Proċedura : 2016/0010(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0157/2016

Testi mressqa :

A8-0157/2016

Dibattiti :

PV 11/05/2016 - 17

Votazzjonijiet :

PV 12/05/2016 - 9.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0221

RAPPORT     *
PDF 820kWORD 385k
28.4.2016
PE 576.877v02-00 A8-0157/2016

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni

(COM(2016)0025 – C8-0030/2016 – 2016/0010(CNS))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Dariusz Rosati

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni

(COM(2016)0025 – C8-0030/2016 – 2016/0010(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2016)0025),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 113 u 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0030/2016),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0157/2016),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) F'dawn l-aħħar snin, l-isfida ppreżentata mill-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa żdiedet konsiderevolment u saret punt fokali ta' tħassib fl-Unjoni u fuq il-livell globali. L-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni jikkostitwixxi għodda importanti f'dan ir-rigward u l-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha tas-6 ta' Diċembru 2012 li fiha Pjan ta' azzjoni biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa enfasizzat il-ħtieġa li tippromwovi b'mod vigoruż l-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni bħala l-istandard futur Ewropew u internazzjonali tat-trasparenza u l-iskambju tal-informazzjoni fi kwistjonijiet tat-taxxa. Il-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu tat-22 ta’ Mejju 2013 talab l-estensjoni ta’ skambju ta’ informazzjoni awtomatiku fuq livelli globali u tal-Unjoni bil-ħsieb li jiġġieled il-frodi, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa .

(1) F'dawn l-aħħar snin, l-isfida ppreżentata mill-frodi fiskali, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa żdiedet konsiderevolment u saret punt fokali ta' tħassib fl-Unjoni u fuq il-livell globali. L-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni jikkostitwixxi għodda importanti f'dan ir-rigward u l-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha tas-6 ta' Diċembru 2012 li fiha Pjan ta' azzjoni biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa enfasizzat il-ħtieġa li tippromwovi b'mod vigoruż l-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni bħala l-istandard futur Ewropew u internazzjonali tat-trasparenza u l-iskambju tal-informazzjoni fi kwistjonijiet tat-taxxa. Il-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu tat-22 ta’ Mejju 2013 talab l-estensjoni ta’ skambju ta’ informazzjoni awtomatiku fuq livelli globali u tal-Unjoni bil-ħsieb li jiġġieled il-frodi, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Peress li l-Gruppi Multinazzjonali ta’ Intrapriżi (MNE) huma attivi f'pajjiżi differenti, huma għandhom il-possibbiltà ta’ involviment fi prattiki ta’ ppjanar aggressiv tat-taxxa li mhumiex disponibbli għall-kumpaniji domestiċi. Meta l-MNEs jagħmlu hekk, il-kumpaniji purament domestiċi, normalment intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) jistgħu jkunu partikolarment affettwati peress li l-piż tat-taxxa tagħhom huwa ogħla minn dak tal-Gruppi MNE. Mill-banda l-oħra, l-Istati Membri kollha jistgħu jsofru minn telf ta’ dħul u hemm ir-riskju ta’ kompetizzjoni sabiex jattiraw il-Gruppi MNE billi jiġu offruti aktar benefiċċji tat-taxxa. Għalhekk hemm problema għall-funzjonament tajjeb tas-Suq Intern.

(2) Peress li l-Gruppi Multinazzjonali ta’ Intrapriżi (MNE) huma attivi f'pajjiżi differenti, huma għandhom il-possibbiltà ta’ involviment fi prattiki ta’ ppjanar aggressiv tat-taxxa li mhumiex disponibbli għall-kumpaniji domestiċi. Meta l-MNEs jagħmlu hekk, il-kumpaniji purament domestiċi, normalment intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) jistgħu jkunu partikolarment affettwati peress li normalment iħallsu rata ta' taxxa effettiva li tkun ferm eqreb ir-rati statutorji mill-MNEs, u dan jirriżulta f'distorsjonijiet fis-suq intern u funzjonament ħażin tas-suq intern, kif ukoll f'distorsjoni tal-kompetizzjoni għad-detriment tal-SMEs. Biex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni, il-kumpaniji domestiċi m'għandhomx jaffaċċjaw żvantaġġi minħabba d-daqs tagħhom jew in-nuqqas ta' kummerċ transkonfinali. Barra minn hekk, l-Istati Membri kollha jistgħu jsofru minn telf ta’ dħul u hemm ir-riskju ta’ kompetizzjoni inġusta bejniethom sabiex jattiraw il-Gruppi MNE billi jiġu offruti aktar benefiċċji tat-taxxa. Għalhekk hemm problema għall-funzjonament tajjeb tas-Suq Intern. F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li hija l-Kummissjoni li hi responsabbli għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Huwa ta' importanza vitali għall-Unjoni li r-regoli dwar it-taxxa jitfasslu mhux biex ixekklu t-tkabbir jew l-investimenti, biex iqiegħdu lill-kumpaniji tal-Unjoni fi żvantaġġ kompetittiv u biex iżidu r-riskju ta' tassazzjoni doppja, iżda li jitfasslu biex jimminimizzaw l-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi għall-kumpaniji.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) L-awtoritajiet tat-taxxa tal-Unjoni jeħtieġu informazzjoni komprensiva u rilevanti dwar il-Gruppi MNE fir-rigward l-istruttura, il-politika tal-prezzar ta' trasferiment tagħhom u t-tranżazzjonijiet interni ġewwa u barra l-UE. Dik l-informazzjoni sejra tippermetti lill-awtoritajiet tat-taxxa jirreaġixxu għal prattiki dannużi tat-taxxa permezz ta’ bidliet fil-leġiżlazzjoni jew valutazzjonijiet tar-riskju u verifiki tat-taxxa adegwati, u li jiġi identifikat jekk il-kumpaniji wettqux prattiki li għandhom l-effett li jaqilbu ammonti sostanzjali ta’ dħul f’ambjenti b’vantaġġi tat-taxxa.

(3) L-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri jeħtieġu informazzjoni komprensiva u rilevanti dwar il-Gruppi MNE fir-rigward tal-istruttura tagħhom, il-politika tal-prezzar ta' trasferiment, is-saldi tat-taxxa, il-krediti tat-taxxa u t-tranżazzjonijiet interni ġewwa u barra l-Unjoni. Dik l-informazzjoni sejra tippermetti lill-awtoritajiet tat-taxxa jirreaġixxu għal prattiki dannużi tat-taxxa permezz ta’ bidliet fil-leġiżlazzjoni jew valutazzjonijiet tar-riskju u verifiki tat-taxxa adegwati, u li jiġi identifikat jekk il-kumpaniji wettqux prattiki li għandhom l-effett li jaqilbu ammonti sostanzjali ta’ dħul f’ambjenti b’vantaġġi tat-taxxa. Il-Kummissjoni għandu jkollha wkoll aċċess għall-informazzjoni skambjata bejn l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri sabiex tiżgura l-konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tittratta l-informazzjoni bħala kunfidenzjali u għandha tieħu l-miżuri xierqa kollha biex tipproteġi dik l-informazzjoni.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Aktar trasparenza quddiem l-awtoritajiet tat-taxxa jista’ jkollha l-effett li tagħti inċentiv lill-Gruppi MNE sabiex jabbandunaw ċerti prattiki u jħallsu s-sehem ġust tagħhom ta’ taxxa fil-pajjiż fejn isiru l-profitti. It-tisħiħ tat-trasparenza għall-Gruppi MNE huwa għalhekk parti essenzjali mill-ġlieda kontra l-erożjoni tal-bażi u t-trasferiment tal-profitt.

(4) Livell adegwat ta' informazzjoni mogħtija lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri u skambjata bejniethom kif ukoll lill-Kummissjoni jista’ jkollu l-effett li jagħti inċentiv lill-Gruppi MNE sabiex jabbandunaw ċerti prattiki u jħallsu t-taxxa dovuta tagħhom fil-pajjiż fejn jinħoloq il-valur. Dan iżid ukoll il-"pressjoni mill-pari" bejn l-Istati Membri u jiffoka l-attenzjoni tas-swieq finanzjarji fuq ir-responsabbiltà fiskali tal-MNEs. It-tisħiħ tat-trasparenza għall-Gruppi MNE, bla ma tixxekkel il-kompetittività tal-Unjoni, huwa għalhekk parti essenzjali mill-ġlieda kontra l-erożjoni tal-bażi u t-trasferiment tal-profitt u, finalment, l-evitar tat-taxxa.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Fir-rapport pajjiż b’pajjiż, il-Gruppi MNE għandhom jipprovdu annwalment u għal kull ġurisidizzjoni tat-taxxa li fiha jagħmlu negozju l-ammont ta’ dħul, il-profitt qabel it-taxxa fuq l-introjtu u t-taxxa fuq l-introjtu mħallsa u akkumulata. Il-Gruppi MNE għandhom jirrapportaw ukoll in-numru ta’ impjegati tagħhom, il-kapital iddikjarat, il-qligħ imfaddal u l-assi tanġibbli f’kull ġurisidizzjoni tat-taxxa. Fl-aħħar nett, il-Gruppi MNE għandhom jidentifikaw kull entità fi ħdan il-grupp li tagħmel kummerċ f'ġurisidizzjoni tat-taxxa partikolari u għandhom jipprovdu indikazzjoni tal-attivitajiet kummerċjali li kull entità tkun involuta fihom.

(6) Fir-rapport pajjiż b’pajjiż, il-Gruppi MNE għandhom jipprovdu annwalment u għal kull ġurisidizzjoni tat-taxxa li fiha jagħmlu negozju l-ammont ta’ dħul, il-profitt qabel it-taxxa fuq l-introjtu u t-taxxa fuq l-introjtu mħallsa u akkumulata, kif ukoll il-krediti tat-taxxa. Il-Gruppi MNE għandhom jirrapportaw ukoll in-numru ta’ impjegati tagħhom, il-kapital iddikjarat, il-qligħ imfaddal u l-assi tanġibbli f’kull ġurisidizzjoni tat-taxxa. Fl-aħħar nett, il-Gruppi MNE għandhom jidentifikaw kull entità fi ħdan il-grupp li tagħmel kummerċ f'ġurisidizzjoni tat-taxxa partikolari u għandhom jipprovdu indikazzjoni tal-attivitajiet kummerċjali li kull entità tkun involuta fihom.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-Suq Intern, l-UE għandha tipprovdi għal kompetizzjoni ġusta bejn il-Gruppi MNE u l-Gruppi MNE mhux tal-UE għal liema waħda jew bosta mill-entitajiet tagħhom jinsabu fl-UE. Għaldaqstant it-tnejn li huma għandhom ikunu soġġetti għall-obbligazzjoni tar-rapportar.

(8) Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-Suq Intern, l-Unjoni għandha tipprevedi kompetizzjoni ġusta bejn il-Gruppi MNE u l-Gruppi MNE mhux tal-UE għal liema waħda jew bosta mill-entitajiet tagħhom jinsabu fl-UE. Għaldaqstant it-tnejn li huma għandhom ikunu soġġetti għall-obbligu tar-rapportar. L-Istati Membri, f'dan ir-rigward, għandhom ikunu responsabbli għall-infurzar tal-obbligu tar-rapportar tal-MNEs permezz, pereżempju, tal-introduzzjoni ta' passi biex l-MNEs jiġu penalizzati f'każ ta' nuqqas ta' rapportar.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jżommu jew iżidu l-livell tar-riżorsi umani, tekniċi u finanzjarji ddedikati għall-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa u l-ipproċessar tad-data fi ħdan l-amministrazzjonijiet tat-taxxa.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri, id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE diġà tipprovdi għall-iskambju awtomatiku obbligatorju tal-informazzjoni f'numru ta’ oqsma. Il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha għandu jitwessa’ sabiex tipprovdi għall-iskambju awtomatiku obbligatorju tar-rapporti pajjiż b’pajjiż bejn l-Istati Membri.

(11) Fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri, id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE diġà tipprevedi l-iskambju awtomatiku obbligatorju tal-informazzjoni f'numru ta’ oqsma. Il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha għandu jitwessa’ sabiex jipprevedi l-iskambju awtomatiku obbligatorju tar-rapporti pajjiż b’pajjiż bejn l-Istati Membri, u għall-komunikazzjoni ta' tali rapporti lill-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni Ewropea għandha tagħmel użu mir-rapporti pajjiż b’pajjiż biex tivvaluta l-konformità tal-Istati Membri mar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-istat, peress li hemm ukoll dimensjoni ta' għajnuna mill-istat għal prattiki tat-taxxa inġusti fil-qasam tat-tassazzjoni korporattiva.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) L-iskambju awtomatiku obbligatorju tar-rapporti pajjiż b’pajjiż bejn l-Istati Membri għandu f’kull każ jinkludi l-komunikazzjoni ta’ sett definit ta’ informazzjoni bażika li tkun aċċessibbli għal dawk l-Istati Membri li fihom, fuq il-bażi tal-informazzjoni fir-rapport pajjiż b’pajjiż, entità waħda jew aktar tal-Grupp MNE huma jew residenti għal skopijiet ta’ taxxa, jew huma soġġetti għat-taxxa fir-rigward tal-kummerċ imwettaq permezz ta' stabbiliment permanenti ta’ Grupp MNE.

(12) L-iskambju awtomatiku obbligatorju tar-rapporti pajjiż b’pajjiż bejn l-Istati Membri u mal-Kummissjoni għandu f’kull każ jinkludi l-komunikazzjoni ta’ sett definit ta’ informazzjoni bażika li għandha tkun ibbażata fuq definizzjonijiet uniformi u li tkun aċċessibbli għal dawk l-Istati Membri li fihom, fuq il-bażi tal-informazzjoni fir-rapport pajjiż b’pajjiż, entità waħda jew aktar tal-Grupp MNE huma jew residenti għal skopijiet ta’ taxxa, jew huma soġġetti għat-taxxa fir-rigward tal-kummerċ imwettaq permezz ta' stabbiliment permanenti ta’ Grupp MNE.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Huwa meħtieġ li jiġu speċifikati r-rekwiżiti lingwistiċi għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar ir-rapportar pajjiż b’pajjiż. Huwa wkoll meħtieġ li jiġu adottati l-arranġamenti prattiċi meħtieġa għat-titjib tan-netwerk NKK. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 20(6) u 21(7), il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(16) Huwa meħtieġ li jiġu speċifikati r-rekwiżiti lingwistiċi għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u għall-komunikazzjoni ta' tali informazzjoni lill-Kummissjoni dwar ir-rapportar pajjiż b’pajjiż. Huwa wkoll meħtieġ li jiġu adottati l-arranġamenti prattiċi meħtieġa għat-titjib tan-netwerk NKK u li jkun żgurat li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-istandards li tirriżulta f'żieda fl-ispejjeż amministrattivi għall-operaturi kummerċjali. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 20(6) u 21(7), il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 18a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a) Ir-rapport annwali tal-Istati Membri lill-Kummissjoni skont din id-Direttiva, għandu jagħti dettalji dwar il-portata tal-preżentazzjoni lokali skont l-Artikolu 8aa u l-Punt 1, it-Taqsima II, l-Anness III ta' din id-Direttiva u għandu jinkludi lista ta' kwalunkwe ġurisdizzjoni fejn ikunu residenti entitajiet prinċipali finali ta' entitajiet kostitwenti bbażati fl-Unjoni, iżda ma ġewx ippreżentati jew skambjati rapporti sħaħ.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 18b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18b) Għandu jkun possibbli li informazzjoni ma tiġix skambjata skont din id-Direttiva meta tali skambju ma jwassalx għall-iżvelar ta' sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali jew ta' proċess kummerċjali, jew ta' informazzjoni li l-iżvelar tagħha jmur kontra l-ordni pubbliku.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 18c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18c) Għandha tingħata kunsiderazzjoni lir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2015 dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili, ir-rapport tal-Parlament dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2007/36/KE rigward l-inkoraġġiment ta' involviment fit-tul tal-azzjonisti u d-Direttiva 2013/34/UE rigward ċerti elementi tad-dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva, kif ukoll ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar li ndaħħlu t-trasparenza, il-koordinazzjoni u l-konverġenza fil-politiki dwar it-taxxa fuq il-kumpaniji.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-kooperazzjoni amministrattiva effiċjenti bejn l-Istati Membri taħt kundizzjonijiet kumpatibbli mal-funzjonament tajjeb tas-suq intern, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-uniformità u l-effikaċja meħtieġa, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dan l-għan.

(20) Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-kooperazzjoni amministrattiva effiċjenti bejn l-Istati Membri u mal-Kummissjoni taħt kundizzjonijiet kumpatibbli mal-funzjonament tajjeb tas-suq intern, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista' għalhekk, minħabba l-uniformità u l-effikaċja meħtieġa, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dan l-għan.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 1 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1) L-Artikolu 1(1) jiġi emendat kif ġej:

1. Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri li taħthom l-Istati Membri għandhom jikkooperaw flimkien bil-ħsieb tal-iskambju ta' informazzjoni li hija prevedibbilment rilevanti għall-amministrazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet domestiċi tal-Istati Membri li jikkonċernaw it-taxxi msemmijin fl-Artikolu 2.

‘1. Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri li taħthom l-Istati Membri għandhom jikkooperaw flimkien u mal-Kummissjoni bil-ħsieb tal-iskambju ta' informazzjoni li hija prevedibbilment rilevanti għall-amministrazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet domestiċi tal-Istati Membri li jikkonċernaw it-taxxi msemmijin fl-Artikolu 2.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt -a (ġdid)

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 3 – punt 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a) L-Artikolu 3(2) jiġi emendat kif ġej:

(2) “uffiċċju ċentrali ta' kollegament” tfisser l-uffiċċju li nħatar bħala tali bir-responsabbiltà prinċipali għal kuntatti mal-Istati Membri l-oħrajn fil-qasam tal-kooperazzjoni amministrattiva;

“uffiċċju ċentrali ta' kollegament” tfisser l-uffiċċju li nħatar bħala tali bir-responsabbiltà prinċipali għal kuntatti mal-Istati Membri l-oħrajn u mal-Kummissjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni amministrattiva;

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 3 – punt 9 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) għall-finijiet tal-Artikolu 8(1) u l-Artikoli 8a u 8aa, il-komunikazzjoni sistematika ta’ informazzjoni definita minn qabel lil Stat Membru ieħor, mingħajr talba minn qabel, f’intervalli regolari stabbiliti minn qabel; għall-finijiet tal-Artikolu 8(1), b’referenza għall-informazzjoni disponibbli relatata mal-informazzjoni fil-fajls tat-taxxa tal-Istat Membru li jikkomunika l-informazzjoni, li tista’ tiġi rkuprata f’konformità mal-proċeduri dwar il-ġbir u l-ipproċessar tal-informazzjoni f’dak l-Istat Membru.

(a) għall-finijiet tal-Artikolu 8(1) u l-Artikoli 8a u 8aa, il-komunikazzjoni sistematika ta’ informazzjoni definita minn qabel lil Stat Membru ieħor u lill-Kummissjoni, mingħajr talba minn qabel, f’intervalli regolari stabbiliti minn qabel; għall-finijiet tal-Artikolu 8(1), b’referenza għall-informazzjoni disponibbli relatata mal-informazzjoni fil-fajls tat-taxxa tal-Istat Membru li jikkomunika l-informazzjoni, li tista’ tiġi rkuprata f’konformità mal-proċeduri dwar il-ġbir u l-ipproċessar tal-informazzjoni f’dak l-Istat Membru. Dawk id-dokumenti għandhom ikunu disponibbli wkoll għal pajjiżi terzi. Il-ħidma tal-kondiviżjoni tar-rapporti ma' pajjiżi terzi diġà bdiet skont il-Ftehim tal-OECD dwar l-Awtoritajiet Kompetenti Multinazzjonali, u għandu jiġi ggarantit li pajjiżi terzi jistgħu jiksbu l-informazzjoni meħtieġa mill-Istati Membri kollha.

Ġustifikazzjoni

Hemm ukoll dimensjoni ta' għajnuna mill-istat għal prattiki ta' taxxa inġusti fil-qasam tat-tassazzjoni korporattiva. Il-Kummissjoni, barra minn hekk, għandu jkollha wkoll aċċess għall-informazzjoni skambjata bejn l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri sabiex tiżgura l-konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni rilevanti.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 4 – paragrafu 6

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1a) L-Artikolu 4(6) jiġi emendat kif ġej:

6. Fejn dipartiment ta' kollegament jew uffiċjal kompetenti jibgħat jew jirċievi talba jew tweġiba għal talba għall-kooperazzjoni, huwa għandu jinforma lill-uffiċċju ċentrali ta' kollegament tal-Istat Membru tiegħu skont il-proċeduri stabbiliti minn dak l-Istat Membru.

‘6. Fejn dipartiment ta' kollegament jew uffiċjal kompetenti jibgħat jew jirċievi talba jew tweġiba għal talba għall-kooperazzjoni, huwa għandu jinforma lill-uffiċċju ċentrali ta' kollegament tal-Istat Membru tiegħu u lill-Kummissjoni skont il-proċeduri stabbiliti minn dak l-Istat Membru.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 6 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1b) L-Artikolu 6(2) jiġi emendat kif ġej:

2. It-talba msemmija fl-Artikolu 5 jista' jkun fiha talba motivata għal indaġni amministrattiva speċifika. Jekk l-awtorità rikjesta tkun tal-opinjoni li ma tkun meħtieġa l-ebda indaġni amministrattiva, hija għandha tinforma lill-awtorità rikjedenti bir-raġunijiet għal dan.

‘2. It-talba msemmija fl-Artikolu 5 jista' jkun fiha talba motivata għal indaġni amministrattiva speċifika. Jekk l-awtorità rikjesta tkun tal-opinjoni li ma tkun meħtieġa l-ebda indaġni amministrattiva, hija għandha tinforma lill-awtorità rikjedenti u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet għal dan.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1c (ġdid)

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c) Fl-Artikolu 8(1), jiżdied il-punt li ġej:

 

“(ea) rapporti pajjiż b’pajjiż,”

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 2

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8aa – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru fejn ir-Rapport Pajjiż b’Pajjiż ġie riċevut skont il-paragrafu 1 għandha, permezz ta’ skambju awtomatiku, tikkomunika r-rapport lil kwalunkwe Stat Membru ieħor li fih, fuq il-bażi tal-informazzjoni fir-rapport pajjiż b’pajjiż, Entità Kostitwenti waħda jew aktar tal-Grupp MNE tal-Entità ta’ Rapportar huma jew residenti għal skopijiet ta’ taxxa, jew huma soġġetti għat-taxxa fir-rigward tal-kummerċ imwettaq permezz ta’ stabbiliment permanenti sal-iskadenza stipulata fil-paragrafu 4.

2. L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru fejn ir-Rapport Pajjiż b’Pajjiż ġie riċevut skont il-paragrafu 1 għandha, permezz ta’ skambju awtomatiku, tikkomunika mill-aktar fis possibbli r-rapport lil kwalunkwe Stat Membru ieħor li fih, fuq il-bażi tal-informazzjoni fir-rapport pajjiż b’pajjiż, Entità Kostitwenti waħda jew aktar tal-Grupp MNE tal-Entità ta’ Rapportar huma jew residenti għal skopijiet ta’ taxxa, jew huma soġġetti għat-taxxa fir-rigward tal-kummerċ imwettaq permezz ta’ stabbiliment permanenti sal-iskadenza stipulata fil-paragrafu 4. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha wkoll tikkomunika r-rapport pajjiż b’pajjiż lill-Kummissjoni, li hija responsabbli għar-reġistru ċentralizzat tar-rapporti pajjiż b’pajjiż, disponibbli għas-servizzi kompetenti tagħha.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8aa – paragrafu 3 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) informazzjoni aggregata dwar l-ammont ta’ dħul, profitt (telf) qabel it-taxxa fuq l-introjtu, it-taxxa fuq l-introjtu mħallsa, it-taxxa fuq l-introjtu akkumulata, il-kapital iddikjarat, il-qligħ akkumulat, in-numru ta' impjegati, u l-assi tanġibbli minbarra l-flus jew ekwivalenti ta' flus fir-rigward ta' kull ġurisdizzjoni li fih jopera l-Grupp MNE;

(a) informazzjoni aggregata dwar l-ammont ta’ dħul, profitt (telf) qabel it-taxxa fuq l-introjtu, it-taxxa fuq l-introjtu mħallsa, it-taxxa fuq l-introjtu akkumulata, il-kapital iddikjarat, il-qligħ akkumulat, in-numru ta' impjegati, l-assi tanġibbli minbarra l-flus jew ekwivalenti ta' flus fir-rigward ta' kull ġurisdizzjoni li fih jopera l-Grupp MNE, is-sussidji pubbliċi riċevuti, il-valur tal-assi u l-kost annwali biex jinżammu, u l-bejgħ u x-xiri li jkun sar mill-Grupp;

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8aa – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) in-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa (NIT) Ewropew futur tal-Grupp MNE msemmi fil-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni tal-2012 biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8aa – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Sabiex tittejjeb it-trasparenza għaċ-ċittadini, il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapporti pajjiż b'pajjiż, abbażi tal-informazzjoni li tinsab fir-reġistru ċentralizzat tar-rapporti pajjiż b'pajjiż. B'dan il-mod, il-Kummissjoni għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23a dwar il-kunfidenzjalità.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 9 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(2a) L-Artikolu 9(1) jiġi emendat kif ġej:

1. L-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha tikkomunika l-informazzjonimsemmija fl-Artikolu 1(1) lill-awtorità kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor ikkonċernat, fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

‘1. L-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha tikkomunika l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) lill-awtorità kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor ikkonċernat u lill-Kummissjoni, fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2b (ġdid)

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 9 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(2b) L-Artikolu 9(2) jiġi emendat kif ġej:

2. L-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru jistgħu jikkomunikaw, permezz ta' skambju spontanju, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kwalunkwe informazzjoni li huma konxji tagħha u li tista' tkun utli għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra.

‘2. L-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru jistgħu jikkomunikaw, permezz ta' skambju spontanju, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni li huma konxji tagħha u li tista' tkun utli għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 23 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) L-Artikolu 23(2) jiġi emendat kif ġej:

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni rilevanti meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-effikaċja tal-kooperazzjoni amministrattiva skont din id-Direttiva fil-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali u l-evitar tat-taxxa.

‘2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni rilevanti meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-effikaċja tal-kooperazzjoni amministrattiva skont din id-Direttiva fil-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi fiskali.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 23 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni valutazzjoni annwali dwar l-effettività tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 8, fl-Artikolu 8a u 8aa kif ukoll ir-riżultati prattiċi miksuba. Il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, għandha tadotta l-forma u l-kondizzjonijiet tal-komunikazzjoni ta' dik il-valutazzjoni annwali. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 26(2).

3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni valutazzjoni annwali dwar l-effettività tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 8, fl-Artikolu 8a u 8aa kif ukoll ir-riżultati prattiċi miksuba. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dawk ir-riżultati b'mod xieraq, bħal rapport annwali konsolidat li fih jiġu diskussi r-riżultati u l-eżitu tal-proċedura ta' rapportar. Il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, għandha tadotta l-forma u l-kondizzjonijiet tal-komunikazzjoni ta' dik il-valutazzjoni annwali. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 26(2).

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 23 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Fl-Artikolu 23, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

'3a. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport konsolidat annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jikkonċerna l-valutazzjonijiet annwali tal-Istati Membri tal-effikaċja tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni, kif ukoll ir-riżultati prattiċi miksuba.'

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5b (ġdid)

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 23 – paragrafu 3b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b) Fl-Artikolu 23, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

3b. F'każ li l-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni dwar il-konsegwenzi tal-iżvelar pubbliku ta' informazzjoni pajjiż b'pajjiż tiddetermina li m'hemmx konsegwenzi negattivi għall-Gruppi MNE, il-Kummissjoni għandha minnufih tipproponi leġiżlazzjoni biex tagħmel din l-informazzjoni disponibbli pubblikament.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5c (ġdid)

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 24 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5c) L-Artikolu 24(1) jiġi emendat kif ġej:

1. Fejn l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tirċievi informazzjoni minn pajjiż terz li tkun prevedibbilment rilevanti għall-amministrazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet domestiċi ta' dak l-Istat Membru rigward it-taxxi msemmijin fl-Artikolu 2, dik l-awtorità tista', dment li dan ikun permess skont ftehim ma' dak il-pajjiż terz, tipprovdi dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li għalihom dik l-informazzjoni tista' tkun utli u lil kwalunkweawtorità rikjedenti.

1. Fejn l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tirċievi informazzjoni minn pajjiż terz li tkun prevedibbilment rilevanti għall-amministrazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet domestiċi ta' dak l-Istat Membru rigward it-taxxi msemmijin fl-Artikolu 2, dik l-awtorità tista', dment li dan ikun permess skont ftehim ma' dak il-pajjiż terz, tipprovdi dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li għalihom dik l-informazzjoni tista' tkun utli u lil kwalunkwe awtorità rikjedenti, u lill-Kummissjoni.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7a (ġdid)

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 27a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 27a

 

Rieżami

 

Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-effikaċja ta' din id-Direttiva sa tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha."

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Anness – Anness III – Taqsima II – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn ikun hemm iktar minn Entità Kostitwenti waħda tal-istess MNE li huma residenti għal finijiet ta’ taxxa fl-Unjoni u tkun tapplika kondizzjoni waħda jew iktar stipulati fil-punt (b), il-Grupp MNE jista’ jaħtar waħda minn dawn l-Entitajiet Kostitwenti sabiex tippreżenta r-rapport għal kull pajjiż li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 8aa(1) fir-rigward ta’ kwalunkwe Sena Fiskali tar-Rappurtar fid-data ta' skadenza speċifikata fl-Artikolu 8aa(1) u biex tinnotifika lill-Istat Membru li l-preżentazzjoni hija maħsuba li tissodisfa r-rekwiżit tal-preżentazzjoni tal-Entitajiet Kostitwenti kollha ta’ Grupp MNE bħal dan li huma residenti għal finijiet ta’ taxxa fl-Unjoni. Dak l-Istat Membru għandu, skont l-Artikolu 8aa(2), jikkomunika r-rapport pajjiż b’pajjiż li jkun wasal lil kwalunkwe Stat Membru ieħor li fih, fuq il-bażi tal-informazzjoni fir-Rapport pajjiż b’pajjiż, Entità Kostitwenti waħda jew iktar tal-Grupp MNE tal-Entità ta’ Rapportar, jew huma residenti għal finijiet ta’ taxxa, jew huma soġġetti għat-taxxa fir-rigward tal-kummerċ imwettaq permezz ta’ stabbiliment permanenti.

Fejn ikun hemm iktar minn Entità Kostitwenti waħda tal-istess MNE li huma residenti għal finijiet ta’ taxxa fl-Unjoni u tkun tapplika kondizzjoni waħda jew iktar stipulati fil-punt (b), il-Grupp MNE jista’ jaħtar waħda minn dawn l-Entitajiet Kostitwenti, preferibbilment dik bl-ogħla fatturat, sabiex tippreżenta r-rapport għal kull pajjiż li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 8aa(1) fir-rigward ta’ kwalunkwe Sena Fiskali tar-Rappurtar fid-data ta' skadenza speċifikata fl-Artikolu 8aa(1) u biex tinnotifika lill-Istat Membru li l-preżentazzjoni hija maħsuba li tissodisfa r-rekwiżit tal-preżentazzjoni tal-Entitajiet Kostitwenti kollha ta’ Grupp MNE bħal dan li huma residenti għal finijiet ta’ taxxa fl-Unjoni. Dak l-Istat Membru għandu, skont l-Artikolu 8aa(2), jikkomunika r-rapport pajjiż b’pajjiż li jkun wasal lil kwalunkwe Stat Membru ieħor li fih, fuq il-bażi tal-informazzjoni fir-Rapport pajjiż b’pajjiż, Entità Kostitwenti waħda jew iktar tal-Grupp MNE tal-Entità ta’ Rapportar, jew huma residenti għal finijiet ta’ taxxa, jew huma soġġetti għat-taxxa fir-rigward tal-kummerċ imwettaq permezz ta’ stabbiliment permanenti.

NOTA SPJEGATTIVA

L-isfida ppreżentata mill-evitar tat-taxxa transkonfinali, l-ippjanar aggressiv tat-taxxa u l-kompetizzjoni dannuża b'rabta mat-taxxa żdiedet b'mod konsiderevoli u saret punt fokali ta' tħassib fl-Unjoni u fil-livell globali.

Fir-rapporti tiegħu tal-Kumitati ECON u TAXE, il-Parlament Ewropew appella għal trasparenza akbar fir-rigward ta' informazzjoni dwar it-taxxa sabiex jiġi miġġieled l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, b'mod partikolari bl-introduzzjoni tar-rapportar pajjiż b'pajjiż (CbCR) għall-Gruppi Multinazzjonali (MNE).

Skont il-qafas ġuridiku attwali (id-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva, attwalment id-DAC3), l-Istati Membri għadhom ma jikkondividux is-CbCR ma' xulxin.

Għalhekk, tinħtieġ żieda fit-trasparenza b'mod urġenti. Sabiex jinkiseb dan, jeħtieġ li jissaħħu l-għodod u l-mekkaniżmi stabbiliti bid-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE.

Il-proposta tal-Kummissjoni

L-abozz ta' direttiva jemenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva (UE) 2015/2376. Jintroduċi artikolu ġdid fid-Direttiva eżistenti, li jistabbilixxi l-kamp ta' applikazzjoni u l-kundizzjonijiet għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni tas-CbCR.

Aspetti speċifiċi tal-proposta

Kamp ta' applikazzjoni tal-proposta - limitu minimu ta' MNEs

Il-Gruppi Multinazzjonali (MNEs) li jinsabu fl-UE jew li għandhom joperaw fl-UE, bi dħul konsolidat totali ta' EUR 750 000 000 jew aktar, se jkunu obbligati jippreżentaw rapport pajjiż b'pajjiż.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jkun irċieva r-Rapport Pajjiż b'Pajjiż għandha, permezz ta' skambju awtomatiku, tikkomunika r-rapport lil kull Stat Membru ieħor li fih xi Entità Kostitwenti waħda jew aktar tal-grupp MNE jew huma residenti għal skopijiet ta' taxxa, jew huma soġġetti għat-taxxa fir-rigward tan-negozju mwettaq permezz ta' stabbiliment permanenti.

Awtorità kompetenti

Ir-Rapport Pajjiż b'Pajjiż għandu jiġi ppreżentat fl-Istat Membru li fih l-entità prinċipali finali tal-Grupp MNE jew kwalunkwe entità oħra li tirrapporta tkun residenti għal finijiet ta' taxxa.

L-Istat Membru jikkomunika r-rapport lil kull Stat Membru ieħor li fih xi Entità Kostitwenti waħda jew aktar tal-Grupp MNE jew huma residenti għal finijiet ta' taxxa, jew huma soġġetti għat-taxxa fir-rigward tan-negozju mwettaq permezz ta' stabbiliment permanenti.

Kamp ta' applikazzjoni tal-informazzjoni skambjata

Ir-Rapport Pajjiż b'Pajjiż jinkludi informazzjoni għal kull ġurisdizzjoni tat-taxxa li fiha l-Grupp MNE jagħmel negozju dwar l-ammont ta' dħul, il-profitt qabel it-taxxa fuq l-introjtu, it-taxxa fuq l-introjtu mħallsa u akkumulata, l-għadd ta' impjegati, il-kapital dikjarat, id-dħul akkumulat u l-assi tanġibbli.

Kalendarju taż-żmien

Mill-2017, il-Grupp MNE jrid jippreżenta Rapport Pajjiż b'Pajjiż fir-rigward tas-sena fiskali ta' rapportar tiegħu fuq bażi annwali, sa mhux iktar tard minn 12-il xahar wara l-aħħar jum tas-sena fiskali ta' rapportar tal-Grupp MNE.

Format / mudell

Il-Gruppi MNE jippreżentaw ir-Rapport Pajjiż b'Pajjiż skont il-mudell standard kif inkluż fir-Rapport Azzjoni 13 tal-OECD.

L-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar ir-Rapport Pajjiż b'Pajjiż għandu jsir bl-użu tal-formola standard. L-informazzjoni kkomunikata għandha tkun ipprovduta b'mezzi elettroniċi bl-użu tan-netwerk NKK.

Żvelar pubbliku

Il-proposta attwali ma tipprevedix l-iżvelar pubbliku tas-CbCR. Madankollu, il-Kummissjoni ħabbret il-pubblikazzjoni tal-valutazzjoni tal-impatt tar-Rapportar Pajjiż b'Pajjiż pubbliku għal April 2016, li tista' tkun akkumpanjata bi proposta biex jiġu imposti obbligi ta' żvelar pubbliku fuq il-kumpaniji.

Xi punti għad-diskussjoni

Ir-Rapporteur għamel valutazzjoni ġenerali pożittiva tal-proposta, partikolarment dwar il-ħtieġa għal trasparenza akbar, il-limitu minimu tal-MNEs obbligati jipprovdu s-CbCR, il-ħatra tal-awtorità kompetenti, il-kamp ta' applikazzjoni tal-informazzjoni skambjata u l-kalendarju taż-żmien tal-implimentazzjoni u l-intervall tar-rapportar.

Ir-Rapporteur, b'mod partikolari, jilqa' l-proposta li timplementa r-rakkomandazzjoni tal-OECD dwar il-BEPS mingħajr ma toħloq standards doppji, li inkella kienu jwasslu għal piżijiet amministrattivi u spejjeż ta' konformità bla bżonn.

Ir-Rapporteur iqis li huwa xieraq li l-ewwel jiġi introdott skambju awtomatiku ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet (AEOI) tat-taxxa nazzjonali dwar is-CbCR, qabel ma eventwalment tiġi introdotta proposta għal żvelar pubbliku tas-CbCR, iżda biss jekk il-valutazzjoni tal-impatt turi li m'hemmx effetti negattivi fuq il-kompetittività tan-negozji Ewropej u l-ekonomija.

Barra minn hekk, ir-Rapporteur tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tkun parti mill-AEOI u għandu jkollha aċċess għas-CbCR, flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa, filwaqt li tirrispetta bis-sħiħ ir-regoli dwar il-kunfidenzjalità.

Il-Kummissjoni, abbażi tal-valutazzjoni annwali tal-Istati Membri tal-effikaċja tal-AEOI dwar is-CbCR, għandha tissottometti rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jiġbor fil-qosor ir-riżultati ewlenin tal-valutazzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri, filwaqt li tirrispetta d-dispożizzjonijiet ta' kunfidenzjalità msemmija fid-Direttiva.

Konklużjoni

Ir-Rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni bħala pass 'il quddiem lejn trasparenza akbar. Madankollu, iqis li l-proposta ssir aktar effikaċi bl-emendi proposti, u bl-estensjoni tal-iskambju ta' informazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta l-konformità tal-Istati Membri mar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-istat abbażi ta' din l-informazzjoni.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Skambju awtomatiku u obbligatorju ta’ informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni

Referenzi

COM(2016)0025 – C8-0030/2016 – 2016/0010(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

11.2.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

25.2.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

25.2.2016

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

LIBE

17.2.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Dariusz Rosati

21.1.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

16.3.2016

25.4.2016

 

 

Data tal-adozzjoni

26.4.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

0

11

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Hugues Bayet, Pervenche Berès, Esther de Lange, Markus Ferber, Jonás Fernández, Elisa Ferreira, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Cătălin Sorin Ivan, Othmar Karas, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Philippe Lamberts, Werner Langen, Sander Loones, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Fulvio Martusciello, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Dimitrios Papadimoulis, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Pirkko Ruohonen-Lerner, Alfred Sant, Molly Scott Cato, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Cora van Nieuwenhuizen, Jakob von Weizsäcker, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Matt Carthy, Philippe De Backer, Mady Delvaux, Ashley Fox, Marian Harkin, Ian Hudghton, Sophia in ‘t Veld, Syed Kamall, Krišjānis Kariņš, Paloma López Bermejo, Emmanuel Maurel, Siôn Simon, Romana Tomc

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Virginie Rozière

Data tat-tressiq

28.4.2016

Avviż legali - Politika tal-privatezza