RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji, ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 dwar l-abbuż tas-suq u r-Regolament (UE) Nru 909/2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli fir-rigward ta' ċerti dati
11.4.2016 - (COM(2016)0057 – C8-0027/2016 – 2016/0034(COD)) - ***I
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Markus Ferber
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji, ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 dwar l-abbuż tas-suq u r-Regolament (UE) Nru 909/2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli fir-rigward ta' ċerti dati
(COM(2016)0057 – C8-0027/2016 – 2016/0034(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0057),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0027/2016),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0125/2016),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW[1]*
għall-proposta tal-Kummissjoni
---------------------------------------------------------
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji, ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 dwar l-abbuż tas-suq u r-Regolament (UE) Nru 909/2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli fir-rigward ta' ċerti dati
(Test b'relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew[2],
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[3],
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[4] u d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[5] huma biċċiet ewlenin tal-leġiżlazzjoni finanzjarja adottata wara l-kriżi finanzjarja fir-rigward tas-swieq tat-titoli, l-intemedjarji tal-investiment u ċ-ċentri tan-negozjar. Il-qafas il-ġdid isaħħaħ u jissostitwixxi d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[6].
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 u d-Direttiva 2014/65/UE jistabbilixxu rekwiżiti fir-rigward tal-awtorizzazzjoni u t-tħaddim ta' ditti ta' investiment, swieq regolati u fornituri ta' servizzi ta' rappurtar tad-dejta. Huwa jarmonizza s-sistema ta' limiti ta' pożizzjoni għal derivattivi ta' komodità biex titjieb it-trasparenza, jingħata sostenn għall-ipprezzar ordinat u jiġi evitat l-abbuż tas-suq. Huwa jintroduċi wkoll regoli dwar il-kummerċ ta' frekwenza għolja u jtejjeb is-superviżjoni tas-swieq finanzjarji bl-armonizzazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi. Filwaqt li jibni fuq ir-regoli diġà fis-seħħ, il-qafas il-ġdid isaħħaħ ukoll il-protezzjoni tal-investituri billi jintroduċi rekwiżiti robusti organizzattivi u ta' imġiba. Ir-regoli l-ġodda għandhom jibdew japplikaw mit-3 ta' Jannar 2017.
(3) Il-qafas il-ġdid introdott bir-Regolament (UE) Nru 600/2014 u d-Direttiva 2014/65/UE jobbliga liċ-ċentri tan-negozjar u lill-internalizzaturi sistematiċi jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti dejta ta' referenza tal-istrumenti finanzjarji li tiddeskrivi b'mod uniformi l-karatteristiċi ta' kull strument finanzjarju soġġett għal dik id-Direttiva. Din id-dejta hija użata wkoll għal skopijiet oħra, pereżempju għall-kalkolu tal-livelli ta' trasparenza u likwidità kif ukoll għar-rappurtar tal-pożizzjoni ta' derivattivi ta' komodità.
(4) Sabiex tinġabar id-dejta b'mod effiċjenti u armonizzat, qiegħda tiġi żviluppata infrastruttura ġdida ta' ġbir ta' dejta. Għal dan il-għan, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ("ESMA"), flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, huma obbligati li jistabbilixxu Sistema ta' Dejta ta' Referenza tal-Istrumenti Finanzjarji ("FIRDS"). Din se tkopri firxa wiesgħa ta' strumenti finanzjarji li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u se tgħaqqad id-dejta li tkun ġejja mill-ESMA, mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ("NCAs") u miċ-ċentri tan-negozjar madwar l-Unjoni. Il-maġġoranza l-kbira tas-sistemi tal-IT ġodda li jirfdu lill-FIRDS ikunu jridu jiġu kostruwiti mill-bidu nett, abbażi ta' parametri ġodda.
(5) Minħabba l-kumplessità tal-qafas il-ġdid u l-ħtieġa ta' għadd kbir ħafna ta' atti delegati u ta' implimentazzjoni, id-data tal-applikabilità tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 ġiet posposta bi 30 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ. Minkejja dan il-perjodu twil aktar mis-soltu, il-partijiet interessati, bħal ma huma l-pjattaformi ta' negozjar, l-NCAs u l-ESMA, mhumiex f'pożizzjoni li jiżguraw li l-infrastrutturi meħtieġa tad-dejta jkunu f'posthom u operattivi sat-3 ta' Jannar 2017. Dan huwa minħabba d-daqs u l-kumplessità tad-dejta li hemm il-ħtieġa li tinġabar u tiġi pproċessata sabiex il-qafas il-ġdid isir operattiv, b'mod partikolari għar-rappurtar tat-tranżazzjonijiet, il-kalkolu tat-trasparenza u r-rappurtar ta' pożizzjoni f'derivattivi ta' komodità.
(6) In-nuqqas tal-infrastrutturi ta' ġbir ta' dejta għandu implikazzjonijiet fuq l-ambitu sħiħ tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u d-Direttiva 2014/65/UE. Mingħajr dejta mhux se jkun fattibbli li tiġi stabbilita delineazzjoni preċiża tal-istrumenti finanzjarji li jaqgħu taħt l-ambitu tal-qafas il-ġdid. Barra minn hekk, mhux se jkun possibbli li jiġu adattati r-regoli ta' trasparenza qabel u wara n-negozju, sabiex jiġi ddeterminat liema strumenti huma likwidi u meta għandhom jingħataw konċessjonijiet għal eżenzjonijiet jew pubblikazzjoni differita.
(7) Fin-nuqqas ta' dejta, iċ-ċentri tan-negozjar u d-ditti tal-investiment mhux se jkunu jistgħu jirrapportaw tranżazzjonijiet eżegwiti lill-awtoritajiet kompetenti. Fin-nuqqas ta' rappurtar tal-pożizzjonijiet għal derivati ta' komodità se jkun diffiċli biex jiġu infurzati limiti ta' pożizzjoni fuq tali kuntratti. Jekk ma jkun hemm l-ebda rappurtar tal-pożizzjoni, ikun hemm kapaċità limitata biex effettivament jiġu identifikati ksur tal-limiti tal-pożizzjoni. Pereżempju, bosta mir-rekwiżiti fir-rigward tan-negozjar algoritmiku huma wkoll dipendenti fuq id-dejta.
(8) In-nuqqas ta' infrastrutturi ta' ġbir ta' dejta jagħmilha wkoll diffiċli ggħad-ditti tal-investiment li japplikaw regoli tal-aħjar eżekuzzjoni. Iċ-ċentri tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi ma jkunux jistgħu jippubblikaw dejta marbuta mal-kwalità tal-eżekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet f'dawk il-postijiet. Id-ditti tal-investiment ma jiġux ipprovduti b'dejta importanti ta' eżekuzzjoni li tgħinhom jiddeterminaw l-aħjar mod biex jeżegwixxu l-ordnijiet tal-klijenti.
(9) Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza ġuridika u jiġi evitat tfixkil potenzjali tas-suq, huwa meħtieġ u ġġustifikat li tittieħed azzjoni urġenti biex il-bidu tal-applikazzjoni tal-qafas kollu kemm hu jiġi pospost, inklużi l-atti delegati u ta' implimentazzjoni kollha.
(10) Il-proċess ta' implimentazzjoni għad-dejta tal-infrastruttura jinvolvi ħames stadji: rekwiżiti tan-negozju, speċifikazzjonijiet, żvilupp, ittestjar u bidu tal-użu. L-ESMA tqis li dawn il-passi għandhom ikunu lesti sa Jannar 2018 sakemm ikun hemm ċertezza legali dwar ir-rekwiżiti finali skont l-istandards tekniċi regolatorji rilevanti sa mhux aktar tard minn Ġunju 2016.
(11) Fid-dawl taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali u sabiex l-ESMA, l-NCAs u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jtemmu l-implimentazzjoni operattiva, huwa xieraq li tiġi posposta d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 bi 12-il xahar sat-3 ta' Jannar 2018. Ir-rapporti u l-analiżi għandhom jiġu diferiti skont dan.
(11a) Id-ditti tal-investiment sikwit iwettqu, fuq inizjattiva tagħhom stess jew f'isem il-klijenti tagħhom, tranżazzjonijiet f'derivattivi u strumenti finanzjarji jew assi oħra li jinkludu għadd ta' tranżazzjonijiet interkonnessi u kontinġenti. Dawn it-"tranżazzjonijiet f'pakkett" jippermettu lid-ditti tal-investiment u l-klijenti tagħhom jimmaniġġjaw aħjar ir-riskji tagħhom, peress li l-prezz ta' kull komponent tat-"tranżazzjoni f'pakkett" jirrifletti l-profil tar-riskju kumplessiv tal-pakkett minflok il-prezz tas-suq prevalenti ta' kull komponent. Tranżazzjonijiet f'pakkett jistgħu jieħdu diversi forom, bħal operazzjonijiet ta' skambju ma' komoditajiet ("exchange for physicals" – EFP), strateġiji tan-negozjar eżegwiti f'ċentri tan-negozjar, jew tranżazzjonijiet f'pakkett personalizzati, u huwa importanti li dawn il-karatteristiċi jitqiesu fil-kalibrazzjoni tar-reġim ta' trasparenza applikabbli. Għaldaqstant huwa xieraq li, għall-finijiet tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, jiġu speċifikati ċ-ċirkustanzi speċifiċi meta t-trasparenza ta' qabel in-negozjar m'għandhiex tapplika għat-tranżazzjonijiet f'pakkett, u lanqas għal xi komponent individwali ta' dawn it-tranżazzjonijiet.
(12) Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[7] jirreferi għad-data tal-applikazjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u d-Direttiva 2014/65/UE. Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi fir-Regolament (UE) Nru 596/2014 għal faċilitajiet organizzati tan-negozjar, swieq ta' tkabbir tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju ("SME"), kwoti tal-emissjonijiet jew prodotti rkantati bbażati fuqhom ma jkunux japplikaw sad-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u d-Direttiva 2014/65/UE, l-Artikolu 39(4) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014, li jiddikjara li r-referenzi għalihom għandhom jinqraw bħala referenzi għad-Direttiva 2004/39/KE, għandu jiġu aġġustat billi jiġi kkunsidrat il-posponiment tad-data tal-applikazzjoni ta' dawk l-atti.
(13) Is-saldu ta' tranżazzjonijiet tat-titoli huwa marbut mill-qrib man-negozjar tat-titoli. Bħala tali, ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[8] jirreferi għad-data tal-applikazjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u d-Direttiva 2014/65/UE. Qabel dik id-data, ir-referenzi għal dawn iż-żewġ atti għandhom jinqraw bħala referenzi għad-Direttiva 2004/39/KE. Ir-Regolament (UE) 909/2014 ikompli joħloq sistema ta' tranżizzjoni għall-applikazzjoni tar-regoli dwar id-dixxiplina tas-saldu għal faċilitajiet multilaterali tan-negozjar ("MTFs") li japplikaw għar-reġistrazzjoni bħala swieq ta' tkabbir tal-SMEs skont id-Direttiva 2014/65/UE.
(14) Sabiex jiġi żgurat li d-Direttiva 2004/39/KE tiġi msemmija fir-Regolament (UE) Nru 909/2014 sad-data l-ġdida ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u d-Direttiva 2014/65/UE, u li d-dispożizzjonijiet tranżitorji għall-MTFs li japplikaw għar-reġistrazzjoni bħala swieq ta' tkabbir tal-SMEs skont ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 jinżammu sabiex ikun hemm biżżejjed żmien biex l-MTFs japplikaw għal din ir-reġistrazzjoni skont id-Direttiva 2014/65/UE, ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 għandu jiġi emendat.
(15) Għaldaqstant, ir-Regolamenti (KE) Nru 600/2014, (UE) Nru 596/2014 u (UE) Nru 909/2014 għandhom jiġu emendati kif xieraq,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 huwa emendat kif ġej:
(-1) Fl-Artikolu 1 jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
"6a. It-Titolu II u t-Titolu III m'għandhomx japplikaw għat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli kif definiti fl-Artikolu 3(11) tar-Regolament (UE) Nru 2015/2365."
(-1a) Fl-Artikolu 2(1), jiddaħħlu l-punti li ġejjin:
"(28a) 'tranżazzjoni ta' finanzjament tat-titoli' jew 'SFT' tfisser tranżazzjoni ta' finanzjament tat-titoli kif definita fl-Artikolu 3(11) tar-Regolament (UE) Nru 2015/2365;"
"(48) 'skambju ma' komodità' jew 'EFP' tfisser tranżazzjoni f'kuntratt tad-derivattivi jew strument finanzjarju ieħor li tiddependi fuq l-eżekuzzjoni simultanja ta' kwantità ekwivalenti ta' assi fiżiku sottostanti;
(49) 'tranżazzjoni f'pakkett' tfisser:
(a) EFP; jew
(b) tranżazzjoni li tinvolvi l-eżekuzzjoni ta' żewġ tranżazzjonijiet komponenti fi strumenti finanzjarji jew aktar u li tissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:
(i) it-tranżazzjoni titwettaq bejn żewġ kontopartijiet jew aktar;
(ii) kull komponent tat-tranżazzjoni jġorr riskju ekonomiku jew finanzjarju sinifikattiv b'rabta mal-komponenti l-oħra kollha;
(iii) l-eżekuzzjoni ta' kull komponent tkun simultanja u kontinġenti fuq l-eżekuzzjoni tal-komponenti l-oħra kollha.";
(1) Fl-Artikolu 4(7), "it-3 ta' Jannar 2017" tiġi ssostitwita b' "it-3 ta' Jannar 2018"; u "it-3 ta' Jannar 2019" tiġi ssostitwita b' "it-3 ta' Jannar 2020".
(2) Fl-Artikolu 5(8), "it-3 ta' Jannar 2016" tiġi ssostitwita b' "it-3 ta' Jannar 2017";
(2a) L-Artikolu 9(1) jiġi emendat kif ġej:
(a) jiżdied il-punt li ġej:
"(d) tranżazzjoni f'pakkett li tissodisfa wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:
(i) mill-inqas wieħed mill-komponenti tiegħu jkun strument finanzjarju li għalih ma jkunx hemm suq likwidu, jew ikun EFP;
(ii) mill-inqas wieħed mill-komponenti tiegħu jkun ta' daqs kbir meta mqabbel mad-daqs normali tas-suq;
(iii) mill-inqas wieħed mill-komponenti tiegħu jkun eżegwit abbażi ta' talba għal kwotazzjoni jew sistema ta' negozjar bil-fomm u dak il-komponent ikun akbar mid-daqs speċifiku tal-istrument";
(b) għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
"Meta tranżazzjoni f'pakkett tissodisfa kwalunkwe wieħed mill-kriterji stabbiliti fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti għandha tkun f'pożizzjoni li tagħmel eżenzjoni mill-obbligu msemmi fl-Artikolu 8(1) għal kull komponent individwali tal-pakkett.";
(2b) L-Artikolu 18 jiġi emendat kif ġej:
(a) jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
"2a. B'rabta ma' tranżazzjoni f'pakkett fejn wieħed jew aktar mill-komponenti tat-tranżazzjoni jinkludu strumenti finanzjarji li ma jkollhomx suq likwidu, l-internalizzaturi sistematiċi għandhom jiddivulgaw kwotazzjonijiet lill-klijenti tagħhom fuq talba jekk jaqblu li jipprovdu kwotazzjoni. Tista' ssir eżenzjoni min dan l-obbligu jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 9(1).";
(b) fl-aħħar tal-paragrafu 5 tiżdied is-sentenza li ġejja:
"Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2a, meta internalizzatur sistematiku jaqbel li jipprovdi kwotazzjoni skont il-paragrafu 1 għal tranżazzjoni f'pakkett, l-obbligu ta' dan il-paragrafu għandu jgħodd biss għall-pakkett kollu u mhux għal xi element tal-pakkett b'mod separat.".
(3) Fl-Artikolu 19(1), "it-3 ta' Jannar 2019" tiġi ssostitwita b' "it-3 ta' Jannar 2020";
(4) Fl-Artikolu 26(10), "it-3 ta' Jannar 2019" tiġi ssostitwita b' "it-3 ta' Jannar 2020";
(5) L-Artikolu 35(5) huwa emendat kif ġej:
(a) "it-3 ta' Jannar 2017" tiġi ssostitwita b' "it-3 ta' Jannar 2018".
(b) "it-3 ta' Lulju 2019" tiġi ssostitwita b' "it-3 ta' Lulju 2020".
(6) Fl-Artikolu 37(2), "it-3 ta' Jannar 2017" tiġi ssostitwita b' "it-3 ta' Jannar 2018";
(7) L-Artikolu 52 huwa emendat kif ġej:
(a) fil-paragrafu 1, "it-3 ta' Marzu 2019" tiġi ssostitwita b' "it-3 ta' Marzu 2020";
(b) fil-paragrafu 4, "it-3 ta' Marzu 2019" tiġi ssostitwita b' "it-3 ta' Marzu 2020";
(c) fil-paragrafu 5, "it-3 ta' Marzu 2019" tiġi ssostitwita b' "it-3 ta' Marzu 2020";
(d) fil-paragrafu 6, "it-3 ta' Marzu 2019" tiġi ssostitwita b' "it-3 ta' Marzu 2020";
(e) fil-paragrafu 7, "it-3 ta' Lulju 2019" tiġi ssostitwita b' "it-3 ta' Lulju 2020";
(f) fil-paragrafu 8, "it-3 ta' Lulju 2019" tiġi ssostitwita bi "it-3 ta' Lulju 2020";
(g) fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 9, "it-3 ta' Lulju 2019" tiġi ssostitwita b' "it-3 ta' Lulju 2020";
(h) fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 9, "it-3 ta' Lulju 2021" tiġi ssostitwita b' "it-3 ta' Lulju 2022";
(i) fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 10, "it-3 ta' Lulju 2019" tiġi ssostitwita b' "it-3 ta' Lulju 2020";
(j) fil-paragrafu 11, "it-3 ta' Lulju 2019" tiġi ssostitwita b' "it-3 ta' Lulju 2020";
(k) fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 12, "it-3 ta' Jannar 2017" tiġi ssostitwita b' "it-3 ta' Jannar 2018";
(8) Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(2) "it-3 ta' Lulju 2019" tiġi ssostitwita b' "it-3 ta' Lulju 2020";
(9) L-Artikolu 55 jiġi emendat kif ġej:
(a) it-tieni paragrafu huwa ssostitwit b'dan li ġej:
Dan ir-Regolament japplika mit-3 ta' Jannar 2018.
(b) ir-raba' paragrafu huwa ssostitwit b'dan li ġej:
"Minkejja t-tieni paragrafu, l-Artikolu 37(1), (2) u (3) japplikaw mit-3 ta' Jannar 2020".
Artikolu 2
Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 39(4) "it-3 ta' Jannar 2017" tiġi ssostitwita b' "it-3 ta' Jannar 2018";
(2) Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 39(4) "it-3 ta' Jannar 2017" tiġi ssostitwita b' "it-3 ta' Jannar 2018";
Artikolu 3
Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) Fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 76(5) "it-13 ta' Ġunju 2017" tiġi ssostitwita b' "it-13 ta' Ġunju 2018";
(2) Fl-Artikolu 76(7), "it-3 ta' Jannar 2017" tiġi ssostitwita b' "it-3 ta' Jannar 2018";
Artikolu 4
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Proposta għal regolament li jemenda r-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji, ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 dwar l-abbuż tas-suq u r-Regolament (UE) Nru 909/2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli fir-rigward ta’ ċerti dati |
||||
Referenzi |
COM(2016)0057 – C8-0027/2016 – 2016/0034(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
9.2.2016 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 25.2.2016 |
|
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
DEVE 25.2.2016 |
ITRE 25.2.2016 |
JURI 25.2.2016 |
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
DEVE 16.3.2016 |
ITRE 23.2.2016 |
JURI 15.3.2016 |
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Markus Ferber 4.2.2016 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
22.2.2016 |
7.4.2016 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
7.4.2016 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
39 2 6 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Gerolf Annemans, Burkhard Balz, Hugues Bayet, Pervenche Berès, Esther de Lange, Markus Ferber, Jonás Fernández, Sven Giegold, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Othmar Karas, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Werner Langen, Sander Loones, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Fulvio Martusciello, Marisa Matias, Costas Mavrides, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Dimitrios Papadimoulis, Sirpa Pietikäinen, Pirkko Ruohonen-Lerner, Alfred Sant, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Ramon Tremosa i Balcells, Tom Vandenkendelaere, Cora van Nieuwenhuizen, Steven Woolfe, Pablo Zalba Bidegain, Marco Zanni |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Matt Carthy, Mady Delvaux, Marian Harkin, Ramón Jáuregui Atondo, Thomas Mann, Tibor Szanyi, Antonio Tajani, Romana Tomc, Nils Torvalds, Miguel Urbán Crespo, Beatrix von Storch |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Krzysztof Hetman |
||||
Data tat-tressiq |
11.4.2016 |
||||
- [1] * Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
- [2] ĠU C , , p. .
- [3] ĠU C , , p. .
- [4] Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349)
- [5] Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).
- [6] Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).
- [7] Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).
- [8] Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1).