dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet ta' dħul u residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta' skambji ta' studenti jew proġetti edukattivi u au pairing (riformulazzjoni)
(14958/2/2015 – C8-0131/2016 – 2013/0081(COD))
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet ta' dħul u residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta' skambji ta' studenti jew proġetti edukattivi u au pairing (riformulazzjoni)
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (14958/2/2015 – C8-0131/2016),
– wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mill-Parlament Grieg, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Settembru 2013(1),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-28 ta' Novembru 2013(2), wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0151),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0166/2016),
1. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;
2. Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament u tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni,
3. Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
5. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar ir-raġuni għal rifjut speċifikata fl-Artikolu 20(2)(f)
Il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni jifhmu punt (f) tal-Artikolu 20(2) ta' din id-Direttiva bħala li jippermetti lill-Istati Membri li jirrifjutaw applikazzjoni biss fuq bażi ta' każ b'każ u b'kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi speċifiċi taċ-ċittadin tal-pajjiż terz u l-prinċipju ta' proporzjonalità u fuq il-bażi ta' evidenza jew raġunijiet serji u oġġettivi. Il-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri jimplimentaw din id-dispożizzjoni f'konformità ma' din l-interpretazzjoni meta jittrasponu d-Direttiva, u tinforma lill-Parlament u lill-Kunsill, fil-qafas tal-obbligi tagħha skont l-Artikolu 39.
Il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni jqisu li l-inklużjoni ta' din id-dispożizzjoni f'din id-Direttiva ma għandhiex tikkostitwixxi preċedent għal strumenti futuri dwar il-migrazzjoni legali.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu
Il-kundizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal skop ta’ riċerka, studju, skambju ta’ studenti, taħriġ bi ħlas u bla ħlas, servizz volontarju u au pairing [Riformulazzjoni]
Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta’ meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari
11.4.2016
Kumitat responsabbli
Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja
LIBE
11.4.2016
Rapporteurs
Data tal-ħatra
Cecilia Wikström
24.4.2013
Eżami fil-kumitat
30.11.2015
11.4.2016
Data tal-adozzjoni
28.4.2016
Riżultat tal-votazzjoni finali
+:
–:
0:
40
5
1
Membri preżenti għall-votazzjoni finali
Martina Anderson, Malin Björk, Michał Boni, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Monika Flašíková Beňová, Lorenzo Fontana, Kinga Gál, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Filiz Hyusmenova, Iliana Iotova, Eva Joly, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Barbara Kudrycka, Monica Macovei, Roberta Metsola, Claude Moraes, József Nagy, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Beatrix von Storch, Tomáš Zdechovský
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali
Hugues Bayet, Andrea Bocskor, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Iratxe García Pérez, Anna Hedh, Marek Jurek, Ska Keller, Gilles Lebreton, Jeroen Lenaers, Angelika Mlinar, Morten Helveg Petersen, Salvatore Domenico Pogliese, Barbara Spinelli, Axel Voss
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali
Beatriz Becerra Basterrechea, Eugen Freund, Jean-François Jalkh, Peter Lundgren