RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri li jiżguraw livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni
17.6.2016 - (05581/1/2016 – C8-0188/2016 – 2013/0027(COD)) - ***II
Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Andreas Schwab
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri li jiżguraw livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni
(05581/1/2016 – C8-0188/2016 – 2013/0027(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (05581/1/2016 – C8-0188/2016),
– wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' Mejju 2013[1],
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[2] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0048),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0211/2016),
1. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;
2. Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;
3. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att mal-President tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
4. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
- [1] ĠU C 271, 19.9.2013, p. 133.
- [2] Testi adottati tat-13.3.2014, P7_TA(2014)0244.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni madwar l-Unjoni |
||||
Referenzi |
05581/1/2016 – C8-0188/2016 – 2013/0027(COD) |
||||
Data tal-1 qari tal-PE - Numru P |
13.3.2014 T7-0244/2014 |
||||
Proposta tal-Kummissjoni |
COM(2013)0048 - C7-0035/2013 |
||||
Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta’ meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari |
9.6.2016 |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 9.6.2016 |
|
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Andreas Schwab 20.3.2013 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
13.6.2016 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
14.6.2016 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
33 0 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Dita Charanzová, Carlos Coelho, Sergio Gaetano Cofferati, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Nicola Danti, Pascal Durand, Vicky Ford, Ildikó Gáll-Pelcz, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Liisa Jaakonsaari, Philippe Juvin, Antonio López-Istúriz White, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Ivan Štefanec, Mylène Troszczynski, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Lucy Anderson, Pascal Arimont, Biljana Borzan, Jussi Halla-aho, Morten Løkkegaard, Roberta Metsola, Dariusz Rosati, Marc Tarabella, Sabine Verheyen |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Daniela Aiuto |
||||
Data tat-tressiq |
17.6.2016 |
||||