RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina
31.3.2016 - (05255/2014 – C8-0040/2015 – 2012/0015(NLE)) - ***
Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Dieter-Lebrecht Koch
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina
(05255/2014 – C8-0040/2015 – 2012/0015(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05255/2014),
– wara li kkunsidra l-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (08179/2012),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), u l-Artikolu 218(8), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta l-Unjoni Ewropea (C8-0040/2015),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0072/2016),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Gvern tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Introduzzjoni
Tradizzjonalment, ir-relazzjonijiet internazzjonali dwar l-avjazzjoni bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi kienu jiġu rregolati permezz ta' ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE ddeċidiet fl-2002 li l-klawsoli ta' deżinjazzjoni tradizzjonali fil-ftehimiet bilaterali tas-servizzi tal-ajru tal-Istati Membri jmorru kontra d-dritt tal-UE. Dawn jippermettu lil pajjiż terz li jirrifjuta, jirtira jew jissospendi l-permessi jew l-awtorizzazzjonijiet ta' trasportatur tal-ajru li jkun ġie nnominat minn Stat Membru iżda li mhuwiex sostanzjalment il-proprjetà ta' dak l-Istat Membru jew iċ-ċittadini tiegħu u li mhuwiex effettivament ikkontrollat minnhom. Instab li dan kien jikkostitwixxi diskriminazzjoni kontra t-trasportaturi tal-ajru tal-UE stabbiliti fit-territorju ta' Stat Membru iżda li jkunu l-proprjetà ta' ċittadini ta' Stati Membri oħra u kkontrollati minnhom. Dan imur kontra l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jiggarantixxi liċ-ċittadini ta' Stati Membri li jkunu eżerċitaw il-libertà tagħhom tal-istabbiliment l-istess trattament fl-Istat Membru ospitanti bħal dak mogħti liċ-ċittadini ta' dak l-Istat Membru. Hemm ukoll kwistjonijiet oħra, bħalma huma l-kompetizzjoni, fejn il-konformità mad-dritt tal-UE għandha tkun żgurata billi jiġu emendati jew ikkomplementati d-dispożizzjonijiet eżistenti fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi.
Għalhekk, il-Kummissjoni nnegozjat il-Ftehim li jieħu post ċerti dispożizzjonijiet fil-15-il ftehim bilaterali eżistenti dwar is-servizzi tal-ajru konklużi bejn l-Istati Membri tal-UE u r-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
L-aspetti ewlenin tal-Ftehim
Artikolu 2 (klawsola ta' deżinjazzjoni): L-Artikolu 2 tal-Ftehim jieħu post il-klawsoli ta' deżinjazzjoni tradizzjonali bi klawsola ta' deżinjazzjoni tal-UE, li tippermetti lit-trasportaturi tal-ajru kollha tal-UE li jibbenefikaw mid-dritt tal-istabbiliment.
Artikolu 3 (is-sikurezza): Din id-dispożizzjoni tiżgura li d-dispożizzjonijiet dwar is-sikurezza fil-ftehimiet bilaterali jkunu applikabbli għal sitwazzjonijiet fejn il-kontroll regolatorju fuq trasportatur tal-ajru jkun eżerċitat minn Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru li ddeżinja dak it-trasportatur tal-ajru.
Artikolu 4 (tassazzjoni) Dan l-Artikolu jikkonċerna t-tassazzjoni fuq il-fjuwil tal-avjazzjoni, kwistjoni li ġiet armonizzata mid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku, u partikolarment l-Artikolu 14(2) tagħha.
Artikolu 5 (kompatibbiltà mar-regoli tal-kompetizzjoni): Dan l-Artikolu jipprojbixxi prattiki antikompetittivi.
Proċedura
Il-Ftehim ġie iffimat fit-23 ta' Novembru 2013. Sabiex jikkonkludi l-Ftehim, il-Kunsill għandu bżonn l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew. Skont it-termini tal-Artikoli 99 u 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu l-Parlament għandu jieħu deċiżjoni permezz ta' votazzjoni waħda, u ma tista' titressaq l-ebda emenda għall-ftehim innifsu. Huma ammissibbli biss emendi li jkollhom il-għan li jmorru kontra r-rakkomandazzjoni kif proposta mir-rapporteur.
Abbażi ta' dan kollu li ssemma hawn fuq, ir-Rapporteur tissuġġerrixxi li l-Kumitat TRAN għandu jagħti opinjoni favorevoli dwar il-konklużjoni ta' dan il-Ftehim.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
Data tal-adozzjoni |
15.3.2016 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
42 2 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Karima Delli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Stelios Kouloglou, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Cláudia Monteiro de Aguiar, Jens Nilsson, Markus Pieper, Salvatore Domenico Pogliese, Tomasz Piotr Poręba, Gabriele Preuß, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, David-Maria Sassoli, Claudia Schmidt, Jill Seymour, Keith Taylor, Pavel Telička, Peter van Dalen, Wim van de Camp, Kosma Złotowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Francisco Assis, Rosa D’Amato, José Inácio Faria, Karoline Graswander-Hainz, Werner Kuhn, Franck Proust |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
TROSZCZYNSKI Mylène |
||||