Proċedura : 2016/0011(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0189/2016

Testi mressqa :

A8-0189/2016

Dibattiti :

PV 07/06/2016 - 2
CRE 07/06/2016 - 2

Votazzjonijiet :

PV 08/06/2016 - 12.13
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0265

RAPPORT     *
PDF 1029kWORD 585k
27.5.2016
PE 578.569v02-00 A8-0189/2016

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta' evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern

(COM(2016)0026 – C8-0031/2016 – 2016/0011(CNS))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Hugues Bayet

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI TAL-MINORANZA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta' evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern

(COM(2016)0026 – C8-0031/2016 – 2016/0011(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2016)0026),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0031/2016),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Parlament Malti u l-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0189/2016),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-prijoritajiet politiċi attwali fit-tassazzjoni internazzjonali jenfasizzaw il-ħtieġa li jkun żgurat li titħallas it-taxxa fejn jiġu ġġenerati profitti u valur. Għaldaqstant huwa essenzjali li tiġi rrestawrata l-fiduċja fil-korrettezza tas-sistemi tat-taxxa u li l-gvernijiet jitħallew jeżerċitaw b’mod effettiv is-sovranità fiskali tagħhom. Dawn l-għanijiet politiċi ġodda ġew tradotti f’rakkomandazzjonijiet ta’ azzjoni konkreta fil-kuntest tal-inizjattiva kontra l-Erożjoni tal-Bażi u t-Trasferiment tal-Profitt (BEPS) mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD). Bi tweġiba għall-ħtieġa ta’ tassazzjoni aktar ġusta, fil-Komunikazzjoni tagħha tas-17 ta’ Ġunju 2015, il-Kummissjoni tistabbilixxi Pjan ta’ Azzjoni għal Tassazzjoni Korporattiva Ġusta u Effiċjenti fl-Unjoni Ewropea3 (il-Pjan ta’ Azzjoni).

(1)  Il-prijoritajiet politiċi attwali fit-tassazzjoni internazzjonali jenfasizzaw il-ħtieġa li jkun żgurat li titħallas it-taxxa fejn jiġu ġġenerati profitti u fejn jinħoloq valur. Għaldaqstant huwa essenzjali li tiġi rrestawrata l-fiduċja fil-korrettezza tas-sistemi tat-taxxa u li l-gvernijiet jitħallew jeżerċitaw b’mod effettiv is-sovranità fiskali tagħhom. Dawn l-għanijiet politiċi ġodda ġew tradotti f’rakkomandazzjonijiet ta’ azzjoni konkreta fil-kuntest tal-inizjattiva kontra l-Erożjoni tal-Bażi u t-Trasferiment tal-Profitt (BEPS) mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD). Bi tweġiba għall-ħtieġa ta’ tassazzjoni aktar ġusta, fil-Komunikazzjoni tagħha tas-17 ta’ Ġunju 2015, il-Kummissjoni tistabbilixxi Pjan ta’ Azzjoni għal Tassazzjoni Korporattiva Ġusta u Effiċjenti fl-Unjoni Ewropea3 (il-Pjan ta’ Azzjoni) li fih tirrikonoxxi li Bażi Komuni Konsolidata tat-Taxxa Korporattiva (BKKTK) kompleta, bi kriterju ta' distribuzzjoni xierqa u ġusta, tkun il-veru fattur ta' bidla fil-ġlieda kontra strateġiji artifiċjali tal-BEPS. Fid-dawl ta' dan, il-Kummissjoni għandha tippubblika proposta ambizzjuża għal BKKTK mill-aktar fis possibbli, u l-awtorità leġiżlattiva għandha tikkonkludi n-negozjati dwar dik il-proposta kruċjali mill-aktar fis possibbli.

 

  Għandha titqies kif xieraq ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2012 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni Konsolidata tat-Taxxa Korporattiva (BKKTK).

__________________

__________________

3 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar Sistema tat-Taxxa Korporattiva Ġusta u Effiċjenti fl-Unjoni Ewropea: 5 Oqsma Ewlenin għall-Azzjoni COM(2015) 302 finali tas-17 ta’ Ġunju 2015.

3 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar Sistema tat-Taxxa Korporattiva Ġusta u Effiċjenti fl-Unjoni Ewropea: 5 Oqsma Ewlenin għall-Azzjoni COM(2015) 302 final tas-17 ta’ Ġunju 2015.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  L-Unjoni temmen li l-ġlieda kontra l-frodi, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa hija prijorità politika prevalenti, peress li prattiki ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa huma inaċċettabbli mill-perspettiva tal-integrità tas-suq intern u tal-ġustizzja soċjali.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Il-parti l-kbira tal-Istati Membri, fil-kapaċità tagħhom ta’ membri tal-OECD, intrabtu li jimplimentaw r-riżultat tal-15-il punt ta’ Azzjoni kontra l-erożjoni tal-bażi u t-trasferiment tal-profitti, ippubblikati fil-5 ta’ Ottubru 2015. Għaldaqstant huwa essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern li, bħala minimu, l-Istati Membri jimplimentaw l-impenn tagħhom taħt il-BEPS u b’mod aktar wiesa’, jieħdu azzjoni sabiex jiskoraġġixxu l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa u jiżguraw tassazzjoni ġusta u effettiva fl-Unjoni b’mod koerenti u kkoordinat biżżejjed. F’suq ta’ ekonomiji integrati ħafna, hemm bżonn ta’ approċċi strateġiċi komuni u azzjoni kkoordinata, li jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern u li nimmassimizzaw l-effetti pożittivi tal-inizjattiva kontra l-BEPS. Barra minn hekk, qafas komuni biss jista’ jipprevjeni l-frammentazzjoni tas-suq u jtemm id-diskrepanzi u d-distorsjonijiet tas-suq li jeżistu attwalment . Finalment, miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali li jsegwu linja komuni madwar l-Unjoni jipprovdu lill-kontribwenti ċ-ċertezza legali li dawk il-miżuri huma kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni.

(2)  Il-parti l-kbira tal-Istati Membri, fil-kapaċità tagħhom ta’ membri tal-OECD, intrabtu li jimplimentaw ir-riżultat tal-15-il punt ta’ Azzjoni kontra l-erożjoni tal-bażi u t-trasferiment tal-profitti ġenwini, ippubblikati fil-5 ta’ Ottubru 2015. Għaldaqstant huwa essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern li, bħala minimu, l-Istati Membri jimplimentaw l-impenn tagħhom taħt il-BEPS u b’mod aktar wiesa’, jieħdu azzjoni sabiex jiskoraġġixxu l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa u jiżguraw tassazzjoni ġusta u effettiva fl-Unjoni b’mod koerenti u kkoordinat biżżejjed. F’suq ta’ ekonomiji integrati ħafna, hemm bżonn ta’ approċċi strateġiċi komuni u azzjoni kkoordinata, li jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern u li nimmassimizzaw l-effetti pożittivi tal-inizjattiva kontra strateġiji ta' BEPS ġenwini, filwaqt li fl-istess ħin titħares kix xieraq il-kompetittività tal-kumpaniji li joperaw f'dak is-suq intern. Barra minn hekk, qafas komuni biss jista’ jipprevjeni l-frammentazzjoni tas-suq u jtemm id-diskrepanzi u d-distorsjonijiet tas-suq li jeżistu attwalment. Finalment, miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali li jsegwu linja komuni madwar l-Unjoni jipprovdu lill-kontribwenti ċ-ċertezza legali li dawk il-miżuri huma kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni. F'Unjoni kkaratterizzata minn swieq nazzjonali li huma differenti ħafna, valutazzjoni tal-impatt li tiġbor fiha l-miżuri antiċipati kollha tibqa' kruċjali biex jiġi żgurat li din il-linja komuni ssib appoġġ mifrux fost l-Istati Membri.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Peress li r-rifuġji fiskali jistgħu jiġu kklasifikati bħala trasparenti mill-OECD, għandhom jitressqu proposti biex tiżdied it-trasparenza ta' fondi fiduċjarji u fondazzjonijiet.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Huwa essenzjali li l-awtoritajiet tat-taxxa jingħataw il-mezzi xierqa biex ikunu jistgħu jiġġieldu b'mod effikaċi kontra l-BEPS u, b'dan il-mod, itejbu t-trasparenza fir-rigward tal-attivitajiet tal-kumpaniji multinazzjonali kbar, b'mod partikolari f'dak li jikkonċerna l-profitti, it-taxxa mħallsa fuq il-profitti, is-sussidji riċevuti, ir-rimborżi tat-taxxa, in-numru ta' impjegati u l-assi miżmuma.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)  Biex tiġi żgurata l-konsistenza fir-rigward tat-trattament ta' stabbilimenti permanenti, huwa essenzjali li l-Istati Membri japplikaw definizzjoni komuni ta' stabbilimenti permanenti skont l-Artikolu 5 tal-Mudell ta' Konvenzjoni tal-OECD dwar it-Taxxa u d-Dħul kemm fil-leġiżlazzjoni rilevanti kif ukoll fit-trattati bilaterali dwar it-taxxa.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 4c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4c)  Biex tiġi evitata allokazzjoni inkonsistenti tal-profitti lil stabbilimenti permanenti, l-Istati Membri għandhom isegwu regoli għal profitti attribwibbli lil stabbilimenti permanenti li huma konformi mal-Artikolu 7 tal-Mudell ta' Konvenzjoni tal-OECD dwar it-Taxxa u d-Dħul u għandhom jallinjaw il-liġi applikabbli u t-trattati bilaterali tagħhom ma' dawk ir-regoli, meta dawn ir-regoli jiġu rieżaminati.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli kontra l-erożjoni tal-bażijiet tat-taxxa fis-suq intern u t-trasferiment tal-profitti ’l barra mis-suq intern. Ir-regoli f’dawn l-oqsma li ġejjin huma meħtieġa sabiex jikkontribwixxu għall-kisba ta’ dak l-għan: limitazzjonijiet fit-tnaqqis tal-imgħax, it-tassazzjoni tal-ħruġ, klawżola ta’ bdil, regola ġenerali kontra l-abbuż, regoli għall-kumpaniji kkontrollati minn barra ’l pajjiż u qafas għall-indirizzar tad-diskrepanzi ibridi. Meta l-applikazzjoni ta’ dawk ir-regoli toħloq tassazzjoni doppja, il-kontribwenti għandhom jirċievu ħelsien mit-taxxa bi tnaqqis għat-taxxa mħallsa fi Stat Membru ieħor jew pajjiż terz, skont il-każ. B’hekk, ir-regoli mgħandhomx jimmiraw biss li jiġġieldu l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa iżda jevitaw ukoll li joħolqu ostakoli oħrajn għas-suq, bħat-tassazzjoni doppja.

(5)  Jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli kontra l-erożjoni tal-bażijiet tat-taxxa fis-suq intern u t-trasferiment tal-profitti ’l barra mis-suq intern. Ir-regoli f’dawn l-oqsma li ġejjin huma meħtieġa sabiex jikkontribwixxu għall-kisba ta’ dak l-għan: limitazzjonijiet fit-tnaqqis tal-imgħax u fil-ħlas ta' royalties, miżuri bażiċi ta' difiża kontra l-użu ta' ġurisdizzjonijiet ta' segretezza jew b'rata baxxa ta' taxxa għall-BEPS, it-tassazzjoni tal-ħruġ, definizzjoni ċara ta' stabbiliment permanenti, regoli preċiżi li jirregolaw il-prezzar ta' trasferiment, qafas għal sistemi ta' inċentivi tat-taxxa favur il-privattivi, klawżola ta’ bdil fin-nuqqas ta' trattat sod dwar it-taxxa ta' effett simili ma' pajjiż terz, regola ġenerali kontra l-abbuż, regoli għall-kumpaniji kkontrollati minn barra ’l pajjiż u qafas għall-indirizzar tad-diskrepanzi ibridi. Meta l-applikazzjoni ta’ dawk ir-regoli toħloq tassazzjoni doppja, il-kontribwenti għandhom jirċievu ħelsien mit-taxxa bi tnaqqis għat-taxxa mħallsa fi Stat Membru ieħor jew pajjiż terz, skont il-każ. B’hekk, ir-regoli m'għandhomx jimmiraw biss li jiġġieldu l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa iżda jevitaw ukoll li joħolqu ostakoli oħrajn għas-suq, bħat-tassazzjoni doppja. Biex dawk ir-regoli jiġu applikati b'mod korrett, l-awtoritajiet tat-taxxa fl-Istati Membri jrid ikollhom ir-riżorsi adatti. Minkejja dan, huwa wkoll urġenti u meħtieġ li jiġi stabbilit sett wieħed ta' regoli għall-kalkolu tal-profitti taxxabbli ta' kumpaniji transkonfinali fl-Unjoni billi gruppi korporattivi jiġu trattati bħala entità waħda għall-finijiet tat-taxxa, sabiex jissaħħaħ is-suq intern u jiġu eliminati ħafna mid-dgħufijiet tal-qafas tat-taxxa korporattiva attwali li jippermettu ppjanar aggressiv tat-taxxa.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Fi sforz biex inaqqsu l-obbligu fiskali globali tagħhom, il-gruppi ta’ kumpaniji transkonfinali qegħdin dejjem aktar jittrasferixxu l-profitti, normalment permezz ta’ ħlasijiet ta’ mgħax esaġerat, mill-ġurisdizzjonijiet b’taxxa għolja għal pajjiżi bi skemi ta’ taxxa aktar baxxi. Ir-regola tal-limitazzjoni tal-imgħax hija meħtieġa biex tiskoraġġixxi prattiki bħal dawn billi tillimita l-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-ispejjeż finanzjarji netti (jiġifieri l-ammont li bih l-ispejjeż finanzjarji jaqbżu d-dħul finanzjarju). Għaldaqstant jeħtieġ li jiġi ffissat proporzjon għall-possibbiltà ta’ tnaqqis li jirreferi għall-qligħ ta’ kontribwent qabel l-imgħax, it-taxxa, id-deprezzament u l-amortizzamenti (EBITDA). Il-fatturat finanzjarju eżenti mit-taxxa mgħandux ikun ikkumpensat bi spejjeż finanzjarji. Dan għaliex id-dħul taxxabbli biss għandu jiġi kkunsidrat fid-determinazzjoni tal-ammont li għandu jitnaqqas mill-imgħax. Biex ikunu ffaċilitati dawk il-kontribwenti li huma f’inqas riskju relatat mal-erożjoni tat-taxxa u t-trasferiment tal-profitti, l-imgħax nett għandu dejjem ikun deduċibbli sa ammont massimu fiss, li jibda japplika meta jwassal għal tnaqqis ogħla mill-proporzjon ibbażat fuq l-EBITDA. Meta l-kontribwent ikun parti minn grupp li jiffajlja kontijiet statutorji konsolidati, id-dejn tal-grupp globali għandu jiġi kkunsidrat biex il-kontribwenti jingħataw il-permess inaqqsu ammonti ogħla ta’ spejjeż finanzjarji netti. Ir-regola tal-limitazzjoni tal-imgħax għandha tapplika f’dak li jirrigwarda l-ispejjeż finanzjarji netti ta’ kontribwent mingħajr distinzjoni ta’ jekk l-ispejjeż joriġinawx f’dejn magħmul fil-pajjiż, lil hinn mill-fruntieri fl-Unjoni jew f’pajjiż terz. Għalkemm huwa ġeneralment aċċettat li l-impriżi finanzjarji, jiġifieri l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni, ukoll għandhom ikunu soġġetti għal limitazzjonijiet fit-tnaqqis tal-imgħax, huwa rikonoxxut ukoll li dawn iż-żewġ setturi għandhom karatteristiċi speċjali li jitolbu approċċ aktar personalizzat. Peress li d-diskussjonijiet f’dan il-qasam għadhom mhumiex konklussivi biżżejjed fil-kuntest internazzjonali u dak Ewropew, għadu mhuwiex possibbli li jiġu pprovduti regoli speċifiċi fis-settur finanzjarju u dak tal-assigurazzjoni.

(6)  Fi sforz biex inaqqsu l-obbligu fiskali globali tagħhom, il-gruppi ta’ kumpaniji transkonfinali qegħdin dejjem aktar jittrasferixxu l-profitti, normalment permezz ta’ ħlasijiet ta’ mgħax jew ta' royalties esaġerati, mill-ġurisdizzjonijiet b’taxxa għolja għal pajjiżi bi skemi ta’ taxxa aktar baxxi. Ir-regola tal-limitazzjoni tal-imgħax u tar-royalties hija meħtieġa biex tiskoraġġixxi prattiki BEPS ġenwini bħal dawn billi tillimita l-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-ispejjeż finanzjarji netti (jiġifieri l-ammont li bih l-ispejjeż finanzjarji jaqbżu d-dħul finanzjarju) u ta' ħlas ta' royalties tal-kontribwenti. Fir-rigward tal-kostijiet tal-imgħax, għaldaqstant jeħtieġ li jiġi ffissat proporzjon għall-possibbiltà ta’ tnaqqis li jirreferi għall-qligħ ta’ kontribwent qabel l-imgħax, it-taxxa, id-deprezzament u l-amortizzamenti (EBITDA). Il-fatturat finanzjarju eżenti mit-taxxa m'għandux ikun ikkumpensat bi spejjeż finanzjarji. Dan għaliex id-dħul taxxabbli biss għandu jiġi kkunsidrat fid-determinazzjoni tal-ammont li għandu jitnaqqas mill-imgħax. Biex ikunu ffaċilitati dawk il-kontribwenti li huma f’inqas riskju relatat mal-erożjoni tat-taxxa u t-trasferiment tal-profitti, l-imgħax nett għandu dejjem ikun deduċibbli sa ammont massimu fiss, li jibda japplika meta jwassal għal tnaqqis ogħla mill-proporzjon ibbażat fuq l-EBITDA. Meta l-kontribwent ikun parti minn grupp li jiffajlja kontijiet statutorji konsolidati, id-dejn tal-grupp globali għandu jiġi kkunsidrat biex il-kontribwenti jingħataw il-permess inaqqsu ammonti ogħla ta’ spejjeż finanzjarji netti. Ir-regola tal-limitazzjoni tal-imgħax għandha tapplika f’dak li jirrigwarda l-ispejjeż finanzjarji netti ta’ kontribwent mingħajr distinzjoni ta’ jekk l-ispejjeż joriġinawx f’dejn magħmul fil-pajjiż, lil hinn mill-fruntieri fl-Unjoni jew f’pajjiż terz. Huwa ġeneralment aċċettat li l-impriżi finanzjarji, jiġifieri l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni, ukoll għandhom ikunu soġġetti għal limitazzjonijiet fit-tnaqqis tal-imgħax, possibbilment b'approċċ aktar personalizzat.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Fil-każ tal-finanzjament ta' proġetti ta' infrastruttura fit-tul li huma fl-interess pubbliku permezz ta' dejn lil parti terza, fejn dak id-dejn ikun ogħla mis-soll għal eżenzjoni stabbilita b'din id-Direttiva, għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jagħtu eżenzjoni lil self lil partijiet terzi li jiffinanzjaw proġetti ta' infrastruttura pubblika taħt ċerti kundizzjonijiet, peress li l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet proposti dwar il-limitazzjoni tal-imgħax f'każijiet bħal dawn tkun kontroproduċenti.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)  It-trasferiment tal-profitti lejn ġurisdizzjonijiet ta' segretezza jew b'rata baxxa ta' taxxa joħloq riskju partikolari għar-rikavati mit-taxxa tal-Istati Membri kif ukoll għat-trattament ġust u ugwali bejn id-ditti li jevitaw it-taxxa u dawk li huma konformi magħha, kemm kbar kif ukoll żgħar. Minbarra l-miżuri ġeneralment applikabbli proposti f'din id-Direttiva għall-ġurisdizzjonijiet kollha, huwa essenzjali li ġurisdizzjonijiet ta' segretezza jew b'rata baxxa ta' taxxa jiġu skoraġġuti milli jibbażaw it-taxxa korporattiva u l-ambjent ġuridiku tagħhom fuq li jipprovdu kenn lill-profitti minn evitar tat-taxxa filwaqt li fl-istess ħin ma jimplimentawx b'mod adegwat standards globali fir-rigward ta' governanza tajba fil-qasam tat-taxxa, bħall-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar it-taxxa, jew jinvolvu ruħhom f'nuqqas ta' konformità taċita billi ma jinfurzawx b'mod adatt il-liġijiet tat-taxxa. Għalhekk qed jiġu proposti miżuri speċifiċi sabiex din id-Direttiva tintuża bħala għodda li tiżgura l-konformità tal-ġurisdizzjonijiet attwali ta' segretezza jew b'rata baxxa ta' taxxa mal-ispinta internazzjonali għal trasparenza u ġustizzja fil-qasam tat-taxxa.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  It-taxxi tal-ħruġ għandhom il-funzjoni li jiżguraw li meta kontribwent iċaqlaq xi assi jew ir-residenza fiskali tiegħu barra mill-ġurisdizzjoni fiskali ta’ Stat, dak l-Istat jintaxxa l-valur ekonomiku ta’ kwalunkwe qligħ kapitali maħluq fit-territorju tiegħu anki jekk dan il-qligħ ikun għadu ma ġiex irrealizzat meta jsir il-ħruġ. Għaldaqsant jeħtieġ li jiġu speċifikati l-każijiet li fihom il-kontribwenti huma soġġetti għal regoli tat-taxxa tal-ħruġ u ntaxxati fuq qligħ kapitali mhux realizzat li nbnew fl-assi trasferiti tagħhom. Biex jinħadmu l-ammonti, huwa essenzjali li jiġi stabbilit valur tas-suq għall-assi trasferiti bbażat fuq il-prinċipju ta’ distakkament. Fi ħdan l-Unjoni, jeħtieġ li tiġi indirizzata l-applikazzjoni tat-tassazzjoni tal-ħruġ u spjegati l-kundizzjonijiet biex wieħed ikun konformi mal-liġi tal-Unjoni. F’daw is-sitwazzjonijiet, il-kontribwenti għandu jkollhom id-dritt li jew iħallsu minnufih l-ammont ta’ taxxa tal-ħruġ ivvalutat jew jiddifferixxu l-ħlas tal-ammont tat-taxxa, possibbilment flimkien mal-imgħax u garanzija, fuq ċertu numru ta’ snin u li jħallsu l-obbligi tat-taxxa tagħhom f’pagamenti mqassma. It-taxxa tal-ħruġ mgħandhiex tkun imposta meta t-trasferiment tal-assi jkun temporanju u sakemm al-assi jkunu maħsubu li jmorru lura għall-Istat Membru tat-trasferent, f’każ li t-trasferiment iseħħ sabiex jissodisfa rekwiżiti prudenzjali jew minħabba ġestjoni ta’ likwidità jew f’każ ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament ta’ titoli jew assi kkollokati bħala kollateral.

(7)  It-taxxi tal-ħruġ għandhom il-funzjoni li jiżguraw li meta kontribwent iċaqlaq xi assi u profitti jew ir-residenza fiskali tiegħu barra mill-ġurisdizzjoni fiskali ta’ Stat, dak l-Istat jintaxxa l-valur ekonomiku ta’ kwalunkwe qligħ kapitali maħluq fit-territorju tiegħu anki jekk dan il-qligħ ikun għadu ma ġiex irrealizzat meta jsir il-ħruġ. Għaldaqsant jeħtieġ li jiġu speċifikati l-każijiet li fihom il-kontribwenti huma soġġetti għal regoli tat-taxxa tal-ħruġ u ntaxxati fuq qligħ kapitali mhux realizzat li nbnew fl-assi jew fil-profitti trasferiti tagħhom. Biex jinħadmu l-ammonti, huwa essenzjali li jiġi stabbilit valur tas-suq għall-assi jew il-profitti trasferiti bbażat fuq il-prinċipju ta’ distakkament. Fi ħdan l-Unjoni, jeħtieġ li tiġi indirizzata l-applikazzjoni tat-tassazzjoni tal-ħruġ u spjegati l-kundizzjonijiet biex wieħed ikun konformi mal-liġi tal-Unjoni. F’dawk is-sitwazzjonijiet, il-kontribwenti għandu jkollhom id-dritt li jew iħallsu minnufih l-ammont ta’ taxxa tal-ħruġ ivvalutat jew jiddifferixxu l-ħlas tal-ammont tat-taxxa, possibbilment flimkien mal-imgħax u garanzija, fuq ċertu numru ta’ snin u li jħallsu l-obbligi tat-taxxa tagħhom f’pagamenti mqassma. It-taxxa tal-ħruġ m'għandhiex tkun imposta meta t-trasferiment tal-assi jew il-profitti jkun temporanju u sakemm l-assi jew il-profitti jkunu maħsuba li jmorru lura għall-Istat Membru tat-trasferent, f’każ li t-trasferiment iseħħ sabiex jissodisfa rekwiżiti prudenzjali jew minħabba ġestjoni ta’ likwidità jew f’każ ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament ta’ titoli jew assi kkollokati bħala kollateral. Madankollu, għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jipprevedu tnaqqis f'tali każijiet.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Spiss wisq, il-kumpaniji multinazzjonali jagħmlu arranġamenti biex jittrasferixxu l-profitti tagħhom lejn rifuġji fiskali mingħajr ma jkunu ħallsu ebda taxxa jew billi jħallsu rati baxxi ħafna ta' taxxa. Il-kunċett ta' stabbiliment permanenti jipprovdi definizzjoni preċiża u vinkolanti tal-kriterji li jridu jiġu ssodisfati jekk kumpanija multinazzjonali trid tagħti prova li tinsab f'pajjiż partikolari. Dan jobbliga lill-kumpaniji multinazzjonali jħallsu t-taxxi tagħhom b'mod ġust.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b)  It-terminu "prezzar ta' trasferimenti" jirreferi għall-kundizzjonijiet u l-arranġamenti rigward it-tranżazzjonijiet imwettqa f'kumpanija multinazzjonali, inklużi sussidjarji u kumpaniji fittizji li l-profitti tagħhom huma ċeduti lil kumpanija multinazzjonali omm. Dan jikkonċerna l-prezzijiet imposti bejn kumpaniji assoċjati stabbiliti f'pajjiżi differenti għat-tranżazzjonijiet intragrupp tagħhom, bħat-trasferiment ta' oġġetti u ta' servizzi. Billi l-prezzijiet jiġu stabbiliti minn membri assoċjati mhux indipendenti fl-istess kumpanija multinazzjonali, dawn jistgħu ma jirriflettux il-prezz oġġettiv tas-suq. L-Unjoni trid tiżgura ruħha li l-profitti taxxabbli ġġenerati mill-kumpaniji multinazzjonali ma jiġux ittrasferiti barra mill-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri kkonċernati u li l-bażi tat-taxxa ddikjarata mill-kumpaniji multinazzjonali f'pajjiżhom tirrifletti l-attività ekonomika mwettqa hemmhekk. Għall-kontribwenti, huwa essenzjali li jiġu limitati r-riskji ta' nontassazzjoni doppja li jistgħu jirriżultaw minn tilwim bejn żewġ pajjiżi dwar id-determinazzjoni tal-prezz ta' distakkament tat-tranżazzjonijiet internazzjonali tagħhom ma' intrapriżi assoċjati. Din is-sistema ma teskludix l-użu ta' firxa ta' arranġamenti artifiċjali, b'mod partikolari li jinvolvu prodotti li għalihom m'hemm l-ebda prezz tas-suq (pereżempju frankiġja jew servizzi provduti lill-intrapriżi).

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 7c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7c)  L-OECD żviluppat l-approċċ nexus modifikat sabiex timmonitorja s-sistema ta' inċentivi tat-taxxa favur il-privattivi. Dan il-metodu jiggarantixxi li, fl-ambitu tas-sistema ta' inċentivi tat-taxxa favur il-privattivi, rata ta' taxxa favorevoli tiġi imposta biss fuq dħul marbut direttament ma' nfiq fuq ir-riċerka u l-iżvilupp. Madankollu, id-diffikultà li jiffaċċjaw l-Istati Membri fl-applikazzjoni tal-kunċetti ta' nexus u sustanza ekonomika għas-sistema tagħhom ta' inċentivi tat-taxxa favur il-privattivi diġà qed tidher. Jekk, sa Jannar 2017, l-Istati Membri jkunu għadhom ma implimentawx bis-sħiħ l-approċċ nexus modifikat b'mod uniformi b'tali mod li jeliminaw is-sistemi dannużi attwali ta' inċentivi tat-taxxa favur il-privattivi, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta leġiżlattiva ġdida u vinkolanti skont l-Artikolu 116 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-BKKTK għandha telimina l-kwistjoni ta' trasferiment tal-profitti permezz ta' ppjanar tat-taxxa fir-rigward tal-proprjetà intellettwali.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 7d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7d)  It-tassazzjoni tal-ħruġ m'għandhiex tiġi imposta meta l-assi ttrasferiti jkunu assi tanġibbli li jiġġeneraw dħul attiv. Trasferimenti ta' assi bħal dawn huma parti inevitabbli ta' allokazzjoni effettiva tar-riżorsi minn intrapriża u mhumiex primarjament maħsuba għall-ottimizzazzjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa, u b'hekk għandhom jiġu eżentati minn dawk id-dispożizzjonijiet.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Minħabba d-diffikultajiet inerenti fl-għoti ta’ ħelsien ta’ kreditu għal taxxi mħallsa barra l-pajjiż, l-Istati għandhom dejjem aktar it-tendenza li jeżentaw dħul barrani mit-tassazzjoni fl-Istat ta’ residenza. L-effett negattiv involontarju ta’ dan l-approċċ madankollu huwa li jinkoraġġixxi sitwazzjonijiet li fihom dħul mhux intaxxat jew intaxxat ftit jidħol fis-suq intern u mbagħad jiċċirkola – ħafna drabi mingħajr ma jkun ġie ntaxxat – fl-Unjoni, permezz tal-istrumenti disponibbli fil-liġi tal-Unjoni. Il-klawżoli ta’ bdil spiss jintużaw kontra prattiki bħal dawn. Għaldaqstant jeħtieġ li tiġi pprovduta klawżola ta’ bdil li tkun immirata kontra ċerti tipi ta’ dħul barrani, pereżempju, distribuzzjonijiet ta’ profitti, rikavati mid-disponiment ta’ ishma u profitti minn stabbilimenti permanenti li huma eżenti mit-taxxa fl-Unjoni u joriġinaw f’pajjiżi terzi. Dan id-dħul għandu jkun taxxabbli fl-Unjoni, jekk ġie intaxxat taħt ċertu livell fil-pajjiż terz. Jekk wieħed jikkunsidra li l-klawżola ta’ bdil ma teħtieġx kontroll fuq l-entità intaxxata ftit u għaldaqstant jista’ ma jkunx hemm aċċess għall-kontijiet statutorji tal-entità, il-komputazzjoni tar-rata tat-taxxa effettiva tista’ tkun eżerċizzju kkumplikat ħafna. Għaldaqstant l-Istati Membri għandhom jużaw ir-rata tat-taxxa statutorja meta japplikaw il-klawżola ta’ bdil. L-Istati Membri li japplikaw il-klawżola ta’ bdil għandhom jagħtu kreditu għat-taxxa mħallsa barra l-pajjiż, sabiex jevitaw l-intaxxar doppju.

(8)  Minħabba d-diffikultajiet inerenti fl-għoti ta’ ħelsien ta’ kreditu għal taxxi mħallsa barra l-pajjiż, l-Istati għandhom dejjem aktar it-tendenza li jeżentaw dħul barrani mit-tassazzjoni fl-Istat ta’ residenza. L-effett negattiv involontarju ta’ dan l-approċċ madankollu huwa li jinkoraġġixxi sitwazzjonijiet li fihom dħul mhux intaxxat jew intaxxat ftit jidħol fis-suq intern u mbagħad jiċċirkola – ħafna drabi mingħajr ma jkun ġie ntaxxat – fl-Unjoni, permezz tal-istrumenti disponibbli fil-liġi tal-Unjoni. Il-klawżoli ta’ bdil spiss jintużaw kontra prattiki bħal dawn. Għaldaqstant jeħtieġ li tiġi pprovduta klawżola ta’ bdil li tkun immirata kontra ċerti tipi ta’ dħul barrani, pereżempju, distribuzzjonijiet ta’ profitti, rikavati mid-disponiment ta’ ishma u profitti minn stabbilimenti permanenti li huma eżenti mit-taxxa fl-Unjoni. Dan id-dħul għandu jkun taxxabbli fl-Unjoni, jekk ġie intaxxat taħt ċertu livell fil-pajjiż ta' oriġini u fin-nuqqas ta' trattat sod dwar it-taxxa ta' effett simili ma' dak il-pajjiż. L-Istati Membri li japplikaw il-klawżola ta’ bdil għandhom jagħtu kreditu għat-taxxa mħallsa barra l-pajjiż, sabiex jevitaw l-intaxxar doppju.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Regoli ġenerali kontra l-abbuż (GAARs) huma inklużi fis-sistemi fiskali sabiex jindirizzaw prattiki tat-taxxa abbużivi li għadhom ma ġewx indirizzati permezz ta’ dispożizzjonijiet speċifiċikament immirati. Għaldaqstant il-GAARs għandhom funzjoni mmirata biex timla l-vojt, li mgħandux jaffettwa l-applikabbiltà ta’ regoli speċifiċi kontra l-abbuż. Fi ħdan l-Unjoni, l-applikazzjoni ta’ GAARs għandha tkun limitata għal arranġamenti li huma "kompletament artifiċjali" (mhux ġenwini); inkella, il-kontribwent għandu jkollu d-dritt li jagħżel l-aktar struttura effiċjenti ta’ taxxa għall-affarijiet kummerċjali tiegħu. Barra minn hekk huwa importanti li jkun żgurat li l-GAARs japplikaw f’sitwazzjonijiet interni, fi ħdan l-Unjoni u vis-à-vis pajjiżi terzi b’mod uniformi, biex l-ambitu u r-riżultati tal-applikazzjoni tagħhom f’sitwazzjonijiet interni u transkonfinali ma jvarjawx.

(9)  Regoli ġenerali kontra l-abbuż (GAARs) huma inklużi fis-sistemi fiskali sabiex jindirizzaw prattiki tat-taxxa abbużivi li għadhom ma ġewx indirizzati permezz ta’ dispożizzjonijiet speċifiċikament immirati. Għaldaqstant il-GAARs għandhom funzjoni mmirata biex timla l-vojt, li mgħandux jaffettwa l-applikabbiltà ta’ regoli speċifiċi kontra l-abbuż. Fi ħdan l-Unjoni, l-applikazzjoni ta' GAARs għandha tkun applikata għal arranġamenti li huma kkunsidrati ta' dannu. Barra minn hekk huwa importanti li jkun żgurat li l-GAARs japplikaw f’sitwazzjonijiet interni, fi ħdan l-Unjoni u vis-à-vis pajjiżi terzi b’mod uniformi, biex l-ambitu u r-riżultati tal-applikazzjoni tagħhom f’sitwazzjonijiet interni u transkonfinali ma jvarjawx.

 

Sabiex jiġu indirizzati b'mod xieraq il-kunflitti ta' interess potenzjali li huma esposti għalihom il-kumpaniji tal-awditjar meta jagħtu pariri fiskali, ir-Regolament (UE) Nru 537/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandu jiġi emendat.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Arranġament jew sensiela ta' arranġamenti jistgħu jitqiesu bħala mhux ġenwini meta dawn iwasslu għal tassazzjoni differenti ta' ċerti tipi ta' dħul, bħal dawk iġġenerati mill-privattivi.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 9b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b)  L-Istati Membri għandhom jimplimentaw dispożizzjonijiet aktar dettaljati li jiċċaraw x'inhu mifhum b'arranġamenti mhux ġenwini li jagħmlu użu mill-ġursidizzjoni tagħhom fil-qasam tat-taxxa. Il-kumpaniji li jinċentivaw tali arranġamenti mhux ġenwini għandhom ikunu soġġetti għal penali. Sabiex jiġi previst livell ogħla ta' protezzjoni kontra prattiki tal-evitar tat-taxxa, l-Istati Membri għandhom jiffukaw fuq arranġamenti li ġew attwati għall-iskop ewlieni, jew fejn wieħed mill-iskopijiet ewlenin hu, li jinkiseb vantaġġ mhux ġust fir-rigward ta' taxxa.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 9c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9c)  L-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ sistema ta' penali kif previst fid-dritt nazzjonali u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 9d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9d)  Sabiex jiġi evitat il-ħolqien ta' entitajiet ad hoc, bħal "kumpaniji tal-isem" jew kumpanniji fittizji bi trattament tat-taxxa aktar baxx, l-intrapriżi għandhom jikkorrispondu għad-definizzjonijiet ta' stabbiliment permanenti u ta' sustanza ekonomika minima stabbiliti fl-Artikolu 2.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 9e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9e)  L-użu ta' kumpaniji tal-isem mill-kontribwenti li joperaw fl-Unjoni għandu jkun ipprojbit. Il-kontribwenti għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet tat-taxxa evidenza li turi s-sustanza ekonomika ta' kull waħda mill-entitajiet fil-grupp tagħhom, bħala parti mill-obbligi tagħhom ta'rappurtar annwali pajjiż b'pajjiż.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 9f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9f)  Sabiex jittejbu l-mekkaniżmi attwali għas-soluzzjoni ta' tilwim transkonfinali dwar it-tassazzjoni fl-Unjoni, filwaqt li l-enfasi ma ssirx biss fuq każijiet ta' tassazzjoni doppja iżda anke fuq in-nontassazzjoni doppja, sa Jannar 2017 għandu jiddaħħal mekkaniżmu b'regoli aktar ċari u bi skedi ta' żmien aktar stretti.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Premessa 9g (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9g)  L-identifikazzjoni xierqa tal-kontribwenti hija essenzjali biex ikun hemm skambju effettiv tal-informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa. Il-ħolqien ta' numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa (NIT) Ewropew komuni jipprovdi l-aħjar mezzi għal din l-identifikazzjoni. Dan jippermetti lil kwalunkwe parti terza tidentifika u tirreġistra malajr, faċilment u b'mod korrett in-NIT f'relazzjonijiet transkonfinali u jservi ta' bażi għall-iskambju awtomatiku effettiv tal-informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha wkoll taħdem b'mod attiv favur il-ħolqien ta' numru ta' identifikazzjoni simili fuq livell globali, bħall-Identifikatur tal-Entità Ġuridika Globali (LEI) tal-Kumitat tas-Sorveljanza Regolatorja;

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Ir-regoli dwar il-Kumpaniji Kkontrollati minn Barra l-Pajjiż (CFC) għandhom l-effett li jattribwixxu mill-ġdid id-dħul ta’ sussidjarja kkontrollata intaxxata ftit lill-kumpaniji prinċipali tagħha. Imbagħad, il-kumpanija prinċipali ssir taxxabbli għal dan id-dħul attribwit fl-Istat fejn hija residenti għall-finijiet tat-taxxa. Skont il-prijoritajiet politiċi ta’ dak l-Istat, ir-regoli dwar is-CFC jistgħu jkunu diretti lejn sussidjarja sħiħa ntaxxata ftit jew ikunu limitati għad-dħul li ġie devjat b’mod artifiċjali lejn is-sussidjarja. Huwa mixtieq li jiġu indirizzati sitwazzjonijiet kemm fil-pajjiżi terzi kif ukoll fl-Unjoni. Sabiex ikun hemm konformità mal-libertajiet fundamentali, l-impatt tar-regoli fl-Unjoni għandu jkun limitat għall-arranġamenti li jirriżultaw f’trasferiment artifiċjali ta’ profitti mill-Istat Membru tal-kumpanija omm lejn is-CFC. F’dan il-każ, l-ammonti ta’ dħul attribwiti lill-kumpanija omm għandhom jiġu aġġustati skont il-prinċipju tad-distakkament, b’tali mod li l-Istat Membru tal-kumpanija omm biss jintaxxa l-ammonti tad-dħul tal-CFC sal-punt li ma jkunux konformi ma’ dan il-prinċipju. Ir-regoli dwar is-CFC għandhom jeskludu lill-impriżi finanzjarji mill-ambitu tagħhom meta dawn ikunu residenti taxxabbli fl-Unjoni, inklużi stabbilimenti permanenti ta’ tali impriżi li jinsabu fl-Unjoni. Dan għaliex l-ambitu għal applikazzjoni leġittima tar-regoli dwar is-CFC fl-Unjoni għandu jkun limitat għal sitwazzjonijiet artifiċjali mingħajr sustanza ekonomika, li jimplika li s-setturi finanzjarji u tal-assigurazzjoni rregolati ħafna aktarx li ma jkunux inklużi f’dawn ir-regoli.

(10)  Ir-regoli dwar il-Kumpaniji Kkontrollati minn Barra l-Pajjiż (CFC) għandhom l-effett li jattribwixxu mill-ġdid id-dħul ta’ sussidjarja kkontrollata intaxxata ftit lill-kumpaniji prinċipali tagħha. Imbagħad, il-kumpanija prinċipali ssir taxxabbli għal dan id-dħul attribwit fl-Istat fejn hija residenti għall-finijiet tat-taxxa. Skont il-prijoritajiet politiċi ta’ dak l-Istat, ir-regoli dwar is-CFC jistgħu jkunu diretti lejn sussidjarja sħiħa ntaxxata ftit jew ikunu limitati għad-dħul li ġie devjat b’mod artifiċjali lejn is-sussidjarja. Huwa mixtieq li jiġu indirizzati sitwazzjonijiet kemm fil-pajjiżi terzi kif ukoll fl-Unjoni. L-impatt tar-regoli fl-Unjoni għandu jkopri l-arranġamenti kollha li wieħed mill-prinċipji ewlenin tagħhom huwa t-trasferiment artifiċjali ta’ profitti mill-Istat Membru tal-kumpanija omm lejn is-CFC. F’dan il-każ, l-ammonti ta’ dħul attribwiti lill-kumpanija omm għandhom jiġu aġġustati skont il-prinċipju tad-distakkament u prattiki ta' taxxa mhux xierqa bħar-riassigurazzjoni ristretta, b’tali mod li l-Istat Membru tal-kumpanija omm biss jintaxxa l-ammonti tad-dħul tal-CFC sal-punt li ma jkunux konformi ma’ dan il-prinċipju. Trikkib bejn ir-regoli dwar il-CFC u l-klawżola ta' bdil għandu jiġi evitat.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Id-diskrepanzi ibridi huma l-konsegwenza ta’ differenzi fil-karatterizzazzjoni ġuridika tal-pagamenti (strumenti finanzjarji) jew ta’ entitajiet u dawk id-differenzi jitfaċċaw fl-interazzjoni bejn is-sistemi legali taż-żewġ ġurisdizzjonijiet. L-effett ta’ tali diskrepanzi huwa spiss tnaqqis doppju (jiġifieri tnaqqis fiż-żewġ stati) jew tnaqqis tad-dħul fi stat wieħed mingħajr l-inklużjoni fil-bażi tat-taxxa fl-ieħor. Sabiex jiġi evitat dan ir-riżultat, hemm bżonn li jiġu stabbiliti regoli li permezz tagħhom wieħed miż-żewġ ġurisdizzjonijiet f’diskrepanza għandha tagħti karatterizzazzjoni ġuridika lill-istrument ibridu jew lill-entità u l-ġurisdizzjoni oħra għandha taċċetta dan. Għalkemm l-Istati Membri qablu dwar gwida, fil-qafas tal-Grupp tal-Kodiċi ta’ Kondotta dwar it-Tassazzjoni tal-Intrapriżi, dwar it-trattament tat-taxxa ta’ entitajiet ibridi4 u stabbilimenti permanenti ibridi5 ġewwa l-Unjoni kif ukoll dwar it-trattament tat-taxxa ta’ entitajiet ibridi f’relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi, xorta waħda jeħtieġ li jiġu ppromulgati regoli vinkolanti. Fl-aħħar nett, jeħtieġ li jiġi limitat l-ambitu ta’ dawn ir-regoli għad-diskrepanzi ibridi bejn l-Istati Membri. Id-diskrepanzi ibridi bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi għadhom iridu jiġi eżaminati aktar.

(11)  Id-diskrepanzi ibridi huma l-konsegwenza ta’ differenzi fil-karatterizzazzjoni ġuridika tal-pagamenti (strumenti finanzjarji) jew ta’ entitajiet u dawk id-differenzi jitfaċċaw fl-interazzjoni bejn is-sistemi legali taż-żewġ ġurisdizzjonijiet. L-effett ta’ tali diskrepanzi huwa spiss tnaqqis doppju (jiġifieri tnaqqis fiż-żewġ stati) jew tnaqqis tad-dħul fi stat wieħed mingħajr l-inklużjoni fil-bażi tat-taxxa fl-ieħor. Sabiex jiġi evitat dan ir-riżultat, hemm bżonn li jiġu stabbiliti regoli li permezz tagħhom waħda miż-żewġ ġurisdizzjonijiet f’diskrepanza għandha tagħti karatterizzazzjoni ġuridika lill-istrument ibridu jew lill-entità u l-ġurisdizzjoni oħra għandha taċċetta dan. Meta tinħoloq tali diskrepanza bejn Stat Membru u pajjiż terz, tassazzjoni xierqa ta' tali operazzjoni trid tiġi salvagwardjata mill-Istat Membru. Għalkemm l-Istati Membri qablu dwar gwida, fil-qafas tal-Grupp tal-Kodiċi ta’ Kondotta dwar it-Tassazzjoni tal-Intrapriżi, dwar it-trattament tat-taxxa ta’ entitajiet ibridi4 u stabbilimenti permanenti ibridi5 ġewwa l-Unjoni kif ukoll dwar it-trattament tat-taxxa ta’ entitajiet ibridi f’relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi, xorta waħda jeħtieġ li jiġu ppromulgati regoli vinkolanti.

__________________

__________________

4 Kodiċi tal-Kondotta (Tassazzjoni tal-Intrapriżi) – Rapport lill-Kunsill, 16553/14, FISC 225, 11.12.2014.

4 Kodiċi tal-Kondotta (Tassazzjoni tal-Intrapriżi) – Rapport lill-Kunsill, 16553/14, FISC 225, 11.12.2014.

5 Kodiċi tal-Kondotta (Tassazzjoni tal-Intrapriżi) – Rapport lill-Kunsill, 9620/15, FISC 60, 11.6.2015.

5 Kodiċi tal-Kondotta (Tassazzjoni tal-Intrapriżi) – Rapport lill-Kunsill, 9620/15, FISC 60, 11.6.2015.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  Għandhon jitfasslu definizzjoni għall-Unjoni kollha u "lista sewda" eżawrjenti tar-rifuġji fiskali u l-pajjiżi, fosthom dawk fl-Unjoni, li jgħawġu l-kompetizzjoni billi jagħtu arranġamenti tat-taxxa favorevoli. Il-lista sewda għandha tiġi komplementata b'lista ta' sanzjonijiet għal ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx u għal istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw f'rifuġji fiskali.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)  Waħda mill-problemi ewlenin li jiffaċċjaw l-awtoritajiet tat-taxxa hija l-impossibilità li jiksbu aċċess fi żmien debitu għal informazzjoni komprensiva u rilevanti dwar l-istrateġiji ta' ppjanar tat-taxxa tal-MNEs. Tali informazzjoni għandha tkun disponibbli, sabiex l-awtoritajiet tat-taxxa jkunu jistgħu jirreaġixxu malajr għar-riskji tat-taxxa, billi jivvalutaw dawk ir-riskji b'mod aktar effettiv, filwaqt li jiddirezzjonaw il-verifiki u jenfasizzaw il-bidliet meħtieġa għal-liġijiet fis-seħħ.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Jekk wieħed iqis li għan ewlieni ta’ din id-Direttiva huwa t-titjib tar-reżiljenza tas-suq intern inġenerali kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa transkonfinali, dan ma jistax jinkiseb biżżejjed jekk l-Istati Membri jaġixxu b’mod individwali. Is-sistemi tat-taxxa korporattiva nazzjonali huma diversi u azzjoni indipendenti mill-Istati Membri sempliċement tirreplika l-frammentazzjoni eżistenti tas-suq intern fit-tassazzjoni diretta. B’hekk tippermetti li jippersistu n-nuqqas ta’ effiċjenza u d-distorsjonijiet fl-interazzjoni ta’ miżuri nazzjonali differenti. Ir-riżultat ikun nuqqas ta’ koordinazzjoni. Pjuttost, minħabba l-fatt li nuqqas kbir ta’ effiċjenza fis-suq intern joħloq primarjament problemi ta’ natura transkonfinali, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri ta’ rimedju fil-livell tal-Unjoni. Għaldaqstant huwa kruċjali li jiġu adottati soluzzjonijiet li jiffunzjonaw għas-suq intern inġenerali u dan jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni. B’hekk, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv. Bl-istabbiliment ta’ livell minimu ta’ protezzjoni għas-suq intern, din id-Direttiva għandha biss l-għan li tikseb il-grad minimu essenzjali ta’ koordinazzjoni fi ħdan l-Unjoni sabiex twettaq l-objettivi tagħha.

(14)  Jekk wieħed iqis li għan ewlieni ta’ din id-Direttiva huwa t-titjib tar-reżiljenza tas-suq intern inġenerali kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa transkonfinali, dan ma jistax jinkiseb biżżejjed jekk l-Istati Membri jaġixxu b’mod individwali. Is-sistemi tat-taxxa korporattiva nazzjonali huma diversi u azzjoni indipendenti mill-Istati Membri sempliċement tirreplika l-frammentazzjoni eżistenti tas-suq intern fit-tassazzjoni diretta. B’hekk tippermetti li jippersistu n-nuqqas ta’ effiċjenza u d-distorsjonijiet fl-interazzjoni ta’ miżuri nazzjonali differenti. Ir-riżultat ikun nuqqas ta’ koordinazzjoni. Pjuttost, minħabba l-fatt li nuqqas kbir ta’ effiċjenza fis-suq intern joħloq primarjament problemi ta’ natura transkonfinali, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri ta’ rimedju fil-livell tal-Unjoni. Għaldaqstant huwa kruċjali li jiġu adottati soluzzjonijiet li jiffunzjonaw għas-suq intern inġenerali u dan jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni. B’hekk, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv. Bl-istabbiliment ta’ livell minimu ta’ protezzjoni għas-suq intern, din id-Direttiva għandha biss l-għan li tikseb il-grad minimu essenzjali ta’ koordinazzjoni fi ħdan l-Unjoni sabiex twettaq l-objettivi tagħha. Madankollu, reviżjoni fil-fond tal-qafas legali għat-taxxa sabiex jiġu indirizzati l-prattiki ta' erożjoni tal-bażi tat-taxxa permezz ta' regolamentazzjoni kienet tagħmilha possibbli li jiġi żgurat eżitu aħjar fir-rigward tal-iżgurar ta' kundizzjonijiet indaqs fis-suq intern kollu.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)  Il-Kummissjoni għandha twettaq analiżi tal-kostijiet imqabbla mal-benefiċċji u tivvaluta l-impatt possibbli ta' livelli għoljin ta' taxxa fuq ir-ripatrijazzjoni ta' kapital li jkun ġej minn pajjiżi terzi b'rati baxxi ta' taxxa.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Premessa 14b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14b)  Il-ftehimiet kummerċjali u l-ftehimiet ta' sħubija ekonomika kollha li l-Unjoni hija parti kontraenti tagħhom għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-promozzjoni ta' governanza tajba fi kwistjonijiet ta' taxxa, bl-għan li tiżdied it-trasparenza u li jiġu miġġielda l-prattiki ta' ħsara fil-qasam tat-taxxa.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha u tirrapporta lill-Kunsill dwarha. L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni kwalunkwe tagħrif meħtieġ għal din l-evalwazzjoni,

(15)  Il-Kummissjoni għandha tpoġġi fis-seħħ mekkaniżmu ta' monitoraġġ speċifiku biex tiżgura l-implimentazzjoni xierqa ta' din id-Direttiva u l-interpretazzjoni omoġenja tal-miżuri tagħha mill-Istati Membri. Hija għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwarha. L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni kwalunkwe tagħrif meħtieġ għal din l-evalwazzjoni.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  "kontribwent" tfisser entità korporattiva koperta mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva;

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  "kost tar-royalties" tfisser kostijiet li jiġu minn pagamenti ta' kwalunkwe tip magħmula bħala kunsiderazzjoni għall-użu ta', jew id-dritt tal-użu ta', kull dritt tal-awtur ta' xogħol letterarju, artistiku jew xjentifiku, inklużi films ċinematografiċi u software, kull privattiva, trademark, disinn jew mudell, pjan, formula jew proċess sigriet, jew għal informazzjoni dwar esperjenza industrijali, kummerċjali jew xjentifika jew kwalunkwe assi ieħor intanġibbli; pagamenti għall-użu ta', jew id-dritt tal-użu ta', apparat industrijali, kummerċjali jew xjentifiku għandhom jitqiesu bħala kostijiet tar-royalties;

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)  "ġurisdizzjoni ta' segretezza jew b'rata baxxa ta' taxxa" tfisser kull ġurisdizzjoni li, mill-31 ta' Diċembru 2016, tissodisfa kwlunkwe wieħed mill-kriterji li ġejjin:

 

(a)  nuqqas ta' skambju awtomatiku ta' informazzjoni mal-firmatarji kollha tal-ftehim multilaterali tal-awtoritajiet kompetenti b'konformità mal-Istandard Komuni ta' Rappurtar tal-OECD;

 

(b)  l-ebda reġistru tas-sidien benefiċjarji aħħarin ta' korporazzjonijiet, trusts u strutturi ġuridiċi ekwivalenti konformi tal-anqas mal-istandard minimu definit fid-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a;

 

(c)  dispożizzjonijiet jew prattiki ġuridiċi jew amministrattivi li jagħtu trattament tat-taxxa favorevoli lil intrapriżi irrispettivament minn jekk iwettqux attività ekonomika ġenwina jew jekk għandhomx preżenza ekonomika sinifikanti fil-pajjiż inkwistjoni;

 

(d)  rata ta' taxxa korporattiva statutorja ta' inqas minn 60 % tal-medja ponderata ta' taxxa korporattiva fl-Unjoni.

 

__________________

 

1a Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73)

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  "stabbiliment permanenti" tfisser post tan-negozju fiss li jinsab fi Stat Membru li minnu jitwettaq kompletament jew parzjalment in-negozju ta' kumpanija ta' Stat Membru ieħor; din id-definizzjoni għandha tindirizza wkoll sitwazzjonijiet li fihom kumpaniji li jwettqu attivitajiet diġitali kompletament dematerjalizzati jiġu kkunsidrati li għandhom stabbiliment permanenti fi Stat Membru jekk dawn iżommu preżenza sinifikanti fl-ekonomija ta' dak il-pajjiż;

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b)  "rifuġju fiskali" tfisser ġurisdizzjoni kkarratterizzata minn wieħed jew diversi mill-kriterji li ġejjin:

 

(a)  ebda taxxa jew taxxa nominali biss għal persuni mhux residenti;

 

(b)  liġijiet jew prattiki amministrattivi li jipprevjenu l-iskambju effettiv ta' informazzjoni dwar it-taxxa ma' gvernijiet oħra;

 

(c)  dispożizzjonijiet ġuridiċi jew amministrattivi li jipprevjenu trasparenza fit-taxxa jew in-nuqqas ta' ħtieġa li titwettaq attività ekonomika sostanzjali.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7c)  "sustanza ekonomika minima" tfisser il-kriterji fattwali, anke fil-kuntest tal-ekonomija diġitali, li jippermettu li intrapriza tiġi definita abbażi ta' kriterji fattwali bħall-eżistenza ta' riżorsi umani u materjali speċifiċi għall-entità, l-awtonomija tal-ġestjoni tagħha, ir-realtà ġuridika tagħha u, meta jkun xieraq, in-natura tal-assi tagħha;

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7d)  "numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa Ewropew" jew "NIT" tfisser numru kif definit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Diċembru 2012 li tinkludi pjan ta' azzjoni biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa. ;

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7e)  "prezzijiet ta' trasferiment" tfisser il-prezzijiet li bihom intrapriża tittrasferixxi beni tanġibbli jew assi intanġibbli, jew tipprovdi servizzi lil intrapriżi assoċjati;

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7f)  "sistema ta' inċentivi tat-taxxa favur il-privattivi" tfisser sistema użata biex tikkalkula d-dħul mill-proprjetà intellettwali (PI) li huwa eliġibbli għal benefiċċji tat-taxxa bl-istabbiliment ta' konnessjoni bejn in-nefqa eliġibbli li saret meta nħolqu l-assi tal-PI (espressa bħala proporzjon tan-nefqa globali marbuta mal-ħolqien tal-assi tal-PI) u d-dħul minn dawk l-assi tal-PI; din is-sistema tillimita l-assi tal-PI għal privattivi jew għal beni intanġibbli b'funzjoni ekwivalenti u tipprovdi l-bażi għad-definizzjoni ta' "nefqa eliġibbli", "nefqa globali" u "dħul mill-assi tal-PI";

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7g (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7g)  "kumpanija tal-isem" tfisser kull tip ta' entità ġuridika mingħajr sustanza ekonomika u li titwaqqaf purament għal skopijiet ta' taxxa.

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7h (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7h)  "persuna jew intrapriża assoċjata ma' kontribwent" tfisser sitwazzjoni li fiha l-ewwel persuna jkollha parteċipazzjoni ta' aktar minn 25 % fit-tieni, jew ikun hemm terza persuna li jkollha parteċipazzjoni ta' aktar minn 25 % fit-tnejn li huma.

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7i (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7i)  "diskrepanza ibrida" tfisser sitwazzjoni bejn kontribwent fi Stat Membru wieħed u intrapriża assoċjata, kif definita skont is-sistema tat-taxxa korporattiva applikabbli, fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz fejn ir-riżultat sussegwenti jkun attribwibbli għal differenzi fil-karatterizzazzjoni ġuridika ta' strument finanzjarju jew entità finanzjarja:

 

(a)  tnaqqis tal-istess pagament, spejjeż jew telf iseħħ kemm fl-Istat Membru li fih il-pagament għandu s-sors tiegħu, ikunu saru l-ispejjeż jew ikun iġġarrab it-telf kif ukoll fl-Istat Membru jew il-pajjiż terz l-ieħor ("tnaqqis doppju"); or

 

(b)  ikun hemm tnaqqis ta' pagament fl-Istat Membru jew fil-pajjiż terz li fih il-pagament għandu s-sors tiegħu mingħajr inklużjoni korrispondenti tal-istess pagament fl-Istat Membru jew fil-pajjiż terz l-ieħor ("tnaqqis mingħajr inklużjoni").

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-kostijiet tas-self eċċessivi għandhom ikunu jistgħu jitnaqqsu fis-sena fiskali li fiha jiġġarrbu sa 30 fil-mija biss tal-qligħ tal-kontribwent qabel l-imgħax, it-taxxa, id-deprezzament u l-amortizzament (EBITDA) jew sal-ammont ta’ EUR 1 000 000, liema minnhom ikun l-ogħla. L-EBITDA għandu jkun ikkalkolat billi wieħed jerġa’ jżid mad-dħul taxxabbli l-ammonti aġġustati mit-taxxa għall-kostijiet tal-imgħax nett u kostijiet oħrajn ekwivalenti kif ukoll l-ammonti aġġustati mit-taxxa għad-deprezzament u l-amortizzament.

2.  Il-kostijiet tas-self eċċessivi għandhom ikunu jistgħu jitnaqqsu fis-sena fiskali li fiha jiġġarrbu sa 20 % biss tal-qligħ tal-kontribwent qabel l-imgħax, it-taxxa, id-deprezzament u l-amortizzament (EBITDA) jew sal-ammont ta’ EUR 2 000 000, liema minnhom ikun l-ogħla. L-EBITDA għandu jkun ikkalkolat billi wieħed jerġa’ jżid mad-dħul taxxabbli l-ammonti aġġustati mit-taxxa għall-kostijiet tal-imgħax nett u kostijiet oħrajn ekwivalenti kif ukoll l-ammonti aġġustati mit-taxxa għad-deprezzament u l-amortizzament.

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 2 kostijiet eċċessivi tas-self imġarrba minn self tal-parti terza użat għall-finanzjament ta' proġetti ta' infrastruttura pubblika, li jdumu mill-inqas 10 snin u kkunsidrati li huma fl-interess pubbliku ġenerali minn Stat Membru jew mill-Unjoni.

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-EBITDA ta’ sena fiskali li ma jkunx assorbit għal kollox mill-kostijiet tas-self imġarrba mill-kontribwent f’dik is-sena fiskali jew dawk preċedenti jistgħu jiġu riportati għal snin fiskali futuri.

4.  L-EBITDA ta’ sena fiskali li ma jkunx assorbit għal kollox mill-kostijiet tas-self imġarrba mill-kontribwent f’dik is-sena fiskali jew dawk preċedenti jistgħu jiġu riportati għal snin fiskali futuri għal perjodu ta’ ħames snin.

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-kostijiet tas-self li ma jistgħux jitnaqqsu fis-sena fiskali kurrenti taħt il-paragrafu 2 għandhom ikunu jistgħu jitnaqqsu sa 30 fil-mija tal-EBITDA fi snin fiskali sussegwenti bl-istess mod bħall-kostijiet tas-self għal dawk is-snin.

5.  Il-kostijiet tas-self li ma jistgħux jitnaqqsu fis-sena fiskali kurrenti taħt il-paragrafu 2 għandhom ikunu jistgħu jitnaqqsu sa 20 % tal-EBITDA fil-ħames snin fiskali sussegwenti bl-istess mod bħall-kostijiet tas-self għal dawk is-snin.

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-paragrafi 2 sa 5 mgħandhomx japplikaw għall-impriżi finanzjarji.

6.  Il-paragrafi 2 sa 5 m'għandhomx japplikaw għall-impriżi finanzjarji. Il-Kummissjoni trid twettaq rieżami tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu jekk u meta jintlaħaq ftehim fil-livell tal-OECD u meta l-Kummissjoni tiddetermina li l-ftehim tal-OECD jista' jiġi implimentat fil-livell tal-Unjoni.

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4a

 

Stabbiliment permanenti

 

1.  Post tan-negozju fiss li jintuża jew jinżamm minn kontribwent jitqies bħala stabbiliment permanenti jekk l-istess kontribwent jew persuna marbuta mill-qrib mal-kontribwent iwettqu attivitajiet kummerċjali fl-istess post jew f'post ieħor fl-istess Stat u:

 

(a)  dak il-post jew post ieħor jikkostitwixxi stabbiliment permanenti għall-kontribwent jew il-persuna marbuta mill-qrib skont dan l-Artikolu, jew

 

(b)  l-attività globali li tirriżulta mill-kombinazzjoni tal-attivitajiet imwettqa mill-kontribwent u l-persuna marbuta mill-qrib fl-istess post, jew mill-istess kontribwent jew persuni marbuta mill-qrib fiż-żewġ postijiet, ma tkunx ta' natura preparatorja jew awżiljari, bil-kundizzjoni li l-attivitajiet kummerċjali mwettqa mill-kontribwent u l-persuna marbuta mill-qrib fl-istess post, jew mill-istess kontribwent jew persuni marbuta mill-qrib fiż-żewġ postijiet, jikkostitwixxu funzjonijiet komplementari li jagħmlu parti minn operazzjoni kummerċjali koerenti.

 

2.  Meta persuna taġixxi fi Stat f'isem kontribwent u, b'dan il-mod, normalment tikkonkludi kuntratti, jew normalment tiżvolġi r-rwol ewlieni li jwassal għall-konklużjoni ta' kuntratti li huma sistematikament konklużi mingħajr modifika sostanzjali mill-kontribwent, u dawn il-kuntratti jkunu:

 

(a)  f'isem il-kontribwent, jew

 

(b)  intiżi għall-bejgħ ta' proprjetà li tappartjeni lil dan il-kontribwent jew li l-kontribwent għandu d-dritt juża, jew intiżi għall-għoti ta' dritt ta' użu ta' tali proprjetà, jew

 

(c)  għall-forniment ta' servizzi minn dak il-kontribwent, dak il-kontribwent għandu jitqies li jkollu stabbiliment permanenti f'dak l-Istat għall-attivitajiet kollha li dik il-persuna twettaq għall-kontribwent, sakemm l-attivitajiet ta' tali persuna jkunu ta' natura awżiljari jew preparatorja b'tali mod li, jekk jitwettqu f'post tan-negozju fiss, ma jagħmlux lil dan il-post ta' negozju fiss stabbiliment permanenti skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu.

 

3.  L-Istati Membri għandhom jallinjaw il-leġiżlazzjoni applikabbli tagħhom u kwalunke Trattat bilaterali dwar it-Taxxa Doppja ma' din id-definizzjoni.

 

4.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati li jikkonċernaw il-kunċetti ta' natura preparatorja jew awżiljari.

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4b

 

Profitti attribwibbli għal stabbiliment permanenti

 

1.  Il-profitti fi Stat Membru li jkunu attribwibbli għall-istabbiliment permanenti msemmi fl-Artikolu 4a huma wkoll il-profitti li huwa mistenni li jagħmel, b'mod partikolari fin-negozjati tiegħu ma' partijiet oħra tal-intrapriża, li kieku kienu intrapriżi separati u indipendenti impenjati fl-istess attività u b'kundizzjonijiet simili, b'kont meħud tal-assi u r-riskji tal-istabbilimenti permanenti involuti.

 

2.  Meta Stat Membru jaġġusta l-profitt attribwibbli għall-istabbiliment permanenti msemmi fil-paragrafu 1 u jintaxxah kif xieraq, il-profitt u t-taxxa fi Stati Membri oħra għandhom jiġu aġġustati kif xieraq, sabiex tiġi eliminata t-tassazzjoni doppja.

 

3.  Bħala parti mill-Azzjoni 7 tal-OECD dwar il-BEPS, l-OECD attwalment qed teżamina mill-ġdid ir-regoli definiti fl-Artikolu 7 tal-Mudell ta' Konvenzjoni tal-OECD li jittrattaw il-profitti attribwibbli għal stabbilimenti permanenti u, ladarba dawk ir-regoli jiġu aġġornati, l-Istati Membri għandhom jallinjaw il-leġiżlazzjoni applikabbli tagħhom skont dan.

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 4c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4c

 

Ġurisdizzjonijiet ta' segretezza jew b'rata baxxa ta' taxxa

 

1.  L-Istati Membri jistgħu jimponu taxxa minn ras il-għajn fuq pagamenti minn entità f'dak l-Istat Membru lil entità f'ġurisdizzjoni ta' segretezza jew b'rata baxxa ta' taxxa.

 

2.  Il-pagamenti li mhumiex direttament trasferiti lil entità f'ġurisdizzjoni ta' segretezza jew b'rata baxxa ta' taxxa, iżda li jista' jkun raġonevolment preżunt li jiġu trasferiti lil entità f'ġurisdizzjoni ta' segretezza jew b'rata baxxa ta' taxxa b'mod indirett, pereżempju permezz ta' sempliċi intermedjarji f'ġurisdizzjonijiet oħra, għandhom ikunu koperti wkoll mill-paragrafu 1.

 

3.  Fi żmien debitu, l-Istati Membri għandhom jaġġornaw kwalunkwe Ftehim dwar it-Taxxa Doppja li attwalment jipprekludi tali livell ta' taxxa minn ras il-għajn bl-għan li jitneħħa kull ostaklu ġuridiku għal din il-miżura ta' difiża kollettiva.

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kontribwent għandu jkun soġġett għat-taxxa f’ammont ugwali għall-valur tas-suq tal-assi trasferiti, fil-ħin tal-ħruġ, nieqes il-valur tagħhom għall-finijiet tat-taxxa, fi kwalunkwe waħda minn dawn iċ-ċirkustanzi li ġejjin:

1.  Kontribwent għandu jkun soġġett għat-taxxa f’ammont ugwali għall-valur tas-suq tal-assi trasferiti, fil-ħin tal-ħruġ tal-assi, nieqes il-valur tagħhom għall-finijiet tat-taxxa, fi kwalunkwe waħda minn dawn iċ-ċirkustanzi li ġejjin:

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  kontribwent jittrasferixxi assi mill-uffiċċju prinċipali tiegħu għall-istabbiliment permanenti tiegħu fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz;

(a)  kontribwent jittrasferixxi assi mill-uffiċċju prinċipali tiegħu għall-istabbiliment permanenti tiegħu fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz sakemm l-Istat Membru tal-uffiċċju prinċipali m'għadx għandu d-dritt li jintaxxa l-assi trasferiti minħabba t-trasferiment;

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  kontribwent jittrasferixxi assi mill-istabbiliment permanenti tiegħu fi Stat Membru għall-uffiċċju prinċipali tiegħu jew stabbiliment permanenti ieħor fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz;

(b)  kontribwent jittrasferixxi assi mill-istabbiliment permanenti tiegħu fi Stat Membru għall-uffiċċju prinċipali tiegħu jew stabbiliment permanenti ieħor fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz sakemm l-Istat Membru tal-istabbiliment permanenti m'għadx għandu d-dritt li jintaxxa l-assi trasferiti minħabba t-trasferiment;

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  kontribwent jistabbilixxi l-istabbiliment permanenti tiegħu minn Stat Membru.

(d)  kontribwent jittrasferixxi l-istabbiliment permanenti tiegħu fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz sakemm l-Istat Membru tal-istabbiliment permanenti m'għadx għandu d-dritt li jintaxxa l-assi trasferiti minħabba t-trasferiment.

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, kwalunkwe trasferiment sussegwenti ta’ assi lejn pajjiż terz mill-istabbiliment permanent li jinsab fl-ewwel Stat Membru u li miegħu l-assi huma effettivament marbutin għandu jitqies bħala disponiment fil-valur tas-suq.

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, kwalunkwe trasferiment sussegwenti ta’ assi lejn pajjiż terz, inklużi l-profitti, mill-istabbiliment permanent li jinsab fl-ewwel Stat Membru u li miegħu l-assi huma effettivament marbutin għandu jitqies bħala disponiment fil-valur tas-suq.

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  kontribwent jittrasferixxi assi mill-uffiċċju prinċipali tiegħu għall-istabbiliment permanenti tiegħu fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz li huwa parti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-Ftehim ŻEE);

(a)  kontribwent jittrasferixxi assi, inklużi l-profitti, mill-uffiċċju prinċipali tiegħu għall-istabbiliment permanenti tiegħu fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz li huwa parti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-Ftehim ŻEE);

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  kontribwent jittrasferixxi assi mill-istabbiliment permanenti tiegħu fi Stat Membru għall-uffiċċju prinċipali tiegħu jew stabbiliment permanenti ieħor fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz li huwa parti għall-Ftehim ŻEE;

(b)  kontribwent jittrasferixxi assi, inklużi l-profitti, mill-istabbiliment permanenti tiegħu fi Stat Membru għall-uffiċċju prinċipali tiegħu jew stabbiliment permanenti ieħor fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz li huwa parti għall-Ftehim ŻEE;

Emenda    61

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-assi trasferiti sussegwentement jiġu trasferiti lejn pajjiż terz;

(b)  l-assi trasferiti, inklużi l-profitti, sussegwentement jiġu trasferiti lejn pajjiż terz;

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  il-kontribwent ifalli jew jiġi stralċjat.

(d)  il-kontribwent ikun involut fi proċedura ta' saldu mal-kredituri tiegħu, ifalli jew jiġi stralċjat.

Emenda    63

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Dan l-artikolu ma għandux japplika għal trasferimenti ta’ natura temporanja fejn l-assi huwa maħsub li jaqa’ lura f’idejn l-Istat Membru tat-trasferent.

7.  Dan l-artikolu la għandu japplika għal trasferimenti ta’ natura temporanja fejn l-assi huwa maħsub li jaqa’ lura f’idejn l-Istat Membru tat-trasferent, u lanqas għal trasferimenti ta' assi tanġibbli trasferiti sabiex jiġi ġġenerat dħul minn negozju attiv. Sabiex jibbenefika mill-eżenzjoni, il-kontribwent ikollu juri lill-awtoritajiet tat-taxxa tiegħu li d-dħul barrani huwa r-riżultat ta' negozju attiv. Dan jista' jsir permezz ta' ċertifikat mill-awtoritajiet tat-taxxa barranin.

Emenda    64

Proposta għal direttiva

Artikolu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5a

 

Prezzar ta' trasferiment

 

1.   B'konformità mad-dokument tal-OECD tal-2010 bit-titolu "Transfer Pricing Guidelines for Multinational Enterprises and Tax Administrations", il-profitti li jkunu saru minn intrapriża iżda li ma jkunux saru b'riżultat tal-kundizzjonijiet li ġejjin, jistgħu jiġu inklużi fil-profitti ta' dik l-intrapriża u jistgħu jiġu ntaxxati skont dan:

 

(a)  intrapriża ta' Stat tipparteċipa, direttament jew indirettament, fit-tmexxija, fil-kontroll jew fil-kapital ta' intrapriża tal-Istat l-ieħor; jew

 

(b)  l-istess persuni jipparteċipaw, direttament jew indirettament, fit-tmexxija, fil-kontroll jew fil-kapital ta' intrapriża ta' Stat wieħed u f'intrapriża tal-Istat l-ieħor; u

 

(c)  fiż-żewġ każijiet, iż-żewġ intrapriżi, fir-relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji tagħhom, huma marbutin b'kundizzjonijiet miftiehma jew imposti li huma differenti minn dawk li jkunu miftiehma bejn intrapriżi indipendenti,

 

2.  Meta Stat jinkludi fil-profitti ta' intrapriża ta' dak l-Istat – u jintaxxa skont dan – profitti li fuqhom intrapriża tal-Istat l-ieħor tkun ġiet intaxxata f'dak l-Istat l-ieħor u l-profitti hekk inklużi huma profitti li jkunu saru mill-intrapriża tal-ewwel Stat, jekk il-kundizzjonijiet miftiehma bejn iż-żewġ intrapriżi kienu dawk li kienu jeżistu bejn intrapriżi indipendenti, l-Istat l-ieħor għandu jagħmel aġġustament xieraq tal-ammont tat-taxxa li ġiet imposta fuq dawk il-profitti. Biex dan l-aġġustament jiġi stabbilit, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet l-oħra ta' din id-Direttiva u, jekk ikun meħtieġ, l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati għandhom jikkonsultaw lil xulxin.

Emenda    65

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri mgħandhomx jeżentaw kontribwent mit-taxxa fuq id-dħul barrani li l-kontribwent ikun irċieva bħala distribuzzjoni tal-profitt mingħand entità f’pajjiż terz jew bħala rikavat mid-disponiment ta’ ishma miżmumin f’entità f’pajjiż terz jew bħala dħul minn stabbiliment permanenti li jinsab f’pajjiż terz fejn l-entità jew l-istabbiliment permanenti huwa soġġett, fil-pajjiż ta’ residenza tal-entità jew fil-pajjiż fejn jinsab l-istabbiliment permanenti, għal taxxa fuq il-profitti b’rata ta’ taxxa korporattiva statutorja ta’ inqas minn 40 fil-mija tar-rata tat-taxxa korporattiva statutorja li kienet tkun imposta taħt is-sistema tat-taxxa korporattiva applikabbli fl-Istat Membru tal-kontribwent. F’dawk iċ-ċirkustanzi, il-kontribwent għandu jkun soġġett għat-taxxa fuq id-dħul barrani bi tnaqqis tat-taxxa mħallsa fil-pajjiż terz mill-obbligu fiskali tiegħu fl-istat ta’ residenza tiegħu għall-finijiet tat-taxxa. It-tnaqqis mgħandux jaqbeż l-ammont ta’ taxxa, kif ikkomputata qabel it-tnaqqis, li hija attribbwibbli għad-dħul li jista’ jkun intaxxat.

1.  L-Istati Membri m'għandhomx jeżentaw kontribwent mit-taxxa fuq id-dħul barrani, li ma joriġinax minn negozju attiv, li l-kontribwent ikun irċieva bħala distribuzzjoni tal-profitt mingħand entità f’pajjiż terz jew bħala rikavat mid-disponiment ta’ ishma miżmumin f’entità f’pajjiż terz jew bħala dħul minn stabbiliment permanenti li jinsab f’pajjiż terz fejn l-entità jew l-istabbiliment permanenti huwa soġġett, fil-pajjiż ta’ residenza tal-entità jew fil-pajjiż fejn jinsab l-istabbiliment permanenti, għal taxxa fuq il-profitti b’rata ta’ taxxa korporattiva ta’ inqas minn 15 %. F’dawk iċ-ċirkustanzi, il-kontribwent għandu jkun soġġett għat-taxxa fuq id-dħul barrani bi tnaqqis tat-taxxa mħallsa fil-pajjiż terz mill-obbligu fiskali tiegħu fl-istat ta’ residenza tiegħu għall-finijiet tat-taxxa. It-tnaqqis mgħandux jaqbeż l-ammont ta’ taxxa, kif ikkomputata qabel it-tnaqqis, li hija attribbwibbli għad-dħul li jista’ jkun intaxxat. Sabiex jibbenefika mill-eżenzjoni, il-kontribwent ikollu juri lill-awtoritajiet tat-taxxa tiegħu li d-dħul barrani huwa r-riżultat ta' negozju attiv. Dan jista' jsir permezz ta' ċertifikat mill-awtoritajiet tat-taxxa barranin.

Emenda    66

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll fl-Unjoni.

Emenda    67

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-ewwel paragrafu mgħandux japplika għat-tipi ta’ telf li ġejjin:

2.  L-ewwel paragrafu m'għandux japplika għal telf barrani.

Emenda    68

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Arranġamenti mhux ġenwini jew sensiela ta’ arranġamenti li jsiru bl-iskop essenzjali li jinkiseb vantaġġ fiskali li jegħleb l-għan jew l-iskop tad-dispożizzjonijiet tat-taxxa suppost applikabbli għandhom ikunu injorati għall-finijiet tal-ikkalkolar tal-obbligu tat-taxxa korporattiva. Arranġament jista' jinkludi aktar minn pass wieħed jew parti waħda.

1.  Arranġamenti mhux ġenwini jew sensiela minnhom li, wara li jkunu ddaħħlu fis-seħħ bl-iskop ewlieni jew b'wieħed mill-iskopijiet ewlenin li jinkiseb vantaġġ fiskali li jegħleb l-għan jew l-iskop tad-dispożizzjonijiet tat-taxxa suppost applikabbli, mhumiex ġenwini meta jitqiesu l-fatti u ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, għandhom ikunu injorati għall-finijiet tal-ikkalkolar tal-obbligu tat-taxxa korporattiva. Arranġament jista' jinkludi aktar minn pass wieħed jew parti waħda.

Emenda    69

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta arranġamenti jew sensiela ta’ arranġamenti jiġu injorati skont l-ewwel paragrafu, l-obbligu tat-taxxa għandu jkun ikkalkolat b’referenza għas-sustanza ekonomika skont il-liġi nazzjonali.

3.  Meta arranġamenti jew sensiela ta’ arranġamenti jiġu injorati skont l-ewwel paragrafu, l-obbligu tat-taxxa għandu jkun ikkalkolat b’referenza għas-sustanza ekonomika skont l-Artikolu 2.

Emenda    70

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-Istati Membri għandhom jallokaw persunal, għarfien espert u riżorsi baġitarji adegwati lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa nazzjonali tagħhom, b'mod partikolari lill-persunal tal-awditjar tat-taxxa, kif ukoll riżorsi għat-taħriġ tal-persunal tal-amministrazzjoni tat-taxxa li jiffoka fuq kooperazzjoni transkonfinali dwar il-frodi tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa, u dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni sħiħa ta' din id-Direttiva.

Emenda    71

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-bażi tat-taxxa ta’ kontribwent għandha tinkludi d-dħul mhux distribwit ta’ entità meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.  Il-bażi tat-taxxa ta’ kontribwent għandha tinkludi d-dħul ta’ entità meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

Emenda    72

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  taħt l-iskema ġenerali fil-pajjiż tal-entità, il-profitti jkunu soġġetti għal rata tat-taxxa korporattiva effettiva ta’ inqas minn 40 fil-mija tar-rata tat-taxxa effettiva li kienet tkun imposta taħt is-sistema tat-taxxa korporattiva applikabbli fl-Istat Membru tal-kontribwent;

(b)  il-profitti tal-entità huma soġġetti għal rata tat-taxxa korporattiva ta' inqas minn 15 %; dik ir-rata għandha tiġi vvalutata abbażi tal-profitt qabel l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet introdotti minn dawn il-pajjiżi biex inaqqsu l-bażi taxxabbli soġġetta għar-rata; dik ir-rata għandha tiġi riveduta kull sena skont l-iżviluppi ekonomiċi fil-kummerċ dinji;

Emenda    73

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt c – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  aktar minn 50 fil-mija tad-dħul li jakkumula għall-entità jaqa’ f’xi waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin:

(c)  aktar minn 25 fil-mija tad-dħul li jakkumula għall-entità jaqa’ f’xi waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin:

Emenda    74

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt c – punt viia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(viia)  dħul minn oġġetti nnegozjati mal-kontribwent jew l-intrapriżi assoċjati tiegħu, ħlief tali oġġetti standardizzati li jiġu regolarment innegozjati bejn partijiet indipendenti u li għalihom jeżistu prezzijiet osservabbli pubblikament;

Emenda    75

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu għandu japplika għall-impriżi finanzjarji biss jekk aktar minn 50 fil-mija tad-dħul tal-entità f’dawn il-kategoriji ġej minn tranżazzjonijiet mal-kontribwent jew mal-impriżi assoċjati tiegħu.

Il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu għandu japplika għall-impriżi finanzjarji biss jekk aktar minn 25 fil-mija tad-dħul tal-entità f’dawn il-kategoriji ġej minn tranżazzjonijiet mal-kontribwent jew mal-impriżi assoċjati tiegħu.

Emenda    76

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw l-ewwel paragrafu meta entità tkun residenti fiskali fi Stat Membru jew f’pajjiż terz li huwa parti għall-Ftehim ŻEE jew fir-rigward ta’ stabbiliment permanenti ta’ entità ta’ pajjiż terz li jinsab fi Stat Membru, sakemm l-istabbiliment tal-entità ma jkunx kompletament artifiċjali jew sakemm l-entità ma tidħolx, waqt l-attività tagħha, f’arranġamenti mhux ġenwini stabbiliti għall-iskop essenzjali li tikseb vantaġġ fiskali.

2.  L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw l-ewwel paragrafu meta entità tkun residenti fiskali fi Stat Membru jew f’pajjiż terz li huwa parti għall-Ftehim ŻEE jew fir-rigward ta’ stabbiliment permanenti ta’ entità ta’ pajjiż terz li jinsab fi Stat Membru, sakemm l-istabbiliment tal-entità ma jgħaddix test ta' sustanza jew sakemm l-entità ma tidħolx, waqt l-attività tagħha, f’arranġamenti mhux ġenwini stabbiliti għall-iskop essenzjali li tikseb vantaġġ fiskali. Fil-każ speċifiku ta' kumpaniji tal-assigurazzjoni, il-fatt li kumpanija omm tassigura mill-ġdid ir-riskji tagħha permezz tas-sussidjarji tagħha stess għandu jitqies bħala mhux ġenwin.

Emenda    77

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Diskrepanzi ibridi

Diskrepanzi ibridi bejn l-Istati Membri

Emenda    78

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta żewġ Stati Membri jagħtu karatterizzazzjoni ġuridika differenti lill-istess kontribwent (entità ibrida), inklużi lill-istabbilimenti permanenti tiegħu fi Stat Membru wieħed jew aktar, u din twassal jew għal sitwazzjoni fejn id-deduzzjoni fuq l-istess pagament, l-istess spejjeż jew l-istess telf isseħħ kemm fl-Istat Membr li fih il-pagament għandu s-sors tiegħu, l-ispejjeż jkunu saru jew it-telf jiġġarrab u kif ukoll fi Stat Membru ieħor jew sitwazzjoni fejn hemm deduzzjoni ta' pagament fl-Istat Membru li fih il-pagament għandu s-sors tiegħu mingħajr inklużjoni korrispondenti tal-istess pagament fl-Istat Membru l-ieħor, il-karatterizzazzjoni ġuridika mogħtija lill-entità ibrida mill-Istat membru li fih il-pagament għandu s-sors tiegħu, l-ispejjeż ikunu saru jew it-telf jiġġarrab għandha tiġi segwita mill-Istat Membru l-ieħor.

Meta żewġ Stati Membri jagħtu karatterizzazzjoni ġuridika differenti lill-istess kontribwent (entità ibrida), inklużi lill-istabbilimenti permanenti tiegħu fi Stat Membru wieħed jew aktar, u din twassal jew għal sitwazzjoni fejn id-deduzzjoni fuq l-istess pagament, l-istess spejjeż jew l-istess telf isseħħ kemm fl-Istat li fih il-pagament għandu s-sors tiegħu, l-ispejjeż jkunu saru jew it-telf jiġġarrab u kif ukoll fi Stat ieħor jew sitwazzjoni fejn hemm deduzzjoni ta' pagament fl-Istat li fih il-pagament għandu s-sors tiegħu mingħajr inklużjoni korrispondenti tal-istess pagament fl-Istat l-ieħor, il-karatterizzazzjoni ġuridika mogħtija lill-entità ibrida mill-Istat li fih il-pagament għandu s-sors tiegħu, l-ispejjeż ikunu saru jew it-telf jiġġarrab għandha tiġi segwita mill-Istat l-ieħor.

Emenda    79

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta żewġ Stati Membri jagħtu karatterizzazzjoni ġuridika differenti lill-istess pagament (strument ibridu) u dan iwassal għal sitwazzjonijiet ta’ deduzzoni fi Stat Membru li fih il-pagament għandu s-sors tiegħu mingħajr inklużjoni tal-istess pagament fl-Istat Membru l-ieħor, il-karatterizzazzjoni legali mogħtija lill-istrument ibridu mill-Istat Membru li fih il-pagament għandu s-sors tiegħu għandu jiġi segwit mill-Istat Membru l-ieħor.

Meta żewġ Stati jagħtu karatterizzazzjoni ġuridika differenti lill-istess pagament (strument ibridu) u dan iwassal għal sitwazzjonijiet ta’ deduzzoni fi Stat li fih il-pagament għandu s-sors tiegħu mingħajr inklużjoni tal-istess pagament fl-Istat l-ieħor, il-karatterizzazzjoni legali mogħtija lill-istrument ibridu mill-Istat li fih il-pagament għandu s-sors tiegħu għandu jiġi segwit mill-Istat l-ieħor.

Emenda    80

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jaġġornaw il-Ftehimiet dwar it-Taxxa Doppja tagħhom ma' pajjiżi terzi jew jinnegozjaw kollettivament ftehimiet ekwivalenti sabiex jagħmlu d-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu applikabbli f'relazzjonijiet transkonfinali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi.

Emenda    81

Proposta għal direttiva

Artikolu 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 10a

 

Diskrepanzi ibridi relatati ma' pajjiżi terzi

 

Meta diskrepanza ibrida bejn Stat Membru u pajjiż terz tirriżulta fi tnaqqis doppju, l-Istat Membru għandu jiċħad it-tnaqqis ta' tali pagament, sakemm il-pajjiż terz ma jkunx għamel hekk diġà.

 

Meta diskrepanza ibrida bejn Stat Membru u pajjiż terz tirriżulta fi tnaqqis mingħajr inklużjoni, l-Istat Membru għandu jiċħad it-tnaqqis jew in-noninklużjoni ta' tali pagament, kif ikun xieraq, sakemm il-pajjiż terz ma jkunx għamel hekk diġà.

Emenda    82

Proposta għal direttiva

Artikolu 10b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 10b

 

Rata tat-taxxa effettiva

 

1.  Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa metodu komuni ta' kalkolu tar-rata tat-taxxa effettiva f'kull Stat Membru, sabiex ikun possibbli li titfassal tabella komparattiva tar-rati tat-taxxa effettivi madwar l-Istati Membri kollha.

Emenda    83

Proposta għal direttiva

Artikolu 10c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 10c

 

Miżuri kontra l-abbużi tat-trattati dwar it-taxxa

 

1.  L-Istati Membri għandhom jemendaw it-trattati bilaterali tagħhom dwar it-taxxa biex jinkludu d-dispożizzjonijiet li ġejjin:

 

(a)  klawżola li tiżgura li ż-żewġ partijiet għat-trattati jimpenjaw ruħhom li t-taxxa titħallas fejn iseħħu l-attivitajiet ekonomiċi u fejn jinħoloq valur,

 

(b)  addendum biex jiġi ċċarat li l-għan tal-konvenzjonijiet bilaterali, apparti biex jevitaw it-tassazzjoni doppja, huwa li jiġġieldu l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa,

 

(c)  klawżola għal regola ġenerali kontra l-evitar tat-taxxa bbażata fuq test tal-għan prinċipali, kif definit fir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Jannar 2016 dwar l-implimentazzjoni ta' miżuri kontra l-abbuż ta' trattat dwar it-taxxa (C(2016)271 finali),

 

(d)  definizzjoni ta' stabbiliment permanenti, kif definit fl-Artikolu 5 tal-Mudell ta' Konvenzjoni dwar it-Taxxa tal-OECD;

 

2.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta sal-31 ta' Diċembru 2017 għal "Approċċ Ewropew għat-trattati dwar it-taxxa" sabiex jiġi stabbilit mudell Ewropew ta' trattat dwar it-taxxa li fl-aħħar mill-aħħar jista' jissostitwixxi eluf ta' trattati bilaterali konklużi minn kull Stat Membru;

 

3.  L-Istati Membri għandhom jiddenunzjaw jew jibqgħu lura milli jiffirmaw trattati bilaterali ma' ġurisdizzjonijiet li ma jirrispettawx l-istandards minimi tal-prinċipji maqbula tal-Unjoni dwar governanza tajba fi kwistjonijiet ta' taxxa.

Emenda    84

Proposta għal direttiva

Artikolu 10d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 10d

 

Governanza tajba fi kwistjonijiet ta' taxxa

 

1.  Il-Kummissjoni għandha tinkludi dispożizzjonijiet dwar il-promozzjoni ta' governanza tajba fi kwistjonijiet ta' taxxa, bl-għan li tiżdied it-trasparenza u jiġu miġġielda prattiki ta' ħsara fil-qasam tat-taxxa fi ftehimiet kummerċjali internazzjonali u fi ftehimiet ta' sħubija ekonomika li l-Unjoni Ewropea hija parti fihom.

Emenda    85

Proposta għal direttiva

Artikolu 10e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 10e

 

Penali

 

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur ta' dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli u dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom. .

Emenda    86

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Reviżjoni

Rieżami u monitoraġġ

Emenda    87

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha u jirrapporta lill-Kunsill dwarha.

1.  Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwarha.

Emenda    88

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-tagħrif kollu meħtieġ għall-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni t-tagħrif kollu meħtieġ għall-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Emenda    89

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-Kummissjoni għandha tqiegħed fis-seħħ mekkaniżmu speċifiku ta' monitoraġġ biex tiżgura t-traspożizzjoni sħiħa u adegwata ta' din id-Direttiva u l-interpretazzjoni korretta tad-definizzjonijiet kollha previsti u l-azzjonijiet meħtieġa mill-Istati Membri, sabiex ikollna approċċ Ewropew koordinat għall-ġlieda kontra l-BEPS.

Emenda    90

Proposta għal direttiva

Artikolu 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

 

Numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa Ewropew

 

Il-Kummissjoni għandha tressaq proposta leġiżlattiva għal numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa Ewropew armonizzat u komuni sal-31 ta' Diċembru 2016, sabiex tagħmel l-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni dwar it-taxxa aktar effiċjenti u affidabbli fl-Unjoni.

Emenda    91

Proposta għal direttiva

Artikolu 11b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11b

 

Skambju awtomatiku mandatorju ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet ta' taxxa

 

Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza sħiħa u l-applikazzjoni xierqa tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, l-iskambju ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet ta' taxxa għandu jkun awtomatiku u mandatorju, kif stabbilit fid-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE1a.

 

_______________

 

Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).


NOTA SPJEGATTIVA

Skont studju tal-OECD, l-ippjanar aggressiv tat-taxxa tal-kumpaniji multinazzjonali jwassal għal telf ta’ bejn USD 100 biljun u USD 240 biljun kull sena għall-baġits tal-istati madwar id-dinja. Dan jirrappreżenta bejn 4 % u 10 % tad-dħul dinji mit-taxxa korporattiva. Dan jirrappreżenta fuq kollox telf ta' dħul importanti għall-istati li jnaqqsu bl-istess ammont il-kapaċità tagħhom li joħolqu l-impjiegi, jiġġieldu kontra l-faqar u jiżviluppaw sistemi tas-saħħa effettivi għal kulħadd.

Il-bini ta' Unjoni Ekonomika u Monetarja jrid jgħaddi minn armonizzazzjoni tat-tassazzjoni Ewropea. It-tassazzjoni ġusta u effikaċi tal-intrapriżi għandha ssir il-pedament tas-suq uniku.

Biex ikollna suq uniku affidabbli, l-Istati Membri jridu jaqblu dwar kwistjonijiet ta' taxxa.

Biex jiġu żgurati l-funzjonament xieraq tas-suq uniku u s-suċċess tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali, approċċ koordinat u armonizzat fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' sistemi tat-taxxa huwa essenzjali.

Ir-Rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni, li jqis bħala pass 'il quddiem lejn il-limitazzjoni tal-evitar tat-taxxa tal-kumpaniji multinazzjonali. Madankollu, huwa jqis li bl-emendi proposti l-proposta se tkun aktar ċara u effiċjenti.

L-għan ewlieni ta' dan ir-rapport huwa li l-intrapriżi jħallsu t-taxxi tagħhom fejn jiġġeneraw il-profitti tagħhom.

Għal dan l-għan, ir-Rapporteur iddeċieda li jistabbilixxi definizzjonijiet preċiżi u obbligatorji tal-kundizzjonijiet li juru li kumpanija multinazzjonali tkun stabbilita sew f'pajjiż. Dan huwa l-uniku mod kif tobbligaha tħallas it-taxxi tagħha b'mod ġust. Illum il-ġurnata, spiss wisq, il-kumpaniji multinazzjonali jagħmlu arranġamenti biex jittrasferixxu l-profitti tagħhom lejn rifuġji fiskali mingħajr ma jkunu ħallsu ebda taxxa.

Ir-Rapporteur iċċara u unifika l-leġiżlazzjoni dwar il-privattivi. Sal-lum, il-kumpaniji multinazzjonali jużaw l-inċentivi għad-depożitu tal-privattivi biex inaqqsu b'mod artifiċjali l-ammont tal-profitti tagħhom. Dan huwa ta' detriment għall-pajjiżi verament innovattivi. Il-Parlament jipproponi li dawn il-kumpaniji multinazzjonali jiġu sottomessi għal taxxa ta' ħruġ meta jirrimpatrijaw ir-rikavati mill-privattivi lejn pajjiżi b'rati ta' taxxa aktar baxxi.

Ir-Rapporteur saħħaħ ukoll ir-rwol tal-Parlament Ewropew. Il-Parlament Ewropew għandu jkun il-korp inkarigat mis-sorveljanza tal-implimentazzjoni effettiva ta' din id-Direttiva fit-28 Stat Membru. Għandu jkun jista' wkoll jagħmel valutazzjoni indipendenti biex ikejjel l-effikaċja tagħha.

Fl-aħħar nett, ir-Rapporteur jiddispjaċih li l-Kummissjoni għadha ma ppreżentatx proposta leġiżlattiva dwar il-BKKTK. Fil-fatt, il-bażi komuni konsolidata tat-taxxa korporattiva għandha tippermetti lill-intrapriżi jirrikorru għal sistema ta' punt uniku ta' kuntatt biex jimlew id-dikjarazzjonijiet tat-taxxa tagħhom, kif ukoll jikkonsolidaw il-profitti u t-telf li jagħmlu fl-Unjoni kollha.


OPINJONI TAL-MINORANZA

Skont l-Artikolu 56(3) tar-Regoli ta' Proċedura

Imressqa minn Bernd Lucke

Dan ir-rapport jevidenzja r-rikjesta li l-pagamenti tal-imgħax jiġu magħmula fiskalment deduċibbli sa mhux aktar minn 20 % tal-EBITDA. Inqis din ir-regolazzjoni bħala waħda mhux adegwata, ta' ħsara u li tostakola l-investimenti. Il-ħlasijiet tal-imgħax jirrappreżentaw l-ispejjeż tal-proġetti ta' investiment. Dawn għandhom dejjem jiġu ppreżentati bħala tali. Inkella, il-profitti fiskali jkunu għoljin wisq. Anki l-limitu ta' 30 % rakkomandat fil-pjan anti-BEPS tal-OECD huwa problematiku f'dan il-kuntest.

Permezz tal-proposta fir-Rapport Bayet bosta impriżi bi proġetti serji ta' investiment jintlaqtu ħażin. Huwa żbaljat li sabiex tiġi miġġielda mġiba fiskali ħażina jiġu adottati regoli li jolqtu ħażin lill-impriżi li jħallsu t-taxxi b'mod onest. Barra minn hekk, prinċipalment huwa s-self intern li jintuża bl-iskop ta' evitar tat-taxxa, sabiex il-profitti jiġu ttrasferiti għal reġjuni b'tassazzjoni baxxa. Kien ikun aktar loġiku, għaldaqstant, li d-deduċibilità tal-imgħax biss tkun limitata għal self intern mill-kumpaniji. Il-pagamenti ta' mgħax lil terzi esterni, mill-banda l-oħra, għandhom ikunu deduċibbli mingħajr limitu.

Il-possibilità, prevista fir-Rapport Bayet, li l-pagamenti tal-interessi li mhumiex deduċibbli jiġu estiżi sa ħames snin, proprju għall-impriżi li jiffinanzjaw investimenti reali, se tkun ftit jew xejn utli. Fil-każ ta' proġett kbir ta' investiment, f'tul ta' snin jinġabar piż qawwi ta' mgħax, b'tali mod li ma jkun hemm l-ebda marġini ta' manuvra għar-riporti tal-imgħax.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Regoli kontra prattiki ta’ evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern

Referenzi

COM(2016)0026 – C8-0031/2016 – 2016/0011(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

10.2.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

25.2.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

25.2.2016

IMCO

25.2.2016

LIBE

25.2.2016

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AFET

23.2.2016

IMCO

23.2.2016

LIBE

17.2.2016

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Hugues Bayet

21.1.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

11.4.2016

23.5.2016

 

 

Data tal-adozzjoni

24.5.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

15

21

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Hugues Bayet, Pervenche Berès, Udo Bullmann, Esther de Lange, Fabio De Masi, Markus Ferber, Jonás Fernández, Elisa Ferreira, Sven Giegold, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Petr Ježek, Othmar Karas, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Philippe Lamberts, Werner Langen, Sander Loones, Bernd Lucke, Ivana Maletić, Costas Mavrides, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Dimitrios Papadimoulis, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Pirkko Ruohonen-Lerner, Alfred Sant, Molly Scott Cato, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Tom Vandenkendelaere, Cora van Nieuwenhuizen, Beatrix von Storch, Pablo Zalba Bidegain

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Enrique Calvet Chambon, David Coburn, Eva Joly, Thomas Mann, Emmanuel Maurel, Siôn Simon, Roberts Zīle

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Kostas Chrysogonos, Sylvie Guillaume, Sabine Lösing, Virginie Rozière, Jutta Steinruck, Jarosław Wałęsa

Data tat-tressiq

27.5.2016

Avviż legali - Politika tal-privatezza