RAKKOMANDAZZJONI dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tar-Reviżjoni 3 tal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, it-tagħmir u l-partijiet li jistgħu jintramaw u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet ("Ftehim Rivedut tal-1958")

26.5.2016 - (13954/2015 – C8-0112/2016 – 2015/0249(NLE)) - ***

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Bernd Lange

Proċedura : 2015/0249(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0185/2016
Testi mressqa :
A8-0185/2016
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tar-Reviżjoni 3 tal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, it-tagħmir u l-partijiet li jistgħu jintramaw u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet ("Ftehim Rivedut tal-1958")

(13954/2015 – C8-0112/2016 – 2015/0249(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (13954/2015),

–  wara li kkunsidra r-Reviżjoni 3 tal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, it-tagħmir u l-partijiet li jistgħu jintramaw u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet ("Ftehim Rivedut tal-1958") (13954/2015),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0112/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet paragrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0185/2016),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti.

NOTA SPJEGATTIVA

Minħabba ż-żieda fl-interkonnettività tas-swieq globali (mal-40 % tal-prodotti industrijali Ewropej huma mmanifatturati minn prodotti upstream importati) u billi l-produzzjoni industrijali qiegħda dejjem aktar issir f'ambitu ta' katini ta' valur globali, it-tneħħija ta' ostakli bla bżonn għall-kummerċ u l-kooperazzjoni fi kwistjonijiet regolatorji huma fundamentali għaż-żamma u t-tisħiħ ta' bażi industrijali kompetittiva u diversifikata fl-Ewropa.

L-industrija tal-karozzi u l-industriji awżiljarji relatati huma settur ekonomiku ewlieni għall-Unjoni Ewropea. Is-settur awtomobilistiku jipprovdi impjiegi għal 12-il miljun persuna u jammonta għal 4 % tal-PDG tal-UE. Huwa importanti kemm għall-industriji upstream (pereżempju l-industriji tal-azzar u tal-kimiċi) kif ukoll għall-industriji downstream (pereżempju l-industriji tal-ICT u tas-servizzi ta' mobilità). L-UE hija fost l-akbar produtturi ta' vetturi bil-mutur fid-dinja u s-settur jirrappreżenta l-akbar investitur privat fir-riċerka u l-iżvilupp.

L-industrija awtomobilistika tippreżenta katina ta' valur integrata sew li kważi l-Istati Membri kollha huma involuti fiha. Barra minn hekk, hija toffri valur miżjud għoli ħafna tul il-katina kollha u għandha rwol importanti fil-bilanċ kummerċjali taż-żona tal-euro. Sabiex tinżamm il-pożizzjoni kruċjali tal-industrija awtomobilistika, l-UE għandha ssaħħaħ il-kompettività tal-industrija awtomobilistika tal-UE u tħares it-tmexxija teknoloġika tagħha fil-livell globali.

Il-kooperazzjoni regolatorja internazzjonali għandha l-potenzjal li tippromwovi ambjent ekonomiku trasparenti, effikaċi u favur il-kompetittività filwaqt li tiżviluppa u tiggarantixxi l-ogħla livelli ta' protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà. Barra minn hekk, il-koerenza u t-trasparenza regolatorja huma meħtieġa għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' regolamenti li jkunu effiċjenti, kosteffikaċi u aktar kompatibbli.

Il-kooperazzjoni regolatorja globali fil-qafas tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) bħala mudell għandha tiġi riflessa u msaħħa fil-ftehimiet kummerċjali bilaterali u mhux imminata.

L-UE għandha tappoġġa l-armonizzazzjoni tat-teknoloġija globali. Rekwiżiti tekniċi komuni bħall-qafas tal-UNECE jgħinu jnaqqsu l-ispejjeż tal-iżvilupp, inaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni u taċ-ċertifikazzjoni u jevitaw id-duplikazzjoni ta' proċeduri amministrattivi.

Huwa ta' importanza kbira li l-UE tkun kapaċi tippreżenta l-pożizzjoni tagħha fil-laqgħa tal-UNECE f'Ġunju 2016. Għaldaqstant, il-Kunsill fl-ittra tiegħu ġentilment ressaq it-talba tiegħu f'dan is-sens u talab għal votazzjoni fil-plenarja f'Mejju. Peress li r-rapporteur jirrispetta l-prinċipju tal-multilingwiżmu u sabiex din l-approvazzjoni tingħata l-akbar pubbliċità possibbli, il-proposta hija li l-votazzjoni ssir fil-plenarja ta' Ġunju.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

24.5.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

0

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Tiziana Beghin, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Marielle de Sarnez, Santiago Fisas Ayxelà, Karoline Graswander-Hainz, Ska Keller, Jude Kirton-Darling, Alexander Graf Lambsdorff, Bernd Lange, David Martin, Emmanuel Maurel, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Artis Pabriks, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tokia Saïfi, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Hannu Takkula, Iuliu Winkler, Jan Zahradil

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Reimer Böge, Edouard Ferrand, Sander Loones, Georg Mayer, Lola Sánchez Caldentey, Judith Sargentini, Jarosław Wałęsa

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Dominique Bilde