Proċedura : 2014/0187(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0129/2016

Testi mressqa :

A8-0129/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 28/04/2016 - 4.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0139

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 575kWORD 78k
11.4.2016
PE 576.984v02-00 A8-0129/2016

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni, bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u l-Gvern tal-Istat tal-Iżrael min-naħa l-oħra, sabiex tittieħed inkonsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

(12265/2014 – C8-0102/2015 – 2014/0187(NLE))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Francisco Assis

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni, bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u l-Gvern tal-Istat tal-Iżrael min-naħa l-oħra, sabiex tittieħed inkonsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

(12265/2014 – C8-0102/2015 – 2014/0187(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12265/2014),

–  wara li kkunsidra l-Protokoll (12264/2014),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2) kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0102/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet paragrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0129/2016),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;

2.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istat tal-Iżrael.

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Introduzzjoni

Il-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni, bejn l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha u l-Istat tal-Iżrael ġie nnegozjat abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill adottata f'April 2008 li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati. Il-Ftehim ġie ffirmat fl-10 ta' Ġunju 2013(1).

Il-Ftehim mal-Iżrael, sieħeb ewlieni tal-avjazzjoni fir-reġjun tal-Mediterran, huwa kisba importanti fil-proċess tal-istabbiliment ta' Spazju Komuni għall-Avjazzjoni bejn l-UE u l-ġirien tan-Nofsinhar u tal-Lvant tagħha. Huwa jifforma parti mill-qafas ta' politika esterna tal-avjazzjoni tal-Unjoni stabbilit mill-Kummissjoni.

Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

Skont l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja(2), il-Kroazja se taderixxi mal-ftehimiet konklużi jew iffirmati qabel l-adeżjoni tal-Kroazja mill-Istati Membri tal-UE u l-Unjoni ma' pajjiż terz wieħed jew aktar permezz ta' protokoll għal dawk il-ftehimiet.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 13351/12 tal-14 ta' Settembru 2012 awtorizzat lill-Kummissjoni biex tinnegozja protokolli li jemendaw ftehimiet iffirmati jew konklużi bejn l-UE, jew l-UE u l-Istati Membri tagħha, u pajjiżi terzi, fid-dawl tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-UE.

Fl-1 ta' Lulju 2013, ir-Repubblika tal-Kroazja aderixxiet mal-UE u saret it-28 Stat Membru tagħha.

Il-Protokoll sabiex titqies l-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Kroazja ġie nnegozjat bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Iżraeljani.

Dispożizzjonijiet ewlenin tal-Protokoll

L-għan tal-Protokoll huwa li jippermetti lir-Repubblika tal-Kroazja ssir Parti għall-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha u l-Istat tal-Iżrael (l-Artikolu 1) u jipprevedi l-addattamenti lingwistiċi meħtieġa li jirriżultaw (Artikolu 2). Il-Protokoll ma jintroduċi l-ebda tibdil fis-sustanza tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni.

Proċedura

Il-Protokoll ġie ffirmat fid-19 ta' Frar 2015. Sabiex jiġi konkluż il-Protokoll, il-Kunsill għandu bżonn l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew. Skont it-termini tal-Artikoli 99 u 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, il-Parlament għandu jieħu deċiżjoni permezz ta' votazzjoni unika, u ma għandha titressaq l-ebda emenda għall-ftehim innifsu. Huma ammissibbli biss emendi li jkollhom l-għan li jirrinversaw ir-rakkomandazzjoni kif proposta mir-rapporteur.

Abbażi ta' dan kollu li ssemma hawn fuq, ir-Rapporteur jissuġġerrixxi li l-Kumitat TRAN għandu jagħti opinjoni favorevoli dwar il-konklużjoni ta' dan il-Protokoll.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

7.4.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

46

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Marie-Christine Arnautu, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Andor Deli, Karima Delli, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Tania González Peñas, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Cláudia Monteiro de Aguiar, Jens Nilsson, Markus Pieper, Salvatore Domenico Pogliese, Gabriele Preuß, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, David-Maria Sassoli, Claudia Tapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, István Ujhelyi, Peter van Dalen, Wim van de Camp, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ivo Belet, Kateřina Konečná, Werner Kuhn, Massimo Paolucci, Marek Plura, Herbert Reul

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Edward Czesak, Sven Schulze, Marc Tarabella, Isabelle Thomas

(1)

It-test tal-Ftehim huwa ppubblikat fil-ĠU L 208, 2.8.2013, p.3.

(2)

ĠU L 112, 24.04.2012, p.21.

Avviż legali - Politika tal-privatezza