeż għall-kuntratturi fil-qasam tas-servizzi ta' utilità pubblika fil-Fakultà tal-Ekonomija f'Ljubljana (2015)
Ħila f'dehriet medjatiċi (konferenzi għall-istampa għall-preżentazzjoni ta' rapporti mill-Qorti tal-Awdituri, stqarrijiet għall-istampa indipendenti, panels, konferenzi, seminars ta' esperti, eċċ.) ▪ Għarfien eċċellenti dwar it-tmexxija ta' laqgħat effikaċi mar-rappreżentanti tal-Gvern tar-Repubblika tas-Slovenja, ministeri u utenti oħra ta' fondi pubbliċi, u dwar il-kjarifikazzjoni ta' abbozzi maħruġa ta' rapporti ta' awditjar ▪ Għarfien dwar il-preżentazzjoni ta' kwistjonijiet professjonali lill-korpi operattivi tal-Assemblea Nazzjonali (il-Kummissjoni għall-Kontroll tal-Finanzi Pubbliċi, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Ambjent, il-Kumitat għall-Ekonomija, eċċ.) ▪ Għarfien dwar it-tmexxija ta' laqgħat interni u intervisti ma' impjegati; bħala Kap tad-Dipartiment tal-Awditjar, wettaqt kompiti li varjaw mill-organizzazzjoni tax-xogħol għall-evalwazzjonijiet annwali u regolari tal-prestazzjoni tal-impjegati |
|
|
|
|
Ħiliet organizzattivi/maniġerjali |
▪ Bħala kap ta' diviżjonijiet ta' awditjar (9 snin, li matulhom kont kap ta' żewġ diviżjonijiet għal 5 xhur fl-2015) u bħala Viċi President tal-Qorti tal-Awditjar (sentejn), għandi għarfien tajjeb tal-organizzazzjoni tax-xogħol, il-ġestjoni ta' proġetti, it-twaqqif ta' gruppi ta' ħidma u t-tmexxija u l-għoti ta' motivazzjoni lill-impjegati biex jilħqu l-objettivi stabbiliti. ▪ Fl-1996 attendejt l-Iskola għall-Uffiċjali u sirt kaptan ta' riżerva; bħala parti mit-taħriġ, ksibt ħiliet fil-kmand u t-tmexxija ta' unità militari. |
|
Ħiliet marbutin max-xogħol |
▪ 1997–1998: programm edukattiv biex ksibt it-titolu ta' AWDITUR. Kont wieħed minn tal-ewwel mill-ġenerazzjoni tiegħi li spiċċajt il-programm (Ċertifikat Nru 110 tal-24 ta' Marzu 1998) ▪ 2000–2001: programm edukattiv biex ksibt it-titolu ta' AWDITUR IĊĊERTIFIKAT (Ċertifikat Nru 010 tat-12 ta' Novembru 2001); iż-żewġ titoli ngħaqdu bi qbil mal-Att dwar l-Awditjar u nħareġ ċertifikat ġdid tat-titolu professjonali ta' AWDITUR (Ċertifikat Nru 084 tal-15 ta' Lulju 2008) ▪ 2000: programm edukattiv biex ksibt it-titolu professjonali ta' STIMATUR KUMMERĊJALI ĊĊERTIFIKAT. Għaddejt mill-eżamijiet kollha iżda ddeċidejt li ma niddefendix it-teżi tiegħi għax ma kienx beħsiebni neżerċita din il-prattika. ▪ 2001: fit-53 sessjoni tiegħu nhar it-30 ta' Novembru 2001, il-Kunsill tal-Esperti tar-Repubblika tas-Slovenja għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali għadda deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tat-titolu ta' LEKĊERER TAL-EDUKAZZJONI GĦOLJA, għall-kors/programm Skemi ta' finanzjament tal-ekonomija muniċipali ▪ 2003: ksibt kwalifiki ta' għalliem bħala LEKĊERER TAL-EDUKAZZJONI GĦOLJA fil-Fakultà tal-Arti, l-Università ta' Ljubljana (Ċertifikat bid-data tat-12 ta' Mejju 2003) ▪ 2004: applikajt biex jiġi rikonoxxut it-titolu ta' Awditur Intern tal-Istat u rnexxieli (Ċertifikat 120-DNR-MF bid-data tad-19 ta' Marzu 2004). Fl-2013, ksibt it-titolu ta' AWDITUR INTERN TAL-ISTAT IVVERIFIKAT (ċertifikat Nru 77-PDNR-MF bid-data tal-14 ta' Mejju 2013) ▪ 2007: ksibt it-titolu ta' AWDITUR TAL-ISTAT (ċertifikat Nru 88 tas-26 ta' Jannar 2007) u fl-2012 it-titolu ta' AWDITUR TAL-ISTAT IVVERIFIKAT bit-teżi "Kejl tal-prestazzjoni finanzjarja tal-ħidma tal-Qorti tal-Awditjar tar-Repubblika tas-Slovenja" (Ċertifikat Nru 49 bid-data tas-27 ta' Settembru 2012) ▪ Fl-2009 u l-2012, fil-Qorti tal-Awditjar tar-Repubblika tas-Slovenja kont LEKĊERER DWAR IL-KONTABILITÀ FIS-SETTUR PUBBLIKU bħala parti mill-programm biex jinkiseb it-titolu ta' Awditur tal-Istat. Bħala membru tal-kummissjoni, ipparteċipajt f'numru ta' kumitati ta' difiża ta' teżijiet biex jinkiseb it-titolu ta' Awditur tal-Istat u t-titolu ta' Awditur tal-Istat Iċċertifikat ▪ 2010: ksibt Ċertifikat ta' taħriġ bażiku fil-qasam tal-ipproċessar u l-protezzjoni tad-data u ngħatajt approvazzjoni tas-sigurtà fil-livell Kunfidenzjali ▪ 2006: ksibt Ċertifikat ta' taħriġ bażiku bħala membru ta' bordijiet ta' superviżjoni u ta' ġestjoni |
|
Kompetenza diġitali |
▪ Profiċjenza fl-użu tal-ġabra ta' programmi ta' Microsoft Office inklużi Word, Excel u Power Point ▪ Utent ta' Lotus Notes |
|
Liċenzja tas-sewqan |
B, G, H |
|
INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI |
|
|
|
Bħala Awditur Suprem tal-Istat u Viċi President tal-Qorti tal-Awditjar: ▪ Ħejjejt artiklu bl-Ingliż u tajt preżentazzjoni f'konferenza tal-istituzzjonijiet supremi tal-istat dwar is-suġġett tas-sħubijiet pubbliċi-privati – "Is-sħubijiet pubbliċi-privati u l-awditjar tas-settur pubbliku" – fi Frar 2011 ▪ Attendejt laqgħa tal-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar Ewropej dwar l-istabbiliment ta' Standards Kontabilistiċi Ewropej għas-Settur Pubbliku (EPSAS) ▪ bħala Awditur Suprem tal-Istat kompetenti għat-twettiq ta' awditjar ambjentali, immaniġġjajt diversi awditi ambjentali internazzjonali b'kollaborazzjoni mal-istituzzjonijiet supremi tal-istat internazzjonali (tibdil fil-klima, ġestjoni ta' żoni protetti (parkijiet naturali, eċċ.), baċini tal-ilma, foresti, konservazzjoni ta' karnivori kbar, eċċ.) bl-Ingliż ▪ Attendejt seminars ta' esperti organizzati minn istituzzjonijiet supremi tal-awditjar oħra u l-kungress EUROSAI ▪ Ipparteċipajt f'diversi laqgħat bilaterali ma' rappreżentanti ta' istituzzjonijiet supremi tal-awditjar u organizzazzjonijiet oħra (il-Bank Ċentrali Ewropew, eċċ.), u ma' eżekuturi tal-evalwazzjoni bejn il-pari tal-Qorti tal-Awditjar immexxija mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar mir-Renju Unit |
|
Ħiliet oħra |
Fil-ħin liberu tiegħi, nieħu gost ninvolvi ruħi fl-ortikoltura u l-fotografija. Abbażi tal-esperjenza tiegħi fil-kultivazzjoni fil-ġnien tagħna stess, kont koawtur ta' żewġ kotba: ▪ Alenka Gorza, Jereb Samo, Matic Sever, Tomaž Vesel: Pjanti perenni għall-istaġuni kollha: tħawwil b'suċċess fil-ġonna Sloveni. Ljubljana: Cankarjeva založba, 2009, 227 paġna ▪ Alenka Gorza, Jereb Samo, Tomaž Vesel: Ġonna Sloveni affaxxinanti: 26 ġnien ornamentali privat. Ljubljana: Cankarjeva založba, 2010, 236 paġna. L-artikli u r-ritratti tiegħi ġew ippubblikati fir-rivisti Delo in Dom u Delo in dom Plus. |
|
Pubblikazzjonijiet |
Organizzajt, mexxejt u pparteċipajt (1998–2004) f'konsultazzjonijiet annwali regolari bl-isem "Il-Kontabilità fl-Impriżi Pubbliċi" li kienu maħsuba għas-settur tas-servizzi ta' utilità pubblika u l-muniċipalitajiet, fejn ippreżentajt l-artikli li ġejjin (bis-Sloven) li ġew ippubblikati fil-ġabra – Il-Kontabilità fl-Impriżi Pubbliċi: 1) Jereb Samo: Il-finanzjament tar-rikostruzzjoni u l-iżvilupp tal-infrastruttura pubblika fis-Slovenja. Ġabra ta' artikli – Il-Kontabilità fl-Impriżi Pubbliċi 2010. Radenci: LM Veritas d. o. o., 2010, pp. 53–72. 2) Jereb Samo: Il-prinċipji ekonomiċi (u l-bażi legali) li għandhom jitqiesu għall-istabbiliment tar-regolamentazzjoni futura ta' impriża ta' servizzi ta' utilità pubblika. Ġabra ta' artikli – Il-Kontabilità fl-Impriżi Pubbliċi 2009. Radenci: LM Veritas d. o. o., 2009, pp. 13–34. 3) Jereb Samo: Ftehim dwar infrastruttura bejn is-sidien tal-infrastruttura u impriża ta' servizzi ta' utilità pubblika. Ġabra ta' artikli – Il-Kontabilità fl-Impriżi Pubbliċi 2008. Portorož: LM Veritas d. o. o., 2008, pp. 37–56. 4) Jereb Samo: Relazzjonijiet ekonomiċi ġodda bejn il-komunitajiet lokali u l-impriżi pubbliċi. Ġabra ta' artikli – Il-Kontabilità fl-Impriżi Pubbliċi 2007. Portorož: LM Veritas d. o. o., 2007, pp. 5– 22. 5) Jereb Samo: Pjattaforma ekonomika biex jissawru l-prezzijiet tas-servizzi ta' utilità pubblika. Ġabra ta' artikli – Il-Kontabilità fl-Impriżi Pubbliċi 2006. Radenci: LM Veritas d. o. o., 2006, pp. 37–52. 6) Jereb Samo: L-infrastruttura ta' servizz ta' utilità pubblika jekk l-investiment fiha jsir bħala kontribut in natura. Ġabra ta' artikli – Il-Kontabilità fl-Impriżi Pubbliċi 2006. Radenci: LM Veritas d. o. o., 2006, pp. 79–96. 7) Jereb Samo: Id-deprezzament tal-infrastruttura tas-servizzi ta' utilità pubblika. Ġabra ta' artikli – Il-Kontabilità fl-Impriżi Pubbliċi 2005. Radenci: LM Veritas d. o. o., 2005, pp. 5–32. 8) Jereb Samo: Applikazzjoni tal-istandard SRS 35 għall-impriżi pubbliċi u l-konċessjonarji – kemm issa kif ukoll fil-futur. Ġabra ta' artikli – Il-Kontabilità fl-Impriżi Pubbliċi 2004. Radenci: LM Veritas d. o. o., 2004, pp. 65–80. 9) Jereb Samo: Kwistjonijiet kontabilistiċi u fiskali tas-servizz ta' utilità pubblika għall-ġestjoni tal-iskart. Ġabra ta' artikli – Il-Kontabilità fl-Impriżi Pubbliċi 2004. Radenci: LM Veritas d. o. o., 2004, pp. 91–108. 10) Jereb Samo: Tħejjija ta' dikjarazzjoni tad-dħul skont l-attività u l-muniċipalità b'mod separat għas-servizzi ta' utilità pubblika u l-attivitajiet kummerċjali. Ġabra ta' artikli – Il-Kontabilità fl-Impriżi Pubbliċi 2003. Radenci: LM Veritas d. o. o., 2003, pp. 33–59. 11) Jereb Samo, Loncner Matej: Analiżi tad-data tar-rapporti annwali tal-impriżi ta' servizzi ta' utilità pubblika. Ġabra ta' artikli – Il-Kontabilità fl-Impriżi Pubbliċi 2003. Radenci: LM Veritas d. o. o., 2003, pp. 93–127. 12) Jereb Samo: Metodi ta' analiżi tat-tħejjijiet ta' dikjarazzjonijiet tad-dħul f'servizzi pubbliċi skont l-attività u l-muniċipalità. Ġabra ta' artikli – Il-Kontabilità fl-Impriżi Pubbliċi 2002. Radenci: LM Veritas d. o. o., 2002, pp. 5–42. 13) Jereb Samo: Reġistrazzjoni tal-assi fissi ġestiti abbażi tal-valutazzjoni tan-netwerks infrastrutturali. Ġabra ta' artikli – Il-Kontabilità fl-Impriżi Pubbliċi 2002. Radenci: LM Veritas d. o. o., 2002, pp. 57–76. 14) Jereb Samo: L-iżgurar tal-vijabilità tal-kumpaniji pubbliċi. Ġabra ta' artikli – Il-Kontabilità fl-Impriżi Pubbliċi 2001. Radenci: LM Veritas d. o. o., 2001, pp. 19–42. 15) Jereb Samo: L-istabbiliment u l-iżburżar ta' riżervi tal-kapaċità fit-tul għar-rijabilitazzjoni tal-miżbliet. Ġabra ta' artikli – Il-Kontabilità fl-Impriżi Pubbliċi 2001, Radenci: LM Veritas d. o. o., 2001, pp. 79–98. 16) Jereb Samo: L-allokazzjoni tal-ispejjeż tad-deprezzament mill-muniċipalitajiet. Ġabra ta' artikli – Il-Kontabilità fl-Impriżi Pubbliċi 2000. Radenci: LM Veritas d. o. o., 2000, pp. 63–81. 17) Jereb Samo: It-tfassil tas-sottobilanċ tal-attiv u l-passiv fil-kumpaniji pubbliċi u d-determinazzjoni tad-disponibilità ta' finanzjament għall-investimenti fl-infrastruttura. Ġabra ta' artikli – Il-Kontabilità fl-Impriżi Pubbliċi 2000. Radenci: LM Veritas d. o. o., 2000, pp. 83–113. 18) Jereb Samo: Emendi għar-regolamenti u spjegazzjonijiet tal-Ministeru tal-Finanzi rigward it-taxxa fuq il-valur miżjud fil-kumpaniji tas-servizzi ta' utilità pubblika. Ġabra ta' artikli – Il-Kontabilità fl-Impriżi Pubbliċi 1999. Ljubljana: LM Veritas d. o. o., 1999, pp. 37–54. 19) Jereb Samo: Id-distribuzzjoni tad-dħul nett fil-kumpaniji pubbliċi. Ġabra ta' artikli – Il-Kontabilità fl-Impriżi Pubbliċi 1999. Ljubljana: LM Veritas d. o. o., 1999, pp. 73–117. 20) Jereb Samo: L-ispeċifiċità tal-inventarju tal-assi fissi fil-ġestjoni. Ġabra ta' artikli – Il-Kontabilità fl-Impriżi Pubbliċi 1998. Ljubljana: LM Veritas d. o. o., 1998, pp. 117–147. |
|
Seminars – pubblikazzjonijiet bis-Sloven |
Organizzajt, mexxejt u pparteċipajt f'seminars oħra dwar suġġetti attwali rigward il-ġestjoni tas-servizzi pubbliċi u l-muniċipalitajiet fejn ippreżentajt l-artikli li ġejjin: a) Seminars dwar kwistjonijiet finanzjarji u legali topiċi fil-kumpaniji pubbliċi 1) Jereb Samo: Taxxa fuq l-eliminazzjoni tal-iskart (b'mod konġunt mas-sjieda tal-miżbliet u tfassil tas-sottobilanċ tal-assi operati). Ġabra ta' artikli – Kwistjonijiet Finanzjarji u Legali Attwali fil-Kumpaniji Pubbliċi 2003. Ljubljana: LM Veritas d. o. o., 2003, pp. 11–29. 2) Jereb Samo: Emendi fl-Att dwar il-Kumpaniji u l-Istandards Kontabilistiċi Sloveni SRS 35 li jaffettwaw il-kontabilità fil-kumpaniji pubbliċi. Ġabra ta' artikli – Kwistjonijiet Finanzjarji u Legali Attwali fil-Kumpaniji Pubbliċi 2002. Ljubljana: LM Veritas d. o. o., 2002, pp. 60–81. 3) Jereb Samo: Id-distribuzzjoni tal-obbligazzjonijiet tas-sorsi ta' finanzjament infrastrutturali fil-muniċipalitajiet individwali fil-bilanċ ta' kumpanija pubblika. Ġabra ta' artikli – Kwistjonijiet Finanzjarji u Legali Attwali fil-Kumpaniji Pubbliċi 2001. Ljubljana: LM Veritas d. o. o., 2001, pp. 49–69. b) Seminars dwar taxxi ambjentali: 1) Jereb Samo: Awditjar tal-użu speċifikat ta' assi fiskali. Materjal tas-seminar – Tariffi fuq l-ilma u taxxa fuq l-eliminazzjoni tal-iskart. Ljubljana: LM Veritas d. o. o., 2003, pp. 55–61. 2) Jereb Samo: It-trattament kontabilistiku tat-taxxi fil-kumpaniji pubbliċi. Materjal tas-seminar – Taxxa fuq l-eliminazzjoni tal-iskart. Ljubljana: LM Veritas d. o. o., 2002, pp. 33–42. 3) Jereb Samo: It-trattament kontabilistiku tat-taxxi u r-rifużjonijiet imposti fil-kumpaniji ta' servizzi ta' utilità pubblika abbażi tar-regolamenti tar-Repubblika tas-Slovenja. Materjal tas-seminar – Tariffi fuq l-ilma u taxxa fuq l-eliminazzjoni tal-iskart. Ljubljana: LM Veritas d. o. o., 2001, pp. 34–53 c) Seminars dwar il-produzzjoni tar-rapporti annwali tal-kumpaniji ta' servizzi pubbliċi: 1) Jereb Samo, Fekonja Benjamin, Lozej Marko, MSc: Ir-rapporti annwali tal-kumpaniji tas-servizzi ta' utilità pubblika. Materjali tas-seminar – Rapporti annwali tal-kumpaniji tas-servizzi ta' utilità pubblika. Ljubljana: LM Veritas d. o. o., 2004, 121 pages. 2) Jereb Samo, Fekonja Benjamin, Lozej Marko MSc: Ir-rapporti annwali tal-kumpaniji tas-servizzi ta' utilità pubblika. Materjali tas-seminar – Rapporti annwali tal-kumpaniji tas-servizzi ta' utilità pubblika muniċipali. Ljubljana: LM Veritas d. o. o., 2003, 115 pages. d) Seminars oħra organizzati minn LM Veritas u artikli ppubblikati: 1) Materjal u preżentazzjonijiet għal għadd ta' seminars dwar il-kontabilità tal-assi fissi fil-kumpaniji, il-kumpaniji pubbliċi u l-istituti mill-1996 sal-2004, l-iktar materjal riċenti: Jereb Samo: Eżempji ta' reġistrazzjoni tat-tranżazzjonijiet relatati ma' assi fissi. Kontabilità tal-assi fissi, Materjal tas-seminar. Ljubljana: LM Veritas d. o. o., 2004, pp. 8–165. e) Seminars internazzjonali: Jereb Samo, Petrovič Jorg Kristijan. MSc: Is-sħubijiet pubbliċi-privati u l-awditjar tas-settur pubbliku Materjali tas-seminar – L-Awditjar tas-Sħubijiet Pubbliċi-Privati (Avveniment ta' Taħriġ Konġunt tal-Kumitat ta' Kuntatt tal-UE u l-EUROSAI). Bonn: Bundes rechnungnshof, 2011. |
|
Pubblikazzjonijiet bis-Sloven: |
Artikli ppubblikati fil-Ġurnal Sloven tal-Amministrazzjoni Pubblika: Jereb Samo: L-iżgurar tat-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn il-muniċipalitajiet u s-settur tas-servizzi ta' utilità pubblika b'segwitu għat-terminazzjoni tad-divulgazzjoni tal-assi ġestiti. Il-Ġurnal tal-Amministrazzjoni Pubblika, Vol. 44, Nri 2–3, Ljubljana: L-Istitut tal-Amministrazzjoni Pubblika fil-Fakultà tal-Liġi f'Ljubljana, 2008, pp. 57–84. Artikli ppubblikati fil-Ġurnal Sloven tal-Awditjar 'Revizor': 1) Jereb Samo, Jorg Kristijan Petrovič MSc: Il-kontabilizzazzjoni tad-diversi forom ta' sħubijiet pubbliċi-privati (l-Ewwel Parti). 'Revizor', il-Ġurnal tal-Awditjar, Nru 5/08, Vol. IX. Ljubljana: L-Istitut Sloven tal-Awdituri, 2008, pp. 26-40. 2) Jereb Samo, Jorg Kristijan Petrovič MSc: Il-kontabilizzazzjoni tad-diversi forom ta' sħubijiet pubbliċi-privati (it-Tieni Parti). 'Revizor', il-Ġurnal tal-Awditjar, Nru 6/08, Vol. IX. Ljubljana: L-Istitut Sloven tal-Awdituri, 2008, pp. 23-40. 3) Jereb Samo: Partiti minn perjodi preċedenti (Korrezzjoni ta' żbalji fundamentali), 'Revizor', il-Ġurnal tal-Awditjar Nru 11/97, Vol. VIII. Ljubljana: L-Istitut Sloven tal-Awdituri, 1997, pp. 7-30. |
|
Materjal ieħor: |
Artikli ppubblikati fi proċedimenti ta' simpożji dwar metodi moderni fil-kontabilità, il-finanzi u l-awditjar, Rapporti dwar konferenzi dwar il-kontijiet annwali jew materjal tas-seminars tal-konferenzi annwali tal-assessuri tal-valuri: 1) Jereb Samo: L-ipprezzar tas-servizzi pubbliċi ambjentali u (nuqqas ta') konformità tal-approċċ fir-rigward tal-bilanċi, Materjal tas-seminar għat-18-il Konferenza Annwali tal-Kontabilisti. Zreče: L-Istitut Sloven tal-Awdituri, 2015. 2) Jereb Samo: Dmirijiet pubbliċi u (non)applikazzjoni tal-prinċipju tal-kompletezza tal-bilanċ fil-prattika, Materjal tas-seminar għas-17-il Konferenza Annwali tal-Kontabilisti. Zreče: L-Istitut Sloven tal-Awdituri, 2014. 3) Jereb Samo: Esperjenza fil-Qorti tal-Awditjar bir-rapporti tal-valutaturi tal-assi u l-assessuri awtorizzati rigward il-valutazzjoni tal-valur, Materjal tas-seminar għas-17-il Konferenza Annwali tal-Assessuri tal-Valuri. Rogaška Slatina: L-Istitut Sloven tal-Awdituri, 2014. 4) Jereb Samo: L-impatt ta' (non)implikazzjoni tar-rievalwazzjoni tal-infrastruttura ekonomika pubblika muniċipali u statali fuq kemm jiswew is-servizzi ta' utilità pubblika, Materjal tas-seminar għas-16-il Konferenza Annwali tal-Kontabilisti. Zreče: L-Istitut Sloven tal-Awdituri, 2013. 5) Jereb Samo: L-eliminazzjoni tal-assi ġestiti f'relazzjoni mas-soluzzjonijiet fl-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju. Ġabra ta' artikli għat-42 Simpożju dwar metodi moderni fl-oqsma tal-kontabilità, il-finanzi u l-awditjar. Ljubljana: L-Unjoni tal-Ekonomisti tas-Slovenja u l-Assoċjazzjoni tal-Kontabilisti, il-Finanzjiera u l-Awdituri tas-Slovenja, 2010, pp. 49–88. 6) Jereb Samo: Kwistjonijiet kontabilistiċi rigward kontijiet separati għad-diversi attivitajiet tas-settur tas-servizzi ta' utilità pubblika, Ġabra ta' artikli għat-12-il Konferenza Annwali tal-Kontabilisti. Portorož: L-Istitut Sloven tal-Awdituri, 2009, pp. 107-148. 7) Jereb Samo: Rekords kontabilistiċi għad-diversi forom ta' sħubijiet pubbliċi-privati, Ġabra ta' artikli għall-11-il Konferenza Annwali tal-Kontabilisti. Portorož: L-Istitut Sloven tal-Awdituri, 2008, pp. 81-104. 8) Jereb Samo: Il-problemi relatati mad-determinazzjoni tar-riżultati finanzjarji fil-kumpaniji pubbliċi. Ġabra ta' artikli għat-38 Simpożju dwar metodi moderni fl-oqsma tal-kontabilità, il-finanzi u l-awditjar. Ljubljana: L-Unjoni tal-Ekonomisti tas-Slovenja fl-Assoċjazzjoni tal-Kontabilisti, il-Finanzjiera u l-Awdituri tas-Slovenja, 2006, pp. 47-78. 9) Jereb Samo: L-awditjar fil-kumpaniji pubbliċi. Ġabra ta' artikli għall-34 Simpożju dwar metodi moderni fl-oqsma tal-kontabilità, il-finanzi u l-awditjar. Ljubljana: L-Unjoni tal-Ekonomisti tas-Slovenja u l-Assoċjazzjoni tal-Kontabilisti, il-Finanzjiera u l-Awdituri tas-Slovenja, 2002, pp. 263-284. Artiklu ppubblikat fil-manwal Sħubijiet Pubbliċi-Privati: Jereb Samo: (Nuqqas ta') vijabiltà tat-trasferiment tas-sjieda tal-infrastruttura lis-settur tas-servizzi ta' utilità pubblika. Il-manwal Sħubijiet Pubbliċi-Privati – Gwida professjonali u soluzzjonijiet utli għat-twettiq b'suċċess ta' proġetti ta' sħubijiet pubbliċi-privati. Maribor: Založba Forum Media d. o. o., 2009, Kapitolu 16, 56 paġna. Artikli ppubblikati fil-ġurnal Gospodarski vestnik: 1) Jereb Samo: Għodod Żgħar (l-Ewwel Parti). Il-ġurnal Gospodarski vestnik – appendiċi Konsulent, Nru 7, Vol. 45. Ljubljana: Il-ġurnal Gospodarski vestnik, 1996, pp. 65–68. 2) Jereb Samo: Għodod Żgħar (it-Tieni Parti). Il-ġurnal Gospodarski vestnik – appendiċi Konsulent, Nru 8, Vol. 45. Ljubljana: Il-ġurnal Gospodarski vestnik, 1996, pp. 61-64. |
|
ANNESS 2: TWEĠIBIET TA' SAMO JEREB GĦALL-KWESTJONARJU
Esperjenza professjonali
1. Jekk jogħġbok elenka l-esperjenza professjonali tiegħek fil-finanzi pubbliċi, sew jekk hi fil-pjanifikazzjoni baġitarja, fl-implimentazzjoni jew fil-ġestjoni tal-baġit, sew jekk hi fil-kontroll jew l-awditjar baġitarji.
Jien iddedikajt il-ħajja professjonali kollha tiegħi (20 sena) għall-awditjar. Eżatt wara li ggradwajt, ingħaqadt ma' ditta privata tal-awditjar f'Novembru 1995 u għaddejt mill-fażijiet kollha tal-edukazzjoni tal-awditjar u x-xogħol prattiku ta' awditur. Matul l-ewwel 9 snin, awditjajt lil partijiet differenti mill-industrija u l-kummerċ u studjajt biex insir awditur u awditur iċċertifikat fl-Istitut Sloven għall-Awditjar. Bi qbil mal-Att dwar il-Kumpaniji, awditur iċċertifikat għandu s-setgħa joħroġ rapport dwar kontribut kapitali in natura. Għalhekk irreġistrajt ukoll fil-proċess edukattiv biex insir valutatur (stimatur) iċċertifikat tal-impriżi sabiex nikseb l-għarfien neċessarju dwar il-metodi ta' evalwazzjoni. Għaddejt b'suċċess mill-eżamijiet kollha, iżda ddeċidejt li ma niddefendix it-teżi tiegħi għax ma kienx beħsiebni neżerċita din il-prattika. Parti importanti ta' xogħli f'dak iż-żmien kienet iddedikata għall-awditjar tal-fornituri tas-servizzi ta' utilità pubblika. Għar-rappreżentanti tal-muniċipalitajiet u l-fornituri tas-servizzi ta' utilità pubblika, organizzajt ukoll seminars, konsultazzjonijiet u ppubblikajt diversi artikli dwar problemi u soluzzjonijiet prattiċi fis-servizzi ta' utilità pubblika relatati mal-kontabilità, ir-rapportar, il-kwistjonijiet legali u maniġerjali biex jiġi organizzat il-forniment ta' servizz ta' utilità pubblika, it-tiswir u d-determinazzjoni ta' prezzijiet u taxxi, eċċ.
Minħabba xogħli mal-fornituri ta' servizzi ta' utilità pubblika u mal-muniċipalitajiet, jien ġejt mistieden fil-Qorti tal-Awditjar tar-Repubblika tas-Slovenja (minn hawn 'il quddiem: il-QARS) bħala Awditur Suprem tal-Istat, għall-ġestjoni tad-Dipartiment tal-Awditjar għall-awditjar tas-servizzi pubbliċi, awditi ambjentali, awditi tal-privatizzazzjoni, awditi tal-aġenziji u l-fondi pubbliċi (minn hawn 'il quddiem: id-Dipartiment). Id-Dipartiment wettaq awditi ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji u r-regolarità tal-operazzjonijiet, iżda l-maġġoranza tal-awditi twettqu bħala awditi trasversali tal-prestazzjoni tal-ministeri[1], il-komunitajiet lokali u s-servizzi pubbliċi[2]. Id-Dipartiment awditja wkoll lill-operaturi fil-qasam tal-investiment tar-Repubblika tas-Slovenja (il-Kumpanija ta' Restituzzjoni Slovena, il-Holding Sovrana Slovena, eċċ.) fir-rigward tal-ġestjoni tal-assi u l-obbligi finanzjarji tagħhom u l-proċessi ta' privatizzazzjoni. Jien wettaqt b'suċċess dawk il-kompiti filwaqt li mexxejt lid-Dipartiment bi 15 sa 20 awditur għal 9 snin (referenza: is-Sur Igor Šoltes, ex president tal-QARS). Aħna wettaqna kull tip possibbli ta' awditjar tas-settur pubbliku – awditjar tar-regolarità u l-prestazzjoni b'opinjonijiet dwar l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effikaċja. Peress li s-sejbiet tal-awditi tagħna mhux dejjem kienu indirizzati b'mod adegwat mill-partijiet awditjati, aħna wettaqna wkoll diversi awditi ta' segwitu u kkontribwixxejna għal bidliet finanzjarji u organizzattivi sinifikanti fil-ġestjoni pubblika. Peress li ridt li jsiru bidliet fil-ġestjoni pubblika sabiex issir aħjar, fl-awditi tagħna, investigajna fil-fond kull objettiv tal-awditjar u għamilna diversi rakkomandazzjonijiet u normalment eżiġejna diversi miżuri korrettivi. L-interess tiegħi fit-titjib tal-ġestjoni pubblika permezz tal-ħidma tal-QARS irriżulta wkoll fit-teżi tiegħi biex ksibt it-titolu ta' awditur tal-istat ivverifikat: "Kejl tal-Prestazzjoni Finanzjarja tal-Ħidma tal-Qorti tal-Awditjar tar-Repubblika tas-Slovenja".
Minbarra l-ġestjoni tad-Dipartiment tal-Awditjar għas-servizzi ta' utilità pubblika, koprejt ukoll ir-rwol ta' viċi tal-Awditur Suprem tal-Istat fil-ġestjoni tad-dipartiment responsabbli għall-awditjar tal-utenti tal-baġit governattiv u mhux, l-utenti ġudizzjarji tal-baġit tal-istat u l-partiti politiċi fl-2013. F'dak iż-żmien jien mexxejt l-awditjar tal-baġit tal-istat għall-2012 (dikjarazzjoni ta' aċċertament dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti).
F'Diċembru 2013, ġejt elett mill-Parlament Sloven bħala t-Tieni Viċi President tal-QARS. Jiena responsabbli għat-teħid ta' deċiżjonijiet fis-Senat tal-QARS fl-awditi kollha tal-Qorti meta tkun ġiet proposta oġġezzjoni għal rapport ta' awditjar, irrispettivament mill-ambitu tal-awditu. Il-biċċa l-kbira ta' xogħli issa tikkonsisti: mit-tressiq ta' proposti biex isir awditjar; mill-ħruġ ta' kunsensi għal pjanijiet ta' awditjar fid-dettall, abbozzi u proposti għal rapporti ta' awditjar; mill-parteċipazzjoni fil-programmi ta' taħriġ għall-awdituri u l-kumitati għad-difiża ta' teżijiet għal awdituri tal-istat iċċertifikati; mill-preżentazzjoni tar-rapporti ta' awditjar lill-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tas-Slovenja u lil udjenzi interessati oħra, inkluża l-midja. L-ambitu ta' xogħli mhuwiex limitat u japplika għall-ġurisdizzjonijiet kollha tal-QARS u t-tipi kollha ta' awditjar (awditjar finanzjarju, awditjar tar-regolarità/konformità jew awditjar tal-prestazzjoni), filwaqt li nissorvelja u nikkontrolla direttament nofs ix-xogħol tal-QARS. Fl-2015, jien kont responsabbli b'mod speċifiku għall-monitoraġġ mill-qrib tal-implimentazzjoni tal-awditjar tar-regolarità u l-effiċjenza tal-istabbiliment u l-operat tal-Kumpanija għall-Ġestjoni tal-Assi Bankarji u l-awditu tal-prestazzjoni tal-ikbar investiment fis-snin riċenti (il-bini tal-Unità 6 fl-Impjant tal-Enerġija Termika ta' Šoštanj) f'termini tal-konsegwenzi għall-profitt jew it-telf u l-fluss tal-flus tal-Holding Slovenske elektrarne (l-ikbar organizzazzjoni Slovena fil-qasam tal-ġenerazzjoni tal-enerġija) u l-Holding Sovrana Slovena.
Bħala Awditur Suprem tal-Istat kompetenti għat-twettiq ta' awditjar ambjentali, immaniġġjajt diversi awditi ambjentali internazzjonali b'kollaborazzjoni mal-istituzzjonijiet supremi tal-istat internazzjonali (tibdil fil-klima, ġestjoni ta' żoni protetti (parkijiet naturali, eċċ.), baċini tal-ilma, foresti, konservazzjoni ta' karnivori kbar, eċċ.) bl-Ingliż. Xi wħud minn dawn l-awditi twettqu bħala awditi konġunti ma' istituzzjonijiet supremi tal-awditjar Ewropej u oħrajn saru bħala awditi paralleli ma' istituzzjonijiet supremi tal-awditjar Ewropej u oħrajn, u għalhekk jien għandi familjarità mal-qasam tal-kooperazzjoni internazzjonali ma' istituzzjonijiet supremi tal-awditjar. Peress li kont responsabbli għall-awditjar tal-privatizzazzjoni, jien kont rappreżentant tal-QARS fil-grupp ta' ħidma tal-INTOSAI għall-privatizzazzjoni u s-sħubijiet pubbliċi-privati. Ħejjejt artiklu bl-Ingliż u tajt preżentazzjoni waqt konferenza organizzata mill-Bundesrechnungshof għar-rappreżentanti tal-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar f'Bonn dwar is-suġġett tas-sħubijiet pubbliċi-privati – "Is-sħubijiet pubbliċi-privati u l-awditjar tas-settur pubbliku" – fi Frar 2011. Jien interessat ħafna wkoll fil-proġett EPSAS. Attendejt laqgħa tal-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar Ewropej dwar l-istabbiliment ta' Standards Kontabilistiċi Ewropej għas-Settur Pubbliku (EPSAS) kif ukoll is-seminar tal-QEA dwar "Kontijiet Aħjar, Baġits Aħjar, Infiq Aħjar" f'Jannar 2016.
Minbarra li l-ksibt iċ-ċertifikati għal Awditur (Iċċertifikat), Awditur tal-Istat Ivverifikat u Awditur Intern tal-Istat Ivverifikat, jien interessat ħafna wkoll li nittrasferixxi l-għarfien li ksibt lil ħaddieħor, u għalhekk mhux talli organizzajt diversi seminars u programmi edukattivi, imma pparteċipajt ukoll b'mod attiv fl-għoti ta' lekċers lil awdituri, diriġenti, sindki, kontabilisti, studenti, eċċ. Biex intejjeb il-prestazzjoni tiegħi fit-trasferiment tal-għarfien, ksibt kwalifiki ta' għalliem bħala leċkerer tal-edukazzjoni għolja. Jien ksibt ukoll it-titolu ta' lekċerer tal-edukazzjoni għolja għall-kors/programm Skemi ta' Finanzjament tal-Ekonomija Muniċipali. Fl-2009 u l-2012, fil-QARS, kont organizzatur u lekċerer tal-kors "Il-Kontabilità fis-Settur Pubbliku" bħala parti mill-programm biex jinkiseb it-titolu ta' Awditur tal-Istat. Bħala membru tal-kummissjoni, ipparteċipajt f'numru ta' kumitati ta' difiża ta' teżijiet ta' kandidati għat-titolu ta' Awditur tal-Istat u t-titolu ta' Awditur tal-Istat Iċċertifikat.
Nemmen li l-esperjenza sostanzjali tiegħi fl-awditjar tas-settur pubbliku, l-esperjenzi tiegħi fil-ġestjoni u l-għoti ta' lekċers, u t-twettiq ta' awditi konġunti u paralleli ma' istituzzjonijiet supremi tal-awditjar huma definittivament vantaġġi għall-ħidma mwettqa mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (minn hawn 'il quddiem: il-QEA).
2. X'kienu l-iktar riżultati sinifikanti li ksibt tul il-karriera professjonali tiegħek?
Jien ħdimt fl-awditjar tul il-karriera professjonali kollha tiegħi, u dejjem ipprovajt nuża l-esperjenza tiegħi fl-awditjar biex insaħħaħ ir-responsabilità u t-trasparenza, ninkoraġġixxi titjib kontinwu u nsostni l-fiduċja tal-partijiet interessati fl-użu xieraq tal-fondi u l-assi pubbliċi u l-prestazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika. Għalhekk iddeċidejt li nippreżenta tliet oqsma mill-awditjar tas-settur pubbliku.
a) Sensibilizzazzjoni rigward ir-regoli dwar l-għajnuna mill-istat, it-tiswir u d-determinazzjoni tal-prezzijiet tas-servizzi ta' utilità pubblika u t-taxxi u talbiet għall-ħlas lura ta' fondi
Peress li ħafna min-nuqqasijiet tal-partijiet awditjati normalment jiġu sempliċiment korretti għall-futur, jien investejt ftit sforzi mhux ħażin biex nissensibilizza lill-QARS, il-parlament u l-partijiet awditjati dwar il-fatt li hemm obbligu li jitħallsu lura l-fondi imposti fuq iċ-ċittadini mingħajr raġunijiet legali, kif ukoll obbligu li jiġu imposti tariffi jew taxxi għas-snin preċedenti, jekk dawn ma jkunux inġabru. Huwa għalhekk li aħna wettaqna awditi ta':
- l-impożizzjoni ta' taxxi żejda: il-Muniċipalità ta' Maribor u l-biċċa l-kbira tal-muniċipalitajiet l-oħra imponew taxxi ambjentali żejda fuq iċ-ċittadini għall-eliminazzjoni ta' skart fil-miżbliet peress li l-Ministeru tal-Ambjent u l-Ippjanar Spazjali ma għamel l-ebda kontroll fuq l-impożizzjoni ta' kwalunkwe taxxa ambjentali. Aħna eżiġejna li l-Muniċipalità ta' Maribor trodd lura it-taxxi żejda imposti u li l-Ministeru tal-Ambjent u l-Ippjanar Spazjali jiżgura li t-EUR 8 miljun kollha tat-taxxi ambjentali żejda imposti fis-Slovenja fis-sena awditjata jintraddew lura lill-kontribwenti. Il-Ministru tal-Ambjent u l-Ippjanar Spazjali ma eżegwiex il-miżuri mitluba, u għalhekk għall-ewwel darba fl-istorja tal-QARS appellajna għat-tkeċċija mill-kariga ta' ministru, skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Qorti tal-Awditjar.
- l-impożizzjoni ta' tariffi ta' konċessjoni: il-Ministeru tal-Ambjent u l-Ippjanar Spazjali għandu jagħti konċessjonijiet lill-kumpaniji li jużaw l-ilma għal skopijiet industrijali jew kwalunkwe skop kummerċjali ieħor skont l-Att dwar l-Ilma li ġie adottat mill-Parlament fl-2002 u ddefinixxa l-perjodu tranżitorju sa tmiem l-2004. Waqt li hu minnu li l-Ministeru tal-Ambjent u l-Ippjanar Spazjali ta xi konċessjonijiet fl-2005 u li dawk il-kumpaniji bdew iħallsu tariffi ta' konċessjoni għall-ilma, dawn kienu jirrappreżentaw biss parti żgħira mill-kumpaniji li kienu qegħdin jużaw l-ilma. Aħna wettaqna awditu għas-sena 2006 u eżiġejna li l-Ministeru jagħti l-konċessjonijiet kollha u jimponi t-tariffi ta' konċessjoni fuq il-kumpaniji kollha li kienu qegħdin jużaw l-ilma. Meta wettaqna awditu ta' segwitu għas-snin 2010-2012, aħna żvelajna li l-Ministeru ma kien ħareġ l-ebda konċessjoni addizzjonali, u għalhekk il-maġġoranza tal-kumpaniji kienu qegħdin jużaw l-ilma mingħajr ma jħallsu tariffi ta' konċessjoni. Dan in-nuqqas ta' attività min-naħa tal-Ministeru kkawża benefiċċji kompetittivi għall-kumpaniji kollha li ma kinux qegħdin iħallsu tariffi ta' konċessjoni għall-użu tal-ilma. B'riferiment għar-Regolament dwar il-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-istat, aħna eżiġejna li l-Ministeru tal-Ambjent jimponi tariffi ta' konċessjoni għall-perjodu kollu meta dawk il-kumpaniji kienu tassew qegħdin jużaw l-ilma. Wara li investejna sforz kbir biex niddefendu l-pożizzjoni tagħna, il-Parlament aċċetta l-Att Emendatorju dwar l-Ilma, li fih kien iddikjarat b'mod ċar l-obbligu li t-tariffi ta' konċessjoni jitħallsu għall-perjodu kollu li matulu jintuża l-ilma. Il-benefiċċji potenzjali għall-baġit tal-istat minħabba dak l-awditu kienu ta' EUR 25 miljun, iżda l-Parlament naqqas it-tariffi ta' konċessjoni, u l-benefiċċji reali kienu ta' EUR 9 miljun.
- it-tiswir u d-determinazzjoni tal-prezziijiet tas-servizzi ta' utilità pubblika: aħna wettaqna diversi awditi dwar it-tiswir u d-determinazzjoni tal-prezziijiet tas-servizzi ta' utilità pubblika. L-akbar effetti għall-utenti tas-servizzi ta' dan it-tip ksibnihom meta awditjajna lill-operatur tan-netwerk għat-trażmissjoni tal-elettriku. F'dak l-awditu, eżiġejna li l-prezz jiġi kkalkulat mill-ġdid b'korrezzjonijiet ta' EUR 17-il miljun fl-ispejjeż tal-operatur għall-benefiċċju tal-utenti. Aħna eżiġejna wkoll li l-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tas-Slovenja tivvaluta jekk l-Att dwar l-Enerġija huwiex konformi mal-Kostituzzjoni. Bħalissa, jien qiegħed ninvesti ammont kbir ta' xogħol biex nikkonvinċi lill-Ministeru tal-Ambjent u lill-fornituri ta' servizzi ta' utilità pubblika muniċipali li l-Kummissjoni Ewropea adottat regoli ġodda dwar l-għajnuna mill-istat għas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali u li jeħtieġ li huma japplikawhom.
Fl-opinjoni tiegħi, tajt kontribut prezzjuż biex tissaħħaħ il-kuxjenza dwar l-impożizzjoni legali u effikaċi ta' taxxi, tariffi u prezzijiet għall-benefiċċju taċ-ċittadini.
b) Dejn Pubbliku
Waħda mill-iktar kwistjonijiet importanti għall-QARS f'dawn l-aħħar snin kienet dik tad-dejn pubbliku. Għalkemm is-Slovenja kellha proporzjon tad-dejn pubbliku baxx qabel il-kriżi (33 % tal-PDG fi tmiem l-2007), bl-awditi tagħna żvelajna li xi wħud mill-kumpaniji b'sjieda statali jew muniċipali kienu qegħdin jintużaw ħażin bl-iskop li jeskludu d-dejn għal investimenti pubbliċi mill-baġit. B'segwitu għal uħud minn dawk l-awditi, il-QARS iddeċidiet li tiffoka iktar fuq il-kwistjonijiet tad-dejn pubbliku, u għalhekk aħna ssorveljajna u awditjajna d-dejn pubbliku mill-perspettivi kollha qabel u matul il-kriżi ekonomika u fiskali. Sfortunatament, il-politiċi ma ħadux azzjoni skont it-twissijiet tagħna favur riformi serji fis-settur pubbliku, u għalhekk id-dejn pubbliku tas-Slovenja żdied għal iktar minn 80 fil-mija tal-PDG.
Taħt it-tmexxija tiegħi, id-Dipartiment awditja kumpaniji bħall-Kumpanija ta' Restituzzjoni Slovena (li llum ġiet ittrasformata fil-Holding Sovrana Slovena) li kienet responsabbli għar-restituzzjonijiet statali mill-proċessi ta' privatizzazzjoni fl-1991, id-danni tat-Tieni Gwerra Dinjija u ta' wara l-gwerra, il-privatizzazzjoni tal-operatur tat-telekomunikazzjonijiet, eċċ. Aħna awditjajna wkoll lill-kumpaniji infrastrutturali li kienu qegħdin jibnu l-infrastruttura tal-ilma (l-infrastrutturi għar-regolazzjoni tax-xmajjar, il-baċini tax-xmajjar, eċċ.), il-Kumpanija tal-Awtostradi Slovena, il-fornitur tas-servizzi ta' kontroll tan-navigazzjoni bl-ajru u ċerti sħubijiet pubbliċi-privati għall-bini ta' infrastruttura u l-forniment ta' servizzi ta' utilità pubblika.
Bħala t-Tieni Viċi President, kont speċifikament responsabbli għall-monitoraġġ mill-qrib tal-implimentazzjoni tal-awditjar tar-regolarità u l-effiċjenza tal-istabbiliment u l-operat tal-Kumpanija għall-Ġestjoni tal-Assi Bankarji, li kienet strument għall-iżgurar tal-istabilità tas-settur bankarju, iżda li żiedet id-dejn pubbliku flimkien ma' rikapitalizzazzjoni tal-banek għal EUR 5 biljun jew 13 % tal-PDG addizzjonali.
Ir-rakkomandazzjonijiet u l-eżiġenzi tagħna għal miżuri korrettivi rriżultaw f'kontabilizzazzjoni aħjar tad-dejn pubbliku, fil-ħruġ ta' gwida għall-kontabilizzazzjoni tas-sħubijiet pubbliċi-privati u sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar l-impatt negattiv ta' dejn pubbliku għoli. Għadna ma rnexxilniex nikkonvinċu lill-Ministeru tal-Finanzi jimplimenta sistema ta' kontabilità abbażi tad-dovuti sabiex jipprovdi pożizzjoni iktar rilevanti dwar id-dejn pubbliku, b'mod speċjali fir-rigward tas-sħubijiet pubbliċi-privati li ġieli għad mhuma qed jiġu kkontabilizzati fl-ebda karta tal-bilanċ ("off-off position").
Nemmen li l-isforzi tiegħi kkontribwixxew għal divulgazzjonijiet baġitarji aħjar tad-dejn pubbliku u għal sensibilizzazzjoni dwar it-theddida ta' perikli minħabba l-ammont għoli ta' dejn pubbliku li jaqbeż il-kriterji ta' Maastricht. Għad fadal ftit xogħol mhux ħażin xi jsir f'dak il-qasam, b'mod speċjali fir-rigward tal-kontabilità abbażi tad-dovuti, id-divulgaturi tas-sħubijiet pubbliċi-privati u l-iktar fit-twettiq ta' riformi fis-settur pubbliku u tal-iskemi pensjonistiċi.
c) L-iżvilupp tal-awditjar ambjentali
Il-QARS għamlet xi tentattivi biex twettaq awditjar ambjentali qabel l-2004, iżda bl-appoġġ u l-gwida tiegħi, l-awdituri għarfu l-importanza ta' dan il-qasam u l-possibilitajiet tar-riżultati tal-awditjar ambjentali. Matul id-disa' snin tal-mandat tiegħi bħala Awditur Suprem tal-Istat, awditjajna l-biċċa l-kbira tal-kwistjonijiet ambjentali (il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, il-ġestjoni tal-iskart muniċipali u r-riċiklaġġ ta' skart mill-imballaġġ, l-eliminazzjoni ta' skart illegali, vjeġġi transkonfinali ta' skart, il-bini ta' faċilitajiet ta' trattament tal-ilma mormi, riċiklaġġ ta' vetturi li m'għadhomx jintużaw, eċċ.). Ħafna minn dawk l-awditi twettqu bħala awditi trasversali, li vvalutaw il-prestazzjoni tal-Ministeru tal-Ambjent u l-Ippjanar Spazjali, il-muniċipalitajiet u l-fornituri ta' servizzi ta' utilità pubblika jew benefiċjarji oħra ta' fondi pubbliċi. It-tali approċċi lejn l-awditjar ippermettew li l-awdituri jwettqu eżami bir-reqqa tal-aspetti u l-problemi kollha dwar l-organizzazzjoni, il-ġestjoni u l-finanzjament ta' oqsma determinati ta' kwistjonijiet ambjentali, u jagħtu l-possibilità li jiġu fformati rakkomandazzjonijiet li jkunu tajbin u apprezzati sew. Minħabba dak ix-xogħol, il-QARS tgawdi reputazzjoni tajba ħafna fost il-partijiet interessati kollha, mill-Ministeru tal-Ambjent sal-organizzazzjonijiet mhux governattivi, u tiżvolġi wkoll rwol attiv fil-grupp ta' ħidma dwar l-awditjar ambjentali tal-INTOSAI u l-EUROSAI.
3. X'esperjenza professjonali għandek ta' organizzazzjonijiet jew istituzzjonijiet multikulturali u multilingwi internazzjonali bbażati barra pajjiżek?
Is-Slovenja kienet parti mill-ex Jugoslavja u l-ħajja tagħna ta' kuljum tinkludi interazzjoni ma' persuni tan-nazzjonalitajiet, ir-reliġjonijiet u l-lingwi differenti tal-ex Repubblika Jugoslava kollha kemm hi. Minkejja s-similaritajiet bejn il-lingwi tagħna (fil-grupp lingwistiku Slav tan-Nofsinhar), xorta għad hemm differenzi kulturali sottili li jridu jitqiesu fil-ħidma mal-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet ibbażati fir-repubbliki ex Jugoslavi l-oħra, minkejja l-passat "komuni" tagħna. Sabiex wieħed jaħdem fi kwalunkwe ambjent kulturalment varjat jeħtieġ li jkollu ħiliet interpersonali, speċifikament, ir-rieda li jisma', apparti doża tajba ta' rispett, paċenzja u fehim.
Barra minn hekk, kif semmejt qabel, bħala Awditur Suprem tal-Istat immaniġġjajt diversi awditi ambjentali internazzjonali b'kollaborazzjoni ma' istituzzjonijiet supremi tal-istat internazzjonali bl-Ingliż. Xi wħud minn dawn l-awditi twettqu bħala awditi konġunti ma' istituzzjonijiet supremi tal-awditjar Ewropej u oħrajn saru bħala awditi paralleli ma' istituzzjonijiet supremi tal-awditjar Ewropej u oħrajn, u għalhekk jien għandi familjarità fil-qasam tal-kooperazzjoni internazzjonali ma' istituzzjonijiet supremi tal-awditjar. Lil hinn minn dak l-ambitu, għandi esperjenza professjonali oħra limitata f'organizzazzjonijiet multikulturali u multilingwi. Ninsab ħerqan biex naħdem fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex inżid l-esperjenza tiegħi fil-livell usa' Ewropew.
Inqis ruħi bħala persuna miftuħa għal ideat differenti u ma għandi l-ebda eżitazzjoni naħdem ma' persuni ta' nazzjonalitajiet, reliġjonijiet, orjentazzjonijiet sesswali, eċċ. differenti. Nemmen li l-ħidma u d-diskussjoni ta' soluzzjonijiet ma' individwi differenti tippermettilna nifformaw u naċċettaw is-soluzzjoni xierqa għall-komunità ġenerali. Huwa għalhekk li nemmen bil-qawwa li l-ħidma f'tali organizzazzjoni se tgħinni ntejjeb il-ħiliet u l-għarfien tiegħi dwar perspettivi differenti tal-ħajja u approċċi għar-riżoluzzjoni ta' problemi professjonali, it-tkabbir u t-tagħlim li jistgħu jinkisbu biss permezz ta' esperjenzi tal-ħajja.
4. Qatt ingħatajt kwittanza għad-dmirijiet maniġerjali li kont twettaq preċedentement, jekk kienet applikabbli proċedura ta' dan it-tip?
Proċedura ta' dan it-tip mhix applikabbli fis-Slovenja.
Madankollu, l-eqreb ħaġa għal kwittanza għad-dmirijiet maniġerjali tiegħi kieku tkun (a) proposta mill-President tar-Repubblika tas-Slovenja għat-Tieni Viċi President tal-Qorti tal-Awditjar u elezzjoni fil-Parlament Sloven għal dik il-kariga, li kienet ibbażata fuq xogħli bħala l-Awditur Suprem tal-Istat u (b) nomina għall-kariga ta' Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mingħajr l-ebda oġġezzjoni mill-Gvern jew mill-Parlament abbażi ta' xogħli bħala Awditur Suprem tal-Istat u Viċi President tal-QARS.
5. Liema mill-karigi professjonali preċedenti tiegħek kienu r-riżultat ta' nomina politika?
Il-kariga attwali tiegħi (Tieni Viċi President tal-QARS) hija riżultat ta' nomina politika kif ukoll il-kandidatura għan-nomina bħala Membru tal-QEA.
Għall-kariga attwali tiegħi kien hemm sejħa pubblika fl-2013, maħruġa mill-President tar-Repubblika tas-Slovenja. Huwa għażilni minn fost disa' kandidati u għamel proposta (nomina) lill-Parlament Sloven, fejn ġejt elett permezz ta' votazzjoni sigrieta bħala t-Tieni Viċi President.
Il-kandidatura għan-nomina bħala Membru tal-QEA kienet ir-riżultat ta' sejħa pubblika, maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi. Intgħażilt minn fost seba' kandidati u ġejt propost lill-Gvern għall-kandidatura. Il-Gvern ikkonferma l-kandidatura tiegħi għan-nomina, u l-Kumitat għall-Affarijiet tal-UE tal-Parlament Sloven ivvota għall-kandidatura tiegħi u ta opinjoni pożittiva għad-deċiżjoni tal-Gvern.
6. X'inhuma l-iktar tliet deċiżjonijiet importanti li kont involut fihom fil-ħajja professjonali tiegħek?
Peress li l-iktar deċiżjonijiet importanti tiegħi jikkoinċidu mal-iktar tliet riżultati sinifikanti deskritti bi tweġiba għall-Mistoqsija 2, jien se nagħtihom fil-qosor hawnhekk:
- deċiżjonijiet dwar l-impożizzjoni xierqa ta' taxxi, tariffi u prezzijiet għall-perjodi preċedenti (ir-ritorn tat-taxxi żejda imposti fuq iċ-ċittadini, l-impożizzjoni ta' tariffi ta' konċessjoni għall-perjodu sħiħ li kien qed jintuża l-ilma, il-kalkolu mill-ġdid tal-prezz tal-provvista tal-elettriku mill-operatur tas-sistema, eċċ.),
- il-limitazzjoni tal-evitar inkorrett tad-dejn pubbliku permezz ta' kumpaniji b'sjieda statali u muniċipali,
- l-żvilupp tal-awditjar ambjentali.
Indipendenza
7. It-Trattat jistipula li l-Membri tal-Qorti tal-Awdituri jridu jkunu "kompletament indipendenti" fil-qadi ta' dmirijiethom. Kieku inti kif twettaq dan l-obbligu fil-qadi tad-dmirijiet prospettivi tiegħek?
L-indipendenza hija waħda mill-iktar dispożizzjonijiet importanti fid-Dikjarazzjoni ta' Lima dwar il-Linji Gwida dwar l-Istandards tal-Awditjar tal-INTOSAI u fil-prinċipji addizzjonali tad-Dikjarazzjoni tal-Messiku dwar l-Indipendenza, u hija inkluża wkoll fl-Artikolu 286 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem: it-Trattat). It-Trattat jipprovdi linji gwida bażiċi għall-indipendenza tal-Membri tal-Qorti tal-Awdituri li "għandhom ikunu magħżula minn fost persuni li jagħmlu parti jew kienu jagħmlu parti, fl-Istat rispettiv tagħhom, minn korpi esterni ta' verifika jew li huma kkwalifikati b'mod speċjali għal din il-kariga. Għandhom joffru kull garanzija ta' indipendenza.
Fil-qadi ta' dawn id-doveri, il-membri tal-Qorti tal-Awdituri la jistgħu jfittxu u lanqas jieħdu istruzzjonijiet minn xi gvern jew xi korp ieħor. Għandhom jastjenu minn kull azzjoni li ma tkunx kompatibbli mad-doveri tagħhom.
Il-membri tal-Qorti tal-Awdituri ma jistgħux, matul iż-żmien tal-kariga tagħhom, jagħmlu xogħol ieħor, sew jekk bi ħlas sew jekk le. Fil-bidu tal-kariga tagħhom għandhom iwiegħdu solennement li, kemm matul kif ukoll wara li tintemm il-kariga tagħhom, jirrispettaw l-obbligazzjonijiet li jiġu minn din il-kariga u b'mod speċjali d-dmir tagħhom li jaġixxu b'integrità u diskrezzjoni rigward l-aċċettazzjoni ta' xi ħatriet jew benefiċċji, wara li tintemm il-kariga tagħhom."
Barra minn hekk, l-Artikolu 1 tal-Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri tal-Qorti jiddikjara li l-Membri tal-Qorti għandhom jaġixxu skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattati, kif ukoll skont il-leġiżlazzjoni li tirriżulta abbażi ta' dawn id-dispożizzjonijiet. Ir-relazzjoni tagħhom mal-awtoritajiet u mal-gruppi ta' interess trid tkun konformi mal-prinċipju dwar iż-żamma tal-indipendenza.
Peress li l-Qorti tal-Awdituri hija istituzzjoni indipendenti, l-indipendenza tal-Membri tal-Qorti tal-Awdituri hija prerekwiżit vitali biex il-Qorti tkun tista' topera. Fil-qadi tad-dmirijiet prospettivi tiegħi bħala Membru tal-QEA, jien se nkompli nirrispetta l-istess standards etiċi li jien attwalment soġġett għalihom fil-QARS. Huwa għalhekk li qatt ma kont membru ta' partit politiku jew ta' kwalunkwe grupp politiku jew maniġerjali ieħor relatat. S'issa il-lekċers li tajt kienu ristretti għal seminars miftuħa fuq livell ibbażat fuq il-prinċipji u qatt ma twettqu bħala konsulenza għal parti waħda f'każ speċifiku.
Fit-twettiq tal-mandat tiegħi bħala Membru tal-QEA, jien kieku nevita kwalunkwe sitwazzjoni li tista' twassal għal kunflitt ta' interess u naġixxi indipendentement fir-relazzjonijiet ma' istituzzjonijiet jew korpi oħra. Dan ifisser li kieku jien ma nieħu l-ebda istruzzjoni minn gvernijiet jew kwalunkwe korp ieħor. Fit-twettiq ta' dmirijieti, jien kieku nieħu pożizzjoni newtrali irrispettivament mill-pajjiż fejn ikun qed jitwettaq awditu (inkluż il-pajjiż ta' oriġini tiegħi). Kieku nibbaża l-attivitajiet u l-opinjonijiet ta' awditjar tiegħi biss fuq fatti, data, evidenza xierqa, suffiċjenti u affidabbli, l-istandards tal-awditjar, kif ukoll fuq l-għarfien u l-esperjenza professjonali tiegħi. Noqgħod lura wkoll minn kwalunkwe attività professjonali jew saħansitra politika. Kieku nieqaf nagħti lekċers u nillimita ruħi sempliċiment għall-preżentazzjonijiet tar-riżultati fir-rapporti ta' awditjar tal-QEA lill-Parlament Ewropew u dak Sloven, lill-gvern Sloven, lill-QARS u lil partijiet interessati oħra (universitajiet, eċċ.) jekk dan ikun konformi mar-regoli tal-QEA u soġġett għall-awtorizzazzjoni minn qabel tal-kontenut li jkun se jiġi ppreżentat.
8. Inti jew qrabatek intimi (ġenituri, aħwa, sieħeb/sieħba legali u wlied) għandek jew għandhom xi parteċipazzjoni kummerċjali jew finanzjarja, jew xi impenji oħra, li jistgħu jidħlu f'kunflitt mad-dmirijiet prospettivi tiegħek?
La jien u lanqas qrabati intimi m'għandna parteċipazzjoni kummerċjali jew finanzjarja, jew xi impenji oħra li jistgħu jidħlu f'kunflitt mad-dmirijiet prospettivi tiegħi.
9. Lest tiżvela l-interessi finanzjarji u l-impenji l-oħra kollha tiegħek lill-President tal-Qorti, u li tagħmilhom pubbliċi?
M'għandi l-ebda eżitazzjoni u se niżvela l-interessi finanzjarji u l-impenji l-oħra kollha tiegħi lill-President tal-Qorti u lill-pubbliku. Fil-ħdax-il sena li għaddew, jien kelli (u ssodisfajt) obbligu legali li nirrapporta dwar l-interessi finanzjarji u l-obbligi tiegħi lill-Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fis-Slovenja, u dak l-obbligu jibqa' japplika anke għaż-żmien li nkun qed naqdi d-dmirijiet ta' Membru tal-QEA.
10. Inti involut f'xi proċedimenti legali kurrenti? Jekk iva, jekk jogħġbok agħtina d-dettalji.
Ma jien involut fl-ebda proċediment legali.
11. Għandek xi rwol attiv jew eżekuttiv fil-politika, u, jekk iva, f'liema livell? Okkupajt xi pożizzjoni politika f'dawn l-aħħar 18-il xahar? Jekk iva, jekk jogħġbok agħtina d-dettalji.
M'għandi l-ebda rwol eżekuttiv fil-politika.
Qatt ma kont membru ta' xi partit politiku u lanqas ma kelli xi pożizzjoni politika jew rwol eżekuttiv fil-politika.
12. Tirtira minn kull kariga uffiċjali li kont elett għaliha jew tirrinunzja kull funzjoni attiva b'responsabilitajiet f'partit politiku jekk tinħatar Membru tal-Qorti?
Ma nokkupa l-ebda kariga uffiċjali li ġejt elett għaliha u lanqas m'għandi funzjoni attiva b'responsabilitajiet f'partit politiku. La jien u lanqas qatt kont membru ta' xi partit politiku.
B'segwitu għall-ħatra tiegħi bħala Membru tal-QEA, jien nirtira mill-pożizzjoni ta' Tieni Viċi President tal-QARS, li għaliha ġejt elett fil-Parlament Sloven fuq proposta tal-President tar-Repubblika tas-Slovenja fl-2013.
13. Kieku kif titratta irregolarità maġġuri jew saħansitra każ ta' frodi u/jew korruzzjoni li jinvolvu persuni fl-Istat Membru tal-oriġini tiegħek?
Fil-qadi tad-dmirijiet tal-Awditur Suprem tal-Istat (disa' snin) u d-dmirijiet tat-Tieni Viċi President tal-QARS (l-aħħar sentejn) spiss iltqajt ma' irregolaritajiet maġġuri, diversi drabi anke f'każijiet li wrew sinjali ta' frodi u/jew korruzzjoni. F'dawk il-każijiet kollha, qatt ma eżitajt milli nirrapportahom internament u lill-awtoritajiet għall-infurzar tal-liġi (u fejn kien hemm bżonn ikkooperajt ukoll mal-pulizija jew il-prosekuturi fil-proċeduri tagħhom) jew awtoritajiet oħra (bħall-Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni, l-Uffiċċju għall-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus, eċċ.). Fir-rigward tal-possibbiltajiet fl-Att dwar il-Qorti tal-Awditjar, jien issuġġerejt lill-President tal-Qorti li joħroġ l-appell biex l-uffiċjal responsabbli jitkeċċa mill-pożizzjoni tiegħu f'seba' każijiet. Nittama li dan juri l-fehim tiegħi li awditur tas-settur pubbliku jrid jieħu ħsieb il-finanzi pubbliċi u mhux il-persuni fil-kariga irrispettivament mill-orjentazzjoni politika, in-nazzjonalità, is-sess, ir-reliġjon jew kwalunkwe karatteristika oħra tagħhom. Jien sostenitur qawwi tal-prinċipju ta' tolleranza żero fil-konfront tal-frodi u l-korruzzjoni.
L-intenzjoni tiegħi hi li nagħmel l-istess bħala Membru tal-QEA fl-awditjar tal-baġit Ewropew (ħruġ ta' dikjarazzjoni ta' aċċertament) u fl-awditjar tar-regolarità (konformità) jew il-prestazzjoni ta' kif ikunu ntefqu l-flus mill-baġit Ewropew. Jekk ikolli nittratta każ ta' irregolarità maġġuri, frodi u/jew korruzzjoni, kieku nirrapporta t-tali każijiet internament u lill-OLAF (l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi) skont il-proċeduri tal-QEA. Kieku dan jiena nagħmlu irrispettivament mill-persuna jew l-Istat Membru kkonċernati. Jekk xi darba niġi assenjat biex nikkoopera mal-OLAF fl-investigazzjonijiet tiegħu għall-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra ta' detriment għall-interess finanzjarju tal-Unjoni, jien nagħti l-appoġġ sħiħ tiegħi għall-investigazzjoni.
Qadi ta' dmirijiet
14. X'għandhom ikunu l-karatteristiċi ewlenin ta' kultura ta' amministrazzjoni finanzjarja tajba fi kwalunkwe servizz pubbliku? Il-QEA b'liema mod tista' tgħin fl-infurzar ta' din il-kultura?
Il-kultura ta' amministrazzjoni finanzjarja tajba fi kwalunkwe servizz pubbliku għandha tkun ibbażata fuq għarfien li l-gvernijiet u l-entitajiet l-oħra tas-settur pubbliku huma responsabbli għall-użu ekonomiku, effikaċi u effiċjenti tal-finanzi pubbliċi li joriġinaw mit-taxxi u minn sorsi oħra fl-għoti ta' servizzi ta' kwalità liċ-ċittadini u destinatarji oħra. L-għan predominanti ta' kwalunkwe servizz pubbliku għandu jkun is-sodisfazzjon tal-klijent (il-pubbliku).
Sabiex tipprovdi riżultat ta' dan it-tip, kull organizzazzjoni għandha bżonn tistabbilixxi l-elementi "kunċettwali" u "konkreti" ta' kultura ta' amministrazzjoni finanzjarja tajba. L-elementi "kunċettwali" huma dawk marbuta mal-kultura politika u amministrattiva ġenerali, bħal mod demokratiku ta' aġir u ħsieb, li twassal għal aġir u rapportar trasparenti u prevedibbli, il-promozzjoni ta' valuri etiċi u l-faċilitazzjoni tas-sorveljanza. L-elementi "konkreti" għandhom jinkludu objettivi u strateġiji ċari u operattivi, id-definizzjoni ċara tat-taqsimiet tal-awtorità u r-responsabilitajiet, informazzjoni u taħriġ għall-impjegati, ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni u sistema ta' rapportar li tippermetti rapportar trasparenti u l-pubblikazzjoni tar-riżultati miksuba u sistema effikaċi ta' kontroll intern u estern. Kull organizzazzjoni għandha tiffoka fuq il-legalità u l-ekonomija tal-infiq, kif ukoll fuq il-ksib ta' valur għall-flus li tonfoq.
Il-mandat tal-QEA fl-awditjar tal-prestazzjoni jeżiġi (fir-rigward tal-objettivi magħżula) li l-awdituri jeżaminaw b'mod speċjali l-elementi "konkreti" tal-kultura ta' amministrazzjoni finanzjarja tajba. Fir-rapporti ta' awditjar, il-QEA tindika l-iżvantaġġi tal-proċess ta' ħidma tal-parti awditjata u tagħmel rakkomandazzjonijiet dwar it-titjib ta' dawk il-partijiet tal-proċess; dak huwa l-prerekwiżit bażiku biex amministrazzjoni finanzjarja tajba ssir aħjar. Ir-rapportar irid jippermetti li l-qarrej ta' rapport ta' awditjar jifhem b'mod ċar fejn tista' tittejjeb il-prestazzjoni tal-parti awditjata u kif. Abbażi tar-rapport ta' awditjar, il-QEA tista', permezz ta' preżentazzjonijiet lill-partijiet interessati (il-Parlament Ewropew, b'mod speċjali l-Kumitat CONT, il-parlamenti nazzjonali, l-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar nazzjonali, il-midja, ...), tikseb l-appoġġ xieraq biex tinforza r-rakkomandazzjonijiet mogħtija, jekk dawn ma jkunux tqiesu mill-parti awditjata. Jekk lanqas din l-azzjoni ma tgħin, il-QEA għandha l-possibbiltajiet li tirrepeti t-twissijiet fir-rapporti l-oħra lill-Parlament (rapporti kumulattivi, rapporti panoramiċi, ...) jew li twettaq awditu ta' segwitu u terġa' tindika x'għandu jiġi korrett.
15. Skont it-Trattat, il-Qorti għandha l-obbligu li tassisti lill-Parlament huwa u jeżerċita s-setgħat tiegħu ta' kontroll fuq l-implimentazzjoni tal-baġit. Kieku inti kif tkompli ttejjeb il-kooperazzjoni bejn il-Qorti u l-Parlament Ewropew (b'mod partikolari, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu) biex issaħħaħ sew is-sorveljanza pubblika fuq l-infiq ġenerali kif ukoll biex tikseb il-valur għall-fondi li jintefqu?
Il-mandat tal-QEA, kif stabbilit mit-Trattat, jipprovdi l-qafas għall-QEA biex tiżvolġi r-rwol tagħha bħala l-awditur estern indipendenti tal-baġit tal-UE. Filwaqt li l-mandat iħalli livell sinifikanti ta' flessibilità għall-QEA fir-rigward ta' kif tista' tiżvolġi bl-aħjar mod ir-rwol tagħha u timmassimizza l-impatt tagħha. Il-QEA għandha l-objettiv importanti li tipprovdi rapporti ta' awditjar lill-Parlament Ewropew li jirriflettu suġġetti importanti għall-Parlament, li jkunu puntwali u rilevanti u jinkludu rakkomandazzjonijiet li jistgħu jgħinu biex jiżdied il-valur fl-infiq baġitarju tal-UE.
Iżda l-kooperazzjoni bejn il-QEA u l-Parlament Ewropew, b'mod speċjali l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (minn hawn 'il quddiem: il-Kumitat CONT) tmur lil hinn mir-rapportar, u tibda bl-għażla tas-suġġetti tal-awditi. Il-Kumitat CONT għandu jkollu l-opportunità li jipproponi suġġetti għall-awditi li jkunu importanti għall-kontroll fuq il-baġit (allavolja l-proposti ta' dan it-tip li ma jkunux obbligatorji normalment jitwettqu mill-istituzzjoni suprema tal-awditjar). Il-QEA tista' tagħti appoġġ lill-Kumitat CONT fir-rigward tal-laqgħa ta' spjegazzjoni bejn il-membri tiegħu u l-QEA, qabel ma r-rapport tal-awditjar jiġi diskuss fis-sessjoni pubblika tal-Kumitat CONT. Il-QEA tista' tħejji lista ta' mistoqsijiet ibbażati fuq is-sejbiet tal-awditu għall-partijiet awditjati li kieku jgħinu lill-membri tal-Kumitat CONT iqattgħu inqas ħin fit-tħejjija għas-sessjoni. Il-membri tal-Kumitat CONT min-naħa l-oħra jistgħu jgħinu lill-QEA billi jagħtu s-sostenn tagħhom għar-rakkomandazzjonijiet fir-rapport tal-awditjar, b'mod speċjali meta jkun hemm il-ħtieġa għal tibdil fil-leġiżlazzjoni. Bħala għajnuna biex tiġi sostnunta l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-QEA, il-partijiet awditjati normalment ikollhom bżonn sessjonijiet ripetuti tal-Kumitat CONT wara ċertu żmien. Il-partijiet awditjati huma obbligati jirrapportaw lill-QEA jew direttament lill-Kumitat CONT dwar x'sar fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet. Tali obbligu huwa stimolu tajjeb ħafna għall-partijiet awditjati biex jiddiskutu bis-serjetà r-rakkomandazzjonijiet u, iktar importanti minn hekk, biex jimplimentawhom. Mod wieħed kif dan isir huwa billi jitwettqu wkoll awditi ta' segwitu, li permezz tagħhom il-QEA tinforma lill-Kumitat CONT dwar il-bidliet li saru b'riżultat tal-awditu preċedenti tal-QEA u l-konklużjonijiet aċċettati mill-Kumitat CONT fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet tal-QEA. Kieku dan jagħti informazzjoni dwar jekk il-partijiet awditjati rrispettawx is-sejbiet fir-rapport tal-awditjar jew jekk hemmx bżonn ta' miżuri iktar stretti jew ta' attivitajiet bħal dibattitu fis-sessjoni plenarja jew tħejjija ta' tibdil fil-leġiżlazzjoni.
Fir-rwol tiegħi ta' Awditur Suprem tal-Istat u t-Tieni Viċi President, jien ipparteċipajt fl-attivitajiet kollha msemmija hawn fuq bejn il-QARS u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u korpi oħra fil-Parlament Sloven u se nagħti s-sostenn sħiħ tiegħi għat-tali attivitajiet bejn il-QEA u l-Kumitat CONT.
16. X'valur miżjud taħseb li jġib miegħu l-awditjar tal-prestazzjoni, u kif għandhom jiġu inkorporati s-sejbiet fil-proċeduri ġestjonali?
L-awditjar tal-prestazzjoni huwa eżami indipendenti, oġġettiv u affidabbli dwar jekk l-impriżi, is-sistemi, l-operazzjonijiet, il-programmi jew l-attivitajiet governattivi jew tal-UE humiex qegħdin jiffunzjonaw bi qbil mal-prinċipji ta' ekonomija, effiċjenza u effikaċja (it-3 Ejiet) u jekk hemmx lok għal titjib. Il-benefiċċji jew il-valur miżjud tal-awditi tal-prestazzjoni huma r-rakkomandazzjonijiet lill-partijiet awditjati dwar kif għandhom itejbu l-proċess ta' ħidma tagħhom. Għal dak, jeħtieġ li awditur jeżamina l-proċess ta' ħidma speċifiku fid-dettall, jagħżel l-aqwa prattika paragunabbli għat-tali proċess u/jew jiskopri x'jista' jsir aħjar. Fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet li jsiru f'rapporti ta' awditjar, l-istituzzjoni suprema tal-awditjar tirrakkomanda lill-partijiet awditjati mhux biss kif itejbu l-proċess ta' ħidma sabiex jevitaw ċerti riskji potenzjali (benefiċċji mhux finanzjarji), iżda wkoll fejn hemm potenzjalment jistgħu jiġu ffrankati r-riżorsi (jew kif jinkisbu riżultati aħjar) għall-partijiet awditjati (benefiċċji finanzjarji). Ir-riżorsi li potenzjalment jistgħu jiġu ffrankati mill-partijiet awditjati jistgħu jitqiesu bħala l-valur miżjud finanzjarju li joriġina minn awditu. Waħda mill-ewwel metodoloġiji ta' kif jitkejjel il-valur miżjud finanzjarju f'awditu ta' istituzzjoni suprema tal-awditjar ġiet żviluppata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar (NAO) tar-Renju Unit, imma sussegwentement id-dgħufijiet tagħha wasslu biex il-kejl jew tal-anqas ir-rapportar tat-tali riżultati jiġu abbandunati. Minkejja dan, it-teżi tiegħi biex ksibt it-titolu ta' awditur tal-istat ivverifikat kienet intitolata: "Kejl tal-Prestazzjoni Finanzjarja tal-Ħidma tal-Qorti tal-Awditjar tar-Repubblika tas-Slovenja" u fiha pproponejt il-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-effetti finanzjarji ta' xogħol ta' awditjar li ttejjeb il-metodoloġija tal-NAO u hija adattata għall-Att Sloven dwar il-Qorti tal-Awditjar. Nemmen li hu importanti għall-istituzzjoni suprema tal-awditjar li turi lill-kontribwenti li l-attivitajiet tal-partijiet awditjati li oriġinaw mill-awditi tagħha jistgħu jikkontribwixxu biex potenzjalment jiġu ffrankati riżorsi li – minn tal-inqas – ikunu ikbar mill-ispejjeż biex jiġu ffinanzjati l-operazzjonijiet tal-istituzzjoni suprema tal-awditjar innifisha. Iżda fir-rigward tas-setgħat limitati li għandha l-istituzzjoni suprema tal-awditjar biex teżegwixxi r-rakkomandazzjonijiet, hemm bżonn li jinftiehem li l-partijiet awditjati jibqgħu responsabbli biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet u biex jikkonkretizzaw il-potenzjal ta' riżorsi li jistgħu jiġu ffrankati. B'hekk, bħala valur miżjud tal-istituzzjoni suprema tal-awditjar, huwa possibbli li jiġu osservati biss il-fondi pubbliċi li potenzjalment jistgħu jiġu ffrankati jew ir-riżultati aħjar (dħul, riżultati jew eżiti) li jistgħu jinkisbu.
Fl-awditjar tas-settur pubbliku, it-3 Ejiet huma ddefiniti kif ġej:
▪ Il-prinċipju tal-ekonomija jfisser il-minimizzazzjoni tal-ispejjeż għar-riżorsi (materjal, servizzi, spejjeż tax-xogħol, deprezzament, ...), b'kunsiderazzjoni xierqa tal-kwalità. Ir-riżorsi użati għandhom ikunu disponibbli fi żmien xieraq, ikunu tal-kwantità u l-kwalità xierqa, u jkollhom l-aħjar prezz.
▪ Il-prinċipju tal-effiċjenza jfisser li r-riżorsi disponibbli għandhom jiġu sfruttati biex irendu l-aħjar riżultati possibbli. Dan jikkonċerna r-relazzjonijiet bejn ir-riżorsi użati u r-riżultati miksuba f'termini ta' kwantità, kwalità u puntwalità.
▪ Il-prinċipju tal-effikaċja jikkonċerna l-ilħuq tal-objettivi stabbiliti u l-ksib tar-riżultati maħsuba.
L-awditjar tal-prinċipju ta' ekonomija fis-settur pubbliku hu marbut b'mod qawwi mar-regoli dwar il-proċessi ta' akkwist pubbliku jew ir-regoli dwar l-impjiegi u l-pagi. Peress li r-regolamenti dwar l-akkwist pubbliku huma (fost prinċipji oħra) ibbażati fuq u jinkludu prinċipju ta' ekonomija, il-kwistjoni tal-ekonomija normalment tiġi awditjata permezz ta' awditjar tar-regolarità (konformità).
L-awditjar tal-prinċipju tal-effiċjenza min-naħa l-oħra hu l-iktar objettiv estensiv fl-awditjar tal-prestazzjoni, peress li jinkludi eżami tal-proporzjon bejn l-kontributi u r-riżultati (eżiti) u, bħala tali, jinkludi sejbiet dwar l-ekonomija iżda anke dwar l-ilħuq tal-objettivi stabbiliti. Iżda meta jiġi eżaminat proporzjon (s)favorevoli, jeħtieġ li l-awditur jeżamina l-proċess kollu tal-operazzjonijiet tal-parti awditjata biex isib fejn huma moħbija r-raġunijiet għall-prestazzjoni dgħajfa. Awditu ta' dan it-tip jikkonsma iktar ħin f'awditjar, iżda jippermetti li l-awditur jirrakkomanda titjib importanti fil-proċess awditjat li jinfluwenza jew l-eliminazzjoni tar-riskji, it-titjib fil-proċess tal-akkwist bir-razzjonalizzazzjoni tal-kwantità tal-kontributi jew prezzhom, jew it-titjib fil-proċess innifsu li jista' jipproduċi riżutat ikbar, aħjar jew saħansitra differenti li jtejjeb l-eżitu tal-proċess.
L-awditjar tal-prinċipju tal-effikaċja jkejjel l-objettivi stabbiliti bħala r-riżultat jew l-eżitu tal-proċess. Għall-evalwazzjoni tal-kwalità tal-objettivi stabbiliti, Sir John Whitmore introduċa mudell ta' akronimi mnemoniċi li jiddefinixxu l-kriterji bħala SMART - Specific, Measurable, Achievable, Relevant, Time-bound (li jkunu speċifiċi, jistgħu jitkejlu u jinkisbu, ikunu rilevanti u b'limitazzjoni ta' żmien), PURE - Positively stated, Understood, Relevant, Ethical (li jiġu ddikjarati b'mod pożittiv, li jiġu mifhuma u li jkunu rilevanti u etiċi) jew CLEAR - Challenging, Legal, Environmentally sound, Appropriate, Recorded (li jkunu impenjattivi, legali, jirrispettaw l-ambjent u rreġistrati). Il-QEA u l-QARS normalment jużaw il-kriterji SMART għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-objettivi stabbiliti, u l-kriterji RACER - Relevant, Accepted, Credible, Easy, Robust (rilevanti, aċċettati, kredibbli, faċli, robusti) għall-evalwazzjoni tal-kwalità tal-indikaturi. Fil-kejl tal-objettivi, l-eżiti huma iktar importanti mir-riżultati, peress li l-QEA, kif ukoll il-QARS, stabbilixxew li r-riżultati (allavolja ġieli lanqas ikunu ġew definiti sew) spiss jinkisbu, iżda l-eżiti mistennija ma jintlaħqux. Bħala eżempju tipiku ta' dan, fis-Slovenja nstab li l-flus kollha disponibbli għall-agrikoltura mill-baġit tal-UE ntefqu, l-objettivi fin-"numri ta' tratturi ġodda" (ir-riżultat) intlaħqu, iżda l-valur miżjud fil-farms issussidjati (l-eżitu) kien iktar baxx minn qabel ma nxtraw it-tratturi. Probabilment ir-raġuni għaliex il-programm ta' awditjar tal-QEA għall-2016 jikkonsisti prinċipalment minn awditi bl-objettiv li jeżaminaw l-effikaċja tal-programmi tal-UE, b'mod speċjali l-Fondi ta' Koeżjoni, kienet li l-attenzjoni ġiet iffokata fuq l-eżitu minflok fuq ir-riżultat (apparti l-fatt li l-perjodu 2007–2013, bir-regola n+2, wasal fi tmiemu).
Jien familjari wkoll mal-prinċipju tas-6 Ejiet, li jinkludi wkoll objettivi iktar soċjali jew ambjentali u inqas ekonomiċi (Ekwità, Ekoloġija u Etika). L-objettivi ta' awditjar normalment ikunu ddefiniti bħala Ekonomija, Effiċjenza jew Effikaċja, peress li dawk l-objettivi jirriflettu l-mudell ta' riżorsi użati/riżultati ta' kwalunkwe proċess kummerċjali. Iżda l-prinċipji Ekwità, Ekoloġija u Etika jistgħu jiġu implimentati:
- bħala parti mill-objettivi stabbiliti mill-parti awditjata; bħal, pereżempju, l-awditjar tal-effikaċja fil-ksib ta' ugwaljanza bejn is-sessi (irġiel/nisa) fost l-impjegati f'karigi diriġenzjali. L-istess approċċ jista' jintuża biex tiġi awditjata l-effikaċja tal-ekoloġija u l-etika;
- fl-awditjar tal-effiċjenza ta' proċess ta' ħidma (ġestjoni proġettwali); pereżempju, fl-awditjar tal-proċess biex tinbena awtostrada, istituzzjoni suprema tal-awditjar tista' teżamina jekk parti awditjata qisitx kwistjonijiet rigward il-migrazzjoni tal-annimali, il-preżervazzjoni ta' speċi mhedda, it-tindif tat-toroq mill-ilma, il-possibilitajiet ta' għargħar, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet bl-effett ta' serra, eċċ…;
- fl-awditjar tal-ekonomija u/jew l-effiċjenza ta' proċeduri ta' akkwist; pereżempju, l-awditjar dwar jekk l-etika u l-ekoloġija tqisux fl-akkwist pubbliku fir-rigward tar-regolamenti dwar akkwist ekoloġiku, prodotti minn kummerċ ġust jew farms lokali, eċċ.
17. Kif tista' tittejjeb il-kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Awdituri, l-istituzzjonijiet ta' awditjar nazzjonali u l-Parlament Ewropew (il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit) fir-rigward tal-awditjar tal-baġit tal-UE?
L-Artikolu 287(3) tat-Trattat jiddikjara li, meta jitwettaq awditu fl-Istati Membri, il-Qorti tal-Awdituri u l-korpi ta' awditjar nazzjonali għandhom jikkooperaw fi spirtu ta' fiduċja filwaqt li jżommu l-indipendenza tagħhom. Il-QEA għandha l-uniku mandat li tagħti opinjoni indipendenti dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-UE u li tirrapporta dwar kwistjonijiet ta' amministrazzjoni finanzjarja tajba u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom ikunu bbażati l-kontijiet, kif ukoll dwar l-affidabilità tal-kontijiet. Safrattant, l-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar joperaw skont il-mandati tagħhom fi ħdan l-oqfsa legali nazzjonali, huma responsabbli fil-konfront tal-parlamenti nazzjonali u huma indipendenti għalkollox mill-istituzzjonijiet tal-UE. Tmenin fil-mija mill-baġit tal-UE jintefaq taħt ġestjoni kondiviża bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u, minħabba f'hekk, il-kooperazzjoni bejn il-QEA u l-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar nazzjonali hi essenzjali, iżda m'hemm l-ebda responsabilità kondiviża għall-awditjar tal-baġit tal-UE bejn il-QEA u l-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar. L-asimmetrija hija aggravata mid-diversità tal-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar fir-rigward tal-approċċi tagħhom lejn l-awditjar u r-rwoli tagħhom fis-sistemi kontabilistiċi nazzjonali. Fl-opinjoni tiegħi, il-Kumitat ta' Kuntatt tal-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar Ewropej jipprovdi pjattaforma tajba għal tali kooperazzjoni. It-tali approċċi komuni lejn l-awditjar jiġu diskussi fil-Kumitat ta' Kuntatt, bħad-diskussjoni li għaddejja dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-awditjar fil-kuntest tal-Istrateġija Ewropa 2020. L-objettiv prinċipali huwa li jiġi allinjat ix-xogħol li jsir mill-istituzzjonijiet tal-UE u mill-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar fl-awditjar tal-fondi tal-UE. Madankollu, għadhom għaddejjin diskussjonijiet ulterjuri rigward il-kwistjonijiet ta' introduzzjoni tal-approċċ ta' awditjar uniku jew dikjarazzjonijiet nazzjonali li d-deċiżjonijiet fir-rigward tagħhom għadhom ma ttiħdux. Jiena nemmen li kooperazzjoni aħjar hija relatata mill-qrib mal-fehim min-naħa tal-parlamenti nazzjonali, il-gvernijiet u l-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar, li użu u kontroll aktar effikaċi tal-fondi tal-UE jirriflettu wkoll l-aspirazzjonijiet u l-interessi tagħhom stess. U viċeversa, jeħtieġ li l-istituzzjonijiet tal-UE jifhmu l-interessi u t-tħassib fil-livell nazzjonali. Diġà hemm xi kooperazzjoni bejn il-QEA u l-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar relatata mat-trażmissjoni tal-programm ta' ħidma tal-QEA lill-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar, li tippermetti li l-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar jkollhom il-possibilità li r-rappreżentanti tagħhom jiġu inklużi f'awditu, u dan jgħin biex jiġu kondiviżi l-għarfien u l-aħjar prattiki, u joħloq possibilitajiet għal fehim aħjar ta' xulxin. Hu minnu li, sa ċertu punt, l-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar jawditjaw fondi tal-UE li jkunu inklużi fil-baġits nazzjonali, iżda l-approċċi għadhom mhumiex paragunabbli biżżejjed. Madankollu, dan jippermetti li l-QEA tuża l-iktar sejbiet rilevanti mill-awditi ta' istituzzjoni suprema tal-awditjar għall-programmazzjoni, ir-rapporti speċjali u ċerti aspetti tad-dikjarazzjonijiet ta' aċċertament (DAS).
Madankollu, dejjem hemm lok għal titjib. L-Ewropa miexja lejn standards kontabilistiċi komuni għas-settur pubbliku (EPSAS) u l-Kummissjoni Ewropea qiegħda ssaħħaħ l-allinjament tal-proċess baġitarju u r-rapportar tal-Istati Membri mas-semestru Ewropew. Il-QEA u l-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar nazzjonali jistgħu jqawwu l-kooperazzjoni fir-rigward tal-kondiviżjoni tal-għarfien, it-twettiq ta' awditi baġitarji paralleli, b'mod speċjali fil-fażi tal-ippjanar, id-disinn ta' kampjuni komuni għall-awditi baġitarji li jkollhom x'jaqsmu mal-fondi tal-UE, il-kondiviżjoni tal-esperjenzi tal-awditjar u r-riżultati tal-awditjar bejn awditu u ieħor. Li dawn jitgħallmu mill-esperjenzi ta' xulxin jista' jkun ta' benefiċċju kbir sabiex l-aħjar prattiki jiġu trażmessi lill-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar kollha u tingħata informazzjoni puntwali, rilevanti u paragunabbli lill-partijiet interessati.
18. Kieku inti kif tiżviluppa ulterjorment ir-rapportar tal-QEA biex il-Parlament Ewropew jingħata kull informazzjoni meħtieġa dwar l-akkuratezza tad-data mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni Ewropea?
Din probabbli hija waħda mill-iktar mistoqsijiet importanti għar-rwol futur tal-Kummissjoni Ewropea u l-QEA fir-rigward tar-relazzjonijiet mal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar nazzjonali u mhix xi ħaġa li l-QEA tista' ttejjeb waħedha. Kif semmejt fit-tweġiba preċedenti, l-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar huma indipendenti u l-QEA mhijiex f'pożizzjoni li tiddetta xogħolhom. Il-kooperazzjoni fuq bażi volontarja fit-twettiq ta' awditjar hija possibbli, iżda mhux probabbli li tinkludi lill-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar kollha f'awditu kkoordinat. Iżda permezz tar-rwol tal-Kumitat ta' Kuntatt, saru ċerti passi 'l quddiem.
Irrispettivament mill-isforzi tal-Kumitat ta' Kuntatt u d-diskussjonijiet ulterjuri li għadhom għaddejjin rigward il-kwistjonijiet ta' jekk għandhomx jiġu introdotti l-approċċ ta' awditjar uniku jew dikjarazzjonijiet nazzjonali, huwa ovvju li se jkun hemm bżonn ta' xi forma ta' kooperazzjoni msaħħa bejn il-QEA u l-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar. L-iżvilupp tal-kapaċità tal-QEA biex twettaq awditi tar-rapportar mill-Istati Membri b'mod parallel mal-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar nazzjonali ma jirriflettix amministrazzjoni finanzjarja tajba, u għalhekk fil-fehma tiegħi, mhuwiex is-soluzzjoni xierqa.
Fl-opinjoni tiegħi, u fid-dawl tal-fatt li l-Kummissjoni Ewropea (u mhux il-QEA) għandha l-obbligu li teżiġi u tirċievi data preċiża mill-Istati Membri, il-Kummissjoni Ewropea qiegħda f'pożizzjoni li tista' tissuġġerixxi lill-Parlament Ewropew li jaċċetta regolament li jirrikjedi li l-Istati Membri kollha jipprovdu rapporti annwali dwar l-akkuratezza tad-data mibgħuta lill-Kummissjoni Ewropea mill-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar tagħhom. Forsi m'hemmx bżonn li jiġi pprovdut rapport ta' dan it-tip bid-data kollha li tintbagħat annwalment lill-Kummissjoni Ewropea (peress li l-kapaċità tal-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar nazzjonali mhix kbira biżżejjed biex jagħmlu dan), iżda minflok jistgħu jintbagħtu biss dawk ir-rapporti li jintgħażlu kull sena u jintalbu mingħand l-Istati Membri, skont ir-riskji identifikati mill-Kummissjoni Ewropea, il-programm ta' ħidma tal-QEA u s-suġġerimenti mill-Parlament Ewropew.
Ir-rwol tal-QEA għandu jkun l-allinjament tal-approċċi ta' awditjar tal-istituzzjonijiet supremi tal-awditjar għat-tfassil tar-rapporti mitluba, li jista' jsir fil-qafas tal-Kumitat ta' Kuntatt. Iżda l-ewwel nett, ir-rwol tal-QEA huwa l-awditjar tal-abilità tal-Kummissjoni Ewropea li tirċievi data preċiża mingħand l-Istati Membri u t-twettiq ta' kontrolli interni dwar l-akkuratezza tad-data li tirċievi fi ħdan il-proċeduri tal-Kummissjoni Ewropea. Il-QEA tagħżel kampjuni tal-Istati Membri u twettaq awditi b'kontrolli ex post tal-akkuratezza tad-data, iżda permezz ta' dawn, il-QEA sempliċiment tkun qed tikkonferma jekk il-kontrolli ex ante tal-Kummissjoni Ewropea humiex jaħdmu kif xieraq u m'għandhomx l-iskop li jissostitwixxu l-ħidma tal-Kummissjoni Ewropea.
Mistoqsijiet oħra
19. Tirtira l-kandidatura tiegħek jekk l-opinjoni tal-Parlament dwar il-ħatra tiegħek bħala Membru tal-Qorti ma tkunx favorevoli?
Iva, nirtira l-kandidatura tiegħi. Jien nemmen li l-fiduċja u r-rispett bejn il-Membri tal-QEA u l-Parlament Ewropew (b'mod speċjali il-Kumitat CONT) huma prerekwiżit neċessarju għal kooperazzjoni tajba fit-twettiq tal-kompiti komuni tagħna.
Madankollu, nemmen li, abbażi tal-karriera tiegħi s'issa (li tirrifletti l-impenn tiegħi favur awditjar pubbliku indipendenti u professjonali), l-appoġġ unanimu tal-Gvern Sloven u tal-Kumitat għall-Affarijiet tal-UE tal-Parlament Sloven, it-tweġibiet bil-miktub tiegħi hawnhekk u s-smigħ tiegħi fil-kumitat se jikkonvinċu lill-Parlament Ewropew jagħti opinjoni favorevoli dwar il-kandidatura tiegħi u jappoġġa l-ħatra tiegħi bħala membru tal-QEA.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
Data tal-adozzjoni |
15.3.2016 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
17 3 6 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Louis Aliot, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Ryszard Czarnecki, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Bogusław Liberadzki, Monica Macovei, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Igor Šoltes, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Richard Ashworth, Karin Kadenbach, Andrey Novakov, Julia Pitera, Miroslav Poche |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Xabier Benito Ziluaga |
||||
- [1] B'mod speċjali l-Ministeru tal-Finanzi, il-Ministeru tal-Ambjent u l-Ippjanar Spazjali, il-Ministeru tal-Agrikoltura,
il-Ministeru tat-Trasport u l-Ministeru tal-Ekonomija jew l-Infrastruttura. - [2] Il-Kumpanija tal-Awtostradi fir-Repubblika tas-Slovenja DARS, il-Ferroviji Sloveni, l-Operatur tas-Sistema għat-Trażmissjoni tal-Elettriku ELES, l-Operatur tas-Sistema għad-Distribuzzjoni tal-Elettriku SODO, GEN energija, il-fornituri tal-gass, il-fornituri tal-ilma u l-iskarikaturi tal-ilma mormi, il-ġestjoni tal-ilma mormi, eċċ.