Proċedura : 2016/2019(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0131/2016

Testi mressqa :

A8-0131/2016

Dibattiti :

PV 13/04/2016 - 23
CRE 13/04/2016 - 23

Votazzjonijiet :

PV 14/04/2016 - 7.8
CRE 14/04/2016 - 7.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0132

RAPPORT     
PDF 1485kWORD 771k
11.4.2016
PE 577.035v02-00 A8-0131/2016

dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2017

(2016/2019(BUD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Indrek Tarand

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2017

(2016/2019(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Ottubru 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ġenerali tal-baġit għall-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2015 dwar l-abbozz konġunt ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fil-qafas tal-proċedura baġitarja(6),

–  wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali lill-Bureau dwar it-tħejjija tal-abbozz preliminari tal-estimi tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-estimi mħejji mill-Bureau fil-11 ta' April 2014 skont l-Artikoli 25(7) u 96(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament,

–  wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-estimi mħejji mill-Kumitat għall-Baġits skont l-Artikolu 96(2) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 96 u 97 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0131/2016),

A.  billi din il-proċedura hija t-tieni proċedura baġitarja sħiħa mwettqa fil-leġiżlatura l-ġdida u billi din hija r-raba' sena tal-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020;

B.  billi l-baġit 2017, kif propost fir-rapport tas-Segretarju Ġenerali, se jkun ikkaratterizzat minn kontinwazzjoni u intensifikazzjoni tal-politika tal-istituzzjoni intiża li ttejjeb l-effiċjenza fl-oqsma kollha fejn dan huwa possibbli mingħajr ma tiġi kompromessa l-kwalità tal-ambjent tax-xogħol tal-Membri u tal-persunal;

C.   billi ġew proposti erba' objettivi prijoritarji mis-Segretarju Ġenerali għall-baġit 2017, jiġifieri: is-sigurtà u s-sigurtà ċibernetika, l-eliminazzjoni gradwali tad-deroga għall-Irlandiż, miżuri attwali intiżi sabiex il-Membri jingħataw mezzi aqwa fl-eżerċizzju tal-mandat tagħhom u Parlament aktar attraenti għall-pubbliku u l-viżitaturi;

D.   billi, fil-kuntest politiku u tas-sigurtà attwali li jirriżulta mill-attakki terroristiċi fl-Ewropa, il-proċedura baġitarja għall-2017 għandha twassal għal żieda fis-sigurtà u ċ-ċibersigurtà tal-Parlament;

E.   billi s-Segretarju Ġenerali ppropona baġit ta' EUR 1 910 073 000 għall-abbozz preliminari tal-estimi tal-Parlament għall-2017, li jirrappreżenta żieda globali ta' 3,9 % fuq il-baġit 2016, li minnhom 1,7 % huma kkunsidrati bħala nfiq ordinarju, u li jkun jikkostitwixxi 19,26 % tal-Intestatura V tal-QFP 2014-2020;

F.  billi bejn l-2017 u l-2022 id-deroga li d-dokumenti uffiċjali kollha ma jiġux tradotti għall-Irlandiż se titneħħa gradwalment, u dan ifisser li d-dokumenti uffiċjali kollha jiġu tradotti għall-Irlandiż ukoll; billi qed jiġi propost infiq straordinarju addizzjonali ta' EUR 3,7 miljun biex jiġi ssodisfat dan ir-rekwiżit lingwistiku ġdid, li jikkorrispondi għal 0,2 % taż-żieda ġenerali;

G.  billi huma meħtieġa investimenti straordinarji addizzjonali ta' EUR 47,6 miljun biex jissaħħu s-sigurtà u ċ-ċibersigurtà, liema investimenti jikkorrispondu għal 2,6% taż-żieda ġenerali;

H.  billi r-rati tal-inflazzjoni naqsu b'mod kostanti mill-2011; billi r-rata ta' inflazzjoni reali fil-postijiet tax-xogħol tal-Parlament fl-2015 u fl-2016 kienet anqas mir-rata attwali ta' żieda fil-baġit tiegħu;

I.  billi kważi 60 % tal-baġit jikkostitwixxi nfiq marbut bl-indiċi, li fil-biċċa l-kbira tiegħu huwa relatat mar-remunerazzjonijiet għall-Membri u l-persunal, aġġustati skont ir-Regolamenti tal-Persunal, u obbligi kuntrattwali, li jikkorrispondu għal indiċizzazzjoni speċifika skont is-settur li ġeneralment tkun ogħla mir-rata tal-inflazzjoni standard;

J.   billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2016(7), il-Parlament saħaq li l-baġit 2016 għandu jiġi stabbilit fuq bażi realistika u għandu jkun konformi mal-prinċipji ta' dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja tajba;

K.   billi l-kredibilità tal-Parlament bħala fergħa waħda tal-awtorità baġitarja tiddependi fil-biċċa l-kbira mill-kapaċità tiegħu li jżomm l-infiq tiegħu stess taħt kontroll;

L.   billi fis-26 ta' Ottubru 2015, il-Bureau adotta sett ġdid ta' regoli għall-ġestjoni tal-allowances għall-assistenza parlamentari, b'mod li saħħaħ ir-rekwiżiti għar-rimborż tal-kuntratti tal-assistenti lokali, speċifikament permezz tal-allokazzjoni ta' mill-anqas 25 % tal-allowance għall-assistenza parlamentari biex tkopri nfiq fuq assistenti akkreditati;

Il-qafas ġenerali

1.  Jenfasizza li s-sehem tal-baġit tal-Parlament fl-2017 għandu jinżamm taħt 20 % tal-intestatura V; jinnota li l-livell tal-abbozz preliminari tal-estimi għall-2017, kif adottat mill-Bureau fis-7 ta' Marzu 2016, jikkorrispondi għal 19,26 %, li huwa anqas minn dak li ntlaħaq fl-2016 (19,39 %) u t-tieni l-anqas parti mill-intestatura V f'dawn l-aħħar tmien snin; ikompli jnaqqas is-sehem tiegħu mill-intestatura V għal 19,17 % għall-2017;

2.  Iqis, madankollu, li, meta jitqies it-tnaqqis ekonomiku esperjenzat mill-Istati Membri, il-livell previst ta' inflazzjoni għall-2017 m'għandux jitqies bħala l-parametru referenzjarju ewlieni għaż-żidiet fl-infiq ordinarju;

3.  Jikkonferma li kien hemm talba għal infiq straordinarju, li jirrappreżenta żieda ta' 0,2 % fuq il-baġit 2016, biex jitneħħew gradwalment il-miżuri ta' deroga temporanji għall-użu tal-lingwa Irlandiża li kienu stabbiliti bir-Regolament Nru 1 tal-15 ta' April 1958(8) u għal żieda ta' 2,6 % fuq il-baġit 2016 għall-ħtiġijiet addizzjonali tas-sigurtà u ċ-ċibersigurtà;

4.   Josserva t-talba għal żieda ta' 2,6% fl-oqsma tas-sigurtà u ċ-ċibersigurtà, li twassal biex ir-riżorsi allokati fl-2016 ikunu aktar mid-doppju; iħeġġeġ lis-Segretarju Ġenerali jipprovdi lill-Kumitat għall-Baġits informazzjoni dettaljata b'mod trasparenti rigward il-miżuri attwali u futuri fl-oqsma tas-sigurtà u ċ-ċibersigurtà u l-mod kif inhuma mqassma l-ispejjeż tagħhom;

5.  Japprova l-pakkett ta' nfiq straordinarju għal investimenti fis-sigurtà fl-2017, wara l-analiżi ppreżentata lill-Bureau fi Frar 2016 u ssupplimentata mill-analiżi li saret wara l-avvenimenti tat-22 ta' Marzu 2016 (EUR 47,6 miljun), u l-pakkett ta' nfiq straordinarju marbut mat-tneħħija gradwali tad-deroga temporanja għall-użu tal-lingwa Irlandiża (EUR 3,7 miljun);

6.  Jillimita ż-żieda fl-infiq ordinarju tiegħu għall-2017, mingħajr iż-żewġ pakketti straordinarji, għal 1,4 % meta mqabbel mal-baġit 2016;

7.  Jiffissa l-livell ġenerali tal-estimi tiegħu għall-2017 għal EUR 1 900 873 000, ammont li jikkorrispondi għal żieda ta' 3,4 % meta mqabbel mal-baġit 2016;

8.  Jissottolinja li l-Parlament għandu jingħata r-riżorsi suffiċjenti meħtieġa biex jikkonforma mal-funzjoni ewlenija tiegħu bħala korp leġiżlattiv u awtorità baġitarja; jenfasizza li fil-kuntest ekonomiku attwali, dawk ir-riżorsi għandhom jiġu ġestiti b'rigorożità, prammatiżmu u effiċjenza; jindika li filwaqt li l-iżgurar ta' livell adegwat ta' finanzjament għall-Parlament huwa xieraq għall-eżerċizzju tad-demokrazija Ewropea, l-isforzi biex ikun hemm iffrankar u l-impenn biex tkompli tissaħħaħ l-effiċjenza fl-użu tal-flus pubbliċi huma mħeġġa bil-qawwa;

9.  Jenfasizza li l-ikbar parti mill-baġit tal-Parlament u l-indiċizzazzjoni annwali tiegħu huma stabbiliti permezz ta' obbligi statutorji jew kuntrattwali, li ma jistgħux jiġu influwenzati mill-Parlament fil-proċedura baġitarja;

Trasparenza, aċċessibilità u leġġibilità

10.  Jistieden lis-Segretarju Ġenerali jressaq proposta sabiex il-baġit jiġi ppreżentat lill-pubbliku ġenerali b'ammont xieraq ta' dettall u b'mod li jinftiehem u jkun faċli għall-utent fuq is-sit web tal-Parlament ħalli ċ-ċittadini kollha jkunu jistgħu jiżviluppaw fehim aħjar tal-attivitajiet, il-prijoritajiet u x-xejriet korrispondenti ta' nfiq tal-Parlament; iqis li l-ewwel pass jista' jkun li l-grafika ta' informazzjoni attwalment disponibbli fl-intranet tibda tidher fuq is-sit web tal-Parlament;

11.  Iqis li, bħal fil-każ tal-proċess baġitarju, kwalunkwe informazzjoni rilevanti għandha tiġi ppreżentata lill-Membri tal-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits f'kull stadju tal-proċedura b'mod f'waqtu u li jinftiehem u fil-livell meħtieġ ta' dettall u analiżijiet sabiex il-Bureau, il-Kumitat għall-Baġits u l-gruppi politiċi jkunu jistgħu jwettqu deliberazzjonijiet xierqa u jibbażaw id-deċiżjonijiet fuq stampa komprensiva tas-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet tal-baġit tal-Parlament;

12.  Jissottolinja l-ħtieġa ta' preċiżjoni u trasparenza fl-evoluzzjoni tal-baġit minn sena għall-oħra; jikkunsidra li, filwaqt li ċertu nfiq straordinarju bħas-sigurtà jista' jiġi ġustifikat għall-baġit 2017, l-użu dejjem jikber tal-infiq straordinarju kull sena huwa problematiku f'termini ta' skrutinju u stabilità baġitarji; jitlob definizzjoni aktar preċiża ta' nfiq straordinarju; jemmen li, għal raġunijiet ta' responsabilità u komparabilità tad-data fil-baġit ġenerali, għandu jiġi vvalutat jekk l-infiq straordinarju għandux jiġi inkluż fil-bażi għall-kalkolu tal-perċentwal tad-differenza bejn il-baġits minn sena għal sena;

13.  Itenni l-appell tiegħu għal ippjanar baġitarju fuq terminu medju u fit-tul, inkluża distinzjoni ċara bejn l-investimenti u l-infiq operattiv relatat mal-funzjonament tal-Parlament u l-obbligi statutorji tiegħu (inkluż fuq kirjiet u akkwisti), b'konformità mar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2016(9); jitlob, għaldaqstant, bidla fil-preżentazzjoni li tagħmel distinzjoni ċara bejn l-infiq ta' investiment u l-infiq operattiv;

14.  Ifaħħar lill-Bureau u lid-DĠ ITEC għad-disinn il-ġdid tal-paġni personali tal-Membri fuq is-sit web uffiċjali tal-Parlament, li jipprovdi aktar trasparenza dwar il-kompożizzjoni u l-istatus tal-grupp ta' ħidma tagħhom (ħolqien ta' tab ġdida "assistenti" bit-taqsimiet li ġejjin: assistenti, assistenti akkreditati, assistenti akkreditati (grupp), assistenti lokali, fornituri ta' servizzi, aġenti tal-ħlas, trainees); jitlob lis-Segretarju Ġenerali jiżgura l-kontrolli meħtieġa għall-implimentazzjoni tas-sett ta' regoli ġodda dwar l-allowances għall-assistenza parlamentari adottat mill-Bureau fis-26 ta' Ottubru 2015;

15.  Jappella biex, tal-anqas darba kull ħames snin, jitfassal baġit abbażi tal-ħtiġijiet reali tal-partiti individwali u mhux abbażi ta' sistema ta' koeffiċjenti;

Sigurtà u ċibersigurtà

16.  Jappella biex isir ippjanar baġitarju fuq terminu medju u fit-tul, li jkun jinkludi informazzjoni ċara fir-rigward tal-infiq relatat mas-sigurtà u s-sigurtà ċibernetika; jistieden barra minn hekk lill-Bureau, fid-dawl tal-avvenimenti li ġraw dan l-aħħar, jaġġorna l-Kunċett tas-Sigurtà Globali u jikkomunikah malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn Ġunju 2016;

17.  Iqis li kwalunkwe miżura f'dan il-qasam għandha tkun imsejsa fuq evalwazzjoni ċara tal-ħtiġijiet tal-Parlament u l-proporzjonalità mar-riskji mġarrba; jitlob lis-Segretarju Ġenerali u lill-Bureau jippreżentaw fil-ħin lill-Kumitat għall-Baġits, qabel il-qari tal-baġit 2017 min-naħa tal-Parlament, Kunċett tas-Sigurtà Globali li jinkludi evalwazzjoni globali tar-riskji perċepiti u tal-miżuri ta' sigurtà previsti, kif ukoll għażliet alternattivi, flimkien ma' evalwazzjoni dettaljata tal-impatt baġitarju tagħhom fuq il-baġit 2017 u l-baġits sussegwenti, b'distinzjoni ċara bejn l-investimenti u l-infiq rikorrenti, u jispjegaw il-miżuri previsti għat-tisħiħ tas-sigurtà tal-Parlament fil-bini tiegħu u barra minnu, kif ukoll l-impatt ta' tali miżuri fuq il-baġit 2017; jappella għal informazzjoni dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-arranġamenti għal kooperazzjoni amministrattiva interistituzzjonali fil-qasam tas-sigurtà;

18.  Jitlob lis-Segretarju Ġenerali jivvaluta jekk hemmx ħtieġa ta' rieżami tal-kuntratti tal-assigurazzjoni eżistenti (għall-Membri u l-persunal) fid-dawl tat-theddidiet terroristiċi u, jekk xieraq, jagħmel proposti ħalli jiġu indirizzati n-nuqqasijiet li jista' jkun hemm;

19.  Jikkunsidra li s-sistema ta' sigurtà barra l-bini tal-Parlament għandha tkompli tiġi garantita mill-awtoritajiet Belġjani;

Mezzi aqwa għall-Membri fl-eżerċizzju tal-mandat tagħhom

20.  Jieħu nota tal-miżuri attwali intiżi sabiex il-Membri jingħataw mezzi aqwa fl-eżerċizzju tal-mandat tagħhom;

21.  Jilqa' l-estensjoni tal-Portal Diġitali tal-Membri (il-portal elettroniku), madankollu jistieden lis-Segretarju Ġenerali sabiex, fid-dawl tal-"inizjattiva mingħajr karti", itejjeb is-sistema attwali li jintbagħtu kopji stampati tad-dokumenti ta' ħlas lill-Membri, bil-għan li eventwalment din titneħħa sa tmiem is-sena 2017; iqis li l-portal elettroniku għandu jipprovdi din il-karatteristika lill-Membri kollha awtomatikament b'mod elettroniku, fattur li jwassal għal iffrankar kunsiderevoli kemm f'termini ta' ħin kif ukoll mil-lat ekonomiku;

22.  Jilqa' ż-żieda fil-kwalità tal-pariri u r-riċerka mogħtija lill-Membri u l-kumitati; ifakkar li, meta kien qed jinħoloq is-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS) fl-2013, kienet ġiet prevista evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-effikaċja tal-kooperazzjoni bejn dan is-servizz u d-dipartimenti tematiċi; jitlob għalhekk lis-Segretarju Ġenerali biex jipproċedi għal tali evalwazzjoni u biex jippreżenta r-riżultati tagħha lill-Kumitat għall-Baġits sa tmiem l-2016; iqis li din l-evalwazzjoni għandha tinkludi proposti dwar kif jiġi żgurat li l-appoġġ mogħti mill-EPRS ikun marbut aħjar mal-iżviluppi fil-kumitati tematiċi rispettivi filwaqt li jissodisfa l-ħtiġijiet tal-Membri individwali, u li dan ma jirreplikax l-attivitajiet tad-dipartimenti tematiċi u lanqas ma jinkoraġġixxi l-kompetizzjoni bejn servizz u ieħor;

23.  Huwa tal-opinjoni li għandhom jiġu evalwati l-ħtiġijiet tal-Membri fil-kostitwenzi tagħhom, filwaqt li jitqiesu wkoll id-differenzi bejn il-kostitwenzi, bil-għan li l-Membri jingħataw mezzi aqwa fil-ħidma tagħhom fil-kostitwenzi; jemmen li l-ispazju tax-xogħol mobbli għall-Membri u l-appoġġ fil-kostitwenzi għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjoni tal-ħtiġijiet u l-użu reali, u m'għandhomx jiġġeneraw spejjeż sinifikanti jew rikorrenti addizzjonali għall-Parlament; jinsisti li m'għandu jingħata l-ebda hardware peress li l-allowance għall-ispejjeż ġenerali tipprovdi biżżejjed riżorsi għax-xiri ta' apparat tal-ogħla livell; jiddubita l-ħtieġa li jiġi żviluppat spazju tax-xogħol mobbli privat għall-Membri peress li dan ma jidhirx li jikkorrispondi mal-mod kif il-Membri u l-uffiċċji tagħhom jorganizzaw lilhom infushom;

24.  Jaqbel li l-għodod tal-IT huma strument importanti għall-Membri biex iwettqu l-funzjoni tagħhom; itenni madankollu l-ħtieġa li tiġi permessa l-installazzjoni ta' software free-source li tippermetti ffrankar kunsiderevoli fl-ispejjeż tal-komunikazzjoni u ttejjeb il-fluss tax-xogħol tal-uffiċċji tal-Membri, filwaqt li tittieħed inkunsiderazzjoni ċ-ċibersigurtà u tiġi garantita l-protezzjoni tad-data;

25.  Jitlob li l-possibilità li d-dokumenti interni jiġu ffirmati b'mod diġitali għandha ssir ħaġa komuni, f'kull ċirkostanza, bħall-iffirmar ta' formoli, dikjarazzjonijiet bil-miktub eċċ., filwaqt li jiġu żgurati l-affidabilità u s-sigurtà; jitlob li tiġi ppruvata l-possibilità li tiġi inrodotta sistema ta' verifika TAN fuq il-mowbajls tal-Membri tal-PE; jemmen, barra minn hekk, li l-użu ta' apparat tal-fax m'għandux jitħeġġeġ u għandu jitneħħa gradwalment;

26.  Jilqa' r-riforma l-ġdida dwar mistoqsijiet bil-miktub addizzjonali adottata fit-3 ta' Settembru 2015 mill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali fuq talba tal-Kumitat għall-Baġits meta ġie adottat il-baġit tal-Parlament għall-2016; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jistabbilixxi l-kontrolli neċessarji għall-implimentazzjoni tal-interpretazzjoni l-ġdida; jistieden lill-Konferenza tal-Presidenti twettaq valutazzjoni ta' dan ir-reġim il-ġdid għall-mistoqsijiet bil-miktub fir-rigward tal-mistoqsijiet addizzjonali sabiex jiġi analizzat l-iffrankar iġġenerat u tinforma lill-Kumitat għall-Baġits dwar ir-riżultati ta' din il-valutazzjoni sa Awwissu 2016, qabel il-qari tal-baġit min-naħa tal-Parlament fil-ħarifa 2016;

27.  Iqis li huwa xieraq li l-approprjazzjonijiet għall-pakkett tal-infiq dwar l-għajnuna parlamentari għall-2017 jinżammu fuq l-istess livell bħal dawk tal-2016, suġġett għall-indiċizzazzjoni legalment vinkolanti applikabbli skont ir-Regolamenti tal-Persunal;

28.  Jemmen li d-deskrizzjoni attwali tal-attivitajiet parlamentari tal-Membri fuq is-sit web tal-Parlament mhijiex preċiża u ma tirriflettix l-attivitajiet u l-involviment reali tal-Membri; jissuġġerixxi li jitneħħa l-użu attwali ta' siti web ta' klassifikazzjoni, filwaqt li titjieb l-informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-Membri individwali fuq is-sit web uffiċjali tal-Parlament; jitlob li ssir evalwazzjoni tal-preżentazzjoni, b'mod partikolari għall-ispjegazzjonijiet tal-vot u d-diskorsi ta' minuta, inkluża l-għażla li dawn jintwerew separatament mid-diskorsi fil-plenarja, u jitlob ukoll li ssir valutazzjoni tal-valur miżjud tal-ispjegazzjonijiet tal-vot u alternattivi possibbli; jistenna li l-grupp ta' ħidma rilevanti tal-Bureau li qed jittratta din il-kwistjoni jippreżenta l-aġenda u s-sejbiet tiegħu lill-Kumitat għall-Baġits hekk kif isiru disponibbli;

Spejjeż tal-Membri

29.  Jikkonferma l-pożizzjoni li ħa fir-riżoluzzjonijiet baġitarji tiegħu tad-29 ta' April 2015 u t-28 ta' Ottubru 2015 rigward l-allowance għal infiq ġenerali; itenni l-appell għal aktar trasparenza rigward l-allowance għal infiq ġenerali għall-Membri; jistieden lill-Bureau jaħdem fuq id-definizzjoni ta' regoli aktar preċiżi fir-rigward tar-responsabilità tal-infiq awtorizzat taħt din l-allowance, mingħajr ma jiġu ġġenerati spejjeż addizzjonali għall-Parlament;

Politika immobiljari

30.  Ifakkar li l-istrateġija immobiljari ta' nofs it-terminu, adottata mill-Bureau fl-2010, attwalment tinsab taħt reviżjoni; jiddispjaċih li l-Bureau għadu ma kkonkludiex id-deliberazzjonijiet tiegħu dwar l-istrateġija immobiljari tal-Parlament ta' nofs it-terminu; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jippreżenta lill-Kumitat għall-Baġits l-istrateġija immobiljari ta' nofs it-terminu l-ġdida mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn Awwissu 2016, qabel il-qari tal-baġit min-naħa tal-Parlament fil-ħarifa 2016;

31.   Jistieden lill-Bureau jippreżenta strateġija fuq terminu twil għall-bini tal-Parlament; itenni li hemm bżonn li l-investimenti fit-tul, bħall-proġetti immobiljari tal-Parlament, jiġu ġestiti bi prudenza u trasparenza; jinsisti fuq ġestjoni stretta tal-ispejjeż u fuq l-ippjanar u s-superviżjoni tal-proġetti; itenni l-appell tiegħu għal proċess trasparenti tat-teħid ta' deċiżjonijiet fil-qasam tal-politika immobiljari, abbażi ta' informazzjoni bikrija, filwaqt li jitqies kif dovut l-Artikolu 203 tar-Regolament Finanzjarju; jemmen li rapport dwar ir-raġunijiet għad-dewmien u l-ispejjeż ogħla ta' Dar l-Istorja Ewropea għandu jikkontribwixxi għall-istrateġija immobiljari fuq terminu twil;

32.   Jappella sabiex il-pożizzjoni fir-rigward tal-istokk immobiljari tal-Parlament tiġi riflessa fedelment fil-baġit; jappella għaldaqstant sabiex l-ispiża għall-Bini Konrad Adenauer tiġi stabbilita b'mod ċar fil-baġit definittiv tal-Parlament, u sabiex l-investiment relatat mal-proprjetà jiġi inkorporat fil-baġit, fil-futur, ħalli jiġi evitat il-bżonn ta' trasferimenti ta' tlaqqit;

33.   Jipproponi għalhekk l-introduzzjoni, mill-2018, ta' linja speċifika għal investimenti f'kostruzzjoni ta' bini li tkun tuża, bħala bażi għall-finanzjament fl-2018, il-fondi li fl-2017 huma proposti għal infiq straordinarju;

34.  Jipproponi, fid-dawl taċ-ċirkostanzi straordinarji fl-2017 li jirrikjedu investiment għoli fl-infrastruttura tas-sigurtà, li kwalunkwe fond mhux użat sa tmiem l-2017 jintuża biex jitħallsu l-ispejjeż ta' kostruzzjoni għall-bini ADENAUER sabiex jiġi evitat li jitħallsu kemm jista' jkun pagamenti tar-rata tal-imgħax lill-banek għal self li jkun irid jiġi kkuntrattat biex tiġi ffinanzjata l-kostruzzjoni;

35.  Jappella għal aktar informazzjoni dwar l-istatus quo tal-proġett għar-rinnovazzjoni tal-bini PHS; jitlob li jitnieda u jiġi eżaminat studju dwar ir-rinnovazzjoni mill-Bureau; jistenna li l-Bureau jieħu inkunsiderazzjoni l-ħtieġa ta' kundizzjonijiet ta' xogħol tajbin għas-saħħa u sikuri meta jistabbilixxi l-kalendarju tar-rinnovazzjoni; jitlob lill-Bureau jinforma lill-Kumitat għall-Baġits dwar il-passi kollha malli jsiru disponibbli; jistieden f'dan il-kuntest lill-Bureau jistabbilixxi l-bażi għat-trasformazzjoni tal-bini PHS f'bini eżemplari tal-ogħla livell, f'termini ta' effiċjenza fl-enerġija, u biex jipproċedi minnufih bil-modernizzazzjoni tal-bini;

36.  Jistieden lill-Viċi Presidenti responsabbli jippreżentaw rapport ta' progress dwar il-bini KAD lill-Kumitat għall-Baġits;

37.  Iqis li r-riformi strutturali u organizzattivi mmirati biex jiksbu aktar effiċjenza, sostenibilità ambjentali u effikaċja għandhom jitkomplew permezz ta' eżami bir-reqqa tas-sinerġiji u l-iffrankar possibbli; ifakkar li jistgħu jiġu ffrankati riżorsi sostanzjali jekk il-Parlament ikollu post tax-xogħol wieħed biss minflok tlieta (Brussell, Strasburgu, il-Lussemburgu); jissottolinja l-fatt li dan il-proċess għandu jitmexxa mingħajr ma jipperikola l-eċċellenza leġiżlattiva tal-Parlament, is-setgħat baġitarji u ta' skrutinju tiegħu, kif ukoll il-kwalità tal-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-Membri, l-assistenti u l-persunal;

Kwistjonijiet relatati mal-persunal

38.  Jilqa' l-proposta li fl-2017 l-organigramma tiegħu tonqos b'60 kariga f'konformità mal-ftehim milħuq mal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni skont il-proċedura baġitarja fl-14 ta' Novembru 2015;

39.  Ifakkar li l-livell totali ta' persunal fil-gruppi politiċi għandu jiġi eżentat mill-mira ta' tnaqqis tal-persunal ta' 5 %, f'konformità mad-deċiżjonijiet meħuda fir-rigward tas-snin finanzjarji 2014, 2015, u 2016;

40.  Jappoġġa l-karigi addizzjonali meħtieġa għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni bil-lingwa Irlandiża; jeżenta dawn il-karigi addizzjonali mill-mira ta' tnaqqis ta' 5 % f'konformità mar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jikkonsulta mal-Membri Irlandiżi bil-ħsieb li possibilment jiġi razzjonalizzat l-użu tal-lingwa Irlandiża mingħajr ma jiġu kompromessi d-drittijiet garantiti tal-Membri;

41.  Jappoġġa l-introduzzjoni ta' interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali internazzjonali għad-dibattiti plenarji kollha sabiex tal-anqas dawn ikunu ġenwinament aċċessibbli għaċ-ċittadini Ewropej kollha;

42.  Jilqa' l-progress li sar rigward l-effiċjenza tat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni; jirrikonoxxi l-kwalità u l-valur miżjud tas-servizzi mogħtija mill-interpreti; jappella għal ftehim bikri u sostenibbli bejn is-Segretarju Ġenerali u r-rappreżentanti tal-interpreti, li jgħaqqad kundizzjonijiet tax-xogħol ta' kwalità għolja flimkien ma' ġestjoni effiċjenti sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet ta' żbilanċi f'termini ta' sigħat ta' xogħol u nuqqas ġenerali ta' sigurtà fost l-interpreti, filwaqt li jitqiesu d-drittijiet soċjali; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jagħmel aktar proposti ta' razzjonalizzazzjoni, bħal pereżempju aktar traduzzjonijiet u interpretazzjoni fuq talba, b'mod partikolari rigward l-attivitajiet tal-Intergruppi tal-Parlament Ewropew; jikkunsidra li s-sistema ta' klassifikazzjoni skont il-profil lingwistiku li ilha stabbilita minn Ottubru 2014 għall-emendi fl-istadju tal-kumitat hija eżempju tal-effiċjenzi li jistgħu jinkisbu u li jistgħu jiġu żviluppati aktar; huwa tal-fehma li l-interpretazzjoni u t-traduzzjoni huma komponenti essenzjali ta' demokrazija Ewropea li hija miftuħa għal kulħadd, u għaldaqstant jappella sabiex ma tkun permessa l-ebda riforma li tnaqqas l-aċċessibilità massima għall-attivitajiet u d-dokumenti tal-Parlament, u dan fuq l-aktar bażi inklużiva possibbli;

43.  Jistieden lill-Bureau jevalwa u, fejn ikun hemm bżonn, jirrevedi r-regoli dwar l-istatut tat-trainees, inkluż permezz tal-introduzzjoni ta' remunerazzjoni minima u l-armonizzazzjoni tal-offerta tal-prezzijiet relatata mal-forniment tal-ikel għat-trainees kollha, kemm dawk fl-amministrazzjoni tal-Parlament kif ukoll dawk fl-uffiċċji tal-Membri, sabiex jiġi żgurat trattament ugwali u jitħarsu d-drittijiet soċjali tat-trainees;

44.  Jistieden lill-Bureau jirrevedi r-regoli dwar ir-rimborż tal-ispejjeż tal-missjonijiet relatati mal-vjaġġi bejn il-postijiet tax-xogħol tal-Parlament u mġarrba mill-assistenti parlamentari akkreditati, sabiex jiġu allinjati mar-regoli applikabbli għall-kumplament tal-persunal;

45.  Huwa tal-fehma li għandha tiġi introdotta t-tielet proċedura sabiex kuntratt bejn Membru u assistent ikun jista' jintemm b'kunsens reċiproku;

Servizzi tax-xufiera/mobilità

46.  Għandu riżervi rigward il-proposta ta' internalizzazzjoni tas-servizz tax-xufiera, jiġifieri li aġenti kuntrattwali tal-Parlament jieħdu post il-fornitur estern tas-servizz, li se tikkorrispondi għal madwar EUR 3,7 miljun fi spejjeż addizzjonali immedjati; iqis li kuntratt estern organizzat tajjeb konkluż skont ir-regoli tal-akkwist pubbliku applikabbli, fejn il-fornitur estern tas-servizz jkun obbligat biċ-ċar jerfa' r-responsabilità għall-kontrolli ta' sigurtà u l-verifiki tal-preċedenti personali kif ukoll għal kundizzjonijiet tax-xogħol u paga diċenti, għandu jitqies bħala għażla alternattiva; jappoġġa l-internalizzazzjoni biss jekk l-ispejjeż tagħha ma jaqbżux l-ispejjeż relatati mas-sistema attwali, u sakemm din tippermetti kundizzjonijiet tax-xogħol u paga diċenti għax-xufiera, bilanċ aħjar bejn is-sessi u użu ta' karozzi aktar ekoloġiċi; jitlob li l-Kumitat għall-Baġits jingħata informazzjoni dettaljata qabel ma tittieħed kwalunkwe deċiżjoni;

47.  Jitlob lis-Segretarju Ġenerali jikkonsulta mal-awtoritajiet Belġjani bil-għan li jiġi żgurat aċċess faċli u l-aħjar użu ġenerali tal-kollegament dirett il-ġdid bil-ferrovija bejn l-istazzjon ferrovjarju Brussell-Lussemburgu u l-ajruport ta' Zaventem, li jista' jinkludi l-aċċettazzjoni tal-badges tal-Membri minflok is-sistema attwali ta' laissez-passer;

48.  Jemmen li l-flotta tal-karozzi għandha tikkonsisti f'karozzi aktar kosteffiċjenti, effiċjenti fl-użu tal-fjuwil u aktar sikuri; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jippreżenta rapport dwar bidla sħiħa għal mezzi tal-ivvjaġġar elettroniċi fit-tmiem tad-deċennju;

49.  Jitlob lis-Segretarju Ġenerali jorganizza diskussjonijiet mal-aġenzija tal-ivvjaġġar tal-Parlament; iħeġġeġ lill-aġenzija tal-ivvjaġġar tintensifika t-tqabbil tal-prezzijiet; jistieden lill-aġenzija tal-ivvjaġġar biex, meta tkun qed tagħmel ir-riżervazzjonijiet, tfittex b'mod attiv biljetti orħos u, b'mod ġenerali, toffri prezzijiet aktar kompetittivi għall-Membri u l-kategoriji kollha tal-persunal filwaqt li tiżgura livell xieraq ta' kumdità u kundizzjonijiet xierqa għal bdil ta' biljetti;

Komunikazzjoni

50.  Jitlob ir-riżultati tal-evalwazzjoni ex post tal-istrateġija ġenerali u l-metodoloġija tal-kampanja ta' informazzjoni u komunikazzjoni għall-2014 (ir-rapport ta' evalwazzjoni kien mistenni għat-tieni semestru tal-2015);

51.  Ifakkar lis-Segretarju Ġenerali jirrapporta lill-Kumitat għall-Baġits dwar l-evalwazzjoni tal-kampanja għall-elezzjonijiet parlamentari tal-2014 kif ukoll dwar l-effikaċja tal-miżuri ta' komunikazzjoni tal-Parlament intiżi għall-pubbliku ġenerali;

52.  Jirrikonoxxi r-rwol tal-uffiċċji tal-informazzjoni tal-Parlament (EIPOs) f'termini ta' sensibilizzazzjoni dwar l-attivitajiet tal-Parlament u l-Unjoni b'mod ġenerali; jemmen li għandhom jiġu previsti miżuri ta' effiċjenza fir-rigward tal-uffiċċji tal-informazzjoni tal-Parlament; iqis li l-EIPOs għandhom kemm jista' jkun jinżammu fl-istess bini mar-rappreżentanzi tal-Kummissjoni u jaqsmu magħhom is-servizzi ta' back office; jitlob li l-objettivi, il-kompiti u l-prestazzjonijiet tal-EIPOs jiġu evalwati u li fid-dawl ta' dan jiġu definiti l-prijoritajiet;

53.  Jitlob l-evalwazzjoni tal-possibilità li jkun hemm kooperazzjoni eqreb ma' ARTE fi Strasburgu sabiex jiġi stabbilit ċentru medjatiku Ewropew għal skopijiet ta' taħriġ għall-ġurnalisti żgħażagħ;

54.  Jistieden lis-Segretarju Ġenerali jippreżenta rapport dwar il-kumpaniji u l-organizzazzjonijiet li ngħataw aċċess għall-Parlament sabiex ikunu jistgħu jorganizzaw forums dwar l-attivitajiet tagħhom; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jżomm bilanċ bejn is-setturi differenti u t-tipi differenti ta' organizzazzjonijiet li jingħataw aċċess għall-Parlament;

Kwistjonijiet oħra

55.  Iħeġġeġ lis-Segretarju Ġenerali biex jippreżenta rapport dettaljat dwar l-implimentazzjoni tal-partijiet amministrattivi tal-ftehimiet ta' kooperazzjoni bejn il-Parlament, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u biex, fuq din il-bażi, ifassal l-arranġamenti possibbli għal kooperazzjoni amministrattiva ulterjuri f'oqsma bħal-loġistika, l-infrastruttura jew is-sigurtà;

56.  Iħeġġeġ lis-Segretarju Ġenerali jipprovdi kjarifiki dwar il-ġestjoni attwali tal-ġinnasju tal-Parlament u dwar l-użu attwali mill-persunal tal-Parlament f'dan il-kuntest; jitlob, barra minn hekk, kjarifika dwar il-litigazzjoni pendenti u dwar l-alternattivi li jeżistu biex jiġi żgurat li dan fil-ġejjieni jiġi ġestit b'mod effiċjenti u kosteffikaċi;

57.  Jilqa' użu aktar limitat u effiċjenti tal-bagolli (cantines); iħeġġeġ il-kondiviżjoni tal-bagolli għall-ivvjaġġar lejn Strasburgu;

58.  Jitlob lis-Segretarju Ġenerali jimplimenta bis-sħiħ l-ispirtu u l-ittra tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid fir-rigward tal-akkwist pubbliku ekoloġiku u ekonomikament effiċjenti billi jsaħħaħ l-istrateġija tal-akkwist tal-Parlament f'dan ir-rigward;

59.  Iħeġġeġ biex tkompli tiġi segwita t-triq lejn iffrankar tal-enerġija, b'mod partikolari fir-rigward tas-sistemi ta' dawl u tisħin tal-bini, hekk kif id-diskussjonijiet dwar il-baġit 2016 urew li hemm lok għal titjib;

60.  Iħeġġeġ aktar promozzjoni ta' ikel tajjeb għas-saħħa u organiku; jistieden, barra minn hekk, lill-Bureau jevalwa l-possibilitajiet li jiġi pprovdut ikel tajjeb għas-saħħa, mhux biss f'termini ta' diversifikazzjoni tas-servizzi imma anke, u fuq kollox, f'termini tal-forniment ta' frott u ħaxix frisk bi prezzijiet għall-but ta' kulħadd;

o

o  o

61.  Jadotta l-estimi għas-sena finanzjarja 2017;

62.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u l-estimi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS: ABBOZZ TAL-ESTIMI

ABBOZZ TAL-ESTIMI

2017

Kontribuzzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-finanzjament tan-nefqa

tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2017

Intestatura

Total

 

 

Nefqa

1.900.873.000

Riżorsi proprji

157.861.070

Kontribuzzjoni dovuta

1.743.011.930

DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL

Titolu Kapitolu Artikolu Partita

Intestatura

Baġit 2017

Baġit 2016

Eżitu 2015

 

 

 

 

 

4

DĦUL LI ĠEJ MINGĦAND PERSUNI LI JAĦDMU MAL-ISTITUZZJONIJIET U KORPI OĦRAJN TAL-UNJONI

 

 

 

4 0

TAXXI U TNAQQIS VARJI

 

 

 

4 0 0

Rikavat mit-tassazzjoni fuq is-salarji, il-pagi u l-allowances tal-Membri tal-istituzzjoni, tal-uffiċjali, aġenti oħra u benefiċjarji ta’ pensjonijiet

73.410.920

73.484.272

69.454.180

4 0 3

Rikavat mill-kontribuzzjoni temporanja mis-salarji tal-Membri tal-istituzzjoni, uffiċjali u aġenti oħra fis-servizz

p.m

p.m

13.613

4 0 4

Rikavat mill-imposta speċjali u mill-imposta ta' solidarjetà fuq is-salarji tal-Membri tal-istituzzjoni, uffiċjali u aġenti oħra fis-servizz

10.907.330

10.797.731

9.959.483

 

 

84.318.250

84.282.003

79.427.275

Kapitolu 4 0 — Total

4 1

KONTRIBUZZJONIJIET GĦALL-ISKEMA TAL-PENSJONIJIET

 

 

 

4 1 0

Kontribuzzjonijiet tal-persunal għall-iskema tal-pensjonijiet

64.131.820

59.667.459

58.498.210

4 1 1

Trasferimenti jew xiri tad-drittijiet għall-pensjoni mill-persunal

9.200.000

9.100.000

9.241.578

4 1 2

Kontribuzzjonijiet għall-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti temporanji bil-liv mix-xogħol minħabba raġunijiet persunali

10.000

10.000

57.702

 

 

73.341.820

68.777.459

67.797.490

Kapitolu 4 1 — Total

4 2

KONTRIBUZZJONIJIET OĦRA GĦALL-ISKEMA TAL-PENSJONIJIET

 

 

 

4 2 1

Kontribuzzjonijiet tal-Membri Parlamentari għall-iskema tal-pensjonijiet

p.m

p.m

0

 

Kapitolu 4 2 — Total

0

0

0

 

Titolu 4 - Total

157.660.070

153.059.462

147.224.765

5

DĦUL MILL-OPERAT AMMINISTRATTIV TAL-ISTITUZZJONI

 

 

 

5 0

RIKAVAT MILL-BEJGĦ TA' PROPRJETÀ MOBBLI (FORNIMENT TA' OĠĠETTI) U IMMOBBLI

 

 

 

5 0 0

Rikavat mill-bejgħ ta' proprjetà mobbli (forniment ta' oġġetti)

p.m

p.m

0

5 0 0 0

Rikavat mill-bejgħ ta’ vetturi — Dħul allokat

p.m

p.m

0

5 0 0 1

Rikavat mill-bejgħ ta’ proprjetà mobbli oħra — Dħul allokat

p.m

p.m

25.526

5 0 0 2

Rikavat mill-prodotti ta' provvista mogħtija lill-istituzzjonijiet jew korpi oħra — Dħul allokat

p.m

p.m

55.871

5 0 1

Rikavat mill-bejgħ ta' proprjetà immobbli

p.m

p.m

0

5 0 2

Rikavat minn bejgħ ta’ pubblikazzjonijiet, xogħlijiet stampati u films — Dħul allokat

p.m

p.m

0

 

Kapitolu 5 0 — Total

p.m

p.m

81.397

5 1

RIKAVAT MINN KIRJIET

 

 

 

5 1 1

Rikavat minn kiri u sullokazzjonijiet ta' proprjetà immobbli u rimborż ta' nfiq ieħor konnessi mal-kiri

p.m

p.m

 

5 1 1 0

Rikavat minn kiri u sullokazzjonijiet ta’ proprjetà immobbli — Dħul allokat

p.m

p.m

2.807.906

5 1 1 1

Rimborż tal-ispejjeż tal-kiri — Dħul allokat

p.m

p.m

16.372

 

Kapitolu 5 1 — Total

p.m

p.m

2.824.279

5 2

DĦUL MINN INVESTIMENTI JEW SELF MOGĦTI, IMGĦAX BANKARJU U MGĦAX IEĦOR

 

 

 

5 2 0

Dħul minn investimenti jew self mogħti, imgħax bankarju u mgħax ieħor fuq il-kontijiet tal-istituzzjonijiet

200.000

410.000

216.417

 

Kapitolu 5 2 — Total

200.000

410.000

216.417

5 5

DĦUL LI ĠEJ MILL-FORNIMENT TA' SERVIZZI U MINN XOGĦLIJIET

 

 

 

5 5 0

Dħul mill-forniment ta' servizzi u xogħol magħmula għall- istituzzjonijiet jew korpi oħra, inkluż ir-rifużjoni ta' allowances għall-missjonijiet minn istituzzjonijiet jew korpi oħra mħallsa f'isimhom — Dħul allokat

p.m

p.m

5.557.309

5 5 1

Dħul li ġej minn terzi għall-forniment ta' servizzi jew xogħlijiet magħmula fuq talba tagħhom — Dħul allokat

p.m

p.m

729.104

 

Kapitolu 5 5 — Total

p.m

p.m

6.286.413

5 7

KONTRIBUZZJONIJIET U RIFUŻJONIJIET OĦRA MARBUTA MAL-ĦIDMA AMMINISTRATTIVA TAL-ISTITUZZJONI

 

 

 

5 7 0

Dħul mill-ħlas lura ta' somom li ma kinux imħallsa kif suppost — Dħul allokat

p.m

p.m

3.292.213

5 7 1

Dħul iddestinat għal skop speċifiku, bħad-dħul minn fondazzjonjiet, sussidji, rigali u benefiċċji oħra, inkluż id- dħul iddestinat, speċifiku għal kull istituzzjoni — Dħul allokat

p.m

p.m

0

5 7 2

Ħlas lura tan-nefqa fuq il-"welfare" li saret għan-nom ta' istituzzjoni oħra

p.m

p.m

0

5 7 3

Kontribuzzjonijiet u Rifużjonijiet oħra marbuta mal-ħidma amministrattiva tal-istituzzjoni — Dħul allokat

p.m

p.m

3.476.281

 

Kapitolu 5 7 — Total

p.m

p.m

6.768.495

5 8

ĦLASIJIET VARJI

 

 

 

5 8 1

Dħul mill-ħlasijiet maħruġa mill-kumpaniji tal-assiku- razzjoni— Dħul allokat

p.m

p.m

179.793

 

Kapitolu 5 8 — Total

p.m

 

 

 

Titolu 5 — Total

200.000

410.000

16.356.793

6

KONTRIBUZZJONIJIET U RIFUŻJONIJIET FIL-QAFAS TAL-FTEHIM U TAL-PROGRAMMI TAL-UNJONI

 

 

 

6 6

KONTRIBUZZJONIJIET U RIFUŻJONIJIET OĦRA

 

 

 

6 6 0

Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet oħra

p.m

p.m

p.m

6 6 0 0

Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet oħra assenjati — dħul assenjat

p.m

p.m

11.848.214

6 6 0 1

Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet oħra mhux assenjati

p.m

p.m

0

 

Kapitolu 6 6 — Total

p.m

p.m

11.848.214

 

Titolu 6 — Total

p.m

p.m

11.848.214

9

DĦUL VARJU

 

 

 

9 0

DĦUL VARJU

 

 

 

9 0 0

Dħul varju

1.000

1.000

937.952

 

Kapitolu 9 0 — Total

1.000

1.000

937.952

 

Titolu 9 — Total

1.000

1.000

937.952

 

GRAN TOTAL

157.861.070

153.470.462

176.367.724

INFIQ

Riassunt ġenerali tal-approprjazzjonijiet (2017 u 2016) u eżitu (2015)

Titolu Kapitolu

Intestatura

Approprjazzjonijiet 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

 

 

 

 

 

1

PERSUNI LI JAĦDMU MAL-ISTITUZZJONI

 

 

 

 

 

 

 

 

1 0

MEMBRI TAL-ISTITUZZJONI

209.825.500

213.281.500

213.915.852

1 2

UFFIĊJALI U PERSUNAL TEMPORANJU

642.573.000

627.305.500

597.484.150

1 4

PERSUNAL IEĦOR U SERVIZZI ESTERNI

135.764.500

125.501.000

116.618.310

1 6

INFIQ IEĦOR RELATAT MAL-PERSUNI LI JAĦDMU FL-ISTITUZZJONI

17.539.500

17.772.500

17.535.481

 

Titolu 1 — Total

1.005.702.500

983.860.500

945.553.793

 

 

 

 

 

2

BINI, GĦAMARA, TAGĦMIR U NEFQIET VARJI GĦALL-OPERAT AMMINISTRATTIV

 

 

 

 

 

 

 

 

2 0

BINI U NEFQIET RELATATI

256.137.000

211.173.440

265.369.143

2 1

PROĊESSAR TA' DEJTA, TAGĦMIR U GĦAMARA

 

168.142.500

166.845.910

136.912.387

 

Riżervi (10 100)

1.892.000

 

 

2 3

IN-NEFQA AMMINISTRATTIVA KURRENTI

5.719.000

5.992.750

4.458.475

 

Titolu 2 — Total

431.890.500

384.012.100

406.740.005

 

 

 

 

 

3

IN-NEFQA ĠENERALI GĦALL-OPERAT AMMINISTRATTIV TAL-ISTITUZZJONI

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3 0

LAQGĦAT U KONFERENZI

32.827.000

35.423.000

31.170.192

3 2

L-OPINJONI TAL-ESPERTI U INFORMAZZJONI: AKKWIŻIZZJONI, ARKIVJAR, PRODUZZJONI U DISSEMINAZZJONI

108.238.000

115.433.000

107.799.775

 

Titolu 3 — Total

141.065.000

150.856.000

138.969.967

 

 

 

 

 

4

NEFQA LI TIRRIŻULTA MINN FUNZJONIJIET SPEĊJALI LI JSIRU MILL-ISTITUZZJONI

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4 0

NEFQA RELATAT MA' ĊERTI ISTITUZZJONIJIET U MA' ĊERTI KORPI

111.905.000

111.100.000

102.924.578

4 2

NEFQA RELATATA MAL-ASSISTENZA PARLAMENTARI

206.890.000

202.140.000

184.233.696

4 4

LAQGĦAT U ATTIVITAJIET OĦRA TAL-MEMBRI PARLAMENTARI ATTWALI U TAL-EX MEMBRI

420.000

420.000

400.000

 

Titolu 4 — Total

320.215.000

313.660.000

287.558.274

 

 

 

 

 

5

Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej u l-Kumitat ta' Persuni Eminenti Indipendenti

 

 

 

5 0

In-nefqa tal-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej u l-Kumitat ta' persuni eminenti indipendenti

p.m

p.m

0

5 0 0

In-nefqa operattiva tal-Awtorità

p.m

p.m

0

5 0 0 0

In-nefqa operattiva tal-Awtorità

p.m

p.m

0

5 0 1

Riżerva tal-EMAS

p.m

p.m

0

5 0 1 0

Riżerva tal-EMAS

p.m

p.m

0

 

Titolu 5 — Total

0

0

0

 

 

 

 

 

10

INFIQ IEĦOR

 

 

 

 

 

 

 

 

10 0

APPROPRJAZZJONIJIET PROVIŻORJI

p.m

p.m

0

10 1

RIŻERVA TA' KONTINĠENZA

3.000.000

6.000.000

0

10 3

RIŻERVA GĦAT-TKABBIR

p.m

p.m

0

10 4

RIŻERVA GĦALL-POLITIKA TAL-INFORMAZZJONI U L-KOMUNIKAZZJONI

p.m

p.m

0

10 5

APPROPRJAZZJONI PROVIŻORJA GĦALL-BINI

p.m

p.m

0

10 6

RIŻERVA GĦALL-OBJETTIVI TA' PRIJORITÀ L-ĠODDA

p.m

p.m

0

10 8

RIŻERVA TAL-EMAS

p.m

p.m

0

 

Titolu 10 — Total

3.000.000

6.000.000

0

 

TOTAL FINALI

1.900.873.000

1.838.388.600

1.778.822.039

Dħul — Riżorsi proprji

Titolu 4 — Dħul li ġej mingħand persuni li jaħdmu mal-istituzzjonijiet u korpi oħrajn tal-Unjoni

Kapitolu 4 0 — Taxxi u tnaqqis varji

Artikolu 4 0 0 — Rikavat mit-tassazzjoni fuq is-salarji, il-pagi u l-allowances tal-Membri tal-istituzzjoni, tal-uffiċjali, aġenti oħra u persuni li jirċievu pensjoni

Figuri

Baġit 2017

Baġit 2016

Eżitu 2015

73 410 920

73 484 272

69 454 180,00

Bażi ġuridika.

Il-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 tad-29 ta’ Frar 1968 li jistipula l-kundizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 8).

Artikolu 4 0 3 — Rikavat mill-kontribuzzjoni temporanja mis-salarji tal-Membri tal-istituzzjoni, uffiċjali u aġenti oħra fis-servizz

Figuri

Baġit 2017

Baġit 2016

Eżitu 2015

p.m.

p.m.

13 613,00

Bażi ġuridika.

Regolamenti tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, u b ' mod partikolari l-Artikolu 66a tagħhom fil-verżjoni fis-seħħ sal-15 ta' Diċembru 2003.

Artikolu 4 0 4 — Rikavat mill-imposta speċjali fuq is-salarji tal-Membri tal-istituzzjoni, tal-uffiċjali u ta' aġenti oħra fis-servizz

Figuri

Baġit 2017

Baġit 2016

Eżitu 2015

10 907 330

10 797 731

9 959 483,00

Bażi ġuridika.

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 66a tagħhom.

Kapitolu 4 1 — Kontribuzzjonijiet għall-iskema tal-pensjonijiet

Artikolu 4 1 0 — Kontribuzzjonijiet tal-persunal għall-iskema tal-pensjonijiet

Figuri

Baġit 2017

Baġit 2016

Eżitu 2015

64 131 820

59 667 459

58 498 210,00

Bażi ġuridika.

Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 83(2) tagħhom.

Artikolu 4 1 1 — Trasferimenti jew xiri tad-drittijiet għall-pensjoni mill-persunal

Figuri

Baġit 2017

Baġit 2016

Eżitu 2015

9 200 000

9 100 000

9 241 578,00

Bażi ġuridika.

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 4, l-Artikolu 11(2) u (3), u l-Artikolu 48 tal-Anness VIII tagħhom.

Artikolu 4 1 2 — Kontribut għall-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti temporanji bil-liv mix-xogħol minħabba raġunijiet persunali

Figuri

Baġit 2017

Baġit 2016

Eżitu 2015

10 000

10 000

57 702,00

KAPITOLU 4 2 — Kontribuzzjonijiet oħra għall-iskema tal-pensjonijiet

Artikolu 4 2 1 — Kontribuzzjonijiet tal-Membri tal-Parlament għall-iskema tal-pensjonijiet

Figuri

Baġit 2017

Baġit 2016

Eżitu 2015

p.m.

p.m.

 

Bażi ġuridika.

Regoli dwar il-ħlas ta’ spejjeż u allowances lill-Membri tal-Parlament Ewropew, speċjalment l-Anness III tiegħu.

Titolu 5 — DĦUL MILL-OPERAT AMMINISTRATTIV TAL-ISTITUZZJONI

Kapitolu 5 0 — Rikavat mill-bejgħ ta' proprjetà mobbli (forniment ta' oġġetti) u immobbli

Artikolu 5 0 0 — Rikavat mill-bejgħ ta' proprjetà mobbli (forniment ta' oġġetti)

Partita 5 0 0 0 — Dħul minn bejgħ ta' vetturi — Dħul allokat

Figuri

Baġit 2017

Baġit 2016

Eżitu 2015

p.m.

p.m.

 

Kummenti

Din il-partita hija maħsuba biex tinkludi d-dħul mill-bejgħ jew mit-tpartit ta’ vetturi tal-istituzzjoni.

B'konformità mal-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fil-partiti li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrispondenti.

Partita 5 0 0 1 — Rikavat mill-bejgħ ta' proprjetà mobbli oħra — Dħul allokat

Figuri

Baġit 2017

Baġit 2016

Eżitu 2015

p.m.

p.m.

25 526,00

Kummenti

Din il-partita hija maħsuba biex tinkludi d-dħul mill-bejgħ jew mit-tpartit ta’ proprjetà mobbli oħra tal-istituzzjoni, apparti l-vetturi.

B'konformità mal-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fil-partiti li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrispondenti.

Partita 5 0 0 2 — Rikavat mill-prodotti ta' provvista mogħtija lill-istituzzjonijiet jew korpi oħra — Dħul allokat

Figuri

Baġit 2017

Baġit 2016

Eżitu 2015

p.m.

p.m.

55 871,00

Kummenti

B'konformità mal-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fil-partiti li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrispondenti.

Id-dettalji tal-infiq u d-dħul mis-self jew mill-kiri jew mill-għoti tas-servizzi taħt din il-partita huma indikati f’anness ta’ dan il-baġit.

Artikolu 5 0 1 — Rikavat mill-bejgħ ta' proprjetà immobbli

Figuri

Baġit 2017

Baġit 2016

Eżitu 2015

p.m.

p.m.

 

Kummenti

Dan l-artikolu huwa maħsub li jinkludi d-dħul mill-bejgħ ta' proprjetà immobbli tal-istituzzjoni.

Artikolu 5 0 2 — Rikavat mill-bejgħ ta’ pubblikazzjonijiet, stampar u films — Dħul allokat

Figuri

Baġit 2017

Baġit 2016

Eżitu 2015

p.m.

p.m.

 

Kummenti

B'konformità mal-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fil-partiti li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrispondenti.

Dan l-artikolu jinkludi wkoll id-dħul mill-bejgħ ta’ dawn il-prodotti b’mod elettroniku.

Kapitolu 5 1 — Rikavat minn kirjiet

Artikolu 5 1 1 — Rikavat minn kiri u sullokazzjonijiet ta' proprjetà immobbli u rimborż ta' infiq ieħor konnessi mal-kiri

Partita 5 1 1 0 — Rikavat minn kiri u sullokazzjonijiet ta' proprjetà immobbli — Dħul allokat

Figuri

Baġit 2017

Baġit 2016

Eżitu 2015

p.m.

p.m.

2 807 906,00

Kummenti

B'konformità mal-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fil-partiti li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrispondenti.

Id-dettalji tal-infiq u d-dħul mis-self jew mill-kiri jew mill-għoti tas-servizzi taħt din il-partita huma indikati f’anness ta’ dan il-baġit.

Partita 5 1 1 1 — Rimborż tal-ispejjeż tal-kiri — Dħul allokat

Figuri

Baġit 2017

Baġit 2016

Eżitu 2015

p.m.

p.m.

16 372,00

Kummenti

B'konformità mal-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fil-partiti li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrispondenti.

Kapitolu 5 2 — Dhul minn investimenti jew self mogħti, imgħax bankarju u mgħax ieħor

Artikolu 5 2 0 — Dħul minn investimenti jew self mogħti, imgħax bankarju u mgħax ieħor fuq il-kontijiet tal-istituzzjoni

Figuri

Baġit 2017

Baġit 2016

Eżitu 2015

200 000

410 000

216 417,00

Kummenti

Dan l-artikolu huwa maħsub biex jinkludi d-dħul minn investimenti jew self mogħti, imgħax bankarju u mgħax ieħor fuq il-kontijiet tal-istituzzjoni.

Kapitolu 5 5 — Dħul li ġej mill-fornment ta' servizzi u minn xogħlijiet

Artikolu 5 5 0 — Dħul mill-forniment ta' servizzi u xogħol magħmula għall-istituzzjonijiet jew korpi oħra, inkluż ir-rifużjoni ta' allowances għall-missjonijiet minn istituzzjonijiet jew korpi oħra mħallsa f'isimhom— Dħul allokat

Figuri

Baġit 2017

Baġit 2016

Eżitu 2015

p.m.

p.m.

5 557 309,00

Kummenti

B'konformità mal-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fil-partiti li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrispondenti.

Artikolu 5 5 1 — Dħul minn terzi għall-forniment ta' servizzi jew xogħlijiet magħmula fuq talba tagħhom — Dħul assenjat

Figuri

Baġit 2017

Baġit 2016

Eżitu 2015

p.m.

p.m.

729 104,00

Kummenti

B'konformità mal-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fil-partiti li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrispondenti.

Kapitolu 5 7 — Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet oħra marbuta mal-ħidma amministrattiva tal-istituzzjoni

Artikolu 5 7 0 — Dħul mill-ħlas lura ta' somom li ma kinux imħallsa kif suppost — Dħul allokat

Figuri

Baġit 2017

Baġit 2016

Eżitu 2015

p.m.

p.m.

3 292 213,00

Kummenti

B'konformità mal-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fil-partiti li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrispondenti.

Artikolu 5 7 1 — Dħul iddestinat għal skop speċifiku, bħad-dħul minn fondazzjonjiet, sussidji, rigali u benefiċċji oħra, inkluż id-dħul iddestinat, speċifiku għal kull istituzzjoni — Dħul allokat

Figuri

Baġit 2017

Baġit 2016

Eżitu 2015

p.m.

p.m.

0,00

Kummenti

B’konformità mal-Artikolu 21(2)(d) tar-Regolament Finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fil-partiti li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrespondenti.

Artikolu 5 7 2 — Ħlas lura tan-nefqa fuq il-"welfare" li saret għan-nom ta' istituzzjoni oħra

Figuri

Baġit 2017

Baġit 2016

Eżitu 2015

p.m.

p.m.

0,00

Kummenti

Dan l-artikolu huwa maħsub biex jinkludi dħul marbut ma’ ħlas lura tan-nefqa fuq il-“welfare” li saret għan-nom ta' istituzzjoni oħra.

Artikolu 5 7 3 — Kontribuzzjonijiet u Rifużjonijiet oħra marbuta mal-ħidma amministrattiva tal-istituzzjoni — Dħul allokat

Figuri

Baġit 2017

Baġit 2016

Eżitu 2015

p.m.

p.m.

3 476 281,00

Kapitolu 5 8 — Ħlasijiet varji

Artikolu 5 8 1 — Dħul mill-ħlasijiet maħruġa mill-kumpaniji tal-assigurazzjoni — Dħul assenjat

Figuri

Baġit 2017

Baġit 2016

Eżitu 2015

p.m.

p.m.

179 793,00

Kummenti

B'konformità mal-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fil-partiti li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrispondenti.

Dan l-artikolu jinkludi wkoll ir-rifużjoni mill-assigurazzjoni tal-pagi tal-uffiċjali involuti f’inċidenti.

Titolu 6 — Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet fil-qafas tal-ftehim u tal-programmi tal-unjoni

Kapitolu 6 6 — Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet oħra

Artikolu 6 6 0 — Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet oħra

Partita 6 6 0 0 — Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet oħra assenjati — dħul assenjat

Figuri

Baġit 2017

Baġit 2016

Eżitu 2015

p.m.

p.m.

11 848 214,00

Kummenti

B’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Finanzjarju, din il-partita hija maħsuba biex tinkludi d-dħul eventwali mhux previst fil-partijiet l-oħra tat-Titolu 6 u li jwasslu għall-ftuħ ta’ approprjazzjonijiet supplimentari maħsuba biex jirffinanzjaw l-infiq li għalih huwa assenjat dan id-dħul.

Partita 6 6 0 1 — Kontribuzzjonijiet u Restituzzjonijiet oħra mhux assenjati

Figuri

Baġit 2017

Baġit 2016

Eżitu 2015

p.m.

p.m.

 

Titolu 9 — DĦUL VARJU

Kapitolu 9 0 — Dħul varju

Artikolu 9 0 0 — Dħul varju

Figuri

Baġit 2017

Baġit 2016

Eżitu 2015

1 000

1 000

937 952,00

Kummenti

Dan l-artikolu huwa maħsub biex jiġbor fih id-dħul varju.

Id-dettalji tal-infiq u d-dħul mis-self jew mill-kiri jew mill-għoti tas-servizzi taħt dan l-Artikolu huma indikati f’anness ta’ dan il-baġit.

Nefqa — Infiq

Titolu 1 — Persuni li jaħdmu mal-istituzzjoni

Kapitolu 1 0 — Membri tal-istituzzjoni

Artikolu 1 0 0 — Salarji u allowances

Partita 1 0 0 0 — Salarji

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

75 020 000

72 520 000

71 860 133,95

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-finanzjament tal-allowance prevista mill-Istatut tal-Membri tal-Parlament.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 5 000.

Bażi ġuridika.

L-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikulari l-Artikoli 9 u 10 tiegħu.

Miżuri ta' implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew u b'mod partikolari l-Artikoli 1 u 2 tiegħu.

Partita 1 0 0 4 — Spejjeż għall-vjaġġi regolari

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

69 200 000

73 340 000

71 418 750,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri r-rifużjoni ta’ nefqiet għall-vjaġġi u spejjeż ta' sussistenza marbuta ma' vjaġġi lejn il-postijiet ta' xogħol u minn dawn il-postijiet u ma' vjaġġi oħra fuq xogħol.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 25 000.

Bażi ġuridika.

L-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu

Miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew u speċjalment l-Artikoli 10 sa 21 u 24 tiegħu.

Partita 1 0 0 5 — Spejjeż oħra tal-ivvjaġġar

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

6 000 000

7 050 000

5 550 000,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri r-rifużjoni ta’ nefqiet għall-ivvjaġġar addizzjonali, spejjeż tal-ivvjaġġar li jkunu saru fl-Istat Membru fejn il-Membru tal-Parlament Ewropew ikun ġie elett.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa smat li jilħaq l-EUR 1 000.

Bażi ġuridika.

L-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu

Miżuri implimentattivi tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew u speċjalment l-Artikoli 22 u 23 tiegħu.

Partita 1 0 0 6 — Spejjeż għall-vjaġġi regolari

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

39 886 000

39 715 000

38 754 450,55

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri, b'konformità mal-Miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, l-ispejjeż li jirriżultaw mill-attivitajiet parlamentari tal-Membri.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 75 000.

Bażi ġuridika.

L-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu

Miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew u b'mod partikolari l-Artikoli 25 sa 28 tiegħu.

Partita 1 0 0 7 - Allowances għat-twettiq tad-dmirijiet

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

181 500

181 500

175 257,06

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-allowances għas-sussistenza u għar-rappreżentanza marbuta mal-kariga ta' President tal-Parlament Ewropew.

Bażi ġuridika.

L-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu

Deċiżjoni tal-Bureau tas-17 ta' Ġunju 2009.

Artikolu 1 0 1 — Polza ta’ assikurazzjoni kontra l-inċidenti, il-mard uħlasijiet oħra tas-sigurtà soċjali

Partita 1 0 1 0 — Polza ta' assigurazzjoni kontra l-inċidenti, il-mard u ħlasijiet oħra tas-sigurtà soċjali

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

3 097 000

3 058 000

2 191 208,67

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri poloz tal-assigurazzjoni kontra l-inċidenti u l-ispejjeż mediċi tal-Membri tal-Parlament u r-riskji ta' serq ta' oġġetti personali tal-Membri tal-Parlament.

Hija maħsuba wkoll biex tassigura u tassisti lill-Membri f'każ ta' ħtieġa ta' ripatrijazzjoni, waqt li jkunu fuq xi żjara uffiċjali, minħabba li jimirdu serjament, jisfaw vittmi ta' inċident jew ta' avvenimenti mhux previsti li jimpeduhom milli jkomplu l-vjaġġ tagħhom. L-assistenza tinkludi l-organizzazzjoni tar-ripatrijazzjoni tal-Membru u l-assunzjoni tal-ispejjeż relatati.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 60 000.

Bażi ġuridika.

L-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikulari l-Artikoli 18 u 19 tiegħu.

Miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u speċjalment l-Artikoli 3 sa 9, u 29.

Regoli komuni rigward l-assigurazzjoni kontra l-inċidenti, il-mard kkawżat mix-xogħol tal-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Regoli komuni rigward l-assigurazzjoni kontra r-riskji tal-mard tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali ta' eżekuzzjoni fir-rigward tar-rimborż tal-ispejjeż mediċi.

Partita 1 0 1 2 — Miżuri speċifiċi għall-benefiċċju tal-Membri tal-Parlament li għandhom diżabilità

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

775 000

798 000

653 406,83

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri ċerti spejjeż meħtieġa biex tkun fornuta assistenza lil Membru b'diżabbiltà serja.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 5 000.

Bażi ġuridika.

Miżuri ta' implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu.

Artikolu 1 0 2 — Allowances Tranżitorji

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

930 000

1 770 000

9 544 350,06

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-finanzjament tal-allowance tranżitorja fi tmiem il-mandat ta' Membru.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 5 000.

Bażi ġuridika.

L-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu.

Miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 45 sa 48 u 77 tiegħu.

Artikolu 1 0 3 — Pensjonijiet

Partita 1 0 3 0 –– Pensjonijiet tal-irtirar (PEAM)

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

11 450 000

11 450 000

10 675 653,64

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ħlas ta' pensjoni tal-anzjanità wara t-tmiem tal-mandat ta' Membru.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 150 000.

Bażi ġuridika.

Miżuri ta' implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u speċjalment l-Artikolu 75 tiegħu, u l-Anness III tar-Regoli dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri (ir-“Regoli PEAM”).

Partita 1 0 3 1 — Pensjonijiet tad-diżabilità (PEAM)

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

303 000

291 000

281 721,32

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ħlas ta’ pensjoni f'każ ta' diżabilità ta' Membru matul il-mandat tiegħu.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 5 000.

Bażi ġuridika.

Miżuri ta' implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u speċjalment l-Artikolu 75 tiegħu, u l-Anness III tar-Regoli dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri (ir-“Regoli PEAM”).

Partita 1 0 3 2 — Pensjonijiet tar-romol (PEAM)

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

2 313 000

2 458 000

2 207 741,36

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ħlas ta’ pensjoni tar-romol u/jew tal-orfni f’każ ta’ mewt ta’ Membru jew ta’ ex Membru.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 15 000.

Bażi ġuridika.

Miżuri ta' implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u speċjalment l-Artikolu 75 tiegħu, u l-Anness III tar-Regoli dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri (ir-“Regoli PEAM”).

Partita 1 0 3 3 — Skemi ta' pensjonijiet volontarji għall-Membri

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

p.m.

p.m.

3 178,74

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri s-sehem tal-istituzzjoni fl-iskemi ta' pensjonijiet komplementari volontarji tal-Membri.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 500.

Bażi ġuridika.

L-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 27 tiegħu.

Miżuri ta' implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u speċjalment l-Artikolu 76 tiegħu, u l-Anness III tar-Regoli dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri (ir-“Regoli PEAM”).

Artikolu 1 0 5 — Korsijiet tal-lingwi u tal-ipproċessar tad-dejta

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

670 000

650 000

600 000,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż tal-korsijiet tal-lingwi u tal-ipproċessar tad-data għall-Membri.

Bażi ġuridika.

Miżuri ta' implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu.

Deċiżjoni tal-Bureau tal-4 ta' Mejju 2009 korsijiet tal-lingwi u tal-komputer lill-Membri.

Artikolu 1 0 9 — Approprjazzjoni proviżjorja

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

p.m.

p.m.

0,—

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-effett ta' kwalunkwe aġġustament fir-remunerazzjoni tal-Membri tal-istituzzjoni.

Din l-approprjazzjoni hija purament proviżorja u tista' tintuża biss wara t-trasferiment tagħha lejn intestaturi oħra f'konformità mar-Regolament Finanzjarju.

Kapitolu  1 2 — Uffiċjali u persunal temporanju

Artikolu 1 2 0 — Remunerazzjoni u Drittijiet oħra

Partita 1 2 0 0 — Remunerazzjoni u allowances

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

638 333 000

623 007 500

594 444 744,13

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija prinċipalment maħsuba biex tkopri, għal uffiċjali u aġenti temporanji li għandhom impjieg li jidher fl-organigramma:

il-pagi, l-allowances u l-benefiċċji relatati mal-pagi,

ir-riskji tal-mard, tal-inċidenti, ta’ mard professjonali u ħlasijiet oħra tas-sigurtà soċjali,

l-allowances għas-sahra,

il-benefiċċji u l-allowances l-oħra,

il-ħlas tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar għall-uffiċjali jew għall-aġenti temporanji, għas-sieħeb/sieħba tagħhom u d-dipendenti tagħhom, mill-post tal-impjieg sal-post tal-oriġini,

l-impatt tal-koefiċenti korrettiv applikabbli għar-remunerazzjoni u l-proporzjon ta' emolumenti trasferiti lejn pajjiż ieħor minn dak tal-impjieg;

ir-riskji tal-qgħad għall-aġenti temporanji kif ukoll il-ħlasijiet li għandhom isiru mill-istituzzjoni favur aġenti temporanji sabiex ikunu kostitwiti jew miżmuma d-drittijiet tagħhom għall-pensjoni fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom.

Hija maħsuba wkoll biex tkopri l-ħlas tal-assikurazzjoni “inċidenti waqt attivitajiet sportivi” għall-persuni li jużaw iċ-ċentru sportiv tal-Parlament Ewropew fi Brussell u fi Strasburgu.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 300 000.

Bażi ġuridika.

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

Partita 1 2 0 2 — Remunerazzjoni ta' sigħat supplimentari

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

135 000

248 000

66 500,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ħlas ta' sahra skont il-kondizzjonijiet previsti fid-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Bażi ġuridika.

Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’mod partikolari l-Artikolu 56 u l-Anness VI tagħhom.

Il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

Partita 1 2 0 4 — Drittijiet marbuta mad-dħul fis-servizz, trasferimenti jew tluq mis-servizz

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

2 950 000

2 950 000

2 560 000,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

l-ispejjeż tal-ivvjaġġar ta’ uffiċjali u ta’ aġenti temporanji (inklużi l-membri tal-familji tagħhom) li jidħlu fis-servizz fi jew jitilqu mis-servizz jew li jgħaddu minn bidla li timplika riorganizzazzjoni ġeografika,

l-allowances ta' installazzjoni, ta' installazzjoni mill-ġdid u ta' trasferiment li jingħataw lill-uffiċjali u aġenti temporanji li jkollhom ibiddlu r-residenza wara li jibdew il-ħidma tagħhom, jew li jiġu trasferiti għal post tax-xogħol ġdid, jew meta jieqfu definittivament mill-ħidma tagħhom u jmorru jgħixu f’post ieħor,

l-allowances ta' kuljum għal uffiċjali u aġenti temporanji li huma obbligati jbiddlu l-post ta’ residenza meta jieħdu l-funzjonijiet tagħhom jew meta jiġu trasferiti għal post ta’ ħidma ġdid,

l-allowance għat-tkeċċija għal uffiċjal taħt prova, imkeċċi f’każ ta’ nuqqas ċar ta’ prestazzjoni,

l-allowance ta’ tmiem ta’ kuntratt ta’ aġent temporanju mill-istituzzjoni,

id-differenza bejn ħlasijiet magħmula mill-persunal kuntrattwali għall-iskema ta’ pensjoni ta’ Stat Membru u dawk li għandhom jitħallsu għall-iskema tal-Unjoni f’każ ta' tiġdid ta’ kuntratt.

Bażi ġuridika.

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 1 2 2 — 'Allowance' għall-irtirar kmieni mis-servizz

Partita 1 2 2 0 — Allowances fil-każ ta' persunal irtirat mix-xogħol jew li jibbenefika minn liv fl-interess tas-servizz

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

1 155 000

1 100 000

412 905,67

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-allowances imħallsa:

lill-uffiċjali assenjati għal status mhux attiv wara tnaqqis ta' għadd ta' impjiegi fl-istituzzjoni,

lill-uffiċjali li jitqiegħdu fuq liv minħabba bżonnijiet organizzattivi marbutin mal-akkwist ta' kompetenzi ġodda fi ħdan l-istituzzjoni,

lill-uffiċjali u l-aġenti temporanji fil-qafas tal-gruppi politiċi li għandhom kariga ta' AD 16 jew AD 15 li rtiraw fl-interess tas-servizz.

Din tkopri wkoll il-kontribuzzjoni ta' min iħaddem għal assigurazzjoni tal-mard u l-impatt tad-differenzi applikabbli għal dawn l-allowances (bl-eċċezzjoni tal-benefiċjarji tal-Artikolu 42c li m'għandhomx id-dritt għall-koeffiċjent ta' korrezzjoni).

Bażi ġuridika.

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 41, 42c u 50 u l-Anness IV tagħhom kif ukoll l-Artikolu 48a tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

Partita 1 2 2 2 — Allowances għal staff li l-impjieg tagħhom jitwaqqaf u skema speċjali għall-irtirar għall-uffiċjali u aġenti temporanji

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

p.m.

p.m.

0,—

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

l-allowances pagabbli skont ir-Regolamenti tal-Persunal jew ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom, KEFA) Nru 2689/95 u (KE, Euratom) Nru 1748/2002,

il-kontribuzzjoni ta’ min iħaddem lejn assigurazzjoni kontra l-mard għar-riċevituri ta’ din l-allowance,

l-impatt tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għad-diversi allowances.

Bażi ġuridika.

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 64 u 72 tagħhom.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom, ECSC) Nru 2689/95 tas-17 ta’ Novembru 1995 li jintroduċi miżuri speċjali biex jintemm is-servizz ta’ aġenti temporanji tal-Unjoni Ewropea, bħala riżultat tal-adeżjoni tal-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja (ĠU L 280, 23.11.1995, p. 4).

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom ) Nru 1748/2002 tat-30 ta’ Settembru 2002 li jintroduċi, fil-kuntest tar-riforma tal-Kummissjoni, miżuri speċjali biex jitterminaw l-impjieg ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej appuntati għal post stabbilit fil-Parlament Ewropew u tal-impjegati temporanji li jaħdmu fil-Gruppi Politiċi tal-Parlament Ewropew (ĠU L 264, 2.10.2002, p. 9).

Kapitolu 1 4 — Persunal ieħor u servizzi esterni

Artikolu 1 4 0 — Aġenti oħra u ħaddiema esterni

Partita 1 4 0 0 — Aġenti oħra — Segretarjat Ġenerali u gruppi politiċi

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

43 915 000

41 867 289

38 317 487,57

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba l-aktar biex tkopri l-infiq li ġej, bl-esklużjoni ta' dak li għandu x'jaqsam ma' aġenti oħra assenjati fid-Direttorat Ġenerali responsabbli għas-sigurtà u li jeżerċitaw funzjonijiet relatati mas-sigurtà tal-persuni u l-oġġetti, mas-sigurtà tal-informazzjoni kif ukoll mal-valutazzjoni tar-riskji u dak li għandu x'jaqsam ma' aġenti oħra li jeżerċitaw il-funzjonijiet ta' xufier fis-Segretarjat Ġenerali jew li jiżguraw il-koordinament ta' dawn il-funzjonijiet:

ir-remunerazzjonijiet, inkużi l-approprjazzjonijiet u l-allowances, tal-aġenti l-oħra, inklużi l-aġenti kuntrattwali u l-konsulenti speċjali (skont it-tifsira tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea), il-ħlasijiet ta' min iħaddem għall-iskemi differenti ta' sigurtà soċjali għall-bżonnijiet bażiċi tal-Komunità kif ukoll l-impatt tal-adattament salarjali applikabbli għar-remunerazzjonijiet ta' dawn l-aġenti,

l-impjieg ta’ persunal temporanju,

il-fatturi maħruġa mill-PMO għall-impjieg ta' aġenti destinati li jittrattaw ir-reġistri amministrattivi tal-aġenti tal-Parlament Ewropew (speċjalment il-benefiċċji tal-qgħad, id-drittijiet għall-pensjoni, eċċ.).

Parti minn din l-approprjazzjoni għandha tiintuża għar-reklutaġġ ta' aġenti kuntrattwali b'diżabilità b'konformità mad-deċiżjoni tal-Bureau tas-7 u d-9 ta' Lulju 2008.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 3 000 000.

Bażi ġuridika.

Il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea (Titolu IV, Titolu V u Titolu VI).

Dispożizzjonijiet ġenerali ta' implimentazzjoni dwar il-kompetizzjonijiet u l-proċeduri ta' selezzjoni u l-gradi ta' uffiċjali u ta' aġenti oħra tal-Parlament Ewropew (Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2014).

Partita 1 4 0 1 — Aġenti oħra — Sigurtà

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

24 962 000

22 433 711

17 222 235,00

Kummenti

Partita ġdida

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba l-aktar biex tkopri l-infiq li ġej fir-rigward tal-aġenti l-oħra assenjati fid-Direttorat Ġenerali responsabbli għas-sigurtà u li jeżerċita funzjonijiet relatati mas-sigurtà tal-persuni u l-oġġetti, mas-sigurtà tal-informazzjoni kif ukoll mal-valutazzjoni tar-riskji:

ir-remunerazzjonijiet ta' aġenti kuntrattwali u aġenti kuntrattwali awżiljari, inklużi l-allowances u l-impatt tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għar-remunerazzjonijiet ta' dawn l-aġenti,

l-impjieg ta’ persunal temporanju.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 5 000.

Bażi ġuridika.

Il-Kondizzjonijiet tax-Xogħol tal-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea (Titolu IV).

Dispożizzjonijiet ġenerali ta' implimentazzjoni dwar il-kompetizzjonijiet u l-proċeduri ta' selezzjoni u l-gradi ta' uffiċjali u ta' aġenti oħra tal-Parlament Ewropew (Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2014).

Partita 1 4 0 2 — Aġenti oħra — Xufiera fis-Segretarjat Ġenerali

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

6 100 000

 

 

Kummenti

Partita ġodda

Din l-approprjazzjoni hija prinċipalment intenzjonata biex tkopri l-infiq li ġej fir-rigward tal-aġenti l-oħra li jeżerċitaw il-funzjonijiet ta' xufiera fis-Segretarjat Ġenerali jew li jiżguraw il-koordinament ta' dawn li ġejjin:

ir-remunerazzjonijiet ta' aġenti kuntrattwali u aġenti kuntrattwali awżiljari, inklużi l-allowances u l-impatt tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għar-remunerazzjonijiet ta' dawn l-aġenti,

l-impjieg ta’ persunal temporanju.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 5 000.

Bażi ġuridika.

Il-Kondizzjonijiet tax-Xogħol tal-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea (Titolu IV).

Dispożizzjonijiet ġenerali ta' implimentazzjoni dwar il-kompetizzjonijiet u l-proċeduri ta' selezzjoni u l-gradi ta' uffiċjali u ta' aġenti oħra tal-Parlament Ewropew (Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2014).

Partita 1 4 0 4 — Apprendistati, għotjiet u skambji ta' uffiċjali

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

6 806 500

7 185 000

6 379 886,24

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

l-ispejjeż relatati mal-għażla, ir-reklutaġġ u l-akkoljenza tal-apprendisti,

ir-rimunerazzjonijiet għall-apprendisti gradwati (boroż ta’ studju), inklużi l-allowances eventwali tal-familja, kif ukoll l-allowances imħallsa lill-apprendisti waqt il-formazzjoni

l-allowances imħallsa lill-apprendisti waqt il-formazzjoni,

l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-apprendisti,

l-ispejjeż ta' assigurazzjoni tas-saħħa u ta' assigurazzjoni tal-inċidenti għall-apprendisti,

l-ispejjeż marbuta mad-disponibilità tal-persunal bejn il-Parlament u s-settur pubbliku tal-Istati Membri jew ta’ pajjiżi oħra, speċifikati fir-regolamenti,

l-ispejjeż relatati mas-sekondar ta' esperti nazzjonali mal-Parlament Ewropew, b'mod partikolari l-allowances u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tagħhom,

l-ispejjeż ta' assigurazzjoni tal-inċidenti għall-esperti nazzjonali sekondati,

il-kumpens għaż-żjarat ta' studju,

l-organizzazzjoni ta’ skemi ta’ taħriġ ta’ interpreti tal-konferenzi u ta’ tradutturi, speċjalment b’kollaborazzjoni mal-iskejjel tal-interpreti u universitajiet li joffru taħriġ fit-traduzzjoni, kif ukoll l-għoti ta’ boroż ta’ studju għat-taħriġ u għat-taħriġ professjonali avanzat tal-interpreti u t-tradutturi, ix-xiri ta’ materjal għat-tagħlim u spejjeż oħra relatati,

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 5 000.

Bażi ġuridika.

Regolament li jirregola t-tqegħid ta' uffiċjali tal-Parlament Ewropew u membri temporanji tal-persunal tal-gruppi politiċi għad-dispożizzjoni ta' awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, organi assimilati ma’ dawn l-awtoritajiet pubbliċi u organizzazzjonijiet internazzjonali (Deċiżjoni tal-Bureau tas-7 ta’ Marzu 2005).

Regolament dwar l-issekondar ta’ esperti nazzjonali mal-Parlament Ewropew (Deċiżjoni tal-Bureau tal-4 ta’ Mejju 2009).

Regoli interni dwar l-apprendisti u żjarat ta' studju mas-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament Ewropew (Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Frar 2013).

Partita 1 4 0 5 — Nefqa fuq l-interpretazzjoni

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

45 785 000

45 125 000

46 423 856,43

Kummenti

(Partita ġdida, li qabel kienet il-Partita 1 4 0 2)

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-infiq li ġej:

ir-remunerazzjonijiet u l-allowances assimilati, il-kontribuzzjonijiet soċjali, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u spejjeż oħra tal-interpreti awżiljarji tal-konferenzi impjegati mill-Parlament Ewropew għal laqgħat organizzati mill-Parlament Ewropew għall-ħtiġijiet tiegħu jew għall-ħtiġijiet ta' istituzzjonijiet jew korpi oħra, f'każijiet fejn is-servizzi meħtieġa ma jkunux jistgħu jingħataw mill-interpreti uffiċjali jew temporanji tal-Parlament Ewropew,

l-infiq għal operaturi, persunal tekniku u persuni responsabbli mill-immaniġġjar tal-konferenzi għal-laqgħat imsemmija hawn fuq, f'każijiet fejn is-servizzi meħtieġa ma jkunux jistgħu jingħataw minn uffiċjali, aġenti temporanji jew aġenti oħra tal-Parlament Ewropew,

l-ispejjeż marbuta mas-servizzi pprovduti lill-Parlament Ewropew minn interpreti li huma membri tal-persunal ta' istituzzjonijiet reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali,

l-ispejjeż marbuta mal-attivitajiet relatati mal-interpretazzjoni, b'mod partikolari t-tħejjija għal-laqgħat u t-taħriġ u l-għażla tal-interpreti.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 4 830 000.

Bażi ġuridika.

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

Konvenzjoni li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tal-impjieg u l-emolumenti tal-aġenti interpreti tal-konferenzi (AIC) (u d-Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tagħhom) stabbilita fit-28 ta' Lulju 1999 hekk kif ġiet annotata fit-13 ta' Ottubru 2004 u riveduta fil-31 ta' Lulju 2008.

Partita 1 4 0 6 — Osservaturi

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

p.m.

p.m.

0,—

Kummenti

L-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ħlas tal-ispejjeż marbuta mal-osservaturi, f'konformità mal-Artikolu 13 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew.

Artikolu 1 4 2 — Servizzi esterni tat-traduzzjoni

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

8 196 000

8 890 000

8 274 845,04

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri s-servizzi ta’ traduzzjoni, ta’ ttajpjar, ta’ kodifikazzjoni u ta’ assistenza teknika li jitwettqu minn fornituri minn barra.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 135 000.

Kapitolu 1 6 — Infiq ieħor relatat mal-persuni li jaħdmu fl-istituzzjoni

Artikolu 1 6 1 — Nefqiet relatati mal-amministrazzjoni tal-istaff

Partita 1 6 1 0 — Spejjeż għar-reklutaġġ

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

214 000

254 000

215 980,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

l-infiq tal-organizzazzjoni tal-kompetizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2002/621/KE, kif ukoll l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza tal-kandidati f'każ ta' intervisti u ta' visti mediċi qabel ma dawn jiġu impjegati,

il-kostijiet tal-organizzazzjoni ta’ proċeduri tal-għażla tal-persunal.

F'każijiet ġustifikati b’mod xieraq minn ħtiġijiet funzjonali u wara li jiġi kkonsultat l-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal, din l-approprjazzjoni tista' tintuża għal kompetizzjonijiet organizzati mill-istituzzjoni nnifisha.

Bażi ġuridika.

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 27 sa 31 u 33 u l-Anness III tagħhom.

Id-Deċiżjoni 2002/620/KE tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti tal-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Ombudsman Ewropew tal-25 ta’ Lulju 2002 li waqqfet l-Uffiċċju għall-Għażla tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 197, 26.7.2002, p. 53) u d-Deċiżjoni 2002/621/KE tas-Segretarji Ġenerali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, is-Segretarji Ġenerali tal-Qorti tal-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni, u r-Rappreżentant tal-Ombudsman Ewropew tal-25 ta’ Lulju 2002 dwar l-organizzazzjoni u l-ħidma tal-Uffiċċju għall-Għażla tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 197, 26.7.2002, p. 56).

Partita 1 6 1 2 — Taħriġ Ulterjuri

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

5 515 000

6 200 000

4 950 971,49

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri n-nefqa għat-taħriġ biex jittejbu l-ħiliet tal-persunal u r-rendiment u l-effiċjenza tal-istituzzjoni, eż. permezz ta' korsijiet tal-lingwi għall-lingwi ufficjali ta' ħidma.

Bażi ġuridika.

Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 24a tagħhom.

Il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 1 6 3 — Miżuri sabiex jiġi assistit il-persunal tal-istituzzjoni

Partita 1 6 3 0 - Servizzi Soċjali

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

768 000

784 000

485 584,20

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

fil-qafas ta’ politika interistituzzjonali favur persuni b’diżabilità li jiffurmaw parti mill-kategoriji lil ġejjin:

uffiċjali u aġenti temporanji f’impjieg attiv,

is-sħab ta’ uffiċjali u ta’ aġenti temporanji f’impjieg attiv,

tfal dipendenti fit-tifsira tar-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ir-rimborż, fi ħdan il-limiti tar-riżorsi disponibbli fil-baġit u wara li jkunu intużaw l-intitolamenti nazzjonali fil-pajjiż ta' residenza jew ta' oriġini, ta' spejjeż mhux mediċi, li jkunu rikonoxxuti bħala neċessarji bħala riżultat tad-diżabbiltà u li jkunu ġustifikati kif xieraq u mhux rimborżati mill-iskema komuni tal-assigurazzjoni tal-mard,

miżuri favur uffiċjali u aġenti li jinsabu f’qagħda partikularment diffiċli,

l-iffinanzjar ta’ għotja għall-kumitat għall-persunal u għal infiq inċidentali tas-Servizzi Soċjali. Il-kontribuzzjonijiet jew il-ħlas tal-ispejjeż mill-Kumitat għall-Persunal għal parteċipanti f'attività ta' assistenza soċjali se jkollhom l-għan li jiffinanzjaw attivitajiet li għandhom dimensjoni soċjali, kulturali jew lingwistika iżda mhu se jkun hemm l-ebda sussidji għal membri tal-persunal jew familji individwali,

azzjonijiet oħra ta' natura soċjali, fil-livell istituzzjonali u interistituzzjonali, fir-rigward tal-integrazzjoni tal-uffiċjali u l-aġenti,

il-finanzjament ta' miżuri speċifiċi għal akkomodazzjoni raġonevoli jew ta' spejjeż ta' analiżi medika jew soċjali għal uffiċjali u aġenti oħra b'diżabilitajiet u apprendisti b'diżabilitajiet jew tal-uffiċjali u aġenti oħra b'diżabilitajiet waqt il-proċeduri ta' reklutaġġ u tal-apprendisti b'diżabilitajiet waqt il-proċeduri ta' għażlab'applikazzjoni tal-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal, b'mod partikolari l-assistenza personali fil-post tax-xogħol jew matul missjonijiet.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 50 000.

Bażi ġuridika.

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 1d, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(3), it-tielet inċiż, u l-Artikolu 76 tagħhom.

Partita 1 6 3 1 — Mobilità

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

700 000

754 000

636 049,44

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-infiq relatat mal-pjan ta' mobilità fil-bosta postijiet tax-xogħol.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 5 000.

Partita 1 6 3 2 - Kuntatti soċjali bejn membri ta' l-istaff u miżuri soċjali oħra

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

230 000

238 000

198 962,27

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tħeġġeġ u tagħti appoġġ finanzjarju lil skemi għall-promozzjoni tal-kuntatti soċjali bejn il-persunal ta' nazzjonalitajiet differenti, bħal pereżempju sussidji għal klabbs, assoċjazzjonijiet, attivitajiet kulturali tal-persunal, kif ukoll biex issir kontribuzzjoni lejn l-infiq relatat ma' ċentru permanenti fejn persuni jiltaqgħu fil-ħin liberu tagħhom (attivitajiet kulturali u sportivi, faċilitajiet tal-ikel, eċċ.).

Hija tkopri wkoll il-parteċipazzjoni finanzjarja fl-attivitajiet soċjali interistituzzjonali.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 600 000.

Artikolu 1 6 5 — Attivitajiet relatati mal-persuni kollha li jaħdmu ma' l-istituzzjoni

Partita 1 6 5 0 — Servizzi mediċi

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

1 275 000

1 250 000

1 095 232,08

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż tal-operat tal-klinika fit-tliet postijiet tax-xogħol, li tinkludi x-xiri ta’ materjal, ta’ prodotti farmaċewtiċi, eċċ., l-ispejjeż marbuta mal-eżamijiet mediċi ta’ prevenzjoni, l-ispejjeż ikkawżati mill-operat tal-kumitat tal-invalidità, kif ukoll l-ispejjeż marbuta ma' servizzi esterni mogħtija minn speċjalisti mediċi li jkunu meqjusa neċessarji mit-tobba konsulenti.

Hija tkopri wkoll l-ispejjeż għax-xiri ta’ xi apparat li jkun meqjus neċessarju fil-qasam mediku, kif ukoll l-ispejjeż marbuta mal-persunal mediku jew paramediku fl-iskema tal-għoti tas-servizzi jew ma' sostituti temporanji ta' membri tal-persunal mediku.

Bażi ġuridika.

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 59 tagħhom u l-Artikolu 8 tal-Anness II tagħhom.

Partita 1 6 5 2 - Spejjeż kurrenti għall-operat amministrattiv tar-ristoranti u l-kantines

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

1 380 000

1 365 000

3 500 000,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż tal-ġestjoni u l-operat tar-ristoranti u tal-kantins.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 70 000.

Partita 1 6 5 4 — Faċilitajiet li jieħdu ħsieb it-tfal

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

7 162 500

6 727 500

6 167 701,36

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri s-sehem tal-Parlament Ewropew fl-infiq għaċ-ċentri għat-tfal żgħar u l-iskejjel materni esterni li magħhom ikun hemm ftehim.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 3 400 000.

Partita 1 6 5 5 — Kontribuzzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Iskejjel Ewropej tat-Tip II akkreditati

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

295 000

200 000

285 000,00

Kummenti

Implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013)4886 tal-1 ta' Awwissu 2013 (ĠU C 222, 2.8.2013, p. 8).

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-kontribuzzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Iskejjel Ewropej tat-Tip II akkreditati mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Iskejjel Ewropej jew ir-rimborż tal-kontribuzzjoni mħallsa mill-Kummissjoni f'isem il-Parlament Ewropew għall-Iskejjel Ewropej tat-Tip II akkreditati mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Iskejjel Ewropej. Din tkopri il-kostijiet relatati ma' wlied il-membri tal-persunal statutorju tal-Parlament Ewropew li huma miktubin f'dawn l-iskejjel.

Titolu 2 — Bini, għamara, tagħmir u nefqiet varji għall-operat amministrattiv

Kummenti

Billi l-kumpaniji tal-assigurazzjoni m’għadhomx ikopru r-riskju ta’ tilwim industrijali u ta’ attentati terroristiċi li għalihom huma esposti l-binjiet tal-Parlament Ewropew, dan għandu jkun kopert mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Għalhekk, l-approprjazzjonijiet stipulati f’dan it-titolu jkopru l-infiq kollu kkawżat minn ħsarat li jirriżultaw minn tilwim industrijali u minn attentati terroristiċi.

Kapitolu 2 0 — Bini u nefqiet relatati

Artikolu 2 0 0 — Bini

Partita 2 0 0 0 — Kirjiet

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

37 169 000

33 058 000

28 433 672,09

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-kiri marbut ma’ bini jew partijiet ta’ bini okkupati mill-Parlament Ewropew.

Hija tkopri wkoll it-taxxa fuq il-proprjetà marbuta ma’ dan il-bini. Il-kirjiet jiġu kkalkulati fuq 12-il xahar u fuq il-bażi ta’ kuntratti eżistenti jew li qed jitħejjew, li normalment jistipulaw indiċi fuq l-għoli tal-ħajja jew fuq il-prezz tal-bini.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 1 500 000.

Il-kontributi finanzjarji min-naħa tal-Istati Membri jew l-aġenziji jew l-entitajiet pubbliċi tagħhom fil-forma ta' finanzjament jew rimborż tal-ispejjeż u dawk marbutin mal-akkwist jew l-użu ta' art jew bini, jew l-ispejjeż marbutin mal-bini jew tagħmir tal-istituzzjoni, jitqiesu bħala dħul assenjat estern skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament Finanzjarju.

Partita 2 0 0 1 — Ħlasijiet ta' ċnus

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

p.m.

p.m.

77 584 999,73

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ħlasijiet ta’ ċnus marbuta ma’ bini jew ma’ partijiet ta’ bini koperti minn kuntratti li jinsabu fis-seħħ jew kuntratti li qed jitħejjew.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 50 000.

Il-kontributi finanzjarji min-naħa tal-Istati Membri jew l-aġenziji jew l-entitajiet pubbliċi tagħhom fil-forma ta' finanzjament jew rimborż tal-ispejjeż u dawk marbutin mal-akkwist jew l-użu ta' art jew bini, jew l-ispejjeż marbutin mal-bini jew tagħmir tal-istituzzjoni, jitqiesu bħala dħul assenjat estern skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament Finanzjarju.

Partita 2 0 0 3 — Akkwist ta' bini

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

p.m.

p.m.

0,—

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-akkwist ta’ bini. Is-sussidji li jikkonċernaw l-artijiet u l-vijabilità tagħhom għandhom jiġu ttrattati b'konformità mar-Regolament Finanzjarju.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 1 000 000.

Il-kontributi finanzjarji min-naħa tal-Istati Membri jew l-aġenziji jew l-entitajiet pubbliċi tagħhom fil-forma ta' finanzjament jew rimborż tal-ispejjeż u dawk marbutin mal-akkwist jew l-użu ta' art jew bini, jew l-ispejjeż marbutin mal-bini jew tagħmir tal-istituzzjoni, jitqiesu bħala dħul assenjat estern skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament Finanzjarju.

Partita 2 0 0 5 — Il-Kostruzzjoni ta' bini

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

32 970 000

15 770 000

19 569 857,83

Kummenti

Din il-partita hija maħsuba biex tilqa' r-reġistrazzjoni eventwali ta' approprjazzjoni għall-kostruzzjoni ta' bini (xogħlijiet, drittijiet tal-konsulenti, it-tgħammir u l-fornituri inizjali meħtieġa biex il-bini jibda jopera u kull spiża relatata).

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 5 000.

Il-kontributi finanzjarji min-naħa tal-Istati Membri jew l-aġenziji jew l-entitajiet pubbliċi tagħhom fil-forma ta' finanzjament jew rimborż tal-ispejjeż u dawk marbutin mal-akkwist jew l-użu ta' art jew bini, jew l-ispejjeż marbutin mal-bini jew tagħmir tal-istituzzjoni, jitqiesu bħala dħul assenjat estern skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament Finanzjarju.

Partita 2 0 0 7 — Sistemazzjoni fil-bini

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

85 550 000

57 045 440

44 515 781,85

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet ta’ sistemazzjoni kif ukoll infiq ieħor marbut ma’ dawn is-sistemazzjonijiet, b’mod partikulari l-ispejjeż għall-periti u għall-inġiniera, eċċ.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 600 000.

Il-kontributi finanzjarji min-naħa tal-Istati Membri jew l-aġenziji jew l-entitajiet pubbliċi tagħhom fil-forma ta' finanzjament jew rimborż tal-ispejjeż u dawk marbutin mal-akkwist jew l-użu ta' art jew bini, jew l-ispejjeż marbutin mal-bini jew tagħmir tal-istituzzjoni, jitqiesu bħala dħul assenjat estern skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament Finanzjarju.

Partita 2 0 0 8 — Ġestjoni tal-proprjetà speċifika

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

5 114 000

5 256 000

4 116 976,99

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż f’dik li hi ġestjoni tal-proprjetà immobbli bini li mhumiex speċifikament previsti f’Artikoli oħra ta’ dan il-kapitolu, speċjalment għal:

il-ġestjoni u t-trattament tal-iskart,

l-ispezzjonijiet obbligatorji, spezzjonijiet tal-kwalità, perizji, verifikar, sorveljanza tal-konformità, eċċ.,

il-librerija teknika,

l-assistenza għall-ġestjoni (Helpdesk tal-bini),

l-immaniġġjar tal-pjanti tal-bini u tal-midja li jappoġġaw id-dejta,

l-ispejjeż l-oħra.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 50 000.

Artikolu 2 0 2 — In-nefqa fuq il-bini

Partita 2 0 2 2 —  Manutenzjoni, żamma, operat u tindif tal-bini

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

59 440 000

62 944 000

55 608 835,44

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż ta’ manutenzjoni, żamma, operat u tindif, skont il-kuntratti fis-seħħ, tal-bini (il-lokijiet u t-tagħmir tekniku) okkupat, b'kiri jew bi sjieda, mill-Parlament Ewropew.

Qabel it-tiġdid jew il-konklużjoni tal-kuntratti, l-istituzzjoni għandha tikkonsulta mal-istituzzjonijiet l-oħra dwar il-kundizzjonijiet kuntrattwali (prezz, munita magħżula, indiċizzazzjoni, tul, klawsoli oħra) miksuba minn kull waħda minnhom u bi qbil mal-Artikolu 104 tar-Regolament Finanzjarju.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 200 000.

Partita 2 0 2 4 — Il-konsum tal-enerġija

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

16 690 000

19 660 000

16 058 031,06

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba b’mod partikulari biex tkopri l-ispejjeż tal-konsum tal-ilma, tal-gass, tal-elettriku u tat-tisħin.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 100 000.

Partita 2 0 2 6 — Sigurtà u sorveljanza tal-bini

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

18 420 000

16 760 000

18 844 027,40

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex essenzjalment tkopri l-ispejjeż tal-għassa u tas-sorveljanza tal-bini okkupat mill-Parlament Ewropew fit-tliet postijiet abitwali ta’ xogħol u fl-uffiċċji tal-informazzjoni tiegħu fl-Unjoni kif ukoll fl-uffiċċji fil-pajjiżi terzi.

Qabel it-tiġdid jew il-konklużjoni tal-kuntratti, l-istituzzjoni għandha tikkonsulta mal-istituzzjonijiet l-oħra dwar il-kundizzjonijiet kuntrattwali (prezz, munita magħżula, indiċizzazzjoni, tul, klawsoli oħra) miksuba minn kull waħda minnhom u bi qbil mal-Artikolu 104 tar-Regolament Finanzjarju.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 120 000.

Partita 2 0 2 8 — Assikurazzjoni

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

784 000

680 000

636 941,05

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ħlas ta’ primjums tal-assikurazzjoni.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li hu EUR 50 000.

Kapitolu 2 1 — Informatika, apparat u għamara

Kummenti

Fil-qasam tas-akkwist pubbliku, l-istituzzjoni tikkonsulta mal-istituzzjonijiet l-oħra dwar il-kundizzjonijiet kuntrattwali miksuba minn kull istituzzjoni individwali.

Artikolu 2 1 0 — L-informatika u t-telekomunikazzjonijiet

Partita 2 1 0 0 — Informatika u telekomunikazzjonijiet — attivitajiet rikorrenti tal-funzjonament

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

24 920 000

25 310 000

24 431 283,98

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż marbuta max-xiri, il-kiri, iż-żamma u l-manutenzjoni ta' ħardwer u ta' softwer u mal-assistenza esterna minn entitajiet ta' servizzi u konsulenti tal-informatika għal operazzjonijiet ta' attivitajiet rikorrenti meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-sistemi informatiċi u ta' telekomunikazzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Dawk l-ispejjeż jirrigwardaw partikolarment is-sistemi taċ-ċentru tal-informatika u ta' telekomunikazzjonijiet, l-informatika dipartimentali u l-ġestjoni tan-netwerk.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 184 200.

Partita 2 1 0 1 —  Informatika u telekomunikazzjonijiet — Attivitajiet rikorrenti relatati mal-infrastruttura

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

18 382 000

19 029 000

15 985 141,04

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż marbuta max-xiri, il-kiri, iż-żamma u l-manutenzjoni ta' ħardwer u ta' softwer u mal-assistenza esterna minn entitajiet ta' servizzi u konsulenti tal-informatika għal operazzjonijiet ta' attivitajiet rikorrenti ta' ġestjoni u żamma tal-infrastrutturi relatati mas-sistemi informatiċi u ta' telekomunikazzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Dawn l-ispejjeż jirrigwardaw partikolarment l-infrastruttura relatata man-netwerks, kejbils, telekomunikazzjoni, tagħmir individwali kif ukoll sistemi ta' votazzjoni.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 165 000.

Partita 2 1 0 2 — Informatika u telekomunikazzjonijiet — Attivitajiet rikorrenti relatati mas-sostenn ġenerali lill-utenti

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

13 588 000

14 170 985

13 370 460,21

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż marbuta max-xiri, il-kiri, iż-żamma u l-manutenzjoni ta' ħardwer u ta' softwer u mal-assistenza esterna minn entitajiet ta' servizzi u konsulenti tal-informatika għal operazzjonijiet ta' attivitajiet rikorrenti ta' għajnuna u ta' sostenn ġenerali lill-utenti fir-rigward tas-sistemi informatiċi u ta' telekomunikazzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Dawn l-ispejjeż jirrigwardaw is-servizzi ta' sostenn għall-Membri Parlamentari u għall-utenti l-oħra, b'mod partikolari għall-applikazzjonijiet amministrattivi, leġiżlattivi u dawk relatati mal-komunikazzjoni.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 5 000.

Partita 2 1 0 3 — Informatika u telekomunikazzjonijiet — Attivitajiet rikorrenti ta' ġestjoni tal-applikazzjonijiet ICT

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

23 139 400

24 788 302

25 259 382,50

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-infiq għax-xiri, il-kiri, iż-żamma u l-manutenzjoni tal-ħardwer u tas-softwer u x-xogħol marbut magħhom, kif ukoll l-infiq għall-assistenza ta' kumpaniji ta' servizzi u ta' konsulenti għall-attivitajiet rikorrenti ta' ġestjoni tal-applikazzjonijiet ICT fl-istituzzjoni. Dawn l-ispejjeż jirrigwardaw partikolarment l-applikazzjonijiet relatati mal-Membri, dawk relatati mal-komunikazzjoni, kif ukoll l-applikazzjonijiet amministrattivi u leġiżlattivi.

Hija maħsuba biex tkopri wkoll l-ispejjeż rigward l-għodda tal-ICT ffinanzjati b'mod konġunt fil-qafas tal-kooperazzjoni interistituzzjonali fil-qasam tal-lingwi, wara d-deċiżjonijiet meħuda mill-Kumitat Interistituzzjonali tat-Traduzzjoni u l-Interpretazzjoni.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 32 000.

Partita 2 1 0 4 — Informatika u telekomunikazzjonijiet — Investimenti fl-infrastrutturi

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

22 023 500

21 824 135

23 291 216,22

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż marbuta max-xiri ta' ta' ħardwer u ta' softwer u mal-assistenza esterna minn entitajiet ta' servizzi u konsulenti tal-informatika għall-investimenti relatati mal-infrastruttura tas-sistema tal-informatika u ta' telekomunikazzjonijiet tal-Parlament Ewropew. L-investimenti jirrigwardaw partikolarment is-sistemi taċ-ċentru tal-informatika u ta' telekomunikazzjonijiet, in-netwerks, il-kejbils, kif ukoll is-sistemi ta' vidjokonferenzi.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 9 000.

Partita 2 1 0 5 — Informatika u telekomunikazzjonijiet — Investimenti fil-proġetti

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

28 086 500

25 549 621

14 417 285,70

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż marbuta max-xiri ta' ħardwer u ta' softwer kif ukoll l-ispejjeż ta' assistenza ta' kumpaniji ta' servizzi u ta' konsulenza għall-investimenti relatati mal-proġetti ICT eżistenti jew ġodda. L-investimenti jirrigwardaw partikolarment applikazzjonijiet relatati mal-Membri Parlamentari, l-applikazzjonijiet tal-qasam leġiżlattiv, amministrattiv, finanzjarju u dak tal-komunikazzjoni, kif ukoll dawk relatati mal-governanza tal-ICT.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 2 600.

Artikolu 2 1 2 - Għamara

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

6 005 000

6 014 000

2 415 168,52

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri x-xiri, il-kiri, iż-żamma u t-tiswija ta’ għamara, b’mod partikulari x-xiri ta’ għamara ergonomika tal-uffiċini, is-sostituzzjoni ta’ għamara antikwata u bla użu kif ukoll magni tal-uffiċini. Din l-approprjazzjoni hija maħsuba wkoll biex tkopri l-ispejjeż differenti ta’ ġestjoni tal-beni mobbli tal-Parlament Ewropew.

Rigward ix-xogħlijiet tal-arti, din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri kemm l-ispejjeż għall-akkwist u dawk għax-xiri ta’ materjal speċifiku, kif ukoll l-ispejjeż kurrenti marbuta magħhom, bħall-ispejjeż għal konsulenza, konservazzjoni, gwarniċi, restawr, tindif u assikurazzjoni, kif ukoll spejjeż għat-trasport okkażjonali.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 5 000.

Artikolu 2 1 4 - Materjal u installazzjonijiet tekniċi

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

29 356 100

30 114 385

19 982 469,18

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba għax-xiri, il-kiri, iż-żamma u t-tiswija ta' materjal u ta' installazzjonijiet tekniċi kif ukoll għall-ġestjoni tagħhom, b'mod partikulari:

bosta tipi ta' materjal u ta' installazzjonijiet tekniċi, fissi jew mobbli, marbuta mal-pubblikazzjoni, is-sigurtà (inkluż is-softwer), il-kantins, il-bini, eċċ.,

tagħmir, b'mod partikulari tat-tipografija, tas-servizz tat-telefon, tal-kantins, tal-ħwienet, tas-sigurtà, tas-servizz tekniku tal-konferenzi, tas-settur awdjoviżiv, eċċ.,

materjal speċjali (elettroniku, informatiku, elettriku) flimkien mas-servizzi esterni relatati,

taż-żewġ linji tat-telefon supplimentari li, fuq talba, iridu jiġu installati fl-uffiċini tal-Membri.

Din l-approprjazzjoni tkopri wkoll l-ispejjeż għar-riklamar għall-bejgħ mill-ġdid u għall-iskrappjar ta' oġġetti li m'għadhomx jaħdmu kif ukoll l-ispejjeż marbutin mal-assistenza teknika (konsultazzjoni) għal dossiers li jeħtieġu għarfien espert estern.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 35 000.

Artikolu 2 1 6 — Trasport ta' Membri, persuni oħra u ta' beni

Figuri

 

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

2 1 6

2 642 000

6 682 000

5 745 560,21

Riżervi (10 0)

1 892 000

 

 

Total

4 534 000

6 682 000

5 745 560,21

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri x-xiri, iż-żamma, l-użu u t-tiswija ta' vetturi (il-flotta tal-karozzi u tar-roti) u l-kiri ta' vetturi, taksis, kowċis u trakkijiet, b'sewwieq jew mingħajru, inkluża l-assikurazzjoni li tikkorrespondi ma’ dawn u spejjeż oħra ta' ġestjoni. Meta tiġġedded il-flotta tal-karozzi u meta jinxtraw jew jinkrew il-vetturi, tingħata preferenza għall-vetturi li l-inqas iħammġu, bħall-vetturi ibridi.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 100 000.

Il-kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati biex jiġu rilaxxati l-approprjazzjonijiet mir-riżerva

L-approprjazzjonijiet ikunu jistgħu jiġu rilaxxati wara deċiżjoni tal-Bureau dwar l-internalizzazzjoni tas-servizz tat-trasport tal-Membri.

Kapitolu 2 3 — L-infiq għall-funzjonament amministrattiv kurrenti

Kummenti

Fil-qasam tas-akkwist pubbliku, l-istituzzjoni tikkonsulta mal-istituzzjonijiet l-oħra dwar il-kundizzjonijiet kuntrattwali miksuba minn kull istituzzjoni individwali.

Artikolu 2 3 0 — Kanċellerija, provvisti għall-uffiċċju u oġġetti għall-konsum diversi

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

1 440 500

1 756 000

1 406 201,94

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri x-xiri ta’ karti, invilopps, għamara tal-uffiċini, prodotti għall-istamperija u għall-istudjows tar-riproduzzjoni, eċċ. kif ukoll l-ispejjeż ta’ ġestjoni f’dan ir-rigward.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 2 500.

Artikolu 2 3 1 — Tariffi finanzjarji

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

40 000

40 000

21 500,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż bankarji (prijmjums, prijmjums ta' skambju, spejjeż oħra) u l-ispejjeż finanzjarji l-oħra, fosthom l-ispejjeż marbuta mal-iffinanzjar tal-bini.

Artikolu 2 3 2 — Spejjeż legali u ħsarat

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

1 110 000

1 110 000

870 825,70

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

l-ispejjeż li l-Parlament Ewropew jista’ jiġi obbligat iħallas mill-Qorti tal-Ġustizzja, mill-Qorti Ġenerali, mit-Tribunal tas-Servizz Ċivili jew mill-qrati nazzjonali,

in-nefqiet għas-servizzi ta’ avukati esterni li jirrappreżentaw lill-Parlament Ewropew fit-Tribunali tal-Unjoni u nazzjonali, kif ukoll in-nefqiet għas-servizzi ta' konsulenti legali jew esperti biex jgħinu fis-servizz legali,

ir-rifużjoni ta' spejjeż għas-servizzi ta’ avukat fil-kuntest tal-proċeduri dixxiplinarji u simili,

spejjeż ta' ħsarat u interessi,

l-ammont ta’ ħlasijiet approvati għal soluzzjoni ta' tilwimiet, skont l-applikazzjoni tal-Artikoli 91 u 92 (qabel 69 u 70) tar-Regoli ta' Proċedura tat-Tribunal tas-Servizz Ċivili tal-Unjoni Ewropea.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 5 000.

Artikolu 2 3 6 — Servizzi postali u ta' ġarr

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

271 000

303 000

209 661,67

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri t-tariffi postali, l-ipproċessar u l-kunsinna ta’ oġġetti permezz tas-servizzi postali nazzjonali jew permezz ta’ kumpaniji privati tal-ġarr.

Hija wkoll maħsuba biex tkopri l-forniment ta' servizzi fil-qasam postali.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 2 500.

Artikolu 2 3 7 — Rilokazzjonijiet

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

1 434 000

1 440 000

1 064 561,92

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż marbuta max-xogħol tar-rilokazzjoni u tal-manutenzjoni magħmula permezz ta' kumpaniji ta' rilokazzjoni jew minn persunal temporanju pprovdut minn aġenziji esterni.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 5 000.

Artikolu 2 3 8 — Nefqiet amministrattivi oħra

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

1 161 000

1 093 750

854 287,77

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

l-assikurazzjonijiet li mhumiex stipulati b’mod speċifiku f’xi partita oħra,

ix-xiri u l-kura ta' uniformijiet għall-uxxiera, għax-xufiera, għar-receptionists, għall-ħaddiema tal-imħażen, għall-persuni li jaħdmu fil-ġarr u l-persunal impjegati fis-servizz ta' żjarat u seminars, il-Parlamentarium, is-servizzi mediċi, is-servizzi ta' sigurtà, is-servizzi ta' manutenzjoni tal-bini u servizzi ta' manutenzjoni tal-bini u servizzi tekniċi differenti,

spejjeż varji għall-operat u l-ġestjoni, inklużi l-ispejjeż ta' ġestjoni mħallsa lill-PMO fir-rigward tal-pensjonijiet statutorji tal-ex Membri, ix-xiri ta' proprjetà mobbli jew ta' servizzi mhux speċifikament previsti f'partita oħra,

xiri varju marbut mal-attivitajiet tal-Iskema ta' Ġestjoni Ekoloġika u Verifika (EMAS) (kampanji promozzjonali, eċċ).

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 5 000.

Artikolu 2 3 9 — L-attivitajiet tal-EMAS, inkluż il-promozzjoni, u l-iskema tal-Parlament Ewropew ta' kumpens għall-emissjonijiet tal-karbonju

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

262 500

250 000

31 436,10

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispiża relatata mal-attivitajiet tal-EMAS li jfittxu li jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tal-Parlament Ewropew, inkluż il-promozzjoni ta' dawn l-attivitajiet, u għall-iskema tal-Parlament Ewropew ta' kumpens għall-emissjonijiet tal-karbonju.

TITOLU 3 — L-infiq li jirriżulta mit-twettiq tal-missjonijiet ġenerali tal-istituzzjoni

Kapitolu 3 0 — laqgħat u konferenzi

Artikolu 3 0 0 — Spejjeż għall-missjonijiet tal-persunal u vjaġġar fuq xogħol bejn it-tliet postijiet ta' xogħol

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

25 370 000

27 700 000

25 160 801,87

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-infiq marbut mal-ivvjaġġar magħmul mill-persunal tal-istituzzjoni, mill-esperti nazzjonali sekondati, trainees u persunal ta' istituzzjonijiet Ewropej jew internazzjonali oħra mistiedna mill-istituzzjoni mill-post tal-impieg lejn xi wieħed mit-tliet postijiet ta' xogħol tal-Parlament Ewropew (Brussell, Lussemburgu u Strasburgu) u għal missjonijiet lejn kull post ieħor barra mit-tliet postijiet ta' xogħol. L-infiq kopert huwa l-ispejjeż tat-trasport, il-ħlas ta’ allowances ta’ kuljum, l-ispejjeż ta' akkomodazzjoni u l-allowances ta' kumpens għal xogħol li jsir barra l-ħinijiet normali. L-ispejjeż supplimentari (fosthom il-kanċellazzjoni ta' biljetti tat-trasport u ta' riżervazzjonijiet ta' lukandi, l-ispejjeż marbuta mas-sistema ta' fatturazzjoni elettronika, l-ispejjeż marbuta mal-assikurazzjoni għall-missjonijiet) huma koperti wkoll.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-infiq marbut mal-possibilità ta' kumpens għall-emissjoni tal-karbonju għall-missjonijiet u vjaġġar tal-istaff.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 240 000.

Bażi ġuridika.

Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu u l-Artikoli 11, 12 u 13 tal-Anness VII tiegħu.

Artikolu 3 0 2 - Spejjeż għad-divertiment u għar-rappreżentazzjoni

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

1 015 000

1 388 000

790 910,91

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

l-ispejjeż marbuta mal-obbligi tal-istituzzjoni rigward riċevimenti, inklużi dawk tal-grupp ta’ ħidma għall-Evalwazzjoni ta' Għażliet Xjentifiċi u Teknoloġiċi (il-grupp STOA), u spejjeż ta' rappreżentanza għall-Membri tal-Parlament Ewropew,

l-ispejjeż ta’ rappreżentanza tal-President fil-vjaġġi tiegħu barra mill-postijiet tax-xogħol,

l-ispejjeż ta’ rappreżentanza u kontribuzzjoni għall-ispejjeż tas-segretarjat tal-uffiċċju tal-President,

l-ispejjeż ta’ riċeviment u ta’ rappreżentanza tas-Segretarjat Ġenerali, fosthom ix-xiri ta’ artikoli u ta’ medalji għall-uffiċjali li laħqu l-ħmistax u/jew il-ħamsa u għoxrin sena ta’ servizz,

l-ispejjeż varji tal-protokoll, bħal bnadar, apparat tal-wiri, kartolini ta’ stedina, stampar ta’ menus, eċċ.,

l-ispejjeż ta' vvjaġġar u sussistenza li jkollhom il-viżitaturi VIP tal-istituzzjoni,

l-ispejjeż tal-viża tal-Membri u l-aġenti tal-Parlament Ewropew relatati mal-vjaġġi uffiċjali,

l-ispejjeż għal riċevimenti u rappreżentazzjoni u l-ispejjeż l-oħra speċifiċi għall-Membri li għandhom funzjoni uffiċjali fi ħdan il-Parlament Ewropew.

Artikolu 3 0 4 - Spejjeż mixxellanji għal-laqgħat

Artikolu 3 0 4 0 - Spejjeż mixxellanji għal-laqgħat interni

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

1 712 000

1 400 000

1 736 000,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż marbuta ma’ xarbiet, u kultant ikliet ħfief, servuti fil-laqgħat tal-istituzzjoni, kif ukoll il-ġestjoni ta’ dawn is-servizzi.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 5 000.

Punt 3 0 4 2 - Laqgħat, kungressi u konferenzi

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

1 565 000

1 795 000

1 133 175,80

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri, fost l-oħrajn:

l-ispejjeż marbuta mal-organizzazzjoni ta’ laqgħat barra mill-postijiet tax-xogħol (kumitati jew id-delegazzjonijiet tagħhom, gruppi politiċi), inklużi, fejn xieraq, spejjeż ta’ rappreżentazzjoni.

il-ħlas lill-organizzazzjonijiet internazzjonali fejn il-Parlament jew wieħed mill-korpi tiegħu huwa membru (l-Unjoni Interparlamentari, l-Assoċjazzjoni tas-Segretarji Ġenerali tal-Parlamenti, il-Grupp 12+ tal-Unjoni Interparlamentari),

ir-rimborż lill-Kummissjoni, abbażi ta' ftehim ta' servizz iffirmat bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni, tas-sehem tal-Parlament mill-ispejjeż tal-produzzjoni tal-laissez-passer Komunitarju (tagħmir, persunal u provvisti), f'konformità mal-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet (Artikolu 6), għall-Artikolu 23 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 11 u 81 tal-kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1417/2013 tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistipula l-għamla tal-laissez-passer maħruġ mill-Unjoni Ewropea (ĠU L 353, 28.12.2013, p. 26).

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 20 000.

Partita 3 0 4 3 — Spejjeż varji għall-organizzazzjoni ta' laqgħat ta' assemblej parlamentari, delegazzjonijiet interparlamentari u delegazzjonijiet oħra

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

1 005 000

1 100 000

430 151,67

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż, barra minn dawk koperti mill-Kapitolu 1 0 u l-Artikolu 3 0 0, marbuta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat ta':

delegazzjonijiet lejn l-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE, l-Assemblea Parlamentari EuroLat, l-Assemblea Parlamentari Euronest u l-korpi tagħhom,

l-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran, tal-kumitati tagħha u tal-Bureau tagħha; dawn in-nefqiet fihom il-kontribut tal-Parlament Ewropew għall-baġit tas-segretarjat awtonomu tal-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran jew ir-responsabilità diretta tal-ispejjeż li jirrappreżentaw is-sehem tal-Parlament Ewropew għall-baġit tal-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran,

id-delegazzjonijiet interparlamentari, id-delegazzjonijiet ad hoc, il-kumitati parlamentari mħallta, il-kumitati parlamentari ta’ kooperazzjoni u d-delegazzjonijiet parlamentari għad-WTO, kif ukoll l-organizzazzjoni ta’ laqgħat tal-konferenza parlamentari dwar id-WTO u tal-kumitat ta’ tmexxija tagħha.

Partita 3 0 4 9 — Spejjeż għall-aġenziji tal-ivvjaġġar

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

2 160 000

2 040 000

1 919 152,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż tal-operat tal-aġenzija tal-ivvjaġġar li għandhom kuntratt mal-Parlament Ewropew.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 50 000.

Kapitolu 3 2 — L-opinjoni tal-esperti u informazzjoni: akkwistar, arkivjar, produzzjoni u disseminazzjoni

Artikolu 3 2 0 — Akkwist tal-opinjoni tal-esperti

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

9 211 500

9 309 500

6 768 247,79

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

l-ispejjeż ta' kuntratti ma' esperti kwalifikati u istituti ta' riċerka għall-istudji u l-attivitajiet l-oħra ta' riċerka (workshops, round tables, bordijiet u seduti ta' smigħ ma' esperti, konferenzi) magħmula mill-korpi tal-Parlament Ewropew għall-kumitati parlamentari, id-delegazzjonijiet parlamentari u l-amministrazzjoni,

il-ksib jew il-kiri ta' sorsi ta' informazzjoni speċjalizzata, bħal databażijiet speċjalizzati, litteratura relatata jew appoġġ tekniku, meta tkun meħtieġa bħala komplement għall-kuntratti għal għarfien espert imsemmija hawn fuq,

l-ispejjeż għall-ivvjaġġar, għas-soġġorn u nfiq ieħor tal-esperti u personalitajiet oħra — inklużi persuni li jressqu petizzjonijiet lill-Parlament Ewropew — li jiġu mistiedna biex jipparteċipaw fil-kumitati, fid-delegazzjonijiet u fil-gruppi ta' studju u ta' ħidma, kif ukoll fil-workshops,

l-ispejjeż tat-tqassim ta' prodotti tar-riċerka parlamentari interna jew esterna u ta' prodotti rilevanti oħra, għall-benefiċċju tal-istituzzjoni u tal-pubbliku (jiġifieri permezz tal-pubblikazzjonijiet fuq l-internet, ta' bażijiet ta' data interni, fuljetti u pubblikazzjonijiet),

l-ispejjeż sabiex jissejħu persuni esterni biex jieħdu sehem fix-xogħol ta’ entitajiet bħall-Bord tad-Dixxiplina jew il-Bord Speċjalizzat dwar l-Irregolaritajiet Finanzjarji.

Artikolu 3 2 1 — Akkwist ta' appoġġ espert għall-EPRS, Bibljoteka u Arkivji

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

8 314 000

8 829 000

6 995 311,01

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-infiq għal attivitajiet tad-DĠ EPRS, b'mod partikolari:

l-akkwist tal-għarfien speċjalizzat u ta' sostenn għal attivitajiet ta' riċerka tal-Parlament Ewropew (inkluż artikli, studji, workshops, seminars, round tables, bordijiet ta' esperti u konferenzi), li jistgħu jsiru jekk meħtieġ flimkien ma' istituzzjonijiet oħra, organizzazzjonijiet internazzjonali, dipartimenti tar-riċerka u bibljoteki tal-parlamenti nazzjonali, gruppi ta' riflessjoni, korpi ta' riċerka u esperti kwalifikati oħra,

l-akkwist tal-għarfien speċjalizzat fl-oqsma tal-istudju tal-impatt/valutazzjoni ex-ante u ex-post, tal-valur miżjud Ewropew, u tal-evalwazzjoni tal-Għażliet Xjentifiċi u Teknoloġiċi (STOA),

l-akkwist jew il-kiri ta' kotba, rivisti, ġurnali, bażijiet ta' data, prodotti tal-aġenziji tal-istamperiji u kwalunkwe appoġġ ta' informazzjoni mmirat għall-Bibljoteki f'formati differenti, inkluż l-ispejjeż tad-drittijiet tal-awtur, is-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità, il-materjali u x-xogħol tal-legatura tal-kotba u l-konservazzjoni, u ta' servizzi rilevanti oħra,

l-ispiża tas-servizzi esterni tal-arkivjar (organizzazzjoni, għażla, deskrizzjoni, trasferiment għal midja differenti u għal forma mingħajr karta, l-akkwist ta' sorsi tal-arkivji primarji),

l-akkwist, l-iżvilupp, l-installazzjoni, l-użu u ż-żamma ta' dokumentazzjoni speċjali ta' bibljoteka u tal-arkivjar u ta' materjali speċjali medjatiċi, inkluż materjali u/jew sistemi elettroniċi u informatiċi, kif ukoll materjali għal-legatura u l-konservazzjoni,

l-ispejjeż tat-tqassim ta' prodotti tar-riċerka parlamentari interna jew esterna u ta' prodotti rilevanti oħra, għall-benefiċċju tal-istituzzjoni u tal-pubbliku (jiġifieri permezz tal-pubblikazzjonijiet fuq l-internet, ta' bażijiet ta' data interni, fuljetti u pubblikazzjonijiet),

l-ispejjeż għall-ivjaġġar, is-soġġorn u aċċessorji tal-esperti u awturi mistiedna biex jipparteċipaw għall-preżentazzjonijiet, is-seminars, il-workshops jew attivitajiet oħra ta' dan it-tip organizzati minn DĠ EPRS,

il-parteċipazzjoni tal-grupp tal-Valutazzjoni tal-Għażliet Xjentifiċi u Teknoloġiċi (il-grupp STOA) fl-attivitajiet ta' entitajiet xjentifiċi Ewropej u internazzjonali,

l-obbligi tal-Parlament Ewropew skont il-ftehimiet ta' kooperazzjoni internazzjonali u/jew interistituzzjonali, inkluża l-kontribuzzjoni tal-Parlament Ewropew għall-ispejjeż marbuta mal-ġestjoni tal-arkivji storiċi tal-Unjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 354/83.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 20 000.

Bażi ġuridika.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 354/83 tal-1 ta' Frar 1983 dwar il-ftuħ għall-pubbliku tal-arkivji storiċi tal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 43, 15.2.1983, p. 1).

Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess publiku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

Id-Deċiżjoni tal-Bureau tat-28 ta' Novembru 2001 dwar regoli dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, kif emendata l-aħħar fit-22 ta' Ġunju 2011 (ĠU C 216, 22.7.2011, p. 19).

Id-Deċiżjoni tal-Bureau tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar regoli dwar l-arkivji tal-Parlament Ewropew, kif ikkonsolidata fit-3 ta' Mejju 2004.

Deċiżjoni tal-Bureau tal-10 ta' Marzu 2014 dwar proċeduri li jirregolaw l-akkwist mill-Parlament Ewropew tal-arkivju privat ta' Membri u ex-Membri tal-Parlament Ewropew.

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/496 tas-17 ta' Marzu 2015 li jemenda r-Regolament (KEE/Euratom) Nru 354/83, fir-rigward tad-depożitu tal-arkivji storiċi tal-istituzzjonijiet fl-Istitut Universitarju Ewropew f'Firenze

Artikolu 3 2 2 — Akkwist tal-informazzjoni u arkivjar

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

2 044 000

2 010 621

378 881,87

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

l-abbonamenti għall-ġurnali, perjodiċi u aġenziji tal-informazzjoni, għall-pubblikazzjonijiet u s-servizzi online tagħhom, inklużi l-ispejjeż tal-copyright għar-riproduzzjoni u d-disseminazzjoni bil-miktub u/jew b’mod elettoniku ta’ dawn l-abbonamenti u l-kuntratti tas-servizz għall-analiżi tal-istampa u għas-siltiet mill-istampa,

l-abbonamenti jew il-kuntratti ta’ servizz għall-forniment ta’ sommarji u analiżi tal-kontenut tal-perjodiċi jew il-ħażna ta’ artikoli meħuda minn sorsi ta’ dan it-tip fuq midja viżiva,

l-ispejjeż marbuta mal-użu ta’ bażijiet ta' data esterni tad-dokumentazzjoni u tal-istatistika, minbarra l-hardware, u l-ispejjeż għat-telekomunikazzjoni,

ix-xiri jew is-sostituzzjoni ta’ dizzjunarji u glossarji ġodda ta' kull tip, anke għat-taqsimiet tal-lingwi l-ġodda, u xogħlijiet oħra għas-servizzi lingwistiċi u għall-unitajiet tal-verifika tal-kwalità tat-testi leġiżlattivi.

Artikolu 3 2 3 — Appoġġ għad-demokrazija u l-bini tal-kapaċità għall-parlamenti ta’ pajjiżi terzi

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

1 175 000

1 100 000

708 187,42

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

in-nefqa fuq programmi għall-iskambju ta' informazzjoni u kooperazzjoni bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali tal-pajjiżi ta' qabel l-adeżjoni, b'mod partikolari l-Balkani tal-Punent u t-Turkija,

l-infiq li jsir għall-promozzjoni tar-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u parlamenti nazzjonali eletti demokratikament minn pajjiżi terzi (għajr dawk imsemmija fl-inċiż preċedenti) kif ukoll ma' organizzazzjonijiet parlamentari reġjonali korrispondenti. L-attivitajiet ikkonċernati huma partikolarment maħsuba għat-tisħiħ tal-kapaċità parlamentari f'demokraziji ġodda u emerġenti b'mod partikolari fil-Viċinat Ewropew (Nofsinhar u Lvant),

in-nefqa fuq il-promozzjoni ta' attivitajiet b'appoġġ għall-medjazzjoni, u programmi għal mexxejja politiċi żgħażagħ mill-Unjoni Ewropea u minn pajjiżi fil-Viċinat Ewropew,

l-ispejjeż magħmula għall-organizzazzjoni tal-premju Sakharov (b'mod partikolari l-ammont tal-premju, l-ispejjeż marbuta mal-ivvjaġġar tar-rebbieħ(a) u tal-akkoljenza tagħhom, l-ispejjeż tal-funzjonament tan-netwerk ta' Sakharov u l-missjonjiet tal-membri tan-netwerk) u għal attivitajiet li għandhom l-għan li jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem.

Dawn l-operazzjonijiet jinkludu ż-żjarat ta' informazzjoni fil-Parlament Ewropew fi Brussell, il-Lussemburgu jew Strasburgu, u l-approprjazzjonijiet ikopru l-ispejjeż totali jew parti minnhom tal-parteċipanti, partikolarment il-vjaġġi u n-nefqiet marbuta magħhom, l-akkomodazzjoni u l-allowance għas-sussistenza għal kull jum.

Bażi ġuridika.

Deċiżjoni tal-Bureau tat-12 ta' Diċembru 2012 li tistabbilixxi d-direttorat għall-appoġġ tad-demokrazija fid-DĠ EXPO.

Artikolu 3 2 4 - Produzzjoni u Tixrid

Punt 3 2 4 0 - Il-Ġurnal Uffiċjali

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

4 500 000

4 373 000

3 867 901,53

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-parti tal-istituzzjoni għall-infiq tal-pubblikazzjonijiet, it-tixrid u spejjeż oħra marbutin mal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet għat-testi li għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Partita 3 2 4 1 — Pubblikazzjonijiet diġitali u tradizzjonali

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

3 650 000

3 771 000

3 245 065,10

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

l-ispejjeż kollha għall-pubblikazzjoni b’mod diġitali (siti tal-Intranet) u tradizzjonali (dokumenti u materjal stampat varji maħruġa b’sottokuntratt), inkluża d-distribuzzjoni,

l-aġġornament u l-manutenzjoni evoluttiva u ta' korrezzjoni tas-sistemi editorjali.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 6 000.

Partita 3 2 4 2 — Nefqa għall-pubblikazzjoni, l-informazzjoni u l-parteċipazzjoni f'manifestazzjonijiet pubbliċi

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

10 580 000

11 395 930

10 990 325,20

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-infiq għall-pubblikazzjoni tal-informazzjoni, inkluż il-pubblikazzjonijiet elettroniċi, l-attivitajiet tal-informazzjoni, ir-relazzjonijiet pubbliċi, il-parteċipazzjoni għall-manifestazzjonijiet pubbliċi, l-espożizzjonijiet u l-fieri fl-Istati Membri, il-pajjiżi aderenti u l-pajjiżi li fihom il-Parlament Ewropew għandu uffiċċju ta' kollegament kif ukoll l-aġġornament tal-Osservatorju Leġiżlattiv tal-Parlament Ewropew (OEIL) u l-iżvilupp ta' għodod jew mezzi bil-għan li jsaħħu u jiffaċilitaw l-aċċessibilità tagħhom għall-pubbliku permezz ta' apparat mobbli.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 5 000.

Partita 3 2 4 3 — Parlamentarium — Iċ-Ċentru għall-Viżitaturi tal-Parlament Ewropew

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

5 742 500

5 841 817

5 810 992,39

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tiffinanzja l-Parlamentarium – Iċ-Ċentru għall-Viżitaturi tal-Parlament Ewropew fi Brussell – kif ukoll l-installazzjonijiet, il-wirjiet u l-materjali adattati jew riprodotti għall-użu separat barra Brussell.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 9 300.

Punt 3 2 4 4 – L-Organizzazzjoni u l-ospitalità ta' gruppi ta' viżitaturi, il-programm Euroscola u stediniet għall-multiplikaturi ta' l-opinjoni minn pajjiżi terzi

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

30 845 000

30 431 966

30 859 064,13

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri s-sussidji mogħtija lill-gruppi ta' viżitaturi u l-ispejjeż ta' sorveljanza u ta' infrastruttura marbuta magħhom, il-finanzjament ta' korsijiet għall-multiplikaturi tal-opinjoni ta' pajjiżi terzi (EUVP) u l-ispejjeż għall-funzjonament tal-programmi Euroscola, Euromed-Scola u Euronest-Scola. Il-programmi Euromed-Scola u Euronest-Scola jsiru kull sena, alternattivament, f'postijiet tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu jew fi Brussell, minbarra fis-snin elettorali.

Din l-approprjazzjoni għandha tiżdied kull sena fuq il-bażi ta' deflatur li jqis il-varjazzjonijiet tad-dħul nazzjonali gross u tal-prezzijiet.

Kull Membru tal-Parlament Ewropew għandu d-dritt jistieden, kull sena ta' kalendarju, massimu ta' ħames gruppi, għal total ta' 110 viżitaturi.

Ammont xieraq huwa inkluż għall-viżitaturi b'diżabilità.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 100 000.

Bażi ġuridika.

Id-Deċiżjoni tal-Bureau tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar regoli li jirregolaw l-akkoljenza ta' gruppi ta' viżitaturi u l-programmi Euroscola, Euromed-Scola u Euronest-Scola, kif emendata l-aħħar fis-26 ta' Frar 2013.

Partita 3 2 4 5 — L-organizzazzjoni ta' symposia, seminars u attivitajiet kulturali

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

4 466 000

5 262 000

4 573 742,50

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

l-infiq jew is-sussidji marbuta mal-organizzazzjoni ta' symposia u seminars nazzjonali jew internazzjonali għall-multiplikaturi tal-opinjonijiet li ġejjin mill-Istati Membri, mill-pajjiżi fil-proċess ta' adeżjoni u mill-pajjiżi li fihom il-Parlament Ewropew għandu Uffiċċju ta' Kollegament, l-ispiża tal-organizzazzjoni ta' symposia u seminars parlamentari, u mal-finanzjament ta' proġetti kulturali ta' interess Ewropew, bħalma huma l-Premju LUX tal-Parlament Ewropew għaċ-Ċinema Ewropea,

l-infiq marbut ma' "avvenimenti speċjali fis-Swali tal-plenarja", fi Strasburgu u fi Brussell, skont il-programm annwali adottat mill-Bureau,

miżuri u għodod ta' appoġġ għall-multilingwiżmu bħal seminars u konferenzi, laqgħat b'taħriġ ta' interpreti jew tradutturi, miżuri u azzjonijiet għas-sensibilizzazzjoni dwar il-multilingwiżmu u ssir promozzjoni tal-professjoni ta' interpretu jew ta' traduttur, inkluż programm ta' għotjiet għall-universitajiet, l-iskejjel u organizzazzjonijiet oħra li joffru korsijiet għall-interpretazzjoni jew it-traduzzjoni, soluzzjonijiet ta' komunikazzjoni virtwali, kif ukoll parteċipazzjoni f'azzjonijiet u miżuri simili organizzati b'mod konġunt ma' servizzi oħra fil-kuntest ta' kooperazzjoni interistituzzjonali u internazzjonali.

Din l-approprjazzjoni tkopri wkoll l-ispejjeż għall-organizzazzjoni ta' dawn l-attivitajiet, inklużi s-servizzi tal-forniment tal-ikel u l-ispejjeż tagħhom, l-ispejjeż marbutin ma' stediniet lil ġurnalisti biex jirrappurtaw dwar l-attivitajiet.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 25 000.

Partita 3 2 4 6 — L-istazzjon televiżiv parlamentari (Web TV)

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

4 600 000

4 509 804

4 507 668,22

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tiffinanzja l-ispejjeż marbuta mal-produzzjoni u l-hosting min-naħa tal-Parlament Ewropew (EuroparlTV) tal-filmati għall-web u tal-materjal awdjoviżiv lest għax-xandir, skont l-istrateġija ta' komunikazzjoni tal-Parlament Ewropew.

Partita 3 2 4 7 — Dar l-Istorja Ewropea

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

7 470 000

6 305 844

7 318 160,12

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tiffinanzja l-attivitajiet ta' Dar l-Istorja Ewropea, bħat-twettiq ta' xogħol ta' tagħmir intern speċifiku, l-akkwist tal-kollezzjonijiet, l-organizzazzjoni tal-wirjiet u l-ispejjeż operattivi inklużi l-ispejjeż relatati max-xiri ta' kotba, rivisti u pubblikazzjonijiet oħra marbuta mal-attività ta' Dar l-Istorja Ewropea.

Hija mmirata wkoll li tkopri l-ispejjeż ta' kuntratti ma' esperti kwalifikati u istituti ta' riċerka għall-istudji u l-attivitajiet l-oħra ta' riċerka (workshops, round tables, bordijiet ta' esperti, konferenzi) li jsiru għal Dar l-Istorja Ewropea.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 5 000 000.

Partita 3 2 4 8 — In-nefqa għall-informazzjoni awdjoviżiva

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

14 490 000

14 506 000

13 018 782,11

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

il-baġit tal-funzjonament tas-settur awdjoviżiv (inklużi s-servizzi taħt il-kontroll proprju u assistenza esterna bħal servizzi tekniċi għal stazzjonijiet tar-radju u tat-televiżjoni, tfassil, produzzjoni, koproduzzjoni u xandir ta’ programmi awdjoviżivi, kiri ta’ linji, tranżmissjoni ta’ programmi tat-televiżjoni u tar-radju, azzjonijiet oħra ta’ żvilupp ta’ relazzjonijiet tal-istituzzjoni mal-entitajiet tax-xandir awdjoviżiv),

l-ispejjeż marbuta max-xandir dirett, fuq l-internet, tas-seduti plenarji u tal-laqgħat tal-kumitati parlamentari,

il-ħolqien ta’ arkivji xierqa li jiżguraw l-aċċess permanenti tal-midja u ċ-ċittadini għal din l-informazzjoni.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 13 000.

Bażi ġuridika.

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2002 dwar il-linji ta' gwida dwar il-proċedura baġitarja 2003 (ĠU C 47 E, 27.2.2003, p. 72).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2002 dwar l-istimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2003 (ĠU C 180 E, 31.7.2003, p. 150).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2003 dwar l-istimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2004 (ĠU C 67 E, 17.3.2004, p. 179).

Punt 3 2 4 9 - Skambji ta' informazzjoni mal-Parlamenti nazzjonali

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

250 000

250 000

103 180,83

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

l-ispejjeż imwiegħda għall-promozzjoni tar-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali. Dawn huma marbuta mar-relazzjonijiet parlamentari minbarra dawk koperti mill-kapitoli 1 0 u 3 0, l-iskambji ta’ informazzjoni u ta’ dokumentazzjoni, l-għajnuna għall-analiżi u għall-ġestjoni ta’ din l-informazzjoni, inklużi l-iskambji maċ-Ċentru Ewropew tar-Riċerka u tad-Dokumentazzjoni Parlamentari (ECPRD),

l-iffinanzjar ta' programmi ta' koperazzjoni u ta' skemi ta' formazzjoni għal uffiċjali tal-Parlamenti msemmija hawn fuq u, b'mod ġenerali, tal-attivitajiet sabiex isaħħu l-kapaċitajiet parlamentari tagħhom,

Skemi ta' taħriġ jinkludu żjarat ta' studju fil-Parlament Ewropew fi Brussell, il-Lussemburgu u Strasburgu; l-approprjazzjonijiet ikopru l-ispejjeż kollha tal-parteċipanti jew parti minnhom, b'mod partikolari l-vjaġġi u l-ispejjeż marbuta magħhom, l-akkomodazzjoni u l-allowance għall-manteniment ta' kuljum,

l-azzjonijiet ta’ kooperazzjoni, inklużi dawk marbuta mal-attività leġiżlattiva, kif ukoll l-azzjonijiet marbuta mal-attività ta’ dokumentazzjoni, ta’ analiżi u ta’ informazzjoni, u dik tas-sigurtà tad-domain www.ipex.eu, inklużi l-azzjonijiet imwettqa mis-CERDP.

Din l-approprjazzjoni għandha l-għan li tiffinanzja l-kooperazjoni bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali fl-iskrutinju parlamentari tal-PESK/PSDK, skont it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea.

Bażi ġuridika.

Konferenzi tal-Presidenti tal-Assembleji Parlamentari Ewropej (Ġunju 1977) u tal-Parlamenti tal-Unjoni Ewropea (Settembru 2000, Marzu 2001).

Artikolu 3 2 5 — In-Nefqa relatata mal-Uffiċċji tal-Informazzjoni

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

900 000

900 000

668 683,35

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż ġenerali u spejjeż żgħar oħra relatati mal-uffiċċji tal-informazzjoni tal-Parlament Ewropew (b'mod partikolari provvisti għall-uffiċċju, it-telekomunikazzjonijiet, l-ispejjeż ta' spedizzjoni, il-manutenzjoni, it-trasport, il-ħżin, l-oġġetti promozzjonali ġeneriċi, il-bażijiet ta' data).

Titolu 4 — Nefqa li tirriżulta minn funzjonijiet speċjali li jsiru mill-istituzzjoni

Kapitolu 4 0 — Nefqa relatata ma' ċerti istituzzjonijiet u ma' ċerti korpi

Artikolu 4 0 0 — Nefqa amministrattiva kurrenti u nefqa marbuta mal-attivi- tajiet politiċi ta' informazzjoni tal-gruppi politiċi u tal-Membri mhux affiljati

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

61 000 000

61 000 000

58 950 000,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri, għall-gruppi politiċi u għall-membri mhux affiljati:

l-ispejjeż tas-segretarjat, amministrattivi u operattivi,

l-infiq marbut mal-attivitajiet politiċi u ta' tagħrif tagħhom fil-qafas tal-attivitajiet politiċi tal-Unjoni.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 50 000.

Bażi ġuridika.

Id-Deċiżjoni tal-Bureau tat-30 ta' Ġunju 2003 dwar ir-regolamentazzjoni li tirregola l-utilizzazzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-linja baġitarja 4 0 0, kif emendata l-aħħar fis-27 ta' April 2015.

Artikolu 4 0 2 — Finanzjament tal-Partiti Politiċi Ewropej

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

31 905 000

31 400 000

27 913 879,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tiffinanzja l-partiti politiċi fil-livell Ewropew.

Bażi ġuridika.

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tiegħu.

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 224 tiegħu.

Ir-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Novembru 2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f'livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (ĠU L 297, 15.11.2003, p. 1).

Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2004 li tistabbilixxi d-dispożizzjoniet għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċì fil-livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (ĠU C 112, 9.4.2011, p. 1).

Artikolu 4 0 3 —  Finanzjament tal-fondazzjonijiet Politiċi Ewropej

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

19 000 000

18 700 000

16 060 699,00

Kummenti

Approprjazzjoni maħsuba biex tiffinanzja l-Fondazzjonijiet politċi fil-livell Ewropew.

Bażi ġuridika.

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tiegħu.

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 224 tiegħu.

Ir-Regolament (KE) nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Novembru 2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f'livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (ĠU L 297, 15.11.2003, p. 1).

Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2004 li tistabbilixxi d-dispożizzjoniet għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċì fil-livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (ĠU C 112, 9.4.2011, p. 1).

Kapitolu 4 2 — Nefqa relatata mal-assistenza parlamentari

Artikolu 4 2 2 — Nefqa relatata mal-assistenza parlamentari

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

206 890 000

202 140 000

184 233 696,17

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż marbuta mal-persunal u l-fornituri tas-servizz responsabbli għall-assistenza parlamentari għall-Membri tal-Parlament, kif ukoll l-ispejjeż relatati mal-aġenti tal-ħlas.

Hija maħsuba wkoll biex tkopri t-telf mill-kambju mġarrab mill-Parlament Ewropew, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għar-rimborż tal-ispejjeż tal-assistenza parlamentari, kif ukoll l-ispejjeż marbuti mal-forniment ta' servizzi ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-assistenza parlamentari.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat li huwa EUR 775 000.

Bażi ġuridika.

L-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu.

Miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew u speċjalment l-Artikoli 33 sa 44 tiegħu.

Kondizzjonijiet applikabbli għall-uffiċjali l-oħra tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikoli 5a u 125 sa 139 tagħhom.

Id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' April 2014 dwar miżuri ta' implimentazzjoni għat-Titolu VII tal-Kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

Kapitolu 4 4 — Laqgħat u attivitajiet oħra tal-Membri parlamentari attwali u tal-ex Membri

Artikolu 4 4 0 — In-nefqa għal-laqgħat u għal attivitajiet oħra tal-ex Membri Parlamentari

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

210 000

210 000

200 000,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż tal-laqgħat tal-Assoċjazzjoni tal-eks Membri tal-Parlament Ewropew u, skont il-każ, spejjeż oħra magħmula fl-istess kuntest.

Artikolu 4 4 2 — In-nefqa għal-laqgħat u attivitajiet oħra tal-Assoċjazzjoni Parlamentari Ewropea

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

210 000

210 000

200 000,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż tal-laqgħat tal-Assoċjazzjoni Parlamentari Ewropea u, skont il-każ, spejjeż oħra magħmula fl-istess kuntest.

Titolu 5 — Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej u l-Kumitat ta' Persuni Eminenti Indipendenti

Kapitolu 5 0 — Nefqa tal-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej u l-Kumitat ta' Persuni Eminenti Indipendenti

Artikolu 5 0 0 — Nefqa operattiva tal-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

p.m.

p.m.

 

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri n-nefqa tal-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej u tiżgura l-operazzjoni sħiħa u indipendenti tagħha.

Bażi ġuridika.

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1), u b'mod partikolari l-Artikoli 6(1), 6(7) u 41 tiegħu.

Artikolu 5 0 1 — Nefqa relatata mal-Kumitat ta’ Persuni Eminenti Indipendenti

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

p.m.

p.m.

 

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri n-nefqa tas-segretarjat u tal-finanzjament tal-kumitat ta' persuni eminenti indipendenti.

Bażi ġuridika.

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1), u b'mod partikolari l-Artikoli 11(2) tiegħu.

Titolu 10 — Infiq ieħor

Kapitolu 10 0 — Approprjazzjonijiet proviżorji

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

(*)

p.m.

0,—

(*) Fl-Artikolu 216 inħolqot riżerva ta' EUR 1 892 000.

Kapitolu 10 1 — Riżerva ta' kontinġenza

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

3 000 000

6 000 000

0,—

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-infiq mhux prevedibbli li jirriżulta mid-deċiżjonijiet baġitarji meħuda matul is-sena finanzjarja.

Kapitolu 10 3 — Riżerva għat-tkabbir

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

p.m.

p.m.

0,—

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż tat-tħejjija tal-istituzzjoni għat-tkabbir.

Kapitolu 10 4 - Riżerva għall-politika tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

p.m.

p.m.

0,—

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-infiq relatat mal-politika tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni.

Kapitolu 10 5 — Approprjazzjoni proviżorja għall-bini

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

p.m.

p.m.

0,—

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-infiq marbut mal-investimenti fil-bini u max-xogħlijiet ta’ tagħmir tal-istituzzjoni. Il-Bureau tal-Parlament Ewropew huwa mitlub li jadotta strateġija fuq medda twila ta' żmien li tkun koerenti u responsabbli fil-qasam tal-proprjetà u l-binjiet li tqis il-problema partikulari taż-żieda fl-ispejjeż tal-manutenzjoni, il-bżonnijiet ta' rinnovament u l-ispejjeż marbuta mas-sigurtà u tiżgura s-sostenibilità tal-baġit tal-Parlament Ewropew.

Kapitolu 10 6 — Riżerva għall-objettivi ta' prijorità l-ġodda

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

p.m.

p.m.

0,—

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri spejjeż marbuta ma’ proġetti prijoritarji tal-istituzzjoni li qed jiġu żviluppati.

Kapitolu 10 8 — Riżerva tal-EMAS

Figuri

Baġit 2017

Approprjazzjonijiet 2016

Eżitu 2015

p.m.

p.m.

0,—

Kummenti

Bħala segwitu għad-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Bureau għall-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tal-EMAS, b'mod partikolari wara l-evalwazzjoni tal-"carbon footprint" tal-Parlament Ewropew, din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex jiġu ffinanzjati l-intestaturi operazzjonali.

1.S — PERSUNAL

1.1.S 1 — Taqsima I — Parlament Ewropew

Grupp ta’ funzjoni u grad

2016

Postijiet tax-xogħol permanenti

Postijiet tax-xogħol temporanji

Oħrajn

Il-gruppi politiċi

Mhux f'kategorija

1

0

0

0

AD 16

13

0

1

7

AD 15

47

0

1

4

AD 14

223

2

7

30

AD 13

443

8

2

40

AD 12

242

0

12

64

AD 11

174

0

6

30

AD 10

195

0

9

25

AD 9

177

0

6

29

AD 8

433

0

3

37

AD 7

286

0

6

59

AD 6

196

0

8

48

AD 5

219

0

5

63

Total AD

2 648

10

66

436

AST 11

120

10

0

36

AST 10

84

0

20

33

AST 9

491

0

4

44

AST 8

308

0

6

40

AST 7

388

0

2

43

AST 6

309

0

6

72

AST 5

305

0

19

74

AST 4

393

0

3

78

AST 3

231

0

16

78

AST 2

88

0

0

58

AST 1

45

0

0

67

Total AST

2 762

10

76

623

AST/SC 6

0

0

0

0

AST/SC 5

0

0

0

0

AST/SC 4

0

0

0

0

AST/SC 3

0

0

0

0

AST/SC 2

50

0

0

0

AST/SC 1

100

0

0

0

AST/SC total

150

0

0

0

Total

5 561

20 (10)

142

1 059

Total Finali

6 762 (11)

Grupp ta’ funzjoni u grad

2017

Postijiet tax-xogħol permanenti

Postijiet tax-xogħol temporanji

Oħrajn

Il-gruppi politiċi

Mhux f'kategorija

1

0

0

0

AD 16

13

0

1

7

AD 15

54

0

1

5

AD 14

216

2

7

36

AD 13

443

8

2

38

AD 12

297

0

13

60

AD 11

154

0

7

29

AD 10

220

0

7

25

AD 9

157

0

6

32

AD 8

448

0

7

39

AD 7

315

0

2

66

AD 6

181

0

8

45

AD 5

184

0

5

54

Total AD

2 682

10

66

436

AST 11

120

10

0

37

AST 10

84

0

20

35

AST 9

586

0

4

42

AST 8

293

0

6

39

AST 7

333

0

2

47

AST 6

309

0

6

74

AST 5

370

0

19

69

AST 4

358

0

4

89

AST 3

230

0

3

85

AST 2

38

0

0

51

AST 1

45

0

0

55

Total AST

2 766

10

64

623

SC 6

0

0

0

0

SC 5

0

0

0

0

SC 4

0

0

0

0

SC 3

0

0

0

0

SC 2

50

0

0

0

SC 1

100

0

0

0

Total SC

150

0

0

0

Total

5599

20 (12)

130

1 059

Total Finali

6 788 (13) (14)

Anness

DĦUL ASSENJAT

Linja baġitarja

Intestatura

Dħul użat

Stimi

2015

2017

5000

Rikavat mill-bejgħ ta' materjal tat-trsaport

-

p.m.

5001

Rikavat mill-bejgħ ta' proprjetajiet mobbli oħra

25.526

5.000

5002

Dħul li jiġi mir-rikavat tal-provvista mogħtija lill-istituzzjonijiet jew korpi oħra

55.871

19.000

502

Rikavat mill-bejgħ ta’ pubblikazzjonijiet, stampar u films

-

1.000

5110

Rikavat minn kiri u sullokazzjonijiet ta’ proprjetà immobbli

2.807.906

2.760.000

5111

Rimborż tal-ispejjeż tal-kiri

16.372

677.000

550

Dħul li jiġi mir-rikavat mill-forniment ta' servizzi u xogħol magħmula għal istituzzjonijiet jew korpi oħra, inkluż ir-rifużjoni ta' allowances għal missjonijiet imħallsa mill-kontijiet ta' istituzzjonijiet jew korpi oħra u mħallsa f'isimhom

5.557.309

793.000

551

Dħul li ġej minn terzi għall-għoti ta' servizzi jew xogħlijiet magħmula fuq talba tagħhom

729.104

p.m.

570

Dħul mill-ħlas lura ta' somom li ma kinux imħallsa kif suppost

3.292.213

295.000

571

Riċevuti li jaqblu ma' destinazzjoni determinata bħad-dħul tal-fondazzjonijiet, is-sussidji, ir-regali u benefiċċji oħra, inklużi r-riċevuti maħruġa marbuta ma' kull istituzzjoni

-

p.m.

573

Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet oħra marbuta mal-ħidma amministrattiva tal-istituzzjoni

3.476.281

10.000

581

Dħul li jiġi mill-ħlasijiet tal-assigurazzjonijiet riċevuti

179.793

p.m.

6600

Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet assenjati oħra

11.848.214

70.000

 

 TOTAL

27.988.590

4.630.000

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

11.4.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

14

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jonathan Arnott, Richard Ashworth, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Jean-Paul Denanot, Gérard Deprez, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Clare Moody, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Younous Omarjee, Pina Picierno, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Daniele Viotti, Auke Zijlstra, Stanisław Żółtek

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Xabier Benito Ziluaga, Mercedes Bresso, Sven Giegold, Anneli Jäätteenmäki, Giovanni La Via, Michał Marusik, Andrey Novakov, Nils Torvalds, Marco Valli, Tomáš Zdechovský

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Sylvia-Yvonne Kaufmann, Susanne Melior, Josep-Maria Terricabras

(1)

ĠU L 298, 26.10.2002, p. 1.

(2)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(3)

ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(4)

ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15.

(5)

Testi adottati, P8_TA(2015)0376.

(6)

Testi adottati, P8_TA(2015)0407.

(7)

Testi adottati, P8_TA(2015)0172.

(8)

ĠU 17, 6.10.1958, p. 385.

(9)

Testi adottati, P8_TA(2015)0172.

(10)

Riżerva konċettwali għall-uffiċjali sekondati fl-interessi tas-servizz mhux inklużi fit-Total Ġenerali.

(11)

Il-ftehim ta' kooperazzjoni interistituzzjonali ffirmat fil-5 ta' Frar 2014 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jipprevedi t-trasferiment ta' massimu ta' 80 post ġdid (60 AD u 20 AST) minn dawk il-kumitati lill-Parlament Ewropew. Din l-implimentazzjoni effettiva titwettaq b'mod gradwali, mill-ħarifa tal-2014, u ż-żieda tal-pożizzjonijiet imsemmija fit-tabella tal-persunal tal-Parlament (li seħħet diġà fl-2014) trid tiġi kkumpensata mill-abolizzjoni ta' numru korrispondenti ta' postijiet fit-tabella tal-persunal taż-żewġ kumitati.

(12)

Riżerva konċettwali għall-uffiċjali sekondati fl-interessi tas-servizz mhux inklużi fit-Total.

(13)

Il-ftehim ta' kooperazzjoni interistituzzjonali ffirmat fil-5 ta' Frar 2014 bejn il-Parlament, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali jipprevedi t-trasferiment ta' massimu ta' 80 post ġdid (60 AD u 20 AST) minn dawk il-kumitati. Din l-implimentazzjoni effettiva titwettaq b'mod gradwali, mill-ħarifa tal-2014, u ż-żieda tal-pożizzjonijiet imsemmija fit-tabella tal-persunal tal-Parlament (li seħħet diġà fl-2014) trid tiġi kkumpensata mill-abolizzjoni ta' numru korrispondenti ta' pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal taż-żewġ kumitati.

(14)

L-imputazzjoni dwar it-total, skont il-grad u l-kategorija tat-tnaqqis iddikjarat ta' 1 % tal-persunal (60 pożizzjoni) se ssir waqt il-qari tal-PE dwar l-abbozz tal-baġit tal-2017.

Avviż legali - Politika tal-privatezza