RAKKOMANDAZZJONI dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn parti waħda, u r-Repubblika tal-Ażerbajġan, mill-parti l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Ażerbajġan fi programmi tal-Unjoni
16.6.2016 - (05616/2014 – C8-0043/2014 – 2013/0420(NLE)) - ***
Kumitat għall-Affarijiet Barranin
Rapporteur: Norica Nicolai
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn parti waħda, u r-Repubblika tal-Ażerbajġan, mill-parti l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Ażerbajġan fi programmi tal-Unjoni
(05616/2014 – C8-0043/2014 – 2013/0420(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05616/2014),
– wara li kkunsidra l-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn parti waħda, u r-Repubblika tal-Ażerbajġan, mill-parti l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Ażerbajġan fi programmi tal-Unjoni (05618/2014),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 212 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0043/2014),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0210/2016),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Ażerbajġan.
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
L-objettiv tal-Protokoll huwa li jistabbilixxi r-regoli finanzjarji u tekniċi li jippermettu lill-Ażerbajġan jipparteċipa f'ċerti programmi tal-Unjoni Ewropea miftuħa għal pajjiżi terzi. It-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi dwar il-parteċipazzjoni tal-Ażerbajġan f'kull programm partikolari imbagħad jiġu determinati bi qbil bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Ażerbajġan.
Il-ftuħ gradwali ta' ċerti programmi tal-Unjoni għall-pajjiżi tal-viċinat kien diġà mfassal mill-Kummissjoni fl-2006 u huwa stabbilit bħala wieħed mill-komponenti tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV). Il-Kunsill approva dan l-approċċ fl-2007 u ta direttivi lill-Kummissjoni biex tinnegozja Ftehimiet Qafas ma' pajjiżi sħab sabiex jiffaċilitaw din il-parteċipazzjoni. Dan l-approċċ ġie wkoll approvat fir-Rieżami tal-PEV fl-2011, u huwa wkoll wieħed mill-elementi tas-Sħubija tal-Lvant għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni bilaterali. F'Ottubru 2012, l-Ażerbajġan wera l-interess li jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni. L-Armenja, il-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna diġà kkonkludew Protokolli ta' dan it-tip.
Il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Ażerbajġan daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1999. Mill-2010 'l hawn, l-UE u l-Ażerbajġan wettqu negozjati għal relazzjonijiet kuntrattwali ġodda u aġġornati, skont l-objettivi tas-Sħubija tal-Lvant li l-Ażerbajġan huwa parti minnha. Sfortunatament, dawn in-negozjati twaqqfu fl-2013. Sadanittant, fl-1 ta' Settembru 2014 daħlu fis-seħħ il-Ftehimiet għall-Faċilitazzjoni tal-Viżi u r-Riammissjoni bejn l-UE u l-Ażerbajġan. L-Ażerbajġan huwa wkoll sieħeb importanti tal-UE fil-qasam tal-enerġija. Madankollu, l-importanza tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ażerbajġan mhijiex limitata għas-sigurtà tal-enerġija, u r-rilevanza ta' din is-sħubija għandha tiġi kkunsidrata fil-kuntest tal-aspetti kollha ta' kooperazzjoni previsti fil-qafas tas-Sħubija tal-Lvant. Il-Parlament esprima tħassib f'dawn l-aħħar xhur dwar id-diffikultajiet dejjem jiżdiedu li qegħdin jaffaċċjaw l-atturi u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. L-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija jibqgħu prinċipji fundamentali li fuqhom għandhom ikunu bbażati r-relazzjonijiet bejn l-UE u pajjiżi terzi. F'dan il-kuntest, il-ftehim qafas inkwistjoni għandu l-għan li jippromwovi kooperazzjoni f'setturi u jrawwem kuntatti bejn il-persuni li għandhom ikunu ta' benefiċċju għas-soċjetà.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
Data tal-adozzjoni |
14.6.2016 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
51 5 2 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Lars Adaktusson, Nikos Androulakis, Francisco Assis, Petras Auštrevičius, Goffredo Maria Bettini, Lorenzo Cesa, Arnaud Danjean, Mark Demesmaeker, Georgios Epitideios, Anna Elżbieta Fotyga, Eugen Freund, Sandra Kalniete, Manolis Kefalogiannis, Tunne Kelam, Janusz Korwin-Mikke, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Ilhan Kyuchyuk, Arne Lietz, Barbara Lochbihler, Sabine Lösing, Andrejs Mamikins, Ramona Nicole Mănescu, David McAllister, Francisco José Millán Mon, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Tonino Picula, Andrej Plenković, Cristian Dan Preda, Jozo Radoš, Jacek Saryusz-Wolski, Jaromír Štětina, Charles Tannock, László Tőkés, Ivo Vajgl, Johannes Cornelis van Baalen, Geoffrey Van Orden, Hilde Vautmans, Boris Zala |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Brando Benifei, Ana Gomes, Takis Hadjigeorgiou, Liisa Jaakonsaari, Javi López, Antonio López-Istúriz White, Norica Nicolai, Urmas Paet, Igor Šoltes, Renate Sommer, Dubravka Šuica, Eleni Theocharous, Ernest Urtasun, Janusz Zemke |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Heidi Hautala, Hans-Olaf Henkel, Sofia Sakorafa |
||||