Proċedura : 2015/0296(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0063/2016

Testi mressqa :

A8-0063/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 12/04/2016 - 5.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0097

RAPPORT     *
PDF 596kWORD 92k
18.3.2016
PE 575.288v03-00 A8-0063/2016

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud f'dak li għandu x'jaqsam mal-perjodu ta' obbligu li tiġi rispettata r-rata standard minima

(COM(2015)0646 – C8-0009/2016 – 2015/0296(CNS))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Peter Simon

PR_CNS_LegAct_am

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud f'dak li għandu x'jaqsam mal-perjodu ta' obbligu li tiġi rispettata r-rata standard minima

(COM(2015)0646 – C8-0009/2016 – 2015/0296(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2015)0646),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0009/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0063/2016),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni ppubblikat l-proposta tagħha daqshekk tard li jfisser li l-applikazzjoni ta' rata standard minima ta' VAT tkun retroattiva;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

5.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 97

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2017, ir-rata standard ma tistax tkun inqas minn 15 %.

Mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2018, ir-rata standard ma tistax tkun inqas minn 15 %.

NOTA SPJEGATTIVA

Id-Direttiva dwar il-VAT tiddisponi li mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2015, ir-rata standard ma tistax tkun inqas minn 15 %. Din id-dispożizzjoni, ibbażata fuq l-Artikolu 113 tat-TFUE, tistipula li l-Kunsill għandu jadotta dispożizzjonijiet għall-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar it-taxxi fuq il-fatturat sal-punt li din l-armonizzazzjoni hija meħtieġa biex tiżgura l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern u sabiex tevita distorsjoni tal-kompetizzjoni.

Bil-ħsieb li tistabbilixxi s-suq intern fl-1 ta' Jannar 1993, il-Kummissjoni ppreżentat proposti maħsuba biex tiġi stabbilita sistema definittiva ta' armonizzazzjoni tat-taxxa.

Madankollu, meta sar ċar li kien ikun impossibbli li l-proposti tal-Kummissjoni jiġu adottati qabel l-1 ta' Jannar 1993, il-Kunsill iddeċieda li jadotta sistema tranżitorja. F'dak li jikkonċerna r-rati tal-VAT, il-Kunsill adotta d-Direttiva 92/77/KEE.

Dik id-Direttiva introduċiet sistema ta' rati minimi. Din stipulat li mill-1 ta' Jannar 1993 sal-31 ta' Diċembru 1996, ir-rata standard ma setgħetx tkun aktar baxxa minn 15 % fl-Istati Membri kollha. Din id-dispożizzjoni ġiet estiża ħames darbiet u applikat sal-31 ta' Diċembru 2015.

Rati minimi fil-qasam tal-VAT huma ġġustifikati mill-fatt li l-VAT fl-oriġini, pjuttost milli fid-destinazzjoni, għadha tiġi applikata għal xiri transfruntier u bejgħ mill-bogħod taħt livell limitu. Għalhekk, rata standard minima applikata fl-Istati Membri kollha – kif inhu l-każ bħalissa – tipprovdi salvagwardja utli għall-funzjonament korrett tas-suq intern.

Meta wieħed iqis li bħalissa l-Istati Membri kollha jimponu rata standard ta' aktar minn 15 %, id-dispożizzjonijiet attwali għal rata standard minima ta' 15 % jiżguraw ukoll li l-Istati Membri jkollhom lok għall-manuvra biex b'hekk ikunu jistgħu jsiru r-riformi tal-VAT maħsuba biex titnaqqas ir-rata standard billi titwessa' l-bażi tal-VAT u jiġi limitat l-użu tar-rati mnaqqsa.

Fis-6 ta' Diċembru 2011, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar il-futur tal-VAT li pproponiet li jiġi abbandunat il-prinċipju tal-oriġini u ddeskriviet diversi modi kif tista' tinkiseb it-tassazzjoni fid-destinazzjoni. Fl-2016 il-Kummissjoni se tippubblika pjan ta' azzjoni għal sistema definittiva tat-taxxa fuq il-valur miżjud li tkun sempliċi, effiċjenti u reżistenti għall-frodi, imfassla għas-suq uniku.

Il-pjan ta' azzjoni jistabbilixxi d-direzzjonijiet għall-ħidma futura wara r-riżultati miksuba wara l-Komunikazzjoni tal-2011. B'mod partikolari, dan se jistabbilixxi l-karatteristiċi ewlenin tas-sistema definittiva tal-VAT għall-kummerċ intra-UE li l-Kummissjoni trid tipproponi, u r-riformi li qed tippjana biex tadatta r-regoli eżistenti dwar ir-rati tal-VAT għal sistema definittiva kkaratterizzata bil-prinċipju tad-destinazzjoni.

F'dawn iċ-ċirkostanzi, u sakemm jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar is-sura finali tas-sistema definittiva, ir-Rapporteur jaqbel mal-proposta tal-Kummissjoni li jinżamm retroattivament il-prinċipju ta' rata standard minima tal-VAT ta' 15 %, u li jiġi propost li d-dispożizzjonijiet attwali jiġu estiżi għal tliet snin (sal-31 ta' Diċembru 2018).

Ir-Rapporteur jaqbel li dan il-perjodu ta' żmien jiżgura li l-partijiet ikkonċernati jkollhom iċ-ċertezza tad-dritt neċessarja, u jippermetti li ssir diskussjoni aktar komprensiva dwar ir-rati tal-VAT b'rabta mal-pjan ta' azzjoni li jmiss dwar il-VAT.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, f’dak li għandu x’jaqsam mal-perjodu ta’ obbligu li tiġi rispettata r-rata standard minima

Referenzi

COM(2015)0646 – C8-0009/2016 – 2015/0296(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

15.1.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

21.1.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

21.1.2016

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

JURI

28.1.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Peter Simon

21.1.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

22.2.2016

16.3.2016

 

 

Data tal-adozzjoni

16.3.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

5

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Udo Bullmann, Esther de Lange, Fabio De Masi, Markus Ferber, Jonás Fernández, Elisa Ferreira, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Cătălin Sorin Ivan, Diane James, Petr Ježek, Othmar Karas, Georgios Kyrtsos, Werner Langen, Sander Loones, Bernd Lucke, Ivana Maletić, Marisa Matias, Emmanuel Maurel, Costas Mavrides, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Dariusz Rosati, Pirkko Ruohonen-Lerner, Alfred Sant, Molly Scott Cato, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Paul Tang, Michael Theurer, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Cora van Nieuwenhuizen, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker, Steven Woolfe

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Matt Carthy, Mady Delvaux, Ashley Fox, Eva Paunova, Michel Reimon, Siôn Simon, Antonio Tajani, Romana Tomc

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Vladimir Urutchev

Data tat-tressiq

18.3.2016

Avviż legali - Politika tal-privatezza