Proċedura : 2015/2193(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0117/2016

Testi mressqa :

A8-0117/2016

Dibattiti :

PV 27/04/2016 - 17
CRE 27/04/2016 - 17

Votazzjonijiet :

PV 28/04/2016 - 4.39
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0175

RAPPORT     
PDF 686kWORD 111k
8.4.2016
PE 569.753v02-00 A8-0117/2016

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2193(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Derek Vaughan

 1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW


1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2193(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Istitut(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0091/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0117/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2193(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Istitut(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0091/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0117/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2193(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0117/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija ("l-Istitut") għas-sena finanzjarja 2014 kien jammonta għal EUR 233 115 437, li jirrappreżenta żieda ta' 65,54 % meta mqabbel ma' dak tal-2013; billi ż-żieda rriżultat prinċipalment miż-żieda fil-portafoll tiegħu u l-għadd ta' benefiċjarji, kif ukoll mill-bidla fir-regolament fundatur tal-Istitut,

B.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-kontribuzzjoni kumplessiva tal-Unjoni għall-baġit tal-Istitut għall-2014 ammontat għal EUR 169 807 303, li tirrappreżenta żieda ta' 81,69 % meta mqabbla ma' dik għall-2013;

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2014 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Istitut kienu affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi kienu legali u regolari;

Osservazzjonijiet

1.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-limitu ta' 25 % ġie rrispettat fin-nefqa globali għall-"Komunitajiet ta' Konoxxenza u Innovazzjoni" (KKI), benefiċjarji tal-għotjiet tal-Istitut matul l-ewwel ħames snin; jinnota, barra minn hekk, li l-Istitut kiseb ċertifikati ta' awditjar dwar l-ispejjeż tal-attivitajiet komplementari (KCA) tal-KKI mġarrba bejn l-2010 u l-2014; jieħu nota li wettaq rieżami tal-portafoll tal-KCAs sabiex jiġi żgurat li jkunu biss dawk l-attivitajiet li huma konformi mar-rekwiżiti legali u operattivi tal-KCAs, inkluż ir-rekwiżit li jkun hemm rabta mal-attivitajiet b'valur miżjud tal-KKI ffinanzjati mill-Istitut, li jiġu aċċettati;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju tal-Istitut tul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 94,13 %, li tfisser tnaqqis ta' 2,84 % meta mqabbla ma' dik tal-2013; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 92,79 %, li tfisser tnaqqis ta' 4,07 % meta mqabbla mal-2013;

3.  Jirrikonoxxi li l-Istitut kellu jaffaċċa inċertezzi rigward il-baġit annwali tiegħu tal-2014 minħabba n-negozjati li għaddejjin dwar il-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020 u Orizzont 2020 tul is-sena 2013; jinnota li l-Bord tat-Tmexxija tal-Istitut iddeċieda li jieħu approċċ prudenti fl-ippjanar tal-baġit billi alloka biss parti mill-baġit għall-ftehimiet ta' għotja tal-2014 bħala porzjon inizjali; jinnota, madankollu, li ammont kbir ta' approprjazzjonijiet ta' impenn baqgħu ma ntużawx; josserva li dan kien dovut għal talba baxxa għal għotjiet min-naħa tal-KKI, kif ukoll minħabba li l-għoti ta' ammonti ogħla kien ipoġġi f'riskju l-implimentazzjoni sħiħa tal-pjanijiet ta' direzzjoni tal-attivitajiet tal-KKI; jirrikonoxxi li l-attivitajiet operattivi tal-Istitut u tal-KKI huma ta' natura pluriennali, u li dan huwa rifless f'deroga li hi speċifika għall-Istitut li tippermetti li jerġgħu jiddaħħlu fil-baġit tiegħu fit-tliet snin suċċessivi kwalunkwe approprjazzjonijiet ikkanċellati;

4.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Istitut issopravaluta l-ħtiġijiet baġitarji tiegħu għall-2014 b'EUR 13 100 000 u li EUR 220 000 000 biss mill-EUR 233 100 000 disponibbli ġew impenjati; jinnota li din hija prinċipalment relatata ma' approprjazzzjonijiet mhux użati għal għotjiet (EUR 11 400 000) biex jiġu ffinanzjati l-attivitajiet tal-KKI; josserva li l-pjanijiet ta' direzzjoni tal-attivitajiet tal-KKI, li abbażi tagħhom ġew iffirmati ftehimiet ta' għotja, ma kinux jeħtieġu l-użu tal-approprjazzjonijiet totali disponibbli għall-Istitut fl-2014 u l-approprjazzjonijiet mhux użati se jerġgħu jiddaħħlu fil-baġits tal-Istitut għas-snin 2015-2017, kif stipulat fir-regolamenti finanzjarji tal-Istitut;

5.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li, filwaqt li l-KKI għandhom jiżviluppaw strateġiji għas-sostenibbiltà finanzjarja, sa issa, u fil-ħames sena ta' eżistenza tagħhom, huma jibqgħu kompletament dipendenti fuq finanzjament mill-Istitut u mis-sħab tal-KKI; jirrikonoxxi li, wara li l-Istitut adotta l-prinċipji dwar is-sostenibbiltà finanzjarja tal-KKI, il-KKI kollha ffissaw dan l-objettiv bħala wieħed mill-objettivi prijoritarji tagħhom u l-attivitajiet qed jiġu riveduti kif xieraq biex jinħoloq dħul minn attivitajiet, kif ukoll l-istabbiliment ta' diversi flussi ta' dħul; Jinnota li l-Bord tat-Tmexxija tal-Istitut adotta sett ta' prinċipji f'Marzu 2015 li fihom iddikjara li l-kontribuzzjoni massima tal-Istitut lil KKI individwali se titnaqqas minn massimu ta' 100 % wara 10 snin ta' deżinjazzjoni ta' KKI għal medja ta' 80 % fis-sena 11 u, wara dan, tnaqqis progressiv għal: 60 % fis-sena 12, 40 % fis-sena 13, 20 % fis-sena 14 u 10 % fis-sena 15; jinkoraġġixxi lill-Istitut jikkunsidra skeda aktar stretta għat-tnaqqis; jinnota, barra minn hekk, li l-Istitut se jkompli l-monitoraġġ tal-progress tal-KKI lejn is-sostenibbiltà finanzjarja u jieħu azzjonijiet korrettivi speċifiċi fejn dan ikun meħtieġ;

6.  josserva, barra minn hekk, li l-Istitut għamel reviżjoni tal-proċeduri, taċ-ċirkwiti u tal-mudelli interni tiegħu, bil-għan li jirrispetta totalment ir-regoli rispettivi fil-qasam tal-akkwist pubbliku, b'attenzjoni speċjali għall-ippjanar sod u għall-istima tal-bżonnijiet; jirrikonoxxi li fl-2015 l-Istitut irrekluta uffiċjal ieħor għall-akkwisti u wettaq sensiela ta' sessjonijiet ta' taħriġ dwar l-akkwist indirizzati lill-persunal tiegħu;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

7.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Istitut ilu mill-ħolqien tiegħu fl-2009 ibati minn tibdil frekwenti ta' persunal u nuqqas ta' stabbiltà fil-livell maniġerjali; josserva li f'Ġunju 2014, il-Bord tat-Tmexxija ddeċieda li jissekonda lid-Direttur tal-Istitut fuq missjoni ta' riċerka fit-tul fl-Istitut Universitarju Ewropew ta' Firenze għall-11-il xahar li kien għad fadal fil-mandat tiegħu; josserva li d-Direttur interim beda jaqdi dmirijietu f'Awwissu 2014, ftit wara r-reklutaġġ u l-ħatra tiegħu bħala Uffiċjal Kap Operattiv, u kien ir-raba' persuna li okkupat il-post ta' Direttur f'perjodu ta' sitt snin; jirrikonoxxi li l-avviż ta' pożizzjoni vakanti għar-reklutaġġ ta' Direttur ġdid ġie ppubblikat f'Lulju 2015; jinnota li l-Kummissjoni hija responsabbli għall-proċess ta' reklutaġġ; jitlob lill-Istitut jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-progress li jkun sar f'dan ir-rigward;

8.  Jirrikonoxxi l-azzjonijiet meħuda mill-Istitut bl-għan li tittaffa r-rata għolja ta' tibdil frekwenti tal-persunal, b'mod partikolari permezz tal-fatt li l-Istitut introduċa titjib fil-ġestjoni ta' karigi battala li kellhom jiġu implimentati skont il-pjan ta' azzjoni tagħha u li għaliha l-Istitut stabbilixxa sistema ta' valutazzjoni u ta' riklassifikazzjoni fil-ħarifa tal-2014 biex jipprovdi prospettiva professjonali aħjar għall-persunal u jsaħħaħ il-livell maniġerjali tan-nofs; jinnota, barra minn hekk, li l-Istitut irriveda u tejjeb l-politika ta' taħriġ tiegħu, kif ukoll li issa qed isiru intervisti ta' tmiem l-impjieg mal-membri kollha tal-persunal, fejn jiġu analizzati r-raġunijiet għat-tluq; jirrikonoxxi li, bħala riżultat tal-azzjonijiet implimentati, it-tibdil fil-persunal tal-Istitut niżel għal 12 % fl-2014 meta mqabbel ma' 20 sa 25 % fil-perjodu 2012-2013; jirrikonoxxi li f'Ġunju 2015 kien hemm biss seba' pożizzjonijiet vakanti mis-60 awtorizzati fl-Istitut u li kien maħsub li l-pożizzjonijiet vakanti li fadal jimtlew tul l-2015;

9.  Jifhem li waħda miż-żewġ karigi ta' Kapijiet ta' Unità li ssemmew fir-rapport tal-Qorti li ilhom vakanti mill-2013 imtelew f'Awwissu 2015 u li l-pożizzjoni l-oħra ġiet irreklamata u l-proċess tal-għażla għaddej bħalissa, u l-pożizzjoni vakanti mistennija timtela fl-ewwel nofs tal-2016; jikkonstata, mir-rapport tal-Qorti, li waħda mill-pożizzjonijiet okkupati ad interim mill-2013 'l hawn hi f'kontradizzjoni mar-Regolamenti tal-Persunal li jistipulaw perjodu massimu ta' sena; jirrikonoxxi li fl-2014 kariga waħda kienet okkupata mill-Uffiċjal Kap Operattiv li serva bħala Direttur temporanju fl-istess ħin u li għalhekk issodisfa tliet rwoli fl-istess ħin; jirrikonoxxi li sar progress fuq dawn il-kwistjonijiet u li l-pożizzjonijiet maniġerjali qegħdin jimtlew gradwalment; jistieden lill-Istitut jipproċedi b'mod ambizzjuż fl-isforz tiegħu biex itejjeb il-proċeduri ta' reklutaġġ tiegħu u biex jieħu aktar miżuri biex tiġi indirizzata l-instabbiltà fil-livell maniġerjali sabiex tiġi żgurata kontinwità operattiva aħjar; jistieden lill-Istitut jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-progress li sar fir-rigward tar-reklutaġġ;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

10.  Jilqa' l-adozzjoni, min-naħa tal-Bord tat-Tmexxija tal-Istitut, ta' reviżjoni komprensiva tal-Kodiċi ta' Kondotta Tajba applikabbli għall-membri tal-Bord tat-Tmexxija f'Ġunju 2015; jinnota li, skont il-Kodiċi ta' Kondotta l-ġdid, id-dikjarazzjonijiet ta' interessi annwali u dwar l-indipendenza tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija tal-Istitut ġew ippubblikati fuq is-sit web tiegħu; jirrikonoxxi il-pjan tal-Istitut li jippubblika fuq is-sit web tiegħu d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-maniġment superjuri bħala parti mir-reviżjoni tal-Kodiċi ta' Kondotta applikabbli għall-persunal tiegħu; jistieden lill-Istitut jipproċedi b'din l-azzjoni u jirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza ladarba tkun tlestiet;

Awditjar intern

11.  Jinnota li s-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu ta' segwitu fi Frar 2014 sabiex tiġi rieżaminata l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet li jirriżultaw mill-"analiżi limitata" li wettqet fl-2012; jinnota li l-IAS ħareġ rapport ta' segwitu finali f'Ġunju 2014, fejn irrikonoxxa l-progress li sar mill-Istitut, għalaq żewġ rakkomandazzjonijiet mis-sitta li kien hemm inizjalment u kklassifika waħda mill-ġdid minn "kritika" għal "importanti ħafna"; josserva li l-IAS qies għadd ta' azzjonijiet bħala miftuħin; jistieden lill-Istitut biex, bla dewmien, jitlestew l-azzjonijiet inkwistjoni u tiġi informata l-awtorità tal-kwittanza dwar l-eżitu tal-valutazzjoni tal-IAS li jmiss rigward l-implimentazzjoni ta' dawk ir-rakkomandazzjonijiet;

Kontrolli interni

12.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Istitut gradwalment tejjeb il-verifika finanzjarja tad-dikjarazzjoni ta' spejjeż tal-KKI; jinnota bi tħassib, madankollu, li l-verifika operattiva tar-riżultati mistennija waqgħet lura u li l-pjanijiet ta' direzzjoni tal-attivitajiet annwali tal-KKI għadhom jinkludu definizzjoni inadekwata tar-riżultati, kif ukoll nuqqas ta' rabta ċara bejn ir-riżultati tanġibbli ppjanati u l-ispiża eliġibbli għal kull sieħeb u l-kategorija ta' spejjeż; jinsab imħasseb dwar il-każijiet li ġew identifikati mill-Qorti fejn l-ammont sħiħ tal-għotja mill-Istitut tħallas anke jekk xi wħud mill-objettivi ssettjati fil-pjan ta' direzzjoni tal-attivitajiet ma nkisbux; jirrikonoxxi mill-Istitut li l-livell ta' dettall tekniku tal-valutazzjoni ex-ante dwar l-implimentazzjoni ta' attivitajiet tal-KKI tjieb b'mod sinifikanti meta mqabbel ma' dak tas-snin preċedenti u li issa hemm metodoloġija b'saħħitha biex tiġi vvalutata l-prestazzjoni tal-KKI fuq il-bażi tar-rapportar;

13.  Jirrikonoxxi li l-istandards ta' kontroll intern tal-Istitut ġew, fil-biċċa l-kbira, implimentati; jinnota, madankollu, li hemm bżonn ta' titjib ulterjuri f'ċerti oqsma bħalma huma l-ġestjoni ta' għotjiet, l-akkwisti u l-IT; jinnota li l-Istitut ipprepara reġistru komprensiv tar-rakkomandazzjonijiet ta' awditjar u ta' tip ieħor li jirrikjedu azzjoni ulterjuri; jistieden lill-Istitut jinforma l-awtorità ta' kwittanza dwar l-istatus ta' implimentazzjoni ta' dawn l-azzjonijiet;

14.  Jikkonstata li l-kapaċità ta' awditjar intern tal-Istitut (IAC) ħarġet 39 rakkomandazzjoni, inkluża waħda dwar il-politika tal-Istitut dwar il-kunflitti ta' interessi li ġiet kklassifikata bħala "kritika", kif ukoll 23 rakkomandazzjoni kklassifikati bħala "importanti ħafna" li jikkonċernaw il-ġestjoni ta' pożizzjonijiet vakanti, l-akkwist u l-ġestjoni ta' kunflitti ta' interessi u ta' karigi sensittivi; jinnota li l-Istitut aċċetta r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-kapaċità ta' awditjar intern u ħejja pjanijiet ta' azzjoni għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tagħhom;

Prestazzjoni

15.  Jinnota li, sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż u jiġu promossi l-aħjar prattiki fil-qasam tal-akkwist pubbliku, l-Istitut jipparteċipa f'għadd ta' proċeduri ta' akkwist interistituzzjonali tal-Kummissjoni; jinnota li l-Istitut u l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija ffirmaw Memorandum ta' Ftehim fl-2014 minħabba l-prossimità ġeografika tagħhom, bil-ħsieb li jikkondividu proċeduri konġunti ta' akkwist;

16.  Jinnota l-istrateġija ta' komunikazzjoni tal-Istitut, il-preżenza tiegħu fuq il-media soċjali u t-tixrid tal-attivitajiet tiegħu; jinnota, barra minn hekk, is-sit web il-ġdid tal-Istitut, dinamiku u interattiv, ġie mniedi fl-2014 u li għandu jżomm il-partijiet interessati esterni infurmati, iżid il-viżibbiltà u jilħaq iċ-ċittadini tal-Unjoni b'mod aktar effettiv;

17.  Jistieden lill-Istitut itejjeb il-proċeduri u l-prattiki tiegħu intiżi biex jissalvagwardjaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u jikkontribwixxi b'mod attiv għal proċess ta' kwittanza li jkun orjentat lejn ir-riżultati;

°

°  °

18.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' [xx xxxx 2016](13) [dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji].).

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI

FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

4.4.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Louis Aliot, Inés Ayala Sender, Dennis de Jong, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Dan Nica, Gilles Pargneaux, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marian-Jean Marinescu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Bodil Valero

(1)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 187.

(2)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 187.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1

(5)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(7)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 187.

(8)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 187.

(9)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(10)

ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1

(11)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(12)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(13)

Testi adottati ta' din id-data, P[8_TA(-PROV)(2016)0000].

Avviż legali - Politika tal-privatezza