Proċedura : 2015/2189(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0091/2016

Testi mressqa :

A8-0091/2016

Dibattiti :

PV 27/04/2016 - 17
CRE 27/04/2016 - 17

Votazzjonijiet :

PV 28/04/2016 - 4.38
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0174

RAPPORT     
PDF 812kWORD 130k
7.4.2016
PE 569.752v01-00 A8-0091/2016

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2189(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Derek Vaughan

 1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW


1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2189(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0087/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0091/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2189(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0087/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0091/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2189(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0091/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol ("l-Awtorità") għas-sena finanzjarja 2014 kien jammonta għal EUR 21 582 772, li jirrappreżenta żieda ta' 15 % meta mqabbel mal-2013, u dan minħabba li l-Awtorità ġiet stabbilita dan l-aħħar; billi 40 % tal-baġit tal-Awtorità ġej mill-baġit tal-Unjoni,

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2014 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

1.  Ifakkar li l-Parlament kellu rwol ewlieni fl-isforzi biex titwaqqaf Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja (SESF) ġdida u komprensiva wara l-kriżi finanzjarja, u fil-ħolqien, bħala parti mis-sistema SESF, tal-Awtorità fl-2011;

2.  Jissottolinja li r-rwol tal-Awtorità fil-promozzjoni ta' reġim superviżorju komuni fis-suq intern huwa essenzjali biex jiġu żgurati stabbiltà finanzjarja, suq finanzjarju integrat aħjar, aktar trasparenti, aktar effiċjenti u aktar sikur, kif ukoll livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur fl-Unjoni;

3.  Jenfasizza li l-ħidma tal-Awtorità hija ta' natura purament teknika u li deċiżjonijiet politiċi ewlenin huma l-prerogattiva tal-leġiżlatur tal-Unjoni;

Segwitu għall-kwittanza 2013

4.  Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li kumment wieħed li sar fir-rapport tal-Qorti tal-2012 u mmarkat bħala "Pendenti", fir-rapport tal-Qorti tal-2013 issa huwa mmarkat bħala "Mhux applikabbli"; jikkonstata barra minn hekk li, għal-żewġ kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2013, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u issa dawk iż-żewġ kummenti huma mmarkati bħala ''Ikkompletati'', filwaqt li wieħed hu mmarkat bħala ''Mhux applikabbli'';

5.  Jirrikonoxxi mill-Awtorità li ġew stabbiliti arranġamenti ta' approvazzjoni supplimentari sabiex tiġi evitata l-ambigwità fl-awtorizzazzjoni ta' impenji ġuridiċi; jinnota b'mod partikolari r-reviżjoni regolari taċ-ċirkwiti finanzjarji tal-Awtorità, l-introduzzjoni ta' taħriġ speċifiku dwar il-finanzi u dwar l-akkwist għall-persunal kollu tal-Awtorità involut f'ċirkwiti finanzjarji kif ukoll it-tisħiħ tal-proċessi finanzjarji u baġitarji b'enfasi fuq il-konformità maċ-ċirkwiti finanzjarji;

Impenji u riporti

6.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-livell kumplessiv tal-approprjazzjonijiet impenjati riportati kien ta' 26 %, u b'mod partikolari għat-Titolu III kien ta' 66 %; jinnota li dawn ir-riporti kienu prinċipalment relatati ma' investimenti pluriennali fl-IT maħsuba biex jiżviluppaw il-kapaċità tal-informazzjoni tal-Awtorità u jippermettu lill-Aġenzija l-implimentazzjoni xierqa tal-kalendarju diffiċli tad-Direttiva Solvibbiltà II(13);

7.  Jinnota li t-tnaqqis sostanzjali fil-baġit tal-2015 tal-Awtorità ħoloq il-ħtieġa ta' razzjonalizzazzjoni tal-baġit tal-2014 sabiex ir-riżorsi disponibbli jintużaw b'mod effikaċi u effiċjenti u sabiex jitnaqqas l-impatt fuq proġetti tal-IT li għadhom għaddejjin;

8.  Jinnota mill-Awtorità li l-maġġoranza tal-kwistjonijiet relatati ma' riporti ser jonqsu matul l-2016, meta huwa mistenni livell avvanzat ta' maturità fil-kapaċità tal-IT tal-Awtorità; jinnota b'mod partikolari li l-maġġoranza tar-riporti huma relatati mal-obbligi kuntrattwali li l-Awtorità ħadet fl-2014, filwaqt li s-servizzi għalihom parzjalment ingħataw fl-2015; jinnota wkoll li, minbarra l-proġetti tal-IT, ir-riporti koprew ir-rimborżi tal-esperti taħt il-proġett "Kultura Superviżorja Komuni", kif ukoll laqgħat, missjonijiet u traduzzjonijiet bi skop operattiv; jistieden lill-Awtorità biex fil-futur ittejjeb il-ġestjoni tal-kuntratti esterni u tirrikonċiljaha mal-prinċipji ta' sostenibbiltà u ta' ġestjoni baġitarja stabbli;

9.  Iħeġġeġ lill-Awtorità biex fil-futur iżżomm l-għadd ta' riporti għas-sena finanzjarja li jmiss kemm jista' jkun baxxi ;

Trasferimenti

10.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li parti mill-impenji riportati kienet relatata ma' trasferimenti baġitarji li saru f'Novembru u Diċembru 2014; josserva li dawk it-trasferimenti jirreferu għal żieda fil-baġit operattiv ta' EUR 1 100 000 (19 %), permezz ta' trasferimenti ta' EUR 858 828 mil-linja tal-baġit tal-persunal u ta' EUR 266 360 min-nefqa amministrattiva; jirrikonoxxi li dawk it-trasferimenti kienu maħsuba biex jikkumpensaw għan-nuqqasijiet fil-baġit tal-Awtorità tal-2015 wara tnaqqis baġitarju sostanzjali;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

11.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 100 %, li tfisser li l-Awtorità laħqet il-mira ppjanata tagħha kif ukoll żieda ta' 3,26 % meta mqabbla mal-2013; jinnota wkoll li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 74,1 %, jiġifieri 6 % inqas mill-mira ppjanata u żieda ta' 5,21 % meta mqabbla mal-2013;

12.  Jirrikonoxxi li l-baġit u l-proċessi baġitarji u ta' akkwist tal-Awtorità ġew riveduti biex tkun garantita integrazzjoni sħiħa fil-proċessi ġenerali ta' ppjanar u ta' koordinament, u dan għandu jintegra aħjar il-fondi baġitarji disponibbli għal sena partikolari;

13.  Jikkonkludi li l-arranġament ta' finanzjament imħallat tal-Awtorità, li jiddependi ħafna fuq il-kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, hu inadegwat, inflessibbli, oneruż u ta' theddida potenzjali għall-indipendenza tagħha, speċjalment meta 60 % tal-baġit tagħha hu ffinanzjat mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni tniedi fil-White Paper ippjanata għat-tieni trimestru tal-2016 u fi proposta leġiżlattiva li se tkun preżentata sal-2017, arranġament finanzjarju differenti bbażat fuq linja baġitarja separata fil-baġit tal-Unjoni u il-kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali jiġu sostitwiti minn tariffi mħallsa mill-parteċipanti tas-suq;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

14.  Jirrikonoxxi li l-Awtorità laħqet il-100 % tal-organigramma tagħha; jinnota li b'kollox, tnedew 49 kampanja ta' reklutaġġ, u 27 membru tal-persunal ġdid bdew jaħdmu mal-Awtorità, li għaldaqstant iwassal għal total ta' 129 membru tal-persunal b'26 nazzjonalità differenti;

15.  Jinnota li l-mira għall-Indikatur Ewlieni ta' Prestazzjoni (KPI) dwar it-taħriġ tal-persunal kienet ta' 100 %, għalkemm 80 % biss tal-persunal setgħu jattendu t-taħriġ relatat mal-impjieg; jiddispjaċih li l-Indikatur Ewlieni ta' Prestazzjoni tat-taħriġ tal-persunal ma tkompliex fl-2015 b'riżultat ta' tnaqqis fil-baġit li kellu impatt fuq il-baġit tat-taħriġ tal-Awtorità u fuq il-kapaċità tagħha li twettaq tali impenn fil-ġejjieni;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi u t-trasparenza

16.  Jinnota li l-Awtorità ppubblikat fuq is-sit web tagħha s-CVs, id-dikjarazzjonijiet ta' intenzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet ta' kunflitt ta' interessi tal-membri tal-Bord Maniġerjali tagħha, kif ukoll dawk tal-membri tal-Bord tas-Superviżuri tagħha;

17.  Jitlob li l-Awtorità tagħti attenzjoni speċjali għall-protezzjoni tal-informaturi (whistleblowers) fil-kuntest tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li dalwaqt se tiġi adottata, dwar il-protezzjoni ta' know-how riservat u ta' informazzjoni u tan-negozju (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom;

18.  Jitlob lill-Awtorità ttejjeb il-proċeduri u l-prattiki tagħha mmirati biex iħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u biex tikkontribwixxi attivament għal proċess ta' kwittanza li jkun orjentat lejn ir-riżultati;

19.  Iħeġġeġ lill-Awtorità tissensibilizza aktar lill-membri tal-persunal tagħha dwar il-politiki li jittrattaw il-kunflitt ta' interessi, flimkien ma' attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni li għaddejjin u mal-inklużjoni tal-integrità u t-trasparenza bħala punti li jridu jiġu diskussi b'mod obbligatorju matul il-proċeduri ta' reklutaġġ u ta' valutazzjoni tal-prestazzjoni;

20.  Jiddispjaċih li jkollu jirrikonoxxi li l-Awtorità ma rnexxilhiex iżżomm lil-leġiżlatur tal-Unjoni infurmat b'mod suffiċjenti u komprensiv dwar id-dettalji kollha tal-ħidma li qed twettaq;

21.  Jiddispjaċih li jkollu jirrikonoxxi li f'xi okkażjonijiet, id-dokumenti għaddew għand il-leġiżlatur tal-Unjoni biss wara li kienu ġew żvelati lill-pubbliku u jqis li dan huwa inaċċettabbli;

22.  Jistieden lill-Awtorità ssegwi l-Awtorità Bankarja Ewropea f'aktar trasparenza billi tiddivulga l-laqgħat kollha li jkollha mal-partijiet interessati ta' partijiet terzi;

Kontrolli interni

23.  Jinnota li l-Awtorità implimentat ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti kollha li nħarġu mis-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni fir-rieżami limitat tiegħu tal-implimentazzjoni tal-Istandards ta' Kontroll Intern tal-Awtorità; jinnota l-progress li sar mill-Awtorità fil-qasam tal-kontroll intern, b'mod partikolari l-proċessi msaħħa ta' ppjanar, ta' evalwazzjoni u ta' rapportar, il-miżuri addizzjonali ta' sigurtà u l-iżvilupp ta' strateġija kontra l-frodi għall-2015-2017; jinnota, madankollu, li l-introduzzjoni ta' Sistema ta' Ġestjoni tad-Dokumenti bi proċeduri ta' akkumpanjament kif ukoll l-implimentazzjoni tal-bqija tal-elementi kostituttivi tal-kapaċità ta' kontinwità tan-negozju tal-Awtorità kellhom jiġu finalizzati fl-2015; jistieden lill-Awtorità tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni ta' dawk l-azzjonijiet;

Awditu intern

24.  Jinnota li fl-2014 l-IAS wettaq verifika tal-proċessi tal-ippjanar u tal-baġit tal-awtorità, u ħareġ sitt rakkomandazzjonijiet, li waħda minnhom kienet immarkata bħala "Importanti Ħafna"; jirrikonoxxi l-fatt li l-Awtorità żviluppat pjan ta' azzjoni apposta biex jiġu indirizzati r-rakkomandazzjonijiet kollha li saru mill-IAS;

25.  Jinnota b'sodisfazzjon li fl-aħħar tal-2014 l-ebda azzjoni kritika jew importanti ħafna minn verifiki preċedenti li saru mill-IAS ma kienet għadha miftuħa;

Kummenti oħra

26.  Jinnota li l-Awtorità, meta twettaq l-attivitajiet tagħha, jeħtiġilha tagħti attenzjoni partikolari biex tħares is-sigurtà u s-solidità tas-settur finanzjarju, filwaqt li tiżgura l-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni, tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità u tikkonforma mal-prinċipji fundamentali tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji; jissottolinja li l-Awtorità, fuq dik il-bażi, trid tistinka ħalli tikseb riżultati mhux ambigwi, konsistenti, koerenti u ħielsa minn kumplessità superfluwa;

27.  Jirrimarka li huwa partikolarment importanti li d-dispożizzjonijiet abbozzati mill-Awtorità jkunu mfassla b'tali mod li jippermettilhom ikunu applikati b'mod ugwali minn entitajiet iżgħar;

28.  Jenfasizza li, fil-kwistjonijiet kollha marbuta mar-riżorsi tal-Awtorità, irid ikun żgurat li l-mandat jista' jintlaħaq b'mod konsistenti u li l-limiti prattiċi ta' superviżjoni indipendenti, affidabbli u effikaċi ma jkunux determinati minn restrizzjonijiet baġitarji;

29.  Jirrikonoxxi li l-fażi tal-istabbiliment tas-SESF għadha ma tlestitx u għaldaqstant jinnota li l-kompiti diġà fdati lill-Awtorità, kif ukoll il-kompiti addizzjonali previsti fil-ħidma leġiżlattiva li għaddejja, jeħtieġu livell adegwat ta' persunal, f'termini kemm kwantitattivi kif ukoll ta' kwalifiki, u livell adegwat ta' fondi biex b'hekk ikun hemm lok għal superviżjoni sodisfaċenti; jenfasizza li, sabiex tinżamm il-kwalità tal-ħidma superviżjorja, spiss jiġri li espansjoni tal-kompiti trid tiġi kkomplementata minn espansjoni tar-riżorsi; jenfasizza, madankollu, li kwalunkwe żieda potenzjali fil-mezzi tal-Awtorità trid tiġi spjegata fil-fond u akkumpanjata minn miżuri ta' razzjonalizzazzjoni kull fejn hu possibbli;

30.  Jenfasizza li, filwaqt li tiżgura li l-kompiti kollha jitwettqu bis-sħiħ, l-Awtorità trid iżżomm strettament mal-kompiti assenjati lilha mil-leġiżlatur tal-Unjoni u m'għandhiex tfittex li de facto twessa' l-mandat tagħha lil hinn minn dak assenjat; jenfasizza li, meta twettaq il-ħidma tagħha u b'mod partikolari fl-abbozzar tal-istandards tekniċi u l-konsulenza teknika, l-Awtorità jeħtiġilha tinforma lill-Parlament Ewropew fil-ħin, b'mod regolari u komprensiv dwar l-attivitajiet tagħha; jiddispjaċih li fil-passat dan mhux dejjem seħħ;

31.  Jenfasizza li meta tabbozza leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni, linji gwida, mistoqsijiet u tweġibiet jew miżuri simili l-Awtorità trid dejjem tirrispetta l-mandat fdat lilha mil-leġiżlatur tal-Unjoni u m'għandhiex tfittex li tistabbilixxi standards f'oqsma fejn il-proċessi leġiżlattivi jkunu għadhom pendenti;

32.  Jitlob lill-Awtorità tissupplimenta l-komunikazzjoni mal-Parlament dwar abbozz ta' konsulenza jew ta' standards tekniċi relatati mal-kalibrazzjoni tal-formoli prudenzjali b'deskrizzjoni sħiħa tad-data u l-metodoloġija użati f'tali kalibrazzjonijiet;

°

°  °

33.  Jirreferi, fir-rigward ta' kummenti oħra li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' [xx xxxx 2016](14) [dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji].).

25.2.2016

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2189(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Markus Ferber

PA_NonLeg

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Ifakkar li l-Parlament Ewropew kien mutur ewlieni fl-isforzi biex titwaqqaf Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja (SESF) ġdida u komprensiva fil-perjodu ta' wara l-kriżi finanzjarja, u biex bħala parti mis-SEFS tinħoloq l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) fl-2011;

2.  Jissottolinja li r-rwol tal-EIOPA fil-promozzjoni ta' reġim superviżorju komuni fis-suq intern huwa essenzjali biex jiġu żgurati stabbiltà finanzjarja, suq finanzjarju integrat aħjar, aktar trasparenti, effiċjenti u sikur, kif ukoll livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur fl-Unjoni;

3.  Jenfasizza li l-ħidma tal-EIOPA hija ta' natura purament teknika u li deċiżjonijiet politiċi ewlenin huma l-prerogattiva tal-leġiżlatur tal-Unjoni;

4.  Jinnota li l-EIOPA, meta twettaq l-attivitajiet tagħha, jeħtiġilha tagħti attenzjoni partikolari liż-żamma tas-sigurtà u s-solidità tas-settur finanzjarju, filwaqt li tiżgura l-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni, tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità u tikkonforma mal-prinċipji fundamentali tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji; jissottolinja li l-EIOPA, fuq dik il-bażi, trid tistinka ħalli tikseb riżultati mhux ambigwi, konsistenti, koerenti u ħielsa minn kumplessità superfluwa;

5.  Jirrimarka li huwa partikolarment importanti li d-dispożizzjonijiet abbozzati mill-EIOPA jkunu mfassla b'tali mod li jippermettilhom ikunu applikati b'mod ugwali minn entitajiet iżgħar;

6.  Jirrikonoxxi li, fil-fehma tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, it-tranżazzjonijiet tal-EIOPA li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2014 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

7.  Jenfasizza li, fil-kwistjonijiet kollha marbuta mar-riżorsi tal-EIOPA, irid ikun żgurat li l-mandat jista' jintlaħaq b'mod konsistenti u li l-limiti prattiċi ta' superviżjoni indipendenti, affidabbli u effikaċi ma jkunux determinati minn restrizzjonijiet baġitarji;

8.  Jirrikonoxxi li l-fażi tal-istabbiliment tas-SESF għadha ma tlestitx u għaldaqstant jinnota li l-kompiti diġà mogħtija lill-EIOPA, kif ukoll il-kompiti addizzjonali previsti fil-ħidma leġiżlattiva li għaddejja, jeħtieġu livell adegwat ta' persunal, f'termini kemm ta' numri kif ukoll ta' kwalifiki, u livell adegwat ta' fondi biex b'hekk ikun hemm lok għal superviżjoni sodisfaċenti; jenfasizza li, sabiex tinżamm il-kwalità tal-ħidma superviżjorja, spiss jiġri li espansjoni tal-kompiti trid tiġi kkomplementata minn espansjoni tar-riżorsi; jenfasizza, madankollu, li kwalunkwe żieda potenzjali fil-mezzi tal-EIOPA trid tiġi spjegata bir-reqqa u akkumpanjata minn miżuri ta' razzjonalizzazzjoni kull fejn hu possibbli;

9.  Jenfasizza li, filwaqt li tiżgura li l-kompiti kollha jitwettqu bis-sħiħ, l-EIOPA trid iżżomm strettament mal-kompiti assenjati lilha mil-leġiżlatur tal-Unjoni u m'għandhiex tfittex li fil-fatt twessa' l-mandat tagħha lil hinn minn dak assenjat; jenfasizza li, meta twettaq il-ħidma tagħha u b'mod partikolari fl-abbozzar tal-istandards tekniċi u l-konsulenza teknika, l-EIOPA jeħtiġilha tinforma lill-Parlament Ewropew fil-ħin, b'mod regolari u komprensiv dwar l-attivitajiet tagħha; jiddispjaċih li fil-passat din mhux dejjem għamlet dan;

10.  Jenfasizza li meta tabbozza leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni, linji gwida, mistoqsijiet u tweġibiet jew miżuri simili l-EIOPA trid dejjem tirrispetta l-mandat mogħti lilha mil-leġiżlatur tal-Unjoni u m'għandhiex tfittex li tistabbilixxi standards f'oqsma fejn il-proċessi leġiżlattivi jkunu għadhom pendenti;

11.  Jiddispjaċih li jkollu jirrikonoxxi li l-EIOPA ma rnexxilhiex iżżomm lil-leġiżlatur tal-Unjoni infurmat b'mod suffiċjenti u komprensiv dwar id-dettalji kollha ta' ħidmietha li kienet għaddejja;

12.  Jiddispjaċih li jkollu jirrikonoxxi li f'xi okkażjonijiet, id-dokumenti għaddew għand il-leġiżlatur tal-Unjoni biss wara li kienu ġew żvelati lill-pubbliku u jqis li dan huwa inaċċettabbli;

13.  Jikkonkludi li l-arranġament ta' finanzjament imħallat tal-EIOPA, li jiddependi ħafna fuq il-kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, hu inadegwat, inflessibbli, oneruż u ta' theddida potenzjali għall-indipendenza tagħha, speċjalment meta 60 % tal-baġit tagħha hu ffinanzjat mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni tniedi fil-White Paper ippjanata għat-tieni kwart tal-2016 u fi proposta leġiżlattiva li se tkun preżentata sal-2017, arranġament finanzjarju differenti bbażat fuq linja baġitarja separata fil-baġit tal-Unjoni u fuq il-bidla totali tal-kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali għal tariffi mħallsa mill-parteċipanti tas-suq;

14.  Jistieden lill-EIOPA timxi fuq il-passi tal-ABE fir-rigward ta' aktar trasparenza, u dan billi tiżvela kull laqgħa li jkollha mal-partijiet interessati ta' partijiet terzi;

15.  Jitlob lill-EIOPA biex tissupplimenta l-komunikazzjoni mal-PE dwar abbozz ta' konsulenza jew ta' standards tekniċi relatati mal-formoli prudenzjali, b'deskrizzjoni sħiħa tad-data u l-metodoloġija użati f'tali kalibrazzjonijiet.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

22.2.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

3

10

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Burkhard Balz, Hugues Bayet, Udo Bullmann, Esther de Lange, Fabio De Masi, Markus Ferber, Jonás Fernández, Elisa Ferreira, Sven Giegold, Neena Gill, Sylvie Goulard, Roberto Gualtieri, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Cătălin Sorin Ivan, Petr Ježek, Othmar Karas, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Philippe Lamberts, Werner Langen, Sander Loones, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Fulvio Martusciello, Marisa Matias, Costas Mavrides, Bernard Monot, Stanisław Ożóg, Dimitrios Papadimoulis, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Pirkko Ruohonen-Lerner, Alfred Sant, Molly Scott Cato, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Paul Tang, Michael Theurer, Ernest Urtasun, Tom Vandenkendelaere, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker, Pablo Zalba Bidegain, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Enrique Calvet Chambon, Richard Corbett, Isabella De Monte, Frank Engel, Ashley Fox, Ildikó Gáll-Pelcz, Sophia in ‘t Veld, Barbara Kappel, Emmanuel Maurel

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

4.4.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Louis Aliot, Inés Ayala Sender, Dennis de Jong, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Dan Nica, Gilles Pargneaux, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marian-Jean Marinescu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Bodil Valero

(1)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 175.

(2)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 175.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1

(4)

ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.

(5)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72

(6)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42

(7)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 175.

(8)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 175.

(9)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1

(10)

ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.

(11)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72

(12)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42

(13)

ĠU L 153, 22.05.2014, p. 1.

(14)

Testi adottati ta' dik id-data, P[8_TA(-PROV)(2016)0000].

Avviż legali - Politika tal-privatezza