RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Iżvezja f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1523 u mal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601 li jistabbilixxu miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja
3.5.2016 - (COM(2015)0677 – C8-0017/2016 – 2015/0314(NLE)) - *
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Ska Keller
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Iżvezja f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1523 u mal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601 li jistabbilixxu miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja
(COM(2015)0677 – C8-0017/2016 – 2015/0314(NLE))
(Konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2015)0677),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 78 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0017/2016),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0170/2016),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
3. Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1 Proposta għal deċiżjoni Premessa 5 | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal deċiżjoni Premessa 9 | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal deċiżjoni Premessa 10 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(10) L-Iżvezja qiegħda wkoll taffaċċja sitwazzjoni diffiċli minħabba ż-żieda sinifikanti ta' dan l-aħħar fl-għadd ta' minorenni mhux akkumpanjati, b'wieħed minn kull erba' applikanti jiddikjara li huwa minorenni mhux akkumpanjat. |
(10) L-Iżvezja qiegħda wkoll taffaċċja sitwazzjoni diffiċli minħabba ż-żieda sinifikanti ta' dan l-aħħar fl-għadd ta' minorenni mhux akkumpanjati, b'wieħed minn kull erba' applikanti jiddikjaraw li huma minorenni mhux akkumpanjati, li għandhom bżonnijiet speċjali u jeħtieġu riżorsi addizzjonali bil-għan li jiġu pprovduti aċċess għall-kura tas-saħħa, akkomodazzjoni dinjituża u edukazzjoni skont ir-regoli tal-ażil tal-Unjoni. |
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
Data tal-adozzjoni |
28.4.2016 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
27 23 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Martina Anderson, Malin Björk, Michał Boni, Ignazio Corrao, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Laura Ferrara, Monika Flašíková Beňová, Lorenzo Fontana, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Filiz Hyusmenova, Iliana Iotova, Eva Joly, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Barbara Kudrycka, Marju Lauristin, Monica Macovei, Roberta Metsola, Claude Moraes, József Nagy, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Beatrix von Storch, Tomáš Zdechovský |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Hugues Bayet, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Iratxe García Pérez, Anna Hedh, Marek Jurek, Ska Keller, Miltiadis Kyrkos, Gilles Lebreton, Jeroen Lenaers, Angelika Mlinar, Morten Helveg Petersen, Salvatore Domenico Pogliese, Barbara Spinelli, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Axel Voss |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Beatriz Becerra Basterrechea, Eugen Freund, Jean-François Jalkh, Peter Lundgren |
||||