Proċedura : 2016/0067(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0186/2016

Testi mressqa :

A8-0186/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 08/06/2016 - 12.5
CRE 08/06/2016 - 12.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0257

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 574kWORD 79k
26.5.2016
PE 578.814v02-00 A8-0186/2016

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' ftehim fil-forma ta' Dikjarazzjoni dwar l-espansjoni tal-Kummerċ fil-Prodotti tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni (ITA)

(COM(2016)0122 – C8-0000/2016 – 2016/0067(NLE))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: Godelieve Quisthoudt-Rowohl

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' ftehim fil-forma ta' Dikjarazzjoni dwar l-espansjoni tal-Kummerċ fil-Prodotti tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni (ITA)

(COM(2016)0122 – C8-0000/2016 – 2016/0067(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2016)0122),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali tad-WTO tas-16 ta' Diċembru 2015, dwar l-espansjoni tal-Kummerċ fil-Prodotti tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni (06926/2016),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), punt (v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0141/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0186/2016),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.


ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-ewwel Ftehim dwar it-Teknoloġija tal-Informazzjoni (Information Technology Agreement - ITA) ġie konkluż fil-Konferenza Ministerjali ta' Singapore f'Diċembru 1996 u daħal fis-seħħ fl-1997. Filwaqt li inizjalment kienu biss 29 Stat Membru tad-WTO illi kkonkludew il-ftehim, illum l-ITA jgħodd 82 parteċipant.

L-ITA jirrikjedi li kull parteċipant jelimina u jorbot id-dazji doganali b'rata żero abbażi tal-prinċipju tan-Nazzjon l-Aktar Favorit għall-prodotti tat-teknoloġija tal-informazzjoni (IT) koperti kollha. L-ITA jkopri madwar 200 linja tariffarja, inklużi kompjuters, telefons, iżda wkoll inputs, komponenti u makkinarju għall-produzzjoni ta' oġġetti tal-IT. It-trattament bla dazju mogħti mill-parteċipanti tal-ITA kellu rwol importanti fl-iżvilupp u l-espansjoni enormi tal-kummerċ li esperjenza s-settur tal-IT matul il-kważi 20 sena ta' applikazzjoni tal-ITA. Il-kummerċ f'dan is-settur żdied b'erba' darbiet. Madankollu, matul dan il-perjodu ta' żmien il-progress teknoloġiku biddel totalment is-settur tal-IT, filwaqt li l-kopertura tal-ITA baqgħet l-istess.

F'Mejju 2012, sitt pajjiżi nedew negozjati biex tiġi estiża l-kopertura tal-prodotti tal-ftehim (l-UE, l-Istati Uniti, il-Ġappun, il-Korea, it-Tajwan u l-Costa Rica). Ma' dawn ingħaqdu 21 membru ieħor. Fl-24 ta' Lulju 2015, intlaħaq ftehim dwar lista addizzjonali ta' 201 prodott tal-IT. Il-kummerċ annwali f'dawn il-201 prodott huwa stmat għal aktar minn USD 1,3 triljun fis-sena u jirrappreżenta bejn wieħed u ieħor 10 % tal-kummerċ dinji totali tal-lum.

Fost il-prodotti koperti f'dan il-ftehim insibu semikondutturi tal-ġenerazzjoni l-ġdida, sistemi ta' navigazzjoni bil-GPS, prodotti mediċi li jinkludu apparat għat-teħid ta' immaġnijiet b'reżonanza manjetika, għodod ta' magni għall-manifattura ta' ċirkwiti stampati, satelliti tat-telekomunikazzjoni u skrins sensittivi għall-mess.

Insegwitu ta' dan il-ftehim, il-parteċipanti kellhom jippreżentaw skedi bl-impenji ta' tneħħija gradwali għall-prodotti kollha, matul perjodu ta' tneħħija gradwali ta' mhux aktar minn 7 snin (3 snin bħala proċedura standard, 5 snin għal prodotti sensittivi u 7 snin f'każijiet eċċezzjonali). Bħala riżultat ta' dawn in-negozjati, madwar 65 % tal-linji tariffarji se jiġu kompletament eliminati sal-1 ta' Lulju 2016. Sal-2019, kważi l-importazzjonijiet kollha tal-prodotti rilevanti se jkunu bla dazju. 

Il-ftehim fil-forma ta' Dikjarazzjoni dwar l-espansjoni tal-ITA (u l-iskedi li fihom l-impenji ta' tneħħija gradwali mill-parteċipanti) ġie adottat mill-Ministri tal-pajjiżi parteċipanti fis-16 ta' Diċembru 2015 matul l-10 Konferenza Ministerjali tad-WTO f'Nairobi.

L-UE tesporta EUR 189 biljun fi prodotti koperti mill-espansjoni tal-ITA, ċifra li mistennija tiżdied b'mod sinifikanti wara t-tnaqqis tariffarju. Il-ftehim se jwassal għal prezzijiet aktar baxxi għall-konsumaturi, iżda wkoll għall-produtturi li jiddependu minn komponenti importati. Madankollu, xi setturi se jesperjenzaw ukoll żieda fil-kompetizzjoni. Għaldaqstant, ir-rapporteur tinsab sodisfatta li l-UE nnegozjat tneħħija gradwali aktar fit-tul għal xi prodotti li kienu meqjusin bħala sensittivi, filwaqt li l-maġġoranza tat-tariffi mhux sensittivi se jitneħħew mad-dħul fis-seħħ tal-ftehim.

L-espansjoni tal-ITA hija ftehim storiku, l-ewwel ftehim dwar tnaqqis tariffarju serju minn mindu nħolqot id-WTO, b'potenzjal enormi ta' ħolqien ta' impjiegi u ta' spinta lit-tkabbir tal-PDG u, għaldaqstant, ir-rapporteur tipproponi li l-Parlament Ewropew jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-ftehim, però tixtieq tissottolinja li sabiex l-UE tkun tista' tibbenefika bis-sħiħ, huwa importanti li jiġi żgurat li aktar membri jissieħbu fil-ftehim.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

24.5.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

3

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Tiziana Beghin, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Marielle de Sarnez, Santiago Fisas Ayxelà, Karoline Graswander-Hainz, Ska Keller, Jude Kirton-Darling, Alexander Graf Lambsdorff, Bernd Lange, David Martin, Emmanuel Maurel, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Artis Pabriks, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tokia Saïfi, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Hannu Takkula, Iuliu Winkler, Jan Zahradil

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Reimer Böge, Edouard Ferrand, Sander Loones, Lola Sánchez Caldentey, Judith Sargentini, Jarosław Wałęsa

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Dominique Bilde, Georg Mayer

Avviż legali - Politika tal-privatezza