Proċedura : 2016/0064(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0188/2016

Testi mressqa :

A8-0188/2016

Dibattiti :

PV 05/07/2016 - 16
CRE 05/07/2016 - 16

Votazzjonijiet :

PV 06/07/2016 - 6.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0308

RAPPORT     ***I
PDF 599kWORD 85k
27.5.2016
PE 580.677v01-00 A8-0188/2016

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, fir-rigward tas-segretarjat tal-Kumitat ta' Sorveljanza tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)

(COM(2016)0113 – C8-0109/2016 – 2016/0064(COD))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Ingeborg Gräßle

(Proċedura semplifikata – Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, fir-rigward tas-segretarjat tal-Kumitat ta' Sorveljanza tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)

(COM(2016)0113 – C8-0109/2016 – 2016/0064(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0113),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C8-0109/2016),

-  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tal-5 ta' April 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0188/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari, billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-Presidenti tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

  ĠU C 150, 27.4.2016, p. 1.


NOTA SPJEGATTIVA

Kuntest

L-iskop ta' din il-proposta huwa li tissaħħaħ l-indipendenza tas-Segretarjat tal-Kumitat ta' Sorveljanza tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), b'hekk ikun previst funzjonament aktar effikaċi tal-Kumitat ta' Sorveljanza. Fl-imgħoddi l-Parlament Ewropew talab bosta drabi lill-Kummissjoni tieħu miżuri biex issaħħaħ il-funzjonament indipendenti tas-Segretarjat tal-Kumitat ta' Sorveljanza tal-OLAF, fosthom fir-rapport tiegħu dwar il-proċedura ta' kwittanza għall-2013(1) jew fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar ir-rapport annwali tal-Kumitat ta' Sorveljanza tal-OLAF tal-2014(2).

Din il-kwistjoni ġiet ittrattata wkoll waqt l-Iskambju ta' Fehmiet bejn il-Kunsill, il-Parlament u l-Kummissjoni, stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament OLAF. Matul l-iskambju li sar fit-28 ta' Settembru 2015, rappreżentanti mill-Parlament Ewropew reġgħu enfasizzaw il-ħtieġa li jissaħħaħ il-funzjonament indipendenti tas-Segretarjat tal-Kumitat ta' Sorveljanza.

Fir-Rapporti ta' Attività Annwali tiegħu tal-2013 u tal-2014, il-Kumitat ta' Sorveljanza ssottolinja l-importanza tal-funzjonament indipendenti u effikaċi tiegħu li jeħtieġ segretarjat indipendenti u b'persunal adegwat. Huwa saħaq li l-eżerċizzju ta' setgħat tal-Awtorità tal-Ħatra mid-Direttur Ġenerali tal-OLAF, inkluż deċiżjonijiet dwar il-promozzjonijiet u trasferimenti, potenzjalment jistgħu jwasslu għal kunflitti ta' interess. Huwa għalhekk talab li l-baġit tiegħu u dak tas-segretarjat tiegħu jiġu speċifikati f'linja separata tal-baġit tal-OLAF.

Objettiv tal-proposta

Il-proposta attwali, skont l-Artikolu 325 tat-Trattat, timmira li tirrimedja nuqqas puntwali fir-regolament OLAF u għaldaqstant hija limitat fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha.

Skont ir-regolament il-ġdid propost, is-segretarjat tal-Kumitat ta' Sorveljanza għandu jiġu fornut mill-Kummissjoni, u mhux aktar mill-OLAF (Artikolu 15(8)).

L-approprjazzjonijiet baġitarji għas-Segretarjat tal-Kumitat ta' Sorveljanza se jiġu mċaqilqa mil-linja baġitarja u mill-organigramma tal-OLAF għal dik tal-Kummissjoni (Artikolu 18). Għaldaqstant il-modifika proposta mhi se jkollha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq il-baġit Ewropew.

Fl-aħħar nett, il-proposta temenda l-formulazzjoni tal-paragrafi 4 u 5 tal-Artikolu 10 sabiex il-kompetenza tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-OLAF (UPD) tkompli tkopri l-ipproċessar tad-data mis-segretarjat. Barra minn hekk, il-persunal tas-segretarjat ser ikompli jkun suġġett għall-istess regoli ta' kunfidenzjalità bħal qabel.

(1)

  Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni u Aġenziji Eżekuttivi 2014/2075(DEC)), http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P8-TA-2015-0118+0+DOC+XML+V0//MT

(2)

  Riżoluzzjoni tal-10 ta' Ġunju 2015 dwar ir-rapport annwali tal-2014 tal-Kumitat ta' Sorveljanza tal-OLAF http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P8-TA-2015-0226+0+DOC+XML+V0//MT


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Regolament Emendatorju (UE, Euratom) Nru 883/2013, fir-rigward tas-segretarjat tal-Kumitat ta' Sorveljanza tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)

Referenzi

(COM(2016)0113 – C8-0109/2016 – 2016/0064(COD))

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

4.3.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

10.3.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

10.3.2016

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

JURI

19.5.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Ingeborg Gräßle

4.4.2016

 

 

 

Proċedura semplifikata - data tad-deċiżjoni

17.3.2016

Data tal-adozzjoni

24.5.2016

 

 

 

Data tat-tressiq

27.5.2016

Avviż legali - Politika tal-privatezza