RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet dwar ir-reġimi ta' proprjetà ta' koppji internazzjonali, li tkopri kemm ir-reġimi ta' proprjetà matrimonjali u kemm l-effetti patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati

31.5.2016 - (COM(2016)0108 – C8-0000/2016 – 2016/0061(NLE)) - ***

Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Jean-Marie Cavada

Proċedura : 2016/0061(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0192/2016
Testi mressqa :
A8-0192/2016
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet dwar ir-reġimi ta' proprjetà ta' koppji internazzjonali, li tkopri kemm ir-reġimi ta' proprjetà matrimonjali u kemm l-effetti patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati

(08112/2016 – C8-0184/2016 – 2016/0061(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (08112/2016),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 329(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0184/2016),

–  wara li kkunsidra l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Artikolu 20 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 326 u 327 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 85 u l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0192/2016),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet dwar ir-reġimi ta' proprjetà ta' koppji internazzjonali, li tkopri kemm ir-reġimi ta' proprjetà matrimonjali u kemm l-effetti patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Id-deċiżjoni li jsir rikors għall-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet dwar ir-reġimi ta' proprjetà ta' koppji internazzjonali, li tkopri kemm ir-reġimi ta' proprjetà matrimonjali u kemm l-effetti patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati, qed issir wara l-istaġnar fin-negozjati bejn l-Istati Membri kollha dwar il-proposti inizjali magħmula mill-Kummissjoni fl-2011.

Fil-fatt, fil-qasam tal-liġi tal-familja, l-atti leġiżlattivi jiġu adottati mill-Kunsill filwaqt li jaġixxi b'mod unanimu, wara konsultazzjoni mal-Parlament. Fl-2013 il-Parlament kien esprima l-opinjoni favorevoli tiegħu għall-abbozzi ta' atti tal-2011, iżda, fl-aħħar tal-2015, kien sar ċar li l-Istati Membri kollha ma setgħux jagħtu l-kunsens tagħhom għall-proposti.

Il-kooperazzjoni msaħħa għalhekk stabbilixxiet ruħha bħala s-soluzzjoni ideali, inkwantu li 23 Stat Membru kienu, fil-prinċipju, jaqblu li jadottaw dawk iż-żewġ atti. Il-Kummissjoni, għalhekk, fil-bidu tal-2016, għamlet proposti ġodda għal atti bl-użu tal-proċedura tal-koperazzjoni msaħħa, ibbażati fuq il-kontenut dwar il-kompromess li kien intlaħaq preċedentement. Il-kooperazzjoni msaħħa għandha tissodisfa għadd ta' kundizzjonijiet:

•  tkun għażla tal-aħħar alternattiva, meta l-objettivi ta' dik il-kooperazzjoni ma jkunux jistgħu jintlaħqu fi żmien raġonevoli mill-Unjoni kollha kemm hi, u bil-kondizzjoni li mill-inqas disa' Stati Membri jipparteċipaw fiha;

•  tkun tirrispetta t-Trattati u d-dritt tal-Unjoni, kif ukoll il-kompetenzi, id-drittijiet u l-obbligi ta' dawk l-Istati Membri li ma jipparteċipawx fiha;

•  tkun tiffavorixxi l-ilħuq tal-objettivi tal-Unjoni, tħares l-interessi tagħha u ssaħħaħ il-proċess ta' integrazzjoni tagħha;

•  ma tagħmilx ħsara lis-suq intern jew lill-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, u lanqas ma tikkostitwixxi ostakolu jew diskriminazzjoni għall-kummerċ bejn l-Istati Membri, u lanqas m'għandha tikkawża distorsjonijiet tal-kompetizzjoni bejniethom.

Huwa ċar li, f'dan il-każ, dawn il-kundizzjonijiet huma ssodisfati. L-għażla saret bħala l-aħħar alternattiva. L-atti li għandhom jiġu adottati ma jagħmlux ħsara lid-drittijiet tal-Istati Membri mhux parteċipanti, u ma jaffettwawx lis-suq intern. Din il-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi tal-proprjetà tal-koppji internazzjonali hi ċarament konformi mal-objettivi tal-Unjoni u fl-interess taċ-ċittadini tagħha.

Din ir-rakkomandazzjoni tipproponi għaldaqstant li l-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-kooperazzjoni msaħħa f'dan il-qasam. Peress li din id-deċiżjoni hija biss waħda proċedurali, il-qarrej huwa mistieden jikkonsulta r-rapporti dwar iż-żewġ proposti għal regolament għal dak li jirrigwardja d-dettall tal-kontenut tagħhom.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

24.5.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Therese Comodini Cachia, Mady Delvaux, Rosa Estaràs Ferragut, Laura Ferrara, Enrico Gasbarra, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Dietmar Köster, Gilles Lebreton, Jiří Maštálka, Emil Radev, Julia Reda, Evelyn Regner, József Szájer, Axel Voss, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Daniel Buda, Angel Dzhambazki, Stefano Maullu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jens Nilsson