Proċedura : 2016/2051(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0212/2016

Testi mressqa :

A8-0212/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 06/07/2016 - 6.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0302

RAPPORT     
PDF 500kWORD 74k
20.6.2016
PE 582.283v02-00 A8-0212/2016

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2016 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016: Introduzzjoni tas-surplus tas-sena finanzjarja 2015

(09586/2016 – C8-0225/2016 – 2016/2051(BUD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: José Manuel Fernandes

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2016 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016: Introduzzjoni tas-surplus tas-sena finanzjarja 2015

(09586/2016 – C8-0225/2016 – 2016/2051(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, adottat b'mod definittiv fil-25 ta' Novembru 2015(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(3),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 2/2016, adottat mill-Kummissjoni fil-15 ta' April 2016 (COM(2016)0227),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2016, adottata mill-Kunsill fis-17 ta' Ġunju 2016 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fis-17 ta' Ġunju 2016 (09586/2016 – C8-0225/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0212/2016),

A.  billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2016 għandu l-għan li jdaħħal fil-baġit 2016 is-surplus li jirriżulta mis-sena finanzjarja 2015, li jammonta għal EUR 1 349 miljun;

B.  billi l-komponenti ewlenin ta' dan is-surplus jikkostitwixxu eżitu pożittiv għall-introjtu ta' EUR 980 miljun, sottoeżekuzzjoni tan-nefqa ta' EUR 187 miljun u differenza ta' rata tal-kambju li tammonta għal EUR 182 miljun;

C.  billi mil-lat tal-introjtu, iż-żewġ komponenti ewlenin huma l-interessi fuq pagamenti tard u multi (EUR 180 miljun) kif ukoll eżitu pożittiv fuq ir-riżorsi proprji (EUR 1 071 miljun), li minnhom huwa mnaqqas eżitu negattiv fuq is-surplus, il-bilanċi u l-aġġustamenti (-EUR 537 miljun);

D.  billi mil-lat tan-nefqa, is-sottoimplimentazzjoni għat-Taqsima III hija relattivament baxxa b'EUR 78 miljun għall-2015 u b'EUR 14-il miljun għar-riporti tal-2014, filwaqt li tammonta għal EUR 94 miljun għall-istituzzjonijiet l-oħra;

E.  billi r-rata għolja ta' implimentazzjoni fit-Taqsima III tissottolinja l-pressjoni fuq l-approprjazzjonijiet ta' pagament li xorta tirrappreżenta sfida ewlenija fl-2015 u li mistennija terġa' titfaċċa fl-aħħar snin tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) attwali;

1.  Jinnota l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2016, kif imressaq mill-Kummissjoni, li huwa maħsub biss għall-ibbaġitjar tas-surplus tal-2015, għal ammont ta' EUR 1 349 miljun, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament Finanzjarju u tal-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju;

2.  Josserva li fl-2016 l-adozzjoni tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2016 se tnaqqas is-sehem tal-kontribuzzjonijiet tal-ING mill-Istati Membri lill-baġit tal-Unjoni b'EUR 1 349 miljun; Iħeġġeġ, għall-darba oħra, lill-Istati Membri biex jużaw l-opportunità ta' din ir-refużjoni biex jonoraw il-wegħdiet tagħhom fir-rigward tal-kriżi tar-rifuġjati u li jagħtu daqs l-Unjoni f'termini ta' kontribuzzjoni għaż-żewġ Fondi Fiduċjarji ddedikati tal-Unjoni; jinnota bi tħassib li fir-Rebbiegħa 2016 l-Istati Membri kkontribwew biss EUR 82 miljun għall-Fond Fiduċjarju għall-Afrika u EUR 69 miljun għall-Fond Fiduċjarju Madad għall-kriżi Sirjana, filwaqt li l-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni ammontaw għal EUR 1,8 biljun u għal aktar minn EUR 500 miljun rispettivament;

3.  Jinsisti li, minflok aġġustament tal-ING, il-baġit tal-Unjoni għandu jkun jista' jerġa' juża kwalunkwe surplus li jirriżulta minn sottoimplimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet jew minn multi imposti fuq kumpaniji għall-ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet finanzjarji tiegħu, speċjalment fil-kuntest ta' nuqqas ta' pagamenti; jistenna li din il-kwistjoni tiġi riżolta bħala parti mir-reviżjoni tal-QFP;

4.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2016;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 2/2016 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Qorti tal-Awdituri u lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

ĠU L 298, 26.10.2002, p. 1.

(2)

ĠU L 48, 24.2.2016.

(3)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(4)

ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(5)

ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

15.6.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Jean-Paul Denanot, Gérard Deprez, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Ernest Maragall, Victor Negrescu, Liadh Ní Riada, Pina Picierno, Paul Rübig, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Valli, Tomáš Zdechovský

Avviż legali - Politika tal-privatezza