Proċedura : 2012/0010(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0138/2016

Testi mressqa :

A8-0138/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/04/2016 - 7.2
CRE 14/04/2016 - 7.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0126

RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI     ***II
PDF 673kWORD 99k
12.4.2016
PE 580.498v03-00 A8-0138/2016

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u l-moviment liberu ta' dik id-data u li jħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI

(05418/1/2016 – C8-0139/2016 – 2012/0010(COD))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Marju Lauristin

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u l-moviment liberu ta' dik id-data u li jħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI

(05418/1/2016 – C8-0139/2016 – 2012/0010(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (05418/1/2016 – C8-0139/2016),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Bundesrat Ġermaniż u mill-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta' Ottubru 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tas-7 ta' Marzu 2012(2) u tad-19 ta' Novembru 2015(3),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni (COM(2016)0213),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(4) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0010),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0138/2016),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u l-moviment liberu ta’ dik id-dejta (Direttiva)

Referenzi

05418/1/2016 – C8-0139/2016 – 2012/0010(COD)

Data tal-1 qari tal-PE - Numru P

12.3.2014                     T7-0219/2014

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2012)0010 - C7-0024/2012

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta’ meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

11.4.2016

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

11.4.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Marju Lauristin

15.9.2014

 

 

 

Rapporteurs preċedenti

Dimitrios Droutsas

 

 

 

Eżami fil-kumitat

17.12.2015

11.4.2016

12.4.2016

 

Data tal-adozzjoni

12.4.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

4

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Michał Boni, Caterina Chinnici, Rachida Dati, Frank Engel, Tanja Fajon, Monika Flašíková Beňová, Lorenzo Fontana, Mariya Gabriel, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Iliana Iotova, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Timothy Kirkhope, Barbara Kudrycka, Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Monica Macovei, Barbara Matera, Roberta Metsola, Claude Moraes, Alessandra Mussolini, József Nagy, Péter Niedermüller, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Harald Vilimsky, Udo Voigt, Beatrix von Storch, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marina Albiol Guzmán, Kostas Chrysogonos, Daniel Dalton, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Morten Helveg Petersen, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Petri Sarvamaa

Data tat-tressiq

12.4.2016

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

45

+

ALDE

Nathalie Griesbeck, Filiz Hyusmenova, Morten Helveg Petersen, Cecilia Wikström, Sophia in 't Veld

ECR

Daniel Dalton, Jussi Halla-aho, Timothy Kirkhope, Monica Macovei, Branislav Škripek, Helga Stevens

GUE/NGL

Marina Albiol Guzmán, Kostas Chrysogonos, Marie-Christine Vergiat

PPE

Michał Boni, Rachida Dati, Frank Engel, Mariya Gabriel, Monika Hohlmeier, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Barbara Kudrycka, Barbara Matera, Roberta Metsola, Alessandra Mussolini, József Nagy, Petri Sarvamaa, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský

S&D

Caterina Chinnici, Tanja Fajon, Monika Flašíková Beňová, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Iliana Iotova, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Birgit Sippel, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE

Jan Philipp Albrecht, Judith Sargentini, Bodil Valero

4

-

EFDD

Kristina Winberg, Beatrix von Storch

ENF

Harald Vilimsky

NI

Udo Voigt

1

0

ENF

Lorenzo Fontana

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjonijiet

(1)

  ĠU C 391, 18.12.2012, p. 127.

(2)

  ĠU C 192, 30.6.2012, p. 7.

(3)

  ĠU C 67, 20.2.2016, p. 13.

(4)

  Testi adottati, 12.3.2014, P8_TA(2014)0219.

Avviż legali - Politika tal-privatezza