Proċedura : 2015/2202(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0113/2016

Testi mressqa :

A8-0113/2016

Dibattiti :

PV 27/04/2016 - 17
CRE 27/04/2016 - 17

Votazzjonijiet :

PV 28/04/2016 - 4.59
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0195

RAPPORT     
PDF 673kWORD 99k
8.4.2016
PE 571.621v02-00 A8-0113/2016

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2202(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Marian-Jean Marinescu

 1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW


1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2202(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ENIAC għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sas-26 ta' Ġunju 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05587/2016 – C8-0058/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ENIAC(4),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL(5),u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0113/2016),

1.  Jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2202(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ENIAC għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sas-26 ta' Ġunju 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05587/2016 – C8-0058/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ENIAC(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL(12),u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0113/2016),

1.  Jipposponi l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2202(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0113/2016),

A.  billi l-Impriża Konġunta ENIAC ("l-Impriża Konġunta") ġiet stabbilita fl-20 ta' Diċembru 2007 għal perjodu ta' 10 snin biex tistabbilixxi u timplimenta aġenda ta' riċerka għall-iżvilupp ta' kompetenzi ewlenin għan-nanoelettronika f'oqsma ta' applikazzjoni differenti;

B.  billi l-Impriża Konġunta ngħatat l-awtonomija finanzjarja tagħha f'Lulju 2010;

C.  billi l-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni, rappreżentata mill-Kummissjoni, il-Belġju, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, l-Iżvezja u r-Renju Unit u l-Assoċjazzjoni għall-Attivitajiet Nanoelettroniċi Ewropej ("AENEAS");

D.  billi l-kontribuzzjoni massima għall-perjodu ta' 10 snin mill-Unjoni lill-Impriża Konġunta tammonta għal EUR 450 000 000, u din titħallas mill-baġit tas-Seba' Programm Kwadru tar-Riċerka;

E.  billi l-kontribuzzjoni massima tal-AENEAS għall-ispejjeż operattivi tal-Impriża Konġunta tammonta għal EUR 30 000 000 u l-Istati Membri għandhom jagħtu kontribuzzjonijiet in natura għall-ispejjeż operattivi kif ukoll jipprovdu kontribuzzjonijiet finanzjarji ta' mill-anqas 1,8 darbiet aktar mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni;

F.  billi l-Impriża Konġunta ġiet fuża mal-Impriża Konġunta ARTEMIS ("ARTEMIS") sabiex tinħoloq l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta tal-Komponenti u s-Sistemi Elettroniċi għat-Tmexxija Ewropea ("ECSEL ITK") li bdiet l-attivitajiet tagħha f'Ġunju 2014 u se tibqa' topera għal 10 snin;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jirrikonoxxi li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sas-26 ta' Ġunju 2014 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha sas-26 ta' Ġunju 2014 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għall-perjodu li ntemm dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-regoli finanzjarji tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni;

2.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sas-26 ta' Ġunju 2014 ("ir-rapport tal-Qorti") ħarġet opinjoni kwalifikata għar-raba' sena konsekuttiva dwar ir-regolarità u l-legalità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi abbażi li l-ftehimiet amministrattivi ffirmati mal-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali dwar l-awditjar tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż tal-proġetti ma jinkludux arranġamenti prattiċi dwar l-awditi ex post;

3.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Impriża Konġunta ma vvalutatx il-kwalità tar-rapporti tal-awditjar li rċeviet mingħand l-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali dwar l-ispejjeż relatati ma' proġetti li tlestew; jinnota, barra minn hekk, li, wara valutazzjoni tal-istrateġiji tal-awditjar ta' tliet awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali, ma kienx possibbli li jiġi ddeterminat jekk l-awditi ex post humiex qegħdin jiffunzjonaw b'mod effikaċi minħabba l-metodoloġiji differenti użati mill-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali li ma ppermettewx lill-Impriża Konġunta tikkalkula rata ta' żball ipponderat jew rata tal-iżball residwu; jinnota wkoll li l-ECSEL ITK ikkonfermat li l-valutazzjoni estensiva tagħha tas-sistemi ta' assigurazzjoni nazzjonali kkonkludew li dawn jistgħu jipprovdu protezzjoni raġonevoli tal-interessi finanzjarji tal-membri tal-Impriżi Konġunti;

4.  Jistieden lill-Impriża Konġunta ECSEL, wara l-valutazzjoni tal-proċeduri applikati mill-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali, biex tistieden lill-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali jippreżentaw provi li l-implimentazzjoni tal-proċeduri nazzjonali tipprovdi assigurazzjoni raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet;

5.  Jinnota li r-rapport tal-Qorti jinkludi opinjoni kwalifikata li hija bbażata fuq in-nuqqas ta' informazzjoni meħtieġa għall-kalkolu ta' rata ta' żball ipponderat jew ta' rata tal-iżball residwu wara l-awditi ex post mill-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali; jistieden lill-Qorti tiġbor dokumenti u informazzjoni addizzjonali u meħtieġa, li l-Impriża Konġunta m'għandhiex is-setgħa li tirrikjedi, minn korpi nazzjonali tal-awditjar jew mid-dipartimenti kompetenti nazzjonali skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; barra minn hekk, jistieden lill-Qorti tuża dawk id-dokumenti addizzjonali u dik l-informazzjoni addizzjonali bħala mod alternattiv biex tiġġustifika l-opinjoni tagħha u tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-valutazzjoni tagħha ta' dawk l-elementi addizzjonali;

6.  Jieħu nota li skont ir-rapport tal-Qorti, il-baġit finali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2014 kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn li jammontaw għal EUR 2 356 000 u approprjazzjonijiet ta' pagament li jammontaw għal EUR 76 500 250(15);

7.  Jinnota li l-baġit inizjali għall-2014 kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn għal spejjeż operattivi li jammontaw għal EUR 2 300 000 u li l-baġit ma kienx jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn għall-attivitajiet operattivi; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' użu għall-approprjazzjonijiet ta' impenn amministrattivi kienet ta' 43 %; josserva li, skont ir-rapport tal-Qorti, dawn l-approprjazzjonijiet huma dovuti għall-fużjoni tal-Impriża Konġunta mal-ARTEMIS f'Ġunju 2014 u minħabba l-fatt li l-baġit ġie adottat għas-sena sħiħa(16);

8.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-ammont totali previst għas-sejħiet għal proposti kien impenjat fiż-żmien tal-fużjoni;

9.  Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li ġew sorveljati l-proċeduri ta' assigurazzjoni nazzjonali tal-pajjiżi li jirċievu 54,2 % tal-għotjiet tal-Impriża Konġunta; jappoġġa l-inizjattiva tagħha li tkompli żżid il-kopertura; jistieden lill-Impriża Konġunta ECSEL tkompli l-valutazzjoni tagħha sabiex tilħaq kopertura ta' 100 % tat-total tal-għotjiet u tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li sar matul is-sena finanzjarja 2014(17);

10.  Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' informazzjoni rigward il-kontribuzzjonijiet in natura u fi flus; jistieden lill-Qorti tal-Awdituri biex fir-rapporti futuri tinkludi dispożizzjonijiet konkreti dwar il-proċedura ta' evalwazzjoni u l-livell ta' kontribuzzjoni in natura u fi flus;

Awditjar intern

11.  Jaċċerta, skont il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta, li s-servizz ta' awditjar intern ma għamilx rapporti ġodda matul is-sena finanzjarja 2014, li l-maniġment tal-Impriża Konġunta ħa azzjoni fuq ir-rakkomandazzjonijiet kollha inklużi fir-rapporti preċedenti, iddokumentahom u ppreżentahom fis-sistema ta' rappurtar u li dawn l-azzjonijiet kellhom l-għan li jsostnu l-proċeduri ġodda; jistieden lill-Impriża Konġunta tikkondividi mal-awtorità ta' kwittanza l-azzjonijiet li ttieħdu u l-progress li sar f'dan ir-rigward(18);

Kontroll intern

12.  Jieħu nota tal-fatt li l-kapaċità ta' awditjar intern (IAC) ħtiġilha ttejjeb l-immaniġġjar tad-dokumenti, filwaqt li jirrakkomanda b'mod partikolari l-użu ta' sistema elettronika;

13.  Jirrikonoxxi, skont il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta, li l-IAC wettaq il-programm ta' ħidma approvat tiegħu li jkopri l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet amministrattivi kif ukoll tat-tranżazzjonijiet operattivi mwettqa f'kollaborazzjoni mal-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali, ir-riżultati kienu rrappurtati lill-Bord tat-Tmexxija u lid-Direttur Eżekuttiv; jinnota, barra minn hekk, li l-opportunitajiet għal aktar titjib kienu enfasizzati; jitlob lill-Impriża Konġunta tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-azzjonijiet li ttieħdu biex tindirizza din il-kwistjoni(19);

14.  Jieħu nota tal-fatt li l-programm ta' ħidma tal-Qorti tal-Awdituri għall-2016 jinkludi rapport speċjali dwar l-awditu tal-prestazzjoni tal-Impriżi Konġunti.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

4.4.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Louis Aliot, Inés Ayala Sender, Dennis de Jong, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Dan Nica, Gilles Pargneaux, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marian-Jean Marinescu, Miroslav Poche

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Birgit Collin-Langen, Bodil Valero

(1)

  ĠU C 422, 17.12.2015, p. 25.

(2)

  ĠU C 422, 17.12.2015, p. 26.

(3)

  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

  ĠU L 30, 4.2.2008, p. 21.

(5)

  ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.

(6)

  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(7)

  ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.

(8)

  ĠU C 422, 17.12.2015, p. 25.

(9)

  ĠU C 422, 17.12.2015, p. 26.

(10)

  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(11)

  ĠU L 30, 4.2.2008, p. 21.

(12)

  ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.

(13)

  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(14)

  ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.

(15)

  Rapport tal-QEA

(16)

  Rapport tal-QEA

(17)

  Rapport ta' attività annwali tal-ENIAC -p. 17

(18)

  Rapport ta' attività annwali tal-ENIAC -p. 17

(19)

  Rapport ta' attività annwali tal-ENIAC -p. 17

Avviż legali - Politika tal-privatezza