RAPPORT dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014

7.4.2016 - (2015/2180(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Derek Vaughan

Proċedura : 2015/2180(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0088/2016
Testi mressqa :
A8-0088/2016
Testi adottati :

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2180(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Kulleġġ[1],

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[2] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kulleġġ fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0078/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[3], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI tal-20 ta' Settembru 2005 li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) u li tħassar id-Deċiżjoni 2000/820/ĠAI[4], u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 543/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[5],

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[6], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0088/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Kulleġġ[7],

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[8] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kulleġġ fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0078/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[9], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI tal-20 ta' Settembru 2005 li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) u li tħassar id-Deċiżjoni 2000/820/ĠAI[10], u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 543/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[11],

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[12], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0088/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2180(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0088/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija ("il-Kulleġġ") għas-sena finanzjarja 2014 kien ta' EUR 8 575 859, ammont li jirrappreżenta żieda ta' 1,48 % meta mqabbel mal-2013; billi l-baġit kollu tal-Kulleġġ huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Kulleġġ huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2013  

1.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward taż-żewġ kummenti li saru fir-rapport 2011 tal-Qorti u li l-azzjoni korrettiva għalihom kienet immarkata bħala "Pendenti" fir-rapport 2012 tal-Qorti u bħala "Għadha għaddejja" fir-rapport 2013 tal-Qorti, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u issa l-azzjoni korrettiva għaż-żewġ kummenti fir-rapport tal-Qorti hija mmarkata bħala "Ikkompletata"; jinnota, barra minn hekk, li għal dak li għandu x'jaqsam ma' tliet kummenti li saru fir-rapport 2012 tal-Qorti li l-azzjoni korrettiva għalihom kienet immarkata bħala "Pendenti" jew "Għadha għaddejja" fir-rapport 2013 tal-Qorti, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u issa l-azzjoni korrettiva għaż-żewġ kummenti fir-rapport tal-Qorti hija mmarkata bħala "Ikkompletata", filwaqt li għal kumment wieħed hija mmarkata bħala "Għadha għaddejja"; jinnota li għat-tliet noti li saru fir-rapport 2013 tal-Qorti, l-azzjoni korrettiva għal tnejn minnhom hija mmarkata fir-rapport tal-Qorti bħala "Għadha għaddejja" filwaqt li għal waħda hija mmarkata "Mhux applikabbli";

2.  Jirrikonoxxi mill-Kulleġġ li:

-  f'konformità mal-politika tal-Kulleġġ dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u mad-dikjarazzjoni ta' privatezza kkomunikati lis-suġġetti tad-data, il-Kulleġġ ippubblika fuq is-sit web tiegħu d-dikjarazzjonijiet ta' interess tad-direttur, il-viċi direttur, il-kap tas-servizzi korporattivi u l-membri tal-bord ta' tmexxija tiegħu; jirrikonoxxi li d-dikjarazzjonijiet ta' interess iffirmati mill-persunal tal-Kulleġġ, l-esperti nazzjonali ssekondati u individwi oħra li jikkollaboraw direttament mal-Kulleġġ mhumiex disponibbli għall-pubbliku sabiex jiġi limitat l-esponiment bla bżonn ta' data personali;

-  serje ta' miżuri ġew stabbiliti wara r-rilokazzjoni tal-Kulleġġ minn Bramshill lejn il-kwartieri ġenerali li għadhom kif ġew immodernizzati f'Budapest sabiex jiġi żgurat li l-ambjent tax-xogħol tal-Kulleġġ ikun wieħed kosteffikaċi u ekoloġiku;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 97,40 %, rata li tirrappreżenta żieda ta' 2,51 % minn 94,89 % fl-2013; jikkonstata li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 82,40 %, rata li tirrappreżenta tnaqqis ta' 6,74 % minn 89,14 % fl-2013;

Impenji u riporti

4.  Jinnota mill-kontijiet finali tal-Kulleġġ li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati kien għoli fil-livell ta' EUR 1 287 094, ammont li jirrappreżenta 15 % tal-baġit ġenerali 2014 u żieda ta' 4 % meta mqabbel mal-2013; josserva mir-rapport tal-Qorti li l-livell ta' riporti kien għoli għat-Titolu II (Nefqa amministrattiva) fil-livell ta' EUR 383 940 (59 %), ammont li juri żieda ta' 29 % meta mqabbel ma' dak ta' EUR 145 414 (30 %) fl-2013; jirrikonoxxi, madankollu, li l-livell ta' riporti huwa ogħla mis-sena ta' qabel, prinċipalment minħabba r-rilokazzjoni tal-kwartieri ġenerali li saret f'Ottubru 2014 u fatturi relatati ma' taħriġ dovuti f'Jannar-Frar 2015 li ma waslux qabel l-għeluq tas-sena finanzjarja;

5.  Jinnota bi tħassib ir-rata ta' kanċellazzjoni għall-approprjazzjonijiet impenjati riportati mill-2013 fil-livell ta' EUR 129 828 (15 %); jindika li r-rata ta' kanċellazzjoni għolja rriżultat prinċipalment mill-kanċellazzjoni tal-proġett Matrix kif ukoll minn spejjeż inqas milli stmati li kellhom jiġu rimborżati skont il-ftehimiet ta' għotja 2013; jistieden lill-Kulleġġ biex iħejji analiżi xierqa għall-utenti għal proġetti simili u biex jikseb informazzjoni aktar preċiża mingħand il-benefiċjarji tiegħu meta jiġu stmati l-ispejjeż tal-għotja; jindika li l-livell għoli ta' kanċellazzjonijiet relatati ma' spejjeż inqas milli stmati li kellhom jiġu rimborżati skont il-ftehimiet ta' għotja tas-sena preċedenti huwa fenomenu rikorrenti fil-ġestjoni baġitarja tal-Kulleġġ u għaldaqstant dan għandu jiġi eżaminat mill-Kulleġġ aktar bir-reqqa; jinnota, barra minn hekk, li 14 % tal-approprjazzjonijiet riportati għat-Titolu III, li jikkonsistu prinċipalment f'korsijiet u attivitajiet ta' komunikazzjoni, ġew diżimpenjati;

6.  Jindika li l-Kulleġġ tejjeb is-sistema ta' monitoraġġ baġitarju tiegħu billi implimenta rapporti tal-baġit ta' kull xahar u laqgħat minn żmien għal żmien bejn l-atturi kollha fiċ-ċirkwitu finanzjarju sabiex jiġu analizzati u minimizzati r-riporti potenzjali; jinnota li, bħala riżultat, l-aħħar ħames snin urew tnaqqis kontinwu f'punti perċentwali tal-livell ta' riporti u kanċellazzjonijiet; jistieden lill-Kulleġġ biex inaqqas ulterjorment il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għas-sena sussegwenti u biex iżomm tali livell baxx kemm jista' jkun;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

7.  Jikkonstata mill-Kulleġġ li dan adotta linji gwida għall-klassifikazzjoni tal-applikanti kif ukoll matriċi ta' preselezzjoni, li t-tnejn li huma jintużaw mill-Kumitat ta' Selezzjoni fi proċeduri ta' reklutaġġ u jorbtu l-punteġġi limiti mal-ġustifikazzjoni sottostanti; jinnota li dawn il-linji gwida ġew applikati għas-sessjonijiet ta' reklutaġġ li bdew f'April 2014; jistieden lill-Kulleġġ jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-valutazzjoni finali tal-linji gwida hekk kif dawn jiġu evalwati mill-Qorti u mis-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni; jistieden lill-Kulleġġ jinkorpora kwalunkwe titjib meħtieġ fil-linji gwida tiegħu mingħajr dewmien;

8.  Jitlob lill-Kulleġġ biex japplika strettament il-miżuri rigward id-diskrezzjoni u l-esklużjoni fl-akkwist pubbliku, b'verifiki ta' sfond xierqa mwettqa f'kull każ, u biex japplika l-kriterji ta' esklużjoni ħalli l-kumpaniji ma jitħallewx joperaw f'każ ta' kunflitti ta' interess, billi dan huwa essenzjali għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

9.  Jinnota li s-sħab u l-partijiet interessati li l-Kulleġġ jikkoopera magħhom favur il-kisba tal-objettivi tiegħu huma rappreżentati minn korpi tal-Unjoni fil-qasam tal-infurzar tal-liġi u oqsma relatati oħra, kif ukoll korpi ta' taħriġ fl-Ewropa, bl-iżvolġiment ta' rwol sinifikanti min-naħa ta' kulleġġi nazzjonali għat-taħriġ tal-pulizija; jirrikonoxxi mill-Kulleġġ li, b'kont meħud tan-natura tal-attività tiegħu u l-kuntest speċifiku li jopera fih, ma jaħdimx mal-lobbyists f'attivitajiet leġiżlattivi jew attivitajiet oħra relatati;

10.  Jiddikjara li r-rapporti annwali tal-Kulleġġ jistgħu jiżvolġu rwol importanti fil-garanzija tal-konformità rigward it-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont u l-integrità; jistieden lill-Kulleġġ jinkludi kapitolu standard dwar dawn il-komponenti fir-rapport annwali tiegħu;

11.  Jistieden lil dawk l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE li daħħlu kodiċijiet ta' mġiba, inkluż il-Parlament Ewropew, biex itejbu l-miżuri tagħhom ta' implimentazzjoni, bħalma huma l-verifiki tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji;

12.  Jitlob l-adozzjoni ta' strateġija ċara dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta u regoli kontra l-prattika ta' "revolving doors". ifakkar lill-Kulleġġ li jeħtieġlu jadotta regoli interni vinkolanti dwar l-informaturi, skont l-Artikolu 22c tar-Regolamenti tal-Persunal, li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014;

Awditu intern

13.  Jirrikonoxxi mir-rapport annwali tal-Kulleġġ li r-rakkomandazzjonijiet ta' awditjar kollha maħruġa mill-IAS ġew indirizzati; jinnota li, wara li rċieva informazzjoni dwar titjib mill-Kulleġġ, l-IAS ikkonferma tnejn mir-rakkomandazzjonijiet tiegħu bħala magħluqin, filwaqt li r-reazzjoni fuq it-tliet rakkomandazzjonijiet pendenti għandha tiġi kkomunikata wara l-ewwel rieżami dokumentarju jew awditu ta' segwitu; jistieden lill-Kulleġġ jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-eżiti ta' dan ir-rieżami malli dawn ikunu disponibbli;

Prestazzjoni

14.  Jinnota li l-ispiża ta' rilokazzjoni tal-Kulleġġ mir-Renju Unit lejn l-Ungerija ġiet stmata għal EUR 1 006 515, li minnhom 43 % ġew iffinanzjati mill-Kulleġġ permezz ta' ffrankar dovut għall-koeffiċjent ta' korrezzjoni aktar baxx applikat għall-intitolamenti tal-persunal fl-Ungerija; jikkonstata li l-ammont li jifdal ġie ffinanzjat b'mod ugwali minn kontribuzzjonijiet mill-Kummissjoni u r-Renju Unit;

15.  Jinnota b'sodisfazzjon li fl-2014 il-bord ta' tmexxija tal-Kulleġġ esternalizza s-servizzi ta' kontabilità tiegħu lill-Kummissjoni biex inaqqas l-ispejjeż amministrattivi tiegħu; jinnota li l-ħatra tal-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni bħala l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kulleġġ daħlet fis-seħħ f'April 2014;

Kummenti oħra

16.  Jistieden lill-Kulleġġ biex itejjeb il-proċeduri u l-prattiki tiegħu mmirati lejn is-salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u biex jikkontribwixxi b'mod attiv għal proċess ta' kwittanza li jkun orjentat lejn ir-riżultati;

°

°  °

17.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' April 2016[13] dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

19.2.2016

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2180(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Monica Macovei

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota l-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li l-kontijiet annwali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija jippreżentaw b'mod ġust il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta' Diċembru 2014 u li t-tranżazzjonijiet tiegħu huma legali u regolari;

2. Jirrikonoxxi mir-rapport ta' CEPOL tal-2014 dwar ġestjoni baġitarja u finanzjarja li żewġ avvenimenti maġġuri kellhom impatt fuq il-prestazzjoni finanzjarja tal-Aġenzija: l-esternalizzazzjoni tas-servizzi ta' kontabilità lill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni Ewropea fl-1 ta' April u r-rilokazzjoni tal-Aġenzija minn Bramshill, ir-Renju Unit għal Budapest, l-Ungerija, li saret bejn id-19 ta' Settembru u l-1 ta' Ottubru.

3.  Jinnota l-proporzjon għoli tal-kanċellazzjoni (15 %) ta' approprjazzjonijiet ta' impenn riportati fl-2014 minħabba l-kanċellazzjoni tal-proġett Matrix u kostijiet aktar baxxi milli stmat, li għandhom jiġu rimborżati taħt il-ftehim ta' għotja 2013; jitlob titjib f'dan ir-rigward filwaqt li jirrikonoxxi bis-sħiħ li l-Qorti tal-Awdituri hija tal-fehma li r-riporti spiss jirriżultaw minn avvenimenti barra mill-kontroll tal-aġenziji jew huma ġustifikati minħabba n-natura pluriennali tal-operazzjonijiet, tal-proċeduri ta' akkwist jew tal-proġetti;

4. Jieħu nota tat-tweġiba ta' CEPOL b'rispons għall-kummenti tal-Qorti u l-miżuri introdotti minn CEPOL fis-snin reċenti li wasslu għal ammont kunsiderevoli inqas ta' fondi riportati u kkanċellati u l-impenn tiegħu biex ikompli jżid u jżomm konformità mal-prinċipju baġitarju tal-annwalità prevista fir-Regolament Finanzjarju.

5.  Huwa mħasseb dwar il-fatt li l-proċeduri ta' reklutaġġ ta' CEPOL għadhom mhumiex kompletament trasparenti u li r-rekwiżiti stabbiliti fir-rigward tal-esperjenza professjonali mhux dejjem kienu konformi mar-Regoli ta' Implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Kulleġġ; jirrikonoxxi l-fatt li CEPOL adotta linji gwida dwar kif jivvaluta l-applikanti (UG HR 001-2) u jħeġġeġ lil CEPOL jippubblika dawn il-linji gwida; jiddeplora l-fatt li ma hemm ebda informazzjoni dwar dawn il-linji gwida fir-Rapport Annwali ta' Attività għall-2014 u jitlob lil CEPOL jinkludihom u biex jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-impatt tal-linji gwida fuq il-proċedura ta' reklutaġġ;

6.  Jilqa' l-adozzjoni u l-pubblikazzjoni tal-politika ta' CEPOL dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' kunflitti ta' interess f'Novembru 2014. Jinnota l-pubblikazzjoni tas-CVs u d-Dikjarazzjonijiet ta' Interess tad-Direttur, id-Deputat Direttur u l-parti l-kbira tal-membri tal-Bord fuq il-website ta' CEPOL; iħeġġeġ lil CEPOL jippubblika s-CVs u d-Dikjarazzjonijiet ta' Interess tal-membri tal-Bord Amministrattiv u tal-esperti, kif ukoll organigramma komprensiva; jitlob l-adozzjoni ta' strateġija ċara ta' whistleblowing u regoli kontra l-prattika ta' "revolving doors". ifakkar lill-Aġenzija li jeħtieġ tadotta regoli vinkolanti interni dwar l-informaturi, skont l-Artikolu 22c tar-Regolamenti tal-Persunal tal-UE, li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

16.2.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

54

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Gerard Batten, Michał Boni, Caterina Chinnici, Ignazio Corrao, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Laura Ferrara, Monika Flašíková Beňová, Lorenzo Fontana, Kinga Gál, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Sophia in ‘t Veld, Eva Joly, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Timothy Kirkhope, Barbara Kudrycka, Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Roberta Metsola, Claude Moraes, József Nagy, Péter Niedermüller, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marina Albiol Guzmán, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Pál Csáky, Daniel Dalton, Dennis de Jong, Gérard Deprez, Anna Hedh, Petr Ježek, Emil Radev, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Barbara Spinelli, Elissavet Vozemberg-Vrionidi

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

4.4.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

14

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Louis Aliot, Inés Ayala Sender, Dennis de Jong, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Dan Nica, Gilles Pargneaux, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marian-Jean Marinescu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Bodil Valero

  • [1]  ĠU C 409, 9.12.2015, p. 46.
  • [2]  ĠU C 409, 9.12.2015, p. 46.
  • [3]  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
  • [4]  ĠU L 256, 1.10.2005, p. 63.
  • [5]  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [6]  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
  • [7]  ĠU C 409, 9.12.2015, p. 46.
  • [8]  ĠU C 409, 9.12.2015, p. 46.
  • [9]  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
  • [10]  ĠU L 256, 1.10.2005, p. 63.
  • [11]  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [12]  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
  • [13]  Testi adottati ta' din id-data, P[8_TA(-PROV)(2016)0000].