Proċedura : 2015/0196(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0179/2016

Testi mressqa :

A8-0179/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 08/06/2016 - 12.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0255

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 603kWORD 104k
18.5.2016
PE 573.180v03-00 A8-0179/2016

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju ta' Tonga dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir

(12089/2015 – C8-0374/2015 – 2015/0196(NLE))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Mariya Gabriel

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju ta' Tonga dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir

(12089/2015 – C8-0374/2015 – 2015/0196(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12089/2015),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju ta' Tonga dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (12087/2015),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2)(a) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8–0374/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet paragrafi, l-Arikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8–0179/2016),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju ta' Tonga.


ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-qafas tar-relazzjonijiet u d-dispożizzjonijiet ġenerali tal-ftehim

Ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju ta' Tonga huma regolati permezz tal-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, imsejjaħ il-"Ftehim ta' Cotonou".

Fil-qafas tal-modifika tar-Regolament (KE) Nru 539/2001 permezz tar-Regolament Nru 509/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Renju ta' Tonga ġie ittrasferit lejn l-Anness II, li jistabbilixxi l-lista tal-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati mill-obbligu ta’ viża biex jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri. Ir-Regolament Nru 539/2001 emendat jiġi applikat fl-Istati Membri kollha, bl-eċċezzjoni tal-Irlanda u r-Renju Unit.

Wara l-adozzjoni tal-imsemmi Regolament fl-20 ta' Mejju 2014, fid-9 ta' Ottubru 2014 il-Kunsill adotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati għall-konklużjoni tal-ftehim bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju ta' Tonga. In-negozjati nfetħu fid-19 ta' Novembru 2014 fi Brussell u ġew konklużi fid-29 ta' Mejju 2015 (Tonga) u fl-10 ta' Ġunju 2015 (l-Unjoni). Il-ftehim ġie ffirmat fl-20 ta' Novembru 2015 fi Brussell. Minn dik id-data 'l quddiem, il-ftehim japplika fuq bażi proviżorja, fl-istennija tal-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.

Il-ftehim jipprevedi reġim ta' spostament bla obbligu ta' viża għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u għaċ-ċittadini ta' Tonga meta dawn jivvjaġġaw lejn it-territorju tal-parti kontraenti l-oħra għal soġġorn ta' tul massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum. L-eżenzjoni mill-viża tibbenefika lill-kategoriji kollha ta' persuni (detenturi ta' passaport ordinarju, diplomatiku, ta' servizz/uffiċjali jew speċjali) li jivvjaġġaw għal kwalunkwe raġuni, ħlief biex jeżerċitaw attività remunerata.

**

Ġustifikazzjoni tar-Rapporteur

Dan il-ftehim ta' eżenzjoni mill-viża għas-soġġorni qosra jikkostitwixxi suċċess fl-approfondiment tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju ta' Tonga – filwaqt li jagħti sinifikat politiku qawwi fil-qafas tal-Ftehim ta' Cotonou – kif ukoll mezz supplementari biex jissaħħu r-relazzjonijiet ekonomiċi u kulturali u biex jiġi intensifikat id-djalogu politiku dwar diversi kwistjonijiet, inklużi d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali.

L-ekonomija ta’ Tonga hija bbażata l-aktar fuq is-setturi agrikoli (produzzjoni tal-qargħa aħmar u sajd tat-tonn), li jirrappreżenta 20 % tal-PDG, u s-settur tas-servizzi li jirrappreżenta 60 % tal-PDG, b’industrija tat-turiżmu li għadu qed jiġi żviluppat. Rigward l-investimenti u l-iskambji kummerċjali ma' Tonga, dawn għadhom ivarjaw u dgħajfa, kemm f'termini ta' valur kif ukoll f'termini relattivi. Il-prodotti prinċipali esportati mill-pajjiż huma prodotti agrikoli mhux ipproċessati bħaż-żejt tal-palm u z-zokkor, u l-prodotti ewlenin li jiġu importanti huma d-dgħajjes u l-bastimenti, u dejjem b'surplus kummerċjali favur il-Paċifiku. Jekk l-Unjoni għandha post relattivament insinjifikanti f’dak li għandu x’jaqsam mal-iskambji ta’ dak il-pajjiż, dawn jippreżentaw potenzjal qawwi ta’ żvilupp. Attwalment l-UE qed tinnegozja Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika komprensiv ma’ 14-il pajjiż tar-reġjun tal-Paċifiku, fosthom Tonga. Barra minn hekk, ir-Renju ta’ Tonga għandu kapaċità kbira ta' produzzjoni tal-elettriku li joriġina mir-riħ u 90 % tal-pakkett tal-11-FEŻ għall-2020-2014, li jammonta għal EUR 11 miljun, huwa allokat għall-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika. Il-Gvern ta’ Tonga adotta wkoll inċentivi biex tiżdied il-parteċipazzjoni tas-settur privat fl-ekonomija. Ir-rapporteur tinnota li l-ftehim ta’ eżenzjoni mill-viżi jista’ jkollu effetti pożittivi fuq l-investimenti u l-iżvilupp tas-settur tat-turiżmu.

Mil-lat politiku, ir-Renju ta’ Tonga ilu monarkija kostituzzjonali minn wara l-ewwel elezzjonijiet demokratiċi fl-2010. Id-djalogu politiku tal-UE ma’ kull wieħed mill-pajjiżi AKP tal-Paċifiku, u ma’ Tonga b’mod partikolari, qiegħed jiżdied gradwalment. L-UE ħejjiet abbozz ta’ pjan direzzjonali reġjonali għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-Paċifiku, bl-għan li tiżgura djalogu aktar strutturat u effettiv magħhom. L-UE taħdem mal-organizzazzjonijiet reġjonali u s-soċjetà ċivili biex tissaħħaħ il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, bl-organizzazzjoni ta' attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni dwar kwistjonijiet bħall-piena tal-mewt jew il-libertà ta’ reliġjon u ta’ twemmin. Dan il-ftehim jista’ jippermettilna li nintensifikaw is-sħubija tagħna, b’enfasi fuq kwistjonijiet bħall-abolizzjoni tal-piena tal-mewt, il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa. Il-pajjiż għamel passi 'l quddiem konsiderevoli, bħal pereżempju d-deċiżjoni dwar ir-ratifika tal-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-forom kollha ta’ diskriminazzjoni kontra n-nisa. L-eżenzjoni tal-viża tista’ tikkostitwixxi pass pożittiv ta’ appoġġ favur dan il-pajjiż u d-diversi sforzi li qed jagħmel.

Fir-rigward tal-mobilità, id-data disponibbli turi li l-fiduċja fil-persuni minn Tonga li jitolbu viża hija kbira, u r-rata ta' ċaħda tal-viża hija baxxa ħafna. Fl-2014, l-Unjoni Ewropea rreġistrat ħames arresti ta’ ċittadini ta’ Tonga f'qagħda irregolari, ħames ċaħdiet tad-dħul fil-fruntieri tal-Unjoni u, fl-aħħar nett, għaxar deċiżjonijiet ta’ ritorn. Barra minn hekk, ma ġewx depożiti applikazzjonijiet għal asil minn ċittadini ta' dan il-pajjiż . Fl-aħħar nett, il-flussi migratorji dejjem kienu diretti, fil-parti l-kbira, lejn New Zealand, l-Awstralja u l-Istati Uniti u veru ftit lejn l-Unjoni Ewropea. Dan il-pajjiż ma jirrappreżenta l-ebda theddida la f'dik li hi migrazzjoni irregolari, lanqas fir-rigward tas-sigurtà u l-ordni pubbliku.

Fl-aħħar, ir-rapporteur tenfasizza li l-eżenzjoni mill-viża tikkostitwixxi vettur sinifikanti għat-tqarrib tal-popli Ewropej u tal-Paċifiku. Il-ftehim ta' eżenzjoni mill-viża jippermetti liċ-ċittadini mhux biss li jgawdu bis-sħiħ mis-sħubija AKP-UE, iżda wkoll li jipparteċipaw fiha billi jivvjaġġaw bi prezz ekonomiku u prattiku mnaqqas.

Ir-rapporteur tfaħħar, f'dan ir-rigward, ir-rwol tal-membri tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP–UE, li kkontribwew bil-kbir għall-konklużjoni ta' dan il-ftehim li, barra minn hekk, se jiffaċilita l-parteċipazzjoni tagħhom fil-laqgħat tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP–UE.

**

Implimentazzjoni u segwitu tal-ftehim

Mil-lat tal-implimentazzjoni u s-segwitu tal-ftehim, ir-rapporteur tistieden lill-Kummissjoni Ewropea tosserva l-iżviluppi li jistgħu jseħħu f'dak li jirrigwarda l-kriterji li inizjalment wasslu għat-trasferiment mill-Anness I għall-Anness II tar-Regolament Nru 509/2014. Dawn il-kriterji jinkludu mhux biss l-immigrazzjoni klandestina, l-ordni pubbliku u s-sigurtà, iżda wkoll ir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni mal-pajjiżi terzi kkonċernati inklużi, b'mod partikolari, kunsiderazzjonijiet marbuta mar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali.

Barra minn hekk, ir-rapporteur tistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-awtoritajiet ta’ Tonga jiżguraw ir-reċiproċità sħiħa tal-eżenzjoni mill-viża li għandha tippermetti l-ugwaljanza fit-trattament taċ-ċittadini kollha, b’mod partikolari fost iċ-ċittadini kollha tal-Unjoni.

Ir-rapporteur tiġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Ġestjoni tal-Ftehim (l-Artikolu 6), l-Unjoni Ewropea hija rrappreżentata biss mill-Kummissjoni Ewropea. Bħala istituzzjoni eletta direttament miċ-ċittadini Ewropej u difensur tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew seta' jiġi involut fil-ħidmiet tal-Kumitat Konġunt. Ir-rapporteur tal-Parlament Ewropew terġa' tħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tirrevedi mill-ġdid il-kompożizzjoni tal-kumitati konġunti ta' ġestjoni għall-ftehimiet futuri.

Bl-istess mod, ir-rapporteur tesprimi tħassib dwar il-prattika tal-iffirmar ta' ftehimiet ta' eżenzjoni mill-viża u l-applikazzjoni proviżorja tagħhom qabel l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew. Ir-rapporteur tirrimarka li din il-prattika għandha t-tendenza li tnaqqas il-marġini ta' manuvrar tal-Parlament Ewropew, filwaqt li huwa problematiku wkoll il-fat li l-Parlament ma jiġix informat fil-ħin dwar l-andament tan-negozjati bilaterali.

**

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Fil-premessi tal-ftehim konkluż titqies is-sitwazzjoni partikolari tar-Renju Unit u tal-Irlanda. Għalhekk ir-Renju Unit u l-Irlanda ma jipparteċipawx fil-ftehim konkluż u mhumiex suġġetti għad-dispożizzjonijiet tiegħu.

L-assoċjazzjoni mill-qrib tan-Norveġja, tal-Iżlanda, tal-Iżvizzera u tal-Liechtenstein mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen tissemma wkoll f'dikjarazzjoni konġunta annessa mal-ftehim. Id-dikjarazzjoni tħeġġeġ lill-awtoritajiet ta' dawn il-pajjiżi jikkonkludu mill-aktar fis possibbli ftehimiet bilaterali mar-Renju ta' Tongadwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir b'kundizzjonijiet simili għal dan il-Ftehim.

Il-ftehim fih dispożizzjonijiet dwar l-applikazzjoni territorjali tiegħu: f'dak li jirrigwarda lil Franza u n-Netherlands, id-dispożizzjonijiet tal-ftehim japplikaw biss għat-territorji Ewropej ta' dawn iż-żewġ Stati Membri.

**

Fl-aħħar nett, ir-Rapporteur tirrakkomanda lill-Membri tal-Kumitat Parlamentari għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jagħtu l-appoġġ tagħhom lil dan ir-rapport u li l-Parlament Ewropew jagħti l-approvazzjoni tiegħu.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

9.5.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Caterina Chinnici, Ignazio Corrao, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Cornelia Ernst, Mariya Gabriel, Kinga Gál, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Timothy Kirkhope, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Monica Macovei, Roberta Metsola, Péter Niedermüller, Soraya Post, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Helga Stevens, Bodil Valero, Harald Vilimsky, Beatrix von Storch, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Janice Atkinson, Pál Csáky, Gérard Deprez, Petr Ježek, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Ska Keller, Miltiadis Kyrkos, Jean Lambert, Gilles Lebreton, Jeroen Lenaers, Nuno Melo, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Morten Helveg Petersen, Petri Sarvamaa, Barbara Spinelli, Josep-Maria Terricabras, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Axel Voss, Josef Weidenholzer

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Karl-Heinz Florenz, Georgi Pirinski


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

45

+

ALDE

Gérard Deprez, Petr Ježek, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Morten Helveg Petersen, Cecilia Wikström

ECR

Jussi Halla-aho, Timothy Kirkhope, Monica Macovei, Branislav Škripek, Helga Stevens

EFDD

Von Storch, Ignazio Corrao

GUE/NGL

Cornelia Ernst, Barbara Spinelli

PPE

Pál Csáky, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Karl-Heinz Florenz, Mariya Gabriel, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Barbara Kudrycka, Jeroen Lenaers, Nuno Melo, Roberta Metsola, Petri Sarvamaa, Csaba Sógor, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Axel Voss, Tomáš Zdechovský

S&D

Caterina Chinnici, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Cécile Kashetu Kyenge, Miltiadis Kyrkos, Marju Lauristin, Péter Niedermüller, Georgi Pirinski, Soraya Post, Birgit Sippel, Josef Weidenholzer

Verts/ALE

Ska Keller, Jean Lambert, Josep-Maria Terricabras, Bodil Valero

4

-

EFDD

Kristina Winberg

ENF

Janice Atkinson, Gilles Lebreton, Harald Vilimsky

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjonijiet

Avviż legali - Politika tal-privatezza