RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta' Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
27.4.2016 - (12594/2014 – C8-0180/2015 – 2014/0234(NLE)) - ***
Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Santiago Fisas Ayxelà
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta' Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
(12594/2014 – C8-0180/2015 – 2014/0234(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12594/2014),
– wara li kkunsidra l-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta' Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (12595/2014),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 91, 100(2), 207 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) (v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0180/2015),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet paragrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0155/2016),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll addizzjonali;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Kolombja u r-Repubblika tal-Perù.
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-Ftehim ta' Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat fi Brussell fis-26 ta' Ġunju 2012, u wħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu bdew japplikaw skont l-Artikolu 330 tiegħu bejn l-Unjoni Ewropea u l-Perù mill-1 ta' Marzu 2013 u bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kolombja mill-1 ta' Awissu 2013.
Il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni leġiżlattiva li fiha ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni ta' dan il-Ftehim fil-11 ta' Diċembru 2012.
Fl-24 ta' Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tibda negozjati mal-Kolombja u l-Perù sabiex jiġi konkluż Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta' Kummerċ, bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea ("il-Protokoll").
Il-Ftehim jilliberalizza l-kummerċ fil-prodotti agrikoli u industrijali kif ukoll fis-servizzi. Huwa jinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar l-oriġini tal-merkanzija, l-ostakli tekniċi għall-kummerċ, il-miżuri sanitarji u fitosanitarji, il-kompetizzjoni, il-proprjetà intellettwali u l-akkwist pubbliku.
Ir-rapporteur huwa tal-fehma li l-parteċipazzjoni tal-Kroazja fil-Ftehim ta' Kummerċ hija konsegwenza naturali tal-adeżjoni tagħha mal-UE. Issa huwa xieraq li l-Kummissjoni u l-Kunsill jieħdu l-passi legali meħtieġa sabiex din il-parteċipazzjoni ssir possibbli.
Fid-dawl ta' dak imsemmi hawn fuq, ir-rapporteur jirrakkomanda li l-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll addizzjonali dwar il-parteċipazzjoni tal-Kroazja fil-Ftehim ta' Kummerċ, bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù min-naħa l-oħra.
L-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew għal din id-Deċiżjoni tal-Kunsill hija komponent obbligatorju għall-finalizzazzjoni tal-proċess ta' ratifika tal-Protokoll Addizzjonali.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
Data tal-adozzjoni |
21.4.2016 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
30 0 4 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Maria Arena, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Jude Kirton-Darling, Marine Le Pen, David Martin, Emmanuel Maurel, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Alessia Maria Mosca, Franz Obermayr, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Klaus Buchner, Danuta Maria Hübner, Agnes Jongerius, Sander Loones, Bolesław G. Piecha, Frédérique Ries, Fernando Ruas, Lola Sánchez Caldentey, Judith Sargentini, József Szájer, Marita Ulvskog, Jarosław Wałęsa |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Rosa D’Amato, Emilian Pavel, Maurice Ponga, Marco Valli, Axel Voss |
||||