Proċedura : 2015/2166(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0108/2016

Testi mressqa :

A8-0108/2016

Dibattiti :

PV 27/04/2016 - 17
CRE 27/04/2016 - 17

Votazzjonijiet :

PV 28/04/2016 - 4.53
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0189

RAPPORT     
PDF 705kWORD 122k
8.4.2016
PE 569.767v02-00 A8-0108/2016

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2166(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur għal opinjoni: Derek Vaughan

 1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW


1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2166(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġiba tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0064/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0108/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2166(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġiba tal-Aġenzija(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0064/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0108/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2166(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0108/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2014 kien ta' EUR 21 229 000, ammont li jirrappreżenta tnaqqis ta' 0,56 % meta mqabbel ma' dak tal-2013; billi 99 % tal-baġit kollu tal-Aġenzija huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 100 %, l-istess bħas-sena ta' qabel, u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 69,45 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 0,82 % meta mqabbla ma' tas-sena ta' qabel; jirrikonoxxi li l-livell ġenerali għoli tal-approprjazzjonijiet ta' impenn indika li l-impenji saru f'waqthom;

Impenji u riporti

2.  Jinnota li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2015 kien ta' 25 % għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) u ta' 75 % għat-Titolu III (nefqa operattiva); jirrikonoxxi mill-Qorti li r-riporti taħt it-Titolu II huma prinċipalment relatati max-xiri ppjanat ta' oġġetti u servizzi tal-IT li għalihom il-pagamenti kienu dovuti fl-2015. jirrikonoxxi, barra minn hekk, li r-riporti taħt it-Titolu III prinċipalment jirriflettu n-natura pluriennali tal-proġetti operattivi tal-Aġenzija fejn il-pagamenti jsiru skont l-iskedi ppjanati;

3.  Jinnota li r-rata ta' implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet riportati mill-2013 għall-2014 kienet ta' 97,68 % fl-2014, bil-kanċellazzjoni biss tas-somma ta' EUR 147 430, li tirrappreżenta 2,32 % tal-ammont totali; jinnota, barra minn hekk, li dan il-livell baxx ta' kanċellazzjonijiet huwa inqas sew mill-mira tal-Aġenzija;

Trasferimenti

4.  Jinnota li tliet trasferimenti baġitarji, magħmula bejn it-titoli tal-baġit u 'l fuq minn 10 % tal-baġit approvat, ġew approvati mill-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija fl-2014; jinnota li dawn it-trasferimenti kienu jammontaw għal EUR 947 932 u prinċipalment huma relatati mar-riallokazzjoni tal-eċċess taħt in-nefqa amministrattiva, għal proġetti operattivi jew fi ħdan in-nefqa operattiva;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

5.  Jinnota mill-Aġenzija li, sabiex titjieb il-kwalità tal-offerti, il-proċeduri ta' akkwist kollha kienu soġġetti għal rieżami superviżorju qabel it-tnedija tas-sejħiet għall-offerti; jieħu nota tal-fatt li, wara dawn ir-rieżamijiet, fejn kien meħtieġ ittieħdu azzjonijiet korrettivi bħal pereżempju modifiki tal-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta;

6.  Josserva li mill-2014 l-Aġenzija introduċiet sistema ġdida ta' evalwazzjoni, bħala riżultat tal-bidliet fir-Regolamenti tal-Persunal li ġew introdotti bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13); jinnota b'mod partikolari li r-rapporti ta' evalwazzjoni tal-Aġenzija issa jinkludu valutazzjoni kumplessiva dwar jekk il-prestazzjoni tal-persuna li tokkupa l-kariga kinitx sodisfaċenti; jaċċerta li sessjonijiet ta' taħriġ kienu pprovduti lill-persunal dwar kif jistabbilixxu objettivi speċifiċi, miżurabbli, li jistgħu jintlaħqu, rilevanti u f'waqthom (SMART), kif ukoll indikaturi ta' prestazzjoni b'saħħithom, u kif jiktbu valutazzjonijiet ċari;

7.  Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija qiegħda tieħu sehem fil-proċeduri ta' akkwist tal-Kummissjoni kull meta jkun possibbli; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija nediet proċeduri ta' akkwist konġunti mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) għall-iżvilupp ta' applikazzjonijiet tal-intranet u mal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) għall-ġbir ta' data li jappoġġa l-implimentazzjoni ta' proġetti operattivi;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

8.  Jirrikonoxxi li, fi tmiem l-2014, l-Aġenzija rrevediet u adottat ir-regoli armonizzati tagħha dwar il-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess li jirrigwardaw il-Bord ta' Tmexxija u l-Kumitat Xjentifiku tagħha; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija żviluppat u adottat linji gwida għall-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess għall-persunal tagħha;

9.  Jinnota mill-Aġenzija li hija ppubblikat id-dikjarazzjonijiet ta' interess, kif ukoll il-curricula vitae (CVs) tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija u l-Kumitat Xjentifiku tagħha, kif ukoll tat-tim meniġerjali tagħha;

10.  Jinnota li l-Aġenzija tapplika l-linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta skont id-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tagħha(14); jinnota, barra minn hekk, li l-membri tal-persunal tagħha huma obbligati jirrappurtaw fatti li jindikaw attività illegali possibbli, inklużi frodi jew korruzzjoni, jew nuqqas serju ta' konformità mal-obbligi professjonali tagħhom; jaċċerta li internament l-Aġenzija wettqet sensibilizzazzjoni dwar din il-politika; jirrikonoxxi li l-Aġenzija se tkompli tapplika l-linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta sakemm il-Kummissjoni tadotta politika ġdida dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta, prevista għall-2016;

11.  Jiddeplora, madankollu, il-fatt li tressqu proċedimenti legali kontra l-Aġenzija f'diversi okkażjonijiet b'konnessjoni ma' każijiet li jinvolvu t-trattament ħażin ta' informaturi, u jenfasizza li l-Ombudsman Ewropew iddikjara l-Aġenzija ħatja ta' amministrazzjoni ħażina peress li din irrifjutat li twettaq investigazzjoni xierqa u dettaljata dwar l-allegazzjonijiet ta' fastidju psikoloġiku magħmula minn informatur; jistieden lill-Aġenzija tikkonforma mas-sentenzi mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, b'mod partikolari s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-8 ta' Ottubru 2015(15);

12.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija tissensibilizza aktar lill-membri tal-persunal tagħha dwar il-politika li tittratta l-kunflitti ta' interess, flimkien ma' attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni li għaddejjin u l-inklużjoni tal-integrità u t-trasparenza bħala punti li jridu jiġu diskussi b'mod obbligatorju matul il-proċeduri ta' reklutaġġ u l-valutazzjonijiet tal-prestazzjoni;

13.  Jistieden lill-Aġenzija tagħti attenzjoni speċjali għall-protezzjoni tal-informaturi fil-kuntest tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li dalwaqt se tiġi adottata, dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni ta' kompetenza u tan-negozju (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom;

14.  Jistieden lil dawk l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni li daħħlu kodiċijiet ta' mġiba, inkluż il-Parlament Ewropew, biex jintensifikaw il-miżuri tagħhom ta' implimentazzjoni, bħalma huma l-verifiki tad-dikjarazzjonijiet ta' interessi finanzjarji;

Awditu intern

15.  Jinnota li, matul l-2014, l-ebda awditu ġdid ma sar mis-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni; jinnota, barra minn hekk, li fl-2013 l-Aġenzija segwiet iż-żewġ awditi mwettqa dwar ir-riżorsi umani u l-ġestjoni tal-kuntratti; jaċċerta li l-Aġenzija ppreżentat pjanijiet ta' azzjoni biex tindirizza r-rakkomandazzjonijiet tal-IAS, li ġew ivvalutati b'mod favorevoli mill-IAS; jirrikonoxxi mill-Aġenzija li, fl-2015, l-IAS wettaq awditjar ta' segwitu li ntemm b'riżultat pożittiv mingħajr ebda rakkomandazzjoni miftuħa mmarkata bħala "importanti ħafna"; jinnota li r-rakkomandazzjonijiet kollha maħruġa mill-IAS qabel Diċembru 2013 ngħalqu;

Kummenti oħra

16.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-emenda tar-Regolamenti tal-Persunal fl-2004, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004(16), inkludiet dispożizzjonijiet li jistabbilixxu li r-remunerazzjoni futura ta' uffiċjali reklutati qabel l-1 ta' Mejju 2004 ma għandhiex tkun inqas minn dik prevista fir-Regolamenti tal-Persunal preċedenti; josserva li l-awditu tal-Qorti żvela li ma kienx hemm konformità f'dan ir-rigward u, fil-każ ta' 10 mis-26 uffiċjal impjegati dak iż-żmien, dan wassal għal pagament insuffiċjenti ta' EUR 45 892 għall-perjodu bejn l-2005 u l-2014. jirrikonoxxi mill-Aġenzija li l-kalkolu tas-salarji huwa esternalizzat lill-Uffiċċju tal-Kummissjoni inkarigat mill-Pagi; jinnota li l-Aġenzija ħadet l-azzjonijiet meħtieġa biex tirrimedja din il-kwistjoni;

17.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-informazzjoni bażika dwar l-Aġenzija hija pprovduta fuq is-sit web tagħha bil-lingwi kollha tal-Unjoni; jinnota li l-Aġenzija regolarment ittella' informazzjoni u aġġornamenti, inklużi viżwalizzazzjoni ta' data interattiva, infografika kif ukoll ritratti u filmati, dwar l-aħħar rapporti tagħha kif ukoll ħidma oħra fuq il-mezzi tal-midja soċjali tagħha;

18.  Jaċċerta li fl-2012 saret evalwazzjoni indipendenti tal-Aġenzija biex jiġu evalwati l-effikaċja, l-effiċjenza, il-valur miżjud, l-utilità, il-koordinazzjoni u l-koerenza tal-ħidma tal-Aġenzija; jinnota li waħda mill-prijoritajiet ewlenin inklużi fil-pjan strateġiku 2013-2017 tal-Aġenzija, ibbażata fuq din l-evalwazzjoni, hija biex tgħin issaħħaħ il-kontribut tal-Aġenzija għal proċessi fil-livell nazzjonali; jieħu nota tal-fatt li l-Aġenzija qiegħda tiżviluppa rabta aktar b'saħħitha mal-Istati Membri kif ukoll iżżid il-kooperazzjoni tagħha ma' partijiet interessati nazzjonali sabiex il-pariri bbażati fuq l-evidenza tal-Aġenzija jinġiebu fil-qalba tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki nazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem;

19.  Jinnota b'sodisfazzjon li fi Frar 2014 l-Aġenzija nediet paġna web għat-tfal bħala parti mit-taqsima tas-sit web tagħha dwar id-drittijiet tat-tfal fejn it-tfal jistgħu jsibu informazzjoni dwar x'inhuma d-drittijiet tagħhom, min jiddeċiedi dwar id-drittijiet tagħhom, x'tagħmel l-Aġenzija għat-tfal kif ukoll links jekk jixtiequ jkollhom aktar tagħrif;

20.  Jistieden lill-Aġenzija ttejjeb il-proċeduri u l-prattiki tagħha mmirati għas-salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tikkontribwixxi attivament għal proċess ta' kwittanza li jkun orjentat lejn ir-riżultati;

21.  Jitlob li jsir titjib globali fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni u fil-ġlieda kontriha permezz ta' approċċ olistiku, li jibda b'aċċess pubbliku mtejjeb għad-dokumenti u regoli aktar stretti dwar il-kunflitti ta' interess, bl-introduzzjoni jew bit-tisħiħ ta' reġistri ta' trasparenza u bl-għoti ta' riżorsi suffiċjenti għall-miżuri tal-infurzar tal-liġi, u anke permezz ta' titjib fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u ma' pajjiżi terzi rilevanti;

22.  Jiddikjara li r-rapporti annwali tal-Aġenzija jista' jkollhom rwol importanti fl-iżgurar tal-konformità rigward it-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont u l-integrità; jistieden lill-Aġenzija tinkludi kapitolu standard dwar dawn il-komponenti fir-rapport annwali tagħha;

°  °

23.  Jirreferi,fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' [xx xxxx 2016](17) [dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji].).

19.2.2016

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2166(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Monica Macovei

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota l-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b'mod ġust il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2014 u li t-tranżazzjonijiet tagħha huma legali u regolari; jirrikonoxxi li l-ammonti għoljin riportati taħt it-Titolu II huma relatati prinċipalment max-xiri ppjanat ta' prodotti u servizzi tal-IT li għalihom il-pagamenti kienu dovuti mhux qabel l-2015, u r-riporti taħt it-Titolu III prinċipalment jirriflettu n-natura pluriennali tal-proġetti operazzjonali tal-Aġenzija, fejn il-pagamenti jsiru skont skedi ppjanati; jirrikonoxxi r-rispons tal-Aġenzija rigward in-natura tar-riporti u l-livell baxx tal-kanċellazzjonijiet fil-baġit tagħha;

2.   Jilqa' l-fatt li skont ir-Rapport tal-Qorti tal-Awdituri, l-approprjazzjonijiet tal-baġit għall-2014 ġew impenjati bis-sħiħ.

3.  Jinnota li skont ir-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda kif emendati fl-2004 r-remunerazzjoni ta' uffiċjali u impjegati oħra reklutati qabel l-1 ta' Mejju 2004 ma għandhiex tkun inqas minn dik skont ir-Regolamenti tal-Persunal preċedenti; jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Aġenzija ma kkonformatx ma' dan ir-rekwiżit f'għaxar każi; jirrikonoxxi l-fatt li skont l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri l-Aġenzija ħadet miżuri korrettivi fl-2015; jenfasizza l-importanza ta' ġestjoni tajba tar-riżorsi umani u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-persunal;

4.  Jinnota li l-Aġenzija għad ma għandhiex regoli interni vinkolanti tagħha stess għall-protezzjoni tal-whistleblowers, minkejja r-rakkomandazzjoni magħmula mill-Parlament fl-2015, għalkemm abbozz ta' dispożizzjonijiet ilu jeżisti mill-2012 b'adozzjoni formali pendenti; jinnota li l-Aġenzija qiegħda tapplika l-linji gwida tal-Kummissjoni dwar il-whistleblowing wara deċiżjoni mill-Bord Eżekuttiv fl-2012 u teżiġi li dawk ir-regoli interni jiġu adottati u ppubblikati mingħajr dewmien, b'konformità mal-Artikolu 22c tar-Regolament tal-Persunal kif daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014; jitlob bilanċ ta' każijiet ta' whistleblowing trattati f'konformità ma' dawn ir-regoli;

5.  Jirrikonoxxi li fl-2014 l-Aġenzija adottat gwida prattika dwar il-ġestjoni u l-prevenzjoni ta' kunflitti ta' interess għall-persunal tagħha; jitlob lill-Aġenzija tipprovdi lill-awtorità tal-kwittanza bilanċ ta' każijiet ta' kunflitt ta' interess identifikati u tiżgura li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess kollha tal-membri tat-tim ta' esperti u ta' ġestjoni tal-Bord ta' Tmexxija tagħha jiġu pubblikati, flimkien ma' sett ċar ta' regoli kontra l-prattika tar-"revolving doors".

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

16.2.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

54

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Michał Boni, Caterina Chinnici, Ignazio Corrao, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Laura Ferrara, Monika Flašíková Beňová, Lorenzo Fontana, Kinga Gál, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Sophia in ‘t Veld, Eva Joly, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Timothy Kirkhope, Barbara Kudrycka, Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Roberta Metsola, Claude Moraes, József Nagy, Péter Niedermüller, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marina Albiol Guzmán, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Pál Csáky, Daniel Dalton, Dennis de Jong, Gérard Deprez, Anna Hedh, Petr Ježek, Emil Radev, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Barbara Spinelli, Elissavet Vozemberg-Vrionidi

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

4.4.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Louis Aliot, Inés Ayala Sender, Dennis de Jong, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Dan Nica, Gilles Pargneaux, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marian-Jean Marinescu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Bodil Valero

(1)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 334.

(2)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 334.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.

(5)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(7)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 334.

(8)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 334.

(9)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(10)

ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.

(11)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(12)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(13)

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15).

(14)

http://fra.europa.eu/sites/default/files/eb_decision_2012_04-whistleblowing_rules.pdf

(15)

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-8 ta' Ottubru 2015, DD vs l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), kawżi magħquda F-106/13 u F-25/14, ECLI:EU:F:2015:118.

(16)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004 tat-22 ta' Marzu 2004 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 124, 27.04.2004, p. 1).

(17)

Testi adottati ta' din id-data, P[8_TA(-PROV)(2016)0000].

Avviż legali - Politika tal-privatezza