RAPPORT dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-effiċjenza tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2013/30/UE

21.6.2016 - (COM(2015)0341 – C80189/2015 – 2015/0149 – 2015/0149(COD)) - ***I

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Dario Tamburrano


ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-effiċjenza tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2013/30/UE

(COM(2015)0341 – C80189/2015 – 2015/0149(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2015)03451),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C80189/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-20 ta' Jannar 2016[1],

–  wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0213/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-Unjoni Ewropea hi impenjata li tibni Unjoni ta' Enerġija b'politika dwar il-klima li tħares 'il quddiem. L-effiċjenza enerġetika hi element kruċjali tal-Qafas Politiku tal-Unjoni Ewropea dwar il-Klima u l-Enerġija tal-2030 u hi ċ-ċavetta għall-moderazzjoni tad-domanda tal-enerġija.

(1)  L-Unjoni Ewropea hi impenjata li tibni Unjoni ta' Enerġija b'politika dwar l-enerġija u l-klima li tħares 'il quddiem. L-effiċjenza enerġetika hi element kruċjali tal-Qafas Politiku tal-Unjoni Ewropea dwar il-Klima u l-Enerġija tal-2030 u hi essenzjali għall-moderazzjoni tad-domanda tal-enerġija u sabiex jiġu limitati l-emissjonijiet tal-gassijet serra.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  It-tikkettar tal-effiċjenza tal-enerġija jippermetti wkoll lill-konsumaturi biex jagħmlu għażliet infurmati fir-rigward tal-konsum tal-enerġija tal-prodotti u b'hekk jippromwovi l-innovazzjoni.

(2)  It-tikkettar tal-effiċjenza tal-enerġija jippermetti wkoll lill-konsumaturi jagħmlu għażliet infurmati fir-rigward ta' prodotti effiċjenti u sostenibbli relatati mal-enerġija u b'hekk jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-iffrankar tal-enerġija u għat-tnaqqis tal-kontijiet tal-enerġija, filwaqt li fl-istess ħin jippromwovi l-innovazzjoni u l-investimenti fil-produzzjoni ta' prodotti aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Huwa xieraq li d-Direttiva 2010/30/UE tinbidel b'Regolament li jżomm l-istess skop, iżda li jimmodifika u jtejjeb uħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu ħalli l-kontentut tagħhom ikun iċċarat u aġġornat. Regolament hu l-istrument legali xieraq għax jimponi regoli ċari u dettaljati li ma jagħtux lok għal traspożizzjoni diverġenti mill-Istati Membri u għalhekk jassigura grad ogħla ta' armonizzazzjoni mal-Unjoni kollha. Qafas regolatorju armonizzat f'livell ta' Unjoni aktar milli f'livell ta' Stat Membru jnaqqas l-ispejjeż għall-manifatturi u jiżgura kundizzjonijiet ekwi. L-armonizzazzjoni mal-Unjoni kollha tassigura l-moviment liberu tal-prodotti fis-Suq Uniku.

(4)  Huwa xieraq li d-Direttiva 2010/30/UE tinbidel b'Regolament li jżomm l-istess kamp ta' applikazzjoni, iżda li jimmodifika u jtejjeb uħud mid-dispożizzjonijiet tagħha ħalli l-kontentut tagħhom ikun iċċarat u aġġornat filwaqt li jitqies il-progress teknoloġiku rapidu fir-rigward tal-effiċjenza tal-enerġija fil-prodotti miksub matul dawn l-aħħar snin. Regolament hu l-istrument legali xieraq għax jimponi regoli ċari u dettaljati li ma jagħtux lok għal traspożizzjoni diverġenti mill-Istati Membri u għalhekk jassigura grad ogħla ta' armonizzazzjoni mal-Unjoni kollha. Qafas regolatorju armonizzat f'livell ta' Unjoni aktar milli f'livell ta' Stat Membru jnaqqas l-ispejjeż għall-manifatturi tul il-katina tal-valur kollha kemm hi u jiżgura kundizzjonijiet ekwi. L-armonizzazzjoni mal-Unjoni kollha tassigura l-moviment liberu tal-prodotti fis-Suq Uniku.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Huwa xieraq li l-prodotti użati jiġu eżentati minn dan ir-Regolament, u dawn jinkludu l-prodotti kollha li bdew jintużaw qabel ma tqiegħdu fis-suq għat-tieni darba jew għal darb'oħra.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)  Peress li l-konsum tal-enerġija tal-mezzi tat-trasport għall-persuni jew għall-prodotti huwa regolat direttament jew indirettament minn leġiżlazzjoni u politiki oħra tal-Unjoni, huwa xieraq li jibqgħu jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dik l-esklużjoni tinkludi mezzi ta' trasport li l-mutur tagħhom jibqa' fl-istess post waqt it-tħaddim, bħalma huma l-liftijiet, l-iskali mobbli u l-konvejers.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  It-titjib fl-effiċjenza tal-prodotti relatati mal-enerġija permezz ta' għażliet infurmati mill-konsumatur hu ta' benefiċċju għall-ekonomija tal-Unjoni, jixpruna l-innovazzjoni u jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-miri tal-effiċjenza enerġetika tal-2020 u tal-2030 tal-Unjoni. Se jgħin ukoll biex il-konsumaturi jiffrankaw il-flus.

(7)  It-titjib fl-effiċjenza tal-prodotti relatati mal-enerġija permezz ta' għażliet infurmati mill-konsumatur u sensibilizzazzjoni soċjetali akbar hu ta' benefiċċju għall-ekonomija tal-Unjoni, inaqqas id-domanda għall-enerġija u jiffranka l-flus mill-kontijiet tal-enerġija. Dan jikkontribwixxi wkoll għas-sigurtà tal-enerġija, jipprovdi inċentivi għar-riċerka, għall-innovazzjoni u għall-investimenti fl-effiċjenza tal-enerġija, u jippermetti li l-industriji li jiżviluppaw u jipproduċu l-aktar prodotti effiċjenti fl-użu tal-enerġija jiksbu vantaġġ kompetittiv. Dan se jikkontribwixxi wkoll biex jintlaħqu l-miri tal-effiċjenza enerġetika tal-2020 u tal-2030 tal-Unjoni, kif ukoll għall-għanijiet ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta' Ottubru 2014 stabbilixxew mira indikattiva fil-livell tal-Unjoni ta' mill-inqas 27 % għat-titjib fl-effiċjenza enerġetika fl-2030, meta mqabbla mat-tbassir fil-konsum tal-enerġija fil-ġejjieni. Din il-mira se terġa' tkun riveduta sal-2020 bil-ħsieb li l-livell tal-Unjoni jkun ta' 30 %. Il-konklużjonijiet stipulaw ukoll mira vinkolanti tal-UE li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijet serra fil-livell domestiku mill-inqas b'40 % sal-2030 meta mqabbel mal-1990, inkluż tnaqqis ta' 30 % f'emissjonijiet f'setturi li mhumiex ETS.

imħassar

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  L-għoti ta' informazzjoni korretta, relevanti u komparabbli fuq il-konsum speċifiku tal-enerġija tal-prodotti relatati mal-enerġija jiffaċilita l-għażla tal-konsumaturi favur dawk il-prodotti li jikkunsmaw inqas enerġija u riżorsi essenzjali oħrajn waqt l-użu. It-tikketta mandatorja standardizzata hi mezz effettiv li jipprovdi lill-konsumaturi potenzjali b'informazzjoni komparabbli fuq il-konsum tal-enerġija ta' prodotti relatati mal-enerġija. Din għandha tkun issupplimentata b'folja ta' informazzjoni dwar il-prodott. It-tikketta għandha tintgħaraf faċilment u tkun sempliċi u konċiża. Biex jintlaħaq dan kollu, l-iskala ta' kuluri minn aħdar skur għal aħmar tat-tikketta għandha tinżamm bħala l-bażi biex il-konsumaturi jiġu infurmati dwar l-effiċjenza enerġetika tal-prodotti. Il-klassifikazzjoni li tuża l-ittri minn A sa G uriet li kienet l-aktar effettiva għall-konsumaturi. F'sitwazzjonijiet fejn, minħabba miżuri tal-ekodisinn skont id-Direttiva 2009/125/KE, il-prodotti ma jkunux jistgħu jibqgħu jaqgħu fil-klassijiet ‘F' jew ‘G', dawk il-klassijiet ma għandhomx jidhru fuq it-tikketta. F'każijiet eċċezzjonali, dan għandu jiġi estiż għall-klassijiet 'D' u 'E', għalkemm din is-sitwazzjoni x'aktarx ma tinqalax, billi t-tikketta tkun kklassifikata mill-ġdid ladarba maġġoranza tal-mudelli tal-prodotti jaqgħu fl-ogħla żewġ klassijiet.

(9)  L-għoti ta' informazzjoni korretta, relevanti, verifikabbli u komparabbli fuq il-konsum speċifiku tal-enerġija tal-prodotti relatati mal-enerġija jiffaċilita l-għażla tal-konsumaturi favur dawk il-prodotti li jikkunsmaw inqas enerġija u riżorsi essenzjali oħrajn waqt l-użu sabiex tinkiseb ċerta prestazzjoni, u għalhekk ikollhom tnaqqis fl-ispejjeż relatati maċ-ċiklu tal-ħajja. It-tikketta mandatorja standardizzata hi mezz effettiv li jipprovdi lill-konsumaturi potenzjali b'informazzjoni komparabbli fuq l-effiċjenza tal-enerġija u l-konsum assolut tal-enerġija ta' prodotti relatati mal-enerġija. Din għandha tkun issupplimentata b'folja ta' informazzjoni dwar il-prodott, imsejħa "skeda tal-prodott" fl-atti delegati adottati skont id-Direttiva 2010/30/UE, li tista' ssir disponibbli b'mod elettroniku. It-tikketta għandha tkun konċiża, ibbażata fuq metodoloġija xierqa ta' kejl u kalkolu, u tingħaraf u tinftiehem faċilment. Għal dan l-għan, is-sett stabbilit ta' kuluri tat-tikketta, minn aħdar skur għal aħmar, għandu jinżamm bħala l-bażi biex il-konsumaturi jiġu infurmati dwar l-effiċjenza enerġetika tal-prodotti. Il-klassifikazzjoni diġà magħrufa li tuża l-ittri minn A sa G uriet li kienet l-aktar effettiva għall-konsumaturi. L-applikazzjoni konsistenti tagħha fuq il-gruppi ta' prodotti differenti għandha żżid it-trasparenza u l-fehim fost il-konsumaturi. F'sitwazzjonijiet fejn, minħabba miżuri tal-ekodisinn skont id-Direttiva 2009/125/KE1a, il-prodotti ma jkunux jistgħu jibqgħu jaqgħu fil-klassijiet 'F' jew 'G', dawk il-klassijiet għandhom madankollu jidhru fuq it-tikketta bi griż skur, sabiex tinżamm skala unifikata minn A sa G għall-gruppi ta' prodotti kollha. F'dak il-kuntest, l-iskala ta' kuluri minn aħdar skur għal aħmar tat-tikketta għandha tinżamm għall-kumplament tal-klassijiet superjuri u għandha tapplika biss għal unitajiet ta' prodott ġodda li jitqiegħdu fis-suq.

 

_______________

 

1aId-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  L-avvanzi fit-teknoloġija diġitali jippermettu li jkun hemm modi alternattivi biex it-tikketti jitwasslu u jintwerew b'mod elettroniku, bħal fuq l-internet, imma wkoll b'mod elettroniku fil-ħwienet. Biex jieħu vantaġġ minn dawn l-avvanzi, dan ir-Regolament jippermetti l-użu ta' tikketti elettroniċi bħala sostituti ta' jew bħala li jikkumplimentaw it-tikketta tal-enerġija stampata. F'każijiet meta mhuwiex prattiku li tintwera t-tikketta tal-enerġija, bħal f'ċerti forom ta' bejgħ minn distanza u f'reklamar u materjali promozzjonali tekniku, il-konsumaturi potenzjali għandhom tal-anqas jiġu pprovduti bil-klassi tal-enerġija tal-prodott.

(10)  L-avvanzi fit-teknoloġija diġitali jippermettu li jkun hemm modi alternattivi biex it-tikketti jitwasslu u jintwerew b'mod elettroniku, bħal fuq l-internet, imma wkoll b'mod elettroniku fil-ħwienet. Biex jieħu vantaġġ minn dawn l-avvanzi, dan ir-Regolament għandu jippermetti l-użu ta' tikketti elettroniċi li jikkumplimentaw it-tikketta tal-enerġija stampata. Din id-dispożizzjoni ma taffettwax l-obbligu tal-fornitur li jakkumpanja kull unità ta' prodott b'tikketta stampata għan-negozjant. F'każijiet meta mhuwiex prattiku li tintwera t-tikketta tal-enerġija, il-konsumaturi potenzjali għandhom tal-anqas jiġu pprovduti bil-klassi tal-enerġija tal-mudell tal-prodott. L-atti delegati għal gruppi ta' prodotti speċifiċi jistgħu jistabbilixxu wkoll dispożizzjonijiet alternattivi biex tintwera t-tikketta għal prodotti ta' daqs żgħir, u meta prodotti identiċi jintwerew flimkien fi kwantità kbira.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Il-manifatturi jirrispondu għat-tikketta tal-enerġija billi joħolqu prodotti dejjem aktar effiċjenti. Dan l-iżvilupp teknoloġiku jwassal biex ikun hemm aktar prodotti fl-ogħla klassijiet tat-tikketta tal-enerġija. Jista' jkun hemm bżonn ta' aktar differenzazzjoni tal-prodott ħalli l-konsumaturi jkunu jistgħu jqabblu l-prodotti kif suppost, u dan iwassal għall-ħtieġa li t-tikketti jkollhom skala ġdida. Minħabba li l-frekwenza ta' skala mill-ġdid bħal din ta' madwar għaxar snin tkun waħda xierqa, għandu jiġi kkunsidrat il-fatt li jiġi evitat piż żejjed fuq il-manifatturi. Dan ir-Regolament għalhekk għandu jinkludi arranġamenti dettaljati għall-għoti ta' skali ġodda biex iċ-ċertezza legali tkun massimizzata għall-fornituri u n-negozjanti. It-tikketta bi skala ġdida għandu jkollha l-ogħla klassijiet vojta biex tħeġġeġ il-progress teknoloġiku u tippermetti li jiġu żviluppati u rikonoxxuti aktar prodotti effiċjenti. Meta tikketta tingħata skala ġdida, għandha tiġi evitata l-konfużjoni għall-konsumaturi billi t-tikketti tal-enerġija kollha jinbidlu fuq perjodu ta' żmien qasir.

(11)  Il-manifatturi jirrispondu għat-tikketta tal-enerġija billi jiżviluppaw u jqiegħdu fis-suq prodotti dejjem aktar effiċjenti. B'mod parallel, huma ma jkomplux jipproduċu prodotti inqas effiċjenti, u jiġu mħeġġa biex jagħmlu dan permezz tad-dritt tal-Unjoni li jirrigwarda l-ekodisinn. Dan l-iżvilupp teknoloġiku jwassal biex ikun hemm aktar mudelli tal-prodotti fl-ogħla klassijiet tat-tikketta tal-enerġija. Jista' jkun hemm bżonn ta' aktar differenzazzjoni tal-prodott ħalli l-konsumaturi jkunu jistgħu jqabblu l-prodotti kif suppost, u dan iwassal għall-ħtieġa li t-tikketti jkollhom skala ġdida. Fir-rigward tal-frekwenza tal-għoti ta' skala gdida, ikun mixtieq li jiġu previsti perjodi ta' madwar għaxar snin, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi evitat piż żejjed fuq il-manifatturi u n-negozjanti, b'kunsiderazzjoni speċjali fir-rigward tan-negozji ż-żgħar. Tali approċċ għandu jevita l-għoti ta' skali ġodda bla bżonn jew ineffiċjenti li jkun ta' ħsara kemm għall-manifatturi kif ukoll għall-konsumaturi. Dan ir-Regolament għalhekk għandu jinkludi arranġamenti dettaljati għall-għoti ta' skali ġodda, biex iċ-ċertezza legali tkun massimizzata għall-fornituri u n-negozjanti. Qabel ma jsir kwalunkwe proċess ta' skala ġdida, il-Kummissjoni għandha twettaq studju preparatorju. Skont il-grupp ta' prodotti u abbażi ta' valutazzjoni dettaljata tal-potenzjal tiegħu, tikketta bi skala ġdida għandu jkollha spazju vojt fuq nett tal-iskala biex tħeġġeġ il-progress teknoloġiku u tippermetti li jiġu żviluppati u rikonoxxuti mudelli tal-prodotti dejjem aktar effiċjenti. Meta tikketta tingħata skala ġdida, għandha tiġi evitata l-konfużjoni għall-konsumaturi billi t-tikketti tal-enerġija kollha jinbidlu fuq perjodu ta' żmien qasir u fattibbli, u billi l-apparenza viżiva tat-tikketta bl-iskala l-ġdida ssir b'tali mod li tkun tista' ssir distinzjoni faċli mit-tikketta l-qadima, flimkien ma' kampanji ta' informazzjoni adegwati għall-konsumaturi fejn jiġi indikat b'mod ċar li ġiet introdotta verżjoni ġdida li tirriżulta fi klassifikazzjoni mtejba tal-apparat.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  L-evoluzzjoni attwali tat-tikketti, stabbilita b'atti delegati adottati skont id-Direttiva 2010/30/UE, toħloq il-bżonn ta' għoti ta' skala ġdida inizjali għat-tikketti eżistenti, sabiex jiġi żgurat li jkun hemm skala omoġenja mill-A sal-G, u jiġu adattati għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Biex il-konsumaturi jafdaw it-tikketta tal-enerġija, m'għandhomx jitħallew jintużaw tikketti tal-enerġija oħrajn li jixbħu t-tikketta tal-enerġija għal prodotti relatati mal-enerġija. Tikketti, marki, simboli jew iskrizzjonijiet oħra li huma probabbli li jqarrqu jew li jħawwdu lill-konsumaturi fir-rigward tal-konsum tal-enerġija, lanqas ma għandhom jitħallew.

(14)  Biex il-konsumaturi jafdaw it-tikketta tal-enerġija, l-użu ta' tikketti tal-enerġija oħrajn li jimitaw it-tikketta tal-enerġija m'għandux jiġi permess għal prodotti relatati mal-enerġija. Tikketti, marki, simboli jew iskrizzjonijiet oħra li mhumiex differenzjati b'mod ċar mit-tikketta tal-effiċjenza tal-enerġija u li jistgħu jqarrqu jew iħawwdu lill-konsumaturi fir-rigward tal-konsum tal-enerġija jew kwalunkwe karatteristika oħra koperta bl-att delegat rilevanti, lanqas ma għandhom jitħallew.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Biex tkun żgurata ċ-ċertezza legali, hemm bżonn li jkun iċċarat li r-regoli dwar is-sorveljanza u l-kontroll tas-suq tal-Unjoni tal-prodotti li jidħu fis-suq tal-Unjoni li għalihom hemm provdut fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21 japplikaw għall-prodotti relatati mal-enerġija. Skont il-prinċipju tal-moviment liberu tal-prodotti, huwa essenzjali li l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri jikkooperaw flimkien b'mod effettiv. Din il-kooperazzjoni fuq it-tikkettar tal-enerġija għandha tkun rinfurzata bl-appoġġ tal-Kummissjoni.

(15)  Biex tkun żgurata ċ-ċertezza legali, hemm bżonn li jkun iċċarat li r-regoli dwar is-sorveljanza u l-kontroll tas-suq tal-Unjoni tal-prodotti li jidħu fis-suq tal-Unjoni li għalihom hemm provdut fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21 japplikaw għall-prodotti relatati mal-enerġija. Skont il-prinċipju tal-moviment liberu tal-prodotti, huwa essenzjali li l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri jikkooperaw flimkien b'mod effettiv, permezz ta' skambju ta' informazzjoni kontinwu, partikolarment fir-rigward tal-eżitu tal-valutazzjonijiet tal-konformità tal-prodotti u l-konsegwenzi tagħhom. Barra minn hekk, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom ikunu involuti fl-iskambju ta' informazzjoni dwar prodotti relatati mal-enerġija importati fl-Unjoni minn pajjiżi terzi. Il-Grupp ta' Esperti dwar il-Grupp ta' Ħidma dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva fil-qasam tal-Ekodisinn u t-Tikkettar tal-Enerġija (ADCO) għandu jiġu rinfurzat u msaħħaħ mill-Kummissjoni bħala qafas għall-kooperazzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

__________________

__________________

21 ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

21 ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)  Sabiex ikunu żgurati sorveljanza aktar effettiva u kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni, u sabiex ir-riżorsi skarsi jintużaw bl-iktar mod effiċjenti, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu monitoraġġ tal-konformità anke permezz ta' ttestjar fiżiku tal-prodott, u s-Sistema ta' Informazzjoni u Komunikazzjoni dwar is-Sorveljanza tas-Suq (ICSMS) għall-iskambju ta' informazzjoni dwar l-ittestjar tal-prodotti previsti u mwettqa, biex jagħmlu disponibbli protokolli tal-ittestjar u biex jikkondividu l-eżitu tat-testijiet tagħhom, sabiex b'hekk jiġi evitat l-ittestjar doppju u titwitta t-triq għal ċentri ta’ eċċellenza reġjonali għall-ittestjar fiżiku. Ir-riżultati għandhom jiġu kondiviżi anki meta test ma jurix li kien hemm ksur.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Biex ikun iffaċilitat il-monitoraġġ tal-konformità u tkun ipprovduta fis-suq dejta aġġornata għall-proċess regolatorju fuq ir-reviżjonijiet ta' tikketti speċifiċi għall-prodott u folja ta' informazzjoni, il-fornituri għandhom jipprovdu l-informazzjoni tal-konformità tal-prodott b'mod elettroniku f'bażi ta' dejta stabbilita mill-Kummissjoni. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli pubblikament biex tipprovdi informazzjoni lill-konsumaturi u biex tippermetti modi alternattivi għan-negozjanti ħalli jirċievu t-tikketti. L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni f'bażi ta' dejta.

(16)  Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tas-sorveljanza tas-suq, biex tiġi stabbilita għodda utli għall-konsumaturi, biex ikun iffaċilitat il-monitoraġġ tal-konformità u tkun ipprovduta fis-suq dejta aġġornata għall-proċess regolatorju fuq ir-reviżjonijiet ta' tikketti speċifiċi għall-prodott u folja ta' informazzjoni, il-fornituri għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa dwar il-konformità tal-prodott b'mod elettroniku f'bażi ta' dejta stabbilita u miżmuma mill-Kummissjoni. Il-parti mill-informazzjoni indirizzata lill-konsumaturi għandha tkun disponibbli pubblikament fuq l-interfaċċa pubblika tal-bażi ta' dejta tal-prodott. Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli bħala dejta miftuħa sabiex tingħata l-opportunità li l-iżviluppaturi tal-"apps" u għodod ta' tqabbil oħra jużawha. L-aċċess dirett u faċli għall-interfaċċa pubblika tal-bażi ta' dejta tal-prodott għandu jkun iffaċilitat permezz ta' kodiċi dinamiku ta' rispons veloċi (kodiċi QR) jew għodod oħra orjentati lejn l-utent inklużi fuq it-tikketta stampata. Il-fornituri għandhom jagħmlu l-informazzjoni addizzjonali disponibbli fuq l-interfaċċa tal-konformità tal-bażi ta' dejta tal-prodott kemm għall-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq kif ukoll għall-Kummissjoni. Il-bażi ta' dejta għandha tkun soġġetta għal regoli stretti dwar il-protezzjoni tad-dejta. Meta l-informazzjoni teknika tkun sensittiva, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom iżommu s-setgħa li jaċċessaw l-informazzjoni meta jkun neċessarju, skont id-dmir ta' kooperazzjoni tal-fornituri.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm portal onlajn li jipprovdi lill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq aċċess għal informazzjoni dettaljata dwar il-prodott fuq is-servers tal-fornituri.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Il-konsum tal-enerġija u informazzjoni oħra li tikkonċerna l-prodotti koperti bir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott skont dan ir-Regolament għandhom jitkejlu b'metodi affidabbli, preċiżi u li jistgħu jiġu riprodotti li jqisu l-miżuri u l-metodi ta' kalkolu rikonoxxuti u l-aktar moderni. Hu fl-interess tal-funzjonament tas-suq intern li jkun hemm standards li jkunu ġew armonizzati fil-livell ta' Unjoni. Fin-nuqqas ta' standards ippubblikati fil-ħin tal-applikazzjoni ta' rekwiżiti speċifiċi għall-prodott, il-Kummissjoni għandha tippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea l-metodi tranżitorji tal-kejl u tal-kalkolu fir-rigward tra dawk ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott. Ladarba tkun ippubblikata referenza għal tali standard f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-konformità magħha għandha tipprovdi preżunzjoni tal-konformità mal-miżuri tal-kejl għal dawk ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott adottati abbażi ta' dan ir-Regolament.

(19)  Il-konsum assolut tal-enerġija u informazzjoni ambjentali u dwar il-prestazzjoni oħra li tikkonċerna l-prodotti koperti bir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott skont dan ir-Regolament għandhom jitkejlu b'konformità mal-metodi u l-istandards armonizzati u permezz ta' metodi affidabbli, preċiżi u li jistgħu jiġu riprodotti li jqisu l-miżuri u l-metodi ta' kalkolu rikonoxxuti u l-aktar moderni. Dawk il-metodi u l-ambjent tal-ittestjar, kemm min-naħa tal-fornituri kif ukoll min-naħa tal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq, għandhom ikunu qrib kemm jista' jkun tal-użu reali tal-prodott partikolari mill-konsumatur medju, u robusti sabiex jiskoraġġixxu ċ-ċirkomvenzjoni intenzjonali u mhux intenzjonali. Il-klassi tal-effiċjenza tal-enerġija m'għandhiex tkun ibbażata esklużivament fuq il-modalità ekoloġikal jew l-aktar konfigurazzjoni effiċjenti, meta dan x'aktarx ma jkunx jirrifletti l-imġiba tal-konsumatur medju. Il-valuri ta' tolleranza u l-parametri tal-ittestjar fakultattivi għandhom jiġu stabbiliti b'tali mod li jwasslu għal varjazzjonijiet sinifikanti ta' żidiet fl-effiċjenza li possibbilment jistgħu jibdlu l-klassi tal-effiċjenza tal-enerġija ta' prodott. Id-devjazzjonijiet permessi bejn ir-riżultati ttestjati u dawk iddikjarati għandhom ikunu limitati għall-inċertezza tal-kejl statistiku. Fin-nuqqas ta' standards ippubblikati fil-ħin tal-applikazzjoni ta' rekwiżiti speċifiċi għall-prodott, il-Kummissjoni għandha tippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea l-metodi tranżitorji tal-kejl u tal-kalkolu fir-rigward tra dawk ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott. Ladarba tkun ippubblikata referenza għal tali standard f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-konformità magħha għandha tipprovdi preżunzjoni tal-konformità mal-miżuri tal-kejl għal dawk ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott adottati abbażi ta' dan ir-Regolament.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi pjan ta' ħidma għar-reviżjoni tat-tikketti ta' prodotti partikolari, inkluża lista indikattiva ta' prodotti oħrajn relatati mal-enerġija li għalihom tista' tiġi stabbilita tikketta tal-enerġija. Il-pjan ta' ħidma għandu jiġi implimentat billi jibda b'analiżi teknika, ambjentali u ekonomika tal-gruppi ta' prodotti kkonċernati. Din l-analiżi għandha tħares ukoll lejn informazzjoni supplimentari, inklużi l-possibbiltà u l-kost biex il-konsumaturi jiġu infurmati b'tagħrif dwar il-prestazzjoni ta' prodott marbut mal-enerġija, fost l-oħrajn il-konsum assolut tal-enerġija, id-durabbiltà jew il-prestazzjoni ambjentali, f'koerenza mal-għan li tiġi promossa ekonomija ċirkulari. Tali tagħrif supplimentari għandu jtejjeb l-intelliġibbiltà u l-effettività tat-tikketta għall-konsumaturi, u ma għandux iwassal għal xi impatt negattiv fuq il-konsumaturi.

(20)  Abbażi tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, i għandha tipprovdi pjan ta' ħidma fit-tul għar-reviżjoni tat-tikketti ta' prodotti partikolari, inkluża lista indikattiva ta' prodotti oħrajn relatati mal-enerġija li għalihom tista' tiġi stabbilita tikketta tal-enerġija u għandha taġġorna perjodikament dak il-pjan ta' ħidma. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull sena dwar il-pjan ta' ħidma.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a)  Il-pjan ta' ħidma għandu jiġi implimentat l-ewwel nett permezz ta' analiżi teknika, ambjentali u ekonomika tal-gruppi ta' prodotti kkonċernati. Dik l-analiżi għandha tqis ukoll informazzjoni supplementari, inklużi l-possibbiltà u l-kost biex il-konsumaturi jiġu pprovduti b'informazzjoni korretta dwar il-prestazzjoni ta' mudell ta' prodott marbut mal-enerġija, bħalma huma l-ispiża taċ-ċiklu tal-ħajja, il-possibilità ta' tiswija, il-konnettività, il-kontenut ta' materjal riċiklat, id-durabbiltà, u l-prestazzjoni ambjentali jew l-indiċi kombinat tal-prestazzjoni tal-effiċjenza tal-enerġija, b'koerenza mal-għan li tiġi promossa ekonomija ċirkulari. Tali informazzjoni supplementari għandha ttejjeb l-intelliġibbiltà u l-effettività tat-tikketta għall-konsumaturi, u m'għandha twassal għall-ebda impatt negattiv fuq il-konsumaturi.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafi 1 u 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas fuq l-indikazzjoni bit-tikketti u informazzjoni standard tal-prodott fuq il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħrajn minn prodotti relatati mal-enerġija waqt l-użu, u informazzjoni supplimentari li tikkonċerna prodotti relatati mal-enerġija sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħżlu prodotti aktar effiċjenti.

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas li japplika għall-prodotti relatati mal-enerġija u jipprovdilhom tikketta fir-rigward tal-effiċjenza tal-enerġija, il-konsum assolut tal-enerġija u karatteristiċi ambjentali u ta' prestazzjoni oħra. Dan jippermetti lill-konsumaturi jagħżlu prodotti aktar effiċjenti fl-enerġija sabiex inaqqsu l-konsum tal-enerġija tagħhom.

2.  Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal:

2.  Dan ir-Regolament ma japplikax għal:

(a)  Prodotti użati;

(a)  Prodotti użati;

(b)  Mezzi ta' trasport għan-nies jew prodotti ħlief dawk li joperaw b'mutur stazzjonarju.

(b)  Mezzi ta' trasport għan-nies jew prodotti.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  "Manifattur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott relatat mal-enerġija jew li għandha prodott iddisinjat jew manifatturat, u tirreklama dak il-prodott taħt isimha jew marka kummerċjali;

(6)  "Manifattur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott relatat mal-enerġija jew li għandha tali prodott iddisinjat jew manifatturat, u tirreklama dak il-prodott taħt isimha jew marka kummerċjali;

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  "Negozjant" tfisser bejjiegħ bl-imnut jew persuna oħra li tbigħ, tikri, toffri bejgħ bin-nifs jew tpoġġi prodotti għall-wiri għall-klijenti;

(9)  "Negozjant" tfisser bejjiegħ bl-imnut jew persuna oħra fiżika jew ġuridika li tbigħ, tikri, toffri bejgħ bin-nifs jew tpoġġi prodotti għall-wiri għall-konsumaturi;

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  "Effiċjenza tal-enerġija" tfisser il-proporzjon tal-output ta' prestazzjoni, servizz, prodotti jew enerġija, mal-input ta' enerġija.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  "Prodott relatat mal-enerġija" tfisser kwalunkwe prodott, sistema jew servizz b'impatt fuq il-konsum tal-enerġija waqt l-użu, li jiddaħħal fis-suq u jitqiegħed fis-servizz fl-Unjoni, inkluż partijiet li jiġu inkorporati fi prodotti relatati mal-enerġija li jiddaħħlu fis-suq u jitqiegħdu fis-servizz;

(11)  "Prodott relatat mal-enerġija", minn hawn 'il quddiem "prodott", tfisser kwalunkwe prodott jew sistema b'impatt fuq il-konsum tal-enerġija waqt l-użu, li jiddaħħlu fis-suq u jitqiegħdu fis-servizz fl-Unjoni, inklużi l-partijiet maħsuba biex jiġu inkorporati fi prodotti relatati mal-enerġija li jiddaħħlu fis-suq u jitqiegħdu fis-servizz bħala partijiet individwali għall-konsumaturi u li l-prestazzjoni enerġetika u ambjentali tagħhom tista' tiġi vvalutata b'mod indipendenti;

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  "Tikketta" tfisser tabella grafika li tinkludi klassifikazzjoni bl-użu tal-ittri A sa G f'seba' kuluri differenti minn aħdar skur sa aħmar biex turi l-konsum tal-enerġija;

(13)  "Tikketta" tfisser tabella grafika, f'forma stampata jew elettronika, li tinkludi skala magħluqa bl-użu biss tal-ittri A sa G, fejn kull klassi tikkorrispondi għal iffrankar tal-enerġija sinifikanti, f'seba' kuluri differenti minn aħdar skur sa aħmar, biex tinforma lill-konsumaturi dwar l-effiċjenza tal-enerġija u l-konsum tal-enerġija;

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 13a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  "grupp ta' prodotti" tfisser grupp ta' prodotti relatati mal-enerġija li jkollhom l-istess funzjonalità ewlenija;

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  "Folja ta' informazzjoni dwar il-prodott" tfisser tabella standard bl-informazzjoni relatata ma' prodott;

(17)  "Folja ta' informazzjoni dwar il-prodott" tfisser tabella standard bl-informazzjoni relatata ma' prodott, f'forma stampata jew elettronika;

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  "Skala ġdida" tfisser eżerċizzju perjodiku biex ir-rekwiżiti għall-ilħuq tal-klassi tal-enerġija fuq it-tikketta għal prodott partikolari jkunu magħmulin aktar stretti, li, tista' tfisser li jitneħħew xi klassijiet ta' enerġija minn fuq tikketti li diġà jeżistu;

(18)  "L-għoti ta' skala ġdida" tfisser eżerċizzju biex ir-rekwiżiti għall-ilħuq tal-klassi tal-enerġija fuq it-tikketta għal grupp ta' prodotti partikolari jkunu magħmulin aktar stretti;

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  "Tikketta bi skala ġdida" tfisser tikketta għal prodott partikolari li jkun għadda mill-eżerċizzju ta' skala ġdida;

(19)  "Tikketta bi skala ġdida" tfisser tikketta għal grupp ta' prodotti partikolari, li tkun għaddiet mill-eżerċizzju ta' għoti ta' skala ġdida,u li tkun distingwibbli b'mod ċar mit-tikketti applikabbli qabel l-eżerċizzju tal-għoti ta' skala ġdida;

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  "Tagħrif supplimentari" tfisser informazzjoni dwar il-prestazzjoni funzjonali u ambjentali ta' prodott marbut mal-enerġija, bħall-konsum assolut tal-enerġija jew id-durabbiltà tiegħu, abbażi ta' dejta li tista' titkejjel mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, li mhix ambigwa u li ma għandha l-ebda impatt negattiv fuq l-intelliġibbiltà ċara u l-effettività tat-tikketta mill-perspettiva tal-konsumaturi.

(20)  "Tagħrif supplimentari" tfisser kwalunkwe informazzjoni speċifikata fl-att delegat relevanti dwar il-prestazzjoni funzjonali, ambjentali u ta' effiċjenza fir-riżorsi ta' prodott relatat mal-enerġija, abbażi ta' dejta li tista' titkejjel u tiġi vverifikata mill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq, li tinftiehem faċilment u li ma jkollha l-ebda impatt negattiv fuq l-effettività tat-tikketta fit-totalità tagħha mill-perspettiva tal-konsumaturi;

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 20a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a)  "bażi ta' dejta tal-prodott" tfisser kollezzjoni ta' dejta li tikkonċerna prodotti relatati mal-enerġija koperti b'dan ir-Regolament u l-atti delegati adottati skontu, irranġata b'mod sistematiku u li tikkonsisti f'interfaċċa pubblika, organizzata bħala sit web orjentat lejn il-konsumaturi, fejn l-informazzjoni tkun aċċessibbli individwalment b'mezzi elettroniċi, u interfaċċa tal-konformità, strutturata bħala pjattaforma elettronika li tappoġġja l-attivitajiet tal-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza tas-suq, b'rekwiżiti ta' aċċessibilità u sigurtà speċifikati b'mod ċar.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-fornituri għandhom jikkonformaw ma’ dan li ġej

1.  Il-fornituri għandhom:

(a)  għandhom jassiguraw li l-prodotti mqiegħda fis-suq huma pprovduti, b'xejn, b'tikketti u b'folji bl-informazzjoni, preċiżi dwar il-prodott skont dan ir-Regolament u l-atti delegati relevanti;

(a)  jiżguraw li l-prodotti mqiegħda fis-suq huma pprovduti, b'xejn, b'tikketti stampati preċiżi u b'folji ta' informazzjoni dwar il-prodott għal kull unità individwali;

(b)  għandhom iqassmu t-tikketti malajr u bla ħlas meta jintalbu min-negozjanti;

(b)  jipprovdu tikketti u folji ta' informazzjoni dwar il-prodott, mingħajr ħlas, u fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol fuq talba min-negozjanti;

 

(ba)  jipprovdu kemm it-tikketti attwali kif ukoll it-tikketti bl-iskala l-ġdida u l-folji ta' informazzjoni dwar il-prodott lin-negozjanti għal perjodu ta' tliet xhur qabel id-data speċifikata fl-att delegat relevanti;

(c)  għandhom jassiguraw li t-tikketti u l-folji bl-informazzjoni dwar il-prodott huma preċiżi, li jipprovdu u jipproduċu d-dokumentazzjoni teknika suffiċjenti biex tkun tista' tiġi vvalutata l-korrettezza;

(c)  jiżguraw li t-tikketti u l-folji ta' informazzjoni dwar il-prodott huma preċiżi, u jipproduċu dokumentazzjoni teknika suffiċjenti biex tkun tista' tiġi vvalutata l-korrettezza;

(d)  qabel iqiegħdu mudell ta' prodott fis-suq, għandhom idaħħluh fil-bażi ta' dejta tal-prodotti, kif stabbilit skont l-Artikolu 8 u l-informazzjoni dettaljata fl-Anness I.

(d)  idaħħlu l-informazzjoni stipulata fl-Anness I fl-interfaċċi pubbliċi u tal-konformità tal-bażi ta' dejta tal-prodott stabbiliti skont l-Artikolu 8:

 

(i)   għall-mudelli l-ġodda kollha, qabel ma titqiegħed unità tal-mudell fis-suq,

 

(ii)   għall-mudelli kollha mqiegħda fis-suq wara l-1 ta' Jannar 2014 li għadhom qed jiġu fornuti, mhux aktar tard minn 18-il xahar wara li l-bażi ta' dejta tkun kompletament operazzjonali skont l-Artikolu 16;

 

(da)  iżommu fil-bażi ta' dejta, skont l-Artikolu 8, il-folji ta' informazzjoni dwar il-prodott u d-dokumentazzjoni teknika għal perjodu ta' mill-inqas 10 snin wara li titqiegħed fis-suq l-aħħar unità ta' prodott;

 

(db)  jipprovdu tikketti għal gruppi ta' prodotti meta l-prodott ikun jikkonsisti f'diversi sottomuntaturi jew komponenti, li l-effiċjenza tal-enerġija tagħhom tiddependi fuq taħlita speċifika ta' dawk il-komponenti;

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-fornituri m'għandhomx:

 

(a)  iqiegħdu fis-suq prodotti ddisinjati biex il-prestazzjoni tagħhom awtomatikament tinbidel fil-kundizzjonijiet tat-test, permezz ta' ħardwer jew softwer inkorporat fil-prodott, bl-għan li jintlaħaq livell aktar favorevoli;

 

(b)   meta l-prodott ikun fis-servizz, jintroduċu tibdil permezz ta' aġġornamenti tas-softwer li jkun ta' detriment għall-parametri tal-tikketta tal-effiċjenza tal-enerġija oriġinali, kif definit skont l-att delegat relevanti.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  In-negozjanti għandhom jikkonformaw ma' dan li ġej:

2.  In-negozjanti għandhom:

(a)  għandhom juru b'mod viżibbli t-tikketta pprovduta mill-fornitur jew inkella li tkun magħmula aċċessibbli (kummerċjalizzata) għal prodott kopert b'att delegat;

(a)  meta l-prodott ikun għall-bejgħ, inkluż online, juru t-tikketta b'mod viżibbli u prominenti, kif speċifikat bl-att delegat relevanti;

 

(aa)  jissostitwixxu t-tikketti eżistenti b'tikketti bi skala ġdida, kemm fil-ħwienet kif ukoll online, fi żmien tliet ġimgħat wara d-data speċifikata fl-att delegat relevanti;

(b)  għandhom, meta ma jkollhomx tikketta jew tikketta bi skala ġdida;

(b)  meta ma jkollhomx tikketta jew tikketta bi skala ġdida, jitolbuha mill-fornitur;

(i)  jitolbu t-tikketta jew it-tikketta bl-iskala l-ġdida lill-fornitur;

 

(ii)  jistampaw it-tikketta mill-bażi ta' dejta tal-prodott stabbilita skont l-Artikolu 8 jekk dik il-funzjoni tkun disponibbli għal dak il-prodott; or

 

(iii)  jistampaw it-tikketta jew it-tikketta bl-iskala l-ġdida mis-sit elettroniku tal-fornitur jekk dik il-funzjoni tkun disponibbli għal dak il-prodott.

 

(c)  għandhom jipprovdu l-folja bl-informazzjoni tal-prodott lill-konsumaturi.

(c)  fuq talba, jipprovdu l-folja ta' informazzjoni dwar il-prodott lill-konsumaturi, inkluż f'forma stampata.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-fornituri u n-negozjanti għandhom jikkonformaw ma' dan li ġej:

3.  Il-fornituri u n-negozjanti għandhom:

(a)  għandhom jagħmlu referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott fi kwalunkwe reklam jew materjal promozzjonali tekniku għal mudell speċifiku ta' prodotti skont l-att delegat relevanti;

(a)  jagħmlu referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott fi kwalunkwe reklam viżiv jew materjal promozzjonali tekniku għal mudell speċifiku ta' prodotti skont l-att delegat relevanti;

(b)  għandhom jikkoperaw mal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq u jieħdu azzjoni immedjata biex jirrimedjaw kwalunkwe sitwazzjoni ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u fl-atti delegati tiegħu li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom, fuq inizjattiva personali tagħhom jew meta mitluba sabiex jagħmlu dan mill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq;

(b)  jikkoperaw mal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq u jieħdu azzjoni immedjata biex jirrimedjaw kwalunkwe sitwazzjoni ta' nuqqas ta' konformità, skont l-Artikolu 5;

(c)  m'għandhomx, għal prodotti koperti b'dan ir-Regolament, jipprovdu jew juru tikketti, marki, simboli jew iskrizzjonijiet li mhumiex konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u tal-atti delegati relevanti, jekk dan aktarx iqarraq jew iħawwad lill-konsumaturi fir-rigward tal-konsum tal-enerġija jew riżorsi oħrajn użati waqt l-użu;

(c)  iżommu lura, għal prodotti koperti b'dan ir-Regolament, milli jipprovdu jew juru kwalunkwe tikketta, marka, simbolu jew iskrizzjoni qarrieqa, li joħolqu konfużjoni jew li jimitaw oħrajn fl-apparenza, fir-rigward tal-konsum tal-enerġija jew riżorsi oħra waqt l-użu;

(d)  m'għandhomx, għal prodotti li mhumiex koperti b'dan ir-Regolament, jissupplixxu jew juru tikketti li jixbħu t-tikketta kif definita f'dan ir-Regolament.

(d)  għal prodotti li mhumiex koperti b'dan ir-Regolament, ma jissuplixxux jew ma jurux tikketti li jimitaw it-tikketta definita f'dan ir-Regolament.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-obbligi ġenerali kollha dwar it-tikketti stipulati fil-paragrafi 1 sa 3 għandhom japplikaw bl-istess mod għat-tikketti eżistenti, ġodda u bi skala ġdida.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri m'għandhomx jipprojbixxu, jagħmlu restrizzjonijiet jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz, fit-territorji tagħhom, ta' prodotti relatati mal-enerġija li huma konformi ma' dan ir-Regolament u l-atti delegati relevanti tiegħu.

1.  L-Istati Membri m'għandhomx jimpedixxu t-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz, fit-territorji tagħhom, ta' prodotti li huma konformi ma' dan ir-Regolament.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jassiguraw li l-fornituri u n-negozjanti jikkonformaw mal-obbligi u r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u tal-atti delegati relevanti.

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jassiguraw li l-fornituri u n-negozjanti jikkonformaw mal-obbligi u r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta l-Istati Membri jipprovdu kwalunkwe inċentiv għal prodott relatat mal-enerġija kopert b'dan ir-Regolament u speċifikat f'att delegat, dawn għandhom jimmiraw għall-ogħla klassi ta' effiċjenza enerġetika, kif imniżżel fl-att delegat applikabbli.

3.  Meta l-Istati Membri jipprovdu kwalunkwe inċentiv għal prodott kopert b'dan ir-Regolament u speċifikat f'att delegat, dawk l-inċentivi għandhom jimmiraw għall-ogħla żewġ klassijiet popolati ta' effiċjenza enerġetika, kif imniżżel fl-att delegat applikabbli.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-introduzzjoni tat-tikketti, inkluż tikketti bi skala ġdida u folji ta' informazzjoni dwar il-prodott, tkun akkumpanjata b'kampanji ta' informazzjoni edukattivi u promozzjonali immirati li jippromwovu l-effiċjenza enerġetika u l-użu aktar responsabbli tal-enerġija mill-konsumaturi, u, jekk xieraq, f'koperazzjoni man-negozjanti.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-introduzzjoni u l-għoti ta' skali ġodda lit-tikketti jkunu akkumpanjati b'kampanji ta' informazzjoni edukattivi u promozzjonali dwar it-tikkettar tal-enerġija.

 

Il-Kummissjoni għandha tikkoordina dawk il-kampanji, filwaqt li tappoġġja l-kooperazzjoni mill-qrib mal-fornituri u n-negozjanti u l-iskambju tal-aħjar prattiki.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Istati Membri għandhom japplikaw ir-regoli fuq il-penali u l-mekkaniżmi ta' infurzar applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u l-atti delegati tiegħu, u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jassiguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u diswassivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni bid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien kwalunkwe emenda suċċessiva li taffetwahom.

5.  L-Istati Membri għandhom japplikaw ir-regoli fuq il-penali u l-mekkaniżmi ta' infurzar applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, u għandhom ikunu proporzjonati għall-vantaġġ ekonomiku miksub min-nuqqas ta' konformità. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni bid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien kwalunkwe emenda suċċessiva li taffetwahom.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tappoġġja l-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni fuq is-sorveljanza tas-suq tat-tikkettar tal-enerġija ta' prodotti fost l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli mis-sorveljanza tas-suq jew mill-kontrolli esterni fil-fruntiera u bejn dawn l-awtoritajiet u l-Kummissjoni.

2.  Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ u tikkoordina l-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni fuq is-sorveljanza tas-suq tat-tikkettar tal-enerġija fir-rigward ta' prodotti koperti b'dan ir-Regolament fost l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli mis-sorveljanza tas-suq jew inkarigati mill-kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni, u bejnhom u l-Kummissjoni billi ssaħħaħ il-Grupp ta' Esperti dwar il-Grupp ta' Ħidma dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva fil-qasam tal-Ekodisinn u t-Tikkettar tal-Enerġija (ADCO).

 

Tali skambji ta' informazzjoni għandhom jitwettqu wkoll meta r-riżultati tat-test jindikaw li l-produttur ikun konformi mal-liġi rilevanti.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Sal-1 ta' Jannar 2018, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw pjan ta' sorveljanza tas-suq għall-monitoraġġ tal-infurzar tar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jagħmlu rieżami tal-pjanijiet ta' sorveljanza tas-suq tagħhom mill-inqas kull tliet snin.

 

Sal-1 ta' Jannar 2020 u minn hemm'il quddiem fuq bażi annwali, l-Istati Membri għandhom ifasslu rapport dwar is-sorveljanza tas-suq, fejn jevalwaw it-tendenzi tal-konformità ma' dan ir-Regolament u mad-Direttiva 2009/125/KE.

 

L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni u Komunikazzjoni dwar is-Sorveljanza tas-Suq (ICSMS) obbligatorja għall-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza tas-suq kollha.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  L-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu ttestjar fiżiku tal-prodott, li jkopri mill-inqas grupp wieħed ta' prodotti fis-sena skont l-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament.

 

L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar it-testijiet fiżiċi tagħhom, ippjanati u kkompletati, permezz tal-interfaċċja tal-konformità tal-bażi ta' dejta tal-prodott stabbilita skont l-Artikolu 8.

 

Għandhom jużaw proċeduri ta' kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, skont l-Artikolu 9, bl-għan li jissimulaw il-kundizzjonijiet tal-użu fir-realtà u filwaqt li tiġi eskluża l-manipulazzjoni jew l-alterazzjoni intenzjonali jew le tar-riżultati tat-test.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c.  L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandu jkollhom id-dritt li jirkupraw l-ispejjeż tal-ittestjar fiżiku tal-prodotti mill-fornituri f'każ ta' ksur ta' dan ir-Regolament.

 

Il-Kummissjoni tista' tivverifika l-konformità b'mod indipendenti, direttament jew permezz ta' parti terza.

Amendment    46

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq ta' wieħed mill-Istati Membri jkollhom raġuni suffiċjenti biex jemmnu li prodott relatat mal-enerġija kopert b'att delegat taħt dan ir-Regolament ikun qed jippreżenta riskju lill-aspetti tal-ħarsien tal-interess pubbliku koperti b'dan ir-Regolament, huma għandhom jagħmlu evalwazzjoni relatata mal-prodott konċernat li tkun tkopri r-rekwiżiti kollha ppreżentati f'dan ir-Regolament u l-atti delegati relevanti tiegħu. Il-fornitur għandu jikkopera kif meħtieġ mal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għal dak l-għan.

1.  Meta l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq ta' wieħed mill-Istati Membri jkollhom raġuni suffiċjenti biex jemmnu li prodott kopert b'att delegat taħt dan ir-Regolament ikun qed jippreżenta riskju lill-aspetti tal-ħarsien tal-interess pubbliku koperti b'dan ir-Regolament, huma għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni u jagħmlu evalwazzjoni relatata mal-mudell tal-prodott konċernat li tkun tkopri r-rekwiżiti kollha ppreżentati f'dan ir-Regolament u l-atti delegati relevanti, filwaqt li jivvalutaw ukoll jekk ikunx rakkomandabbli li l-evalwazzjoni tkun estiża għal mudelli oħra ta' prodotti. Il-fornitur għandu jikkopera kif meħtieġ mal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta, fl-istadju ta' dik l-evalwazzjoni, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq isibu li l-prodott relatat mal-enerġija ma jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u l-atti delegati relevanti tiegħu, huma għandhom, mingħajr dewmien jitolbu lill-fornitur biex jieħu l-azzjonijiet korrettivi kollha xierqa ħalli l-prodott relatat mal-enerġija mis-suq ikun magħmul konformi ma' dawk ir-rekwiżiti, jirtiraw il-prodott relatat mal-enerġija mis-suq, jew jirtirawh għal perjodu raġonevoli ta' żmien, li jikkorrispondi man-natura tar-riskju, kif preskritt minnhom. L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri msemmija f'dan il-paragrafu.

2.  Meta fl-istadju ta' dik l-evalwazzjoni, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq isibu li l-mudell tal-prodott ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, huma għandhom jitolbu lill-fornitur biex jieħu l-azzjonijiet korrettivi kollha xierqa ħalli l-mudell tal-prodott isir konformi mingħajr dewmien, u jistgħu jippreskrivu li l-mudell tal-prodott jiġi rtirat mis-suq jew li jsejħu lura l-unitajiet imqiegħda fis-servizz f'perjodu raġonevoli ta' żmien, li jikkorrispondi man-natura tar-riskju, filwaqt li jestendu dawn il-miżuri għall-mudelli ekwivalenti disponibbli fis-suq. L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri msemmija f'dan il-paragrafu.

Emenda48

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq jikkunsidraw li n-nuqqas ta' konformità mhuwiex restritt għat-territorju nazzjonali tagħhom, għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bir-riżultati tal-evalwazzjoni u bl-azzjonijiet li huma jkunu talbu lill-fornitur biex jieħu.

3.  L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jinformaw, permezz tal-ICSMS, lill-Kummissjoni u Stati Membri oħra bi kwalunkwe riżultat tal-evalwazzjoni u bi kwalunkwe azzjoni li huma jkunu talbu lill-fornitur biex jieħu skont il-paragrafu 2.

Emenda49

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-fornitur għandu jassigura li tittieħed kull azzjoni korrettiva xierqa sħiħa fir-rigward tal-prodotti kollha relatati mal-enerġija kkonċernati li jkun għamel disponibbli fis-suq fl-Unjoni.

4.  Il-fornitur għandu jassigura li kwalunkwe miżura restrittiva preskritta skont il-paragrafu 2 tittieħed fir-rigward tal-mudelli tal-prodotti kollha kkonċernati li jkun għamel disponibbli fis-suq fl-Unjoni.

Emenda50

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Meta l-fornitur ma jiħux l-azzjoni korrettiva adegwata fil-perjodu imsemmi fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri provviżjorji xierqa kollha biex jipprojbixxu jew jirrestrinġu li l-prodott relatat mal-enerġija jkun disponibbli fis-suq nazzjonali tagħhom, li jirtiraw il-prodott relatat mal-enerġija mis-suq, jew li jiġbruh lura. L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn, mingħajr dewmien, b'dawn il-miżuri.

5.  Meta l-fornitur ma jimplimentax l-azzjoni korrettiva fil-perjodu imsemmi fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri provviżjorji xierqa kollha biex jipprojbixxu jew jirrestrinġu d-disponibbiltà tal-mudell tal-prodott fis-suq nazzjonali tagħhom jew biex jirtiraw jew isejħu lura mudell tal-prodott minn dak is-suq. L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn b'dawk il-miżuri, u għandhom ittellgħu l-informazzjoni fl-interfaċċa tal-konformità tal-bażi ta' dejta tal-prodott stabbilita skont l-Artikolu 8.

Emenda51

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 5 għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, partikolarment id-dejta neċessarja għall-identifikazzjoni tal-prodott relatat mal-enerġija li ma jkunx konformi, l-oriġini tal-prodott relatat mal-enerġija, in-natura tal-allegat nuqqas ta' konformità u r-riskju involut, in-natura u ż-żmien tal-miżuri nazzjonali li jkunu ttieħdu u l-argumenti mressqa mill-fornitur. B'mod partikolari, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta' konformità hux ġej min-nuqqas tal-prodott relatat mal-enerġija milli jilħaq ir-rekwiżiti relatati mal-aspetti tal-ħarsien tal-interess pubbliku stabbiliti f'dan ir-Regolament, jew minħabba nuqqasijiet fl-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 9 li jindikaw preżunzjoni ta' konformità.

6.  In-notifika li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 5 għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, partikolarment id-dejta neċessarja għall-identifikazzjoni tal-prodott li ma jkunx konformi, l-oriġini tiegħu, in-natura tal-allegat nuqqas ta' konformità u r-riskju involut, in-natura u ż-żmien tal-miżuri nazzjonali li jkunu ttieħdu u l-argumenti mressqa mill-fornitur. B'mod partikolari, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta' konformità hux ġej min-nuqqas tal-mudell tal-prodott milli jilħaq ir-rekwiżiti relatati mal-aspetti tal-ħarsien tal-interess pubbliku stabbiliti f'dan ir-Regolament, jew minħabba nuqqasijiet fl-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 9 li jindikaw preżunzjoni ta' konformità. F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċedura prevista fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

Emenda52

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  L-Istati Membri għajr l-Istat Membru li ta bidu għall-proċedura għandhom mingħajr dewmien jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bi kwalunkwe miżura adottata u bi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali fid-dispozizzjoni tagħhom relatata man-nuqqas ta' konformità tal-prodott relatat mal-enerġija ikkonċernat u, f'każ li jkun hemm nuqqas ta' qbil, bil-miżura nazzjonali notifikata tal-oġġezzjonijiet tagħhom.

7.  L-Istati Membri għajr l-Istat Membru li ta bidu għall-proċedura għandhom mingħajr dewmien jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bi kwalunkwe miżura adottata u bi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali fid-dispozizzjoni tagħhom relatata man-nuqqas ta' konformità tal-mudell tal-prodott ikkonċernat u, f'każ li jkun hemm nuqqas ta' qbil, bil-miżura nazzjonali notifikata tal-oġġezzjonijiet tagħhom.

Emenda53

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Meta, fi żmien 60 jum mill-irċevuta tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni dwar il-miżura provviżorja meħuda mill-Istat Membru, dik il-miżura tista' titqies ġusta.

8.  Meta, fi żmien erba' ġimgħat min-notifika msemmija fil-paragrafu 5, ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni dwar il-miżura provviżorja meħuda mill-Istat Membru, dik il-miżura għandha titqies ġustifikata.

Emenda54

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li miżuri xierqa restrittivi, bħall-irtirar tal-prodott relatat mal-enerġija mis-suq tagħhom, jittieħdu rispettivament għall-prodott relatat mal-enerġija konċernat, mingħajr dewmien.

9.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li miżuri restrittivi paralleli, proporzjonati għas-sitwazzjoni nazzjonali speċifika tagħhom, jittieħdu mingħajr dewmien fir-rigward tal-mudell tal-prodott ikkonċernat u għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni konsegwentement.

Emenda55

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10.  Meta titlesta l-proċedura stabbilita fil-paragrafi 4 u 5 u jitqajmu oġġezzjonijiet kontra miżura meħuda minn Stat Membru, jew meta l-Kummissjoni tikkunsidra li miżura nazzjonali tmur kontra l-leġislazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tikkonsulta lill-Istati Membri u lill-fornitur, u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Abbażi tar-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk il-miżura nazzjonali hijiex iġġustifikata jew le.

10.  Meta titlesta l-proċedura stabbilita fil-paragrafi 4 u 5 u jitqajmu oġġezzjonijiet kontra miżura meħuda minn Stat Membru, jew meta l-Kummissjoni tikkunsidra li dik il-miżura nazzjonali tmur kontra l-liġi tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tikkonsulta lill-Istati Membri u lill-fornitur, u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali li, abbażi tar-riżultati tagħha, hija għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġustifikata jew le, u tista' tipproponi miżura alternattiva xierqa.

Emenda56

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11.  Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha mill-ewwel tikkomunikaha lilhom u lill-fornitur.

11.  Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha mill-ewwel tinnotifikaha lilhom u lill-fornitur ikkonċernat.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

12.  Jekk il-miżura nazzjonali titqies ġusta, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-prodott relatat mal-enerġija li mhuwiex konformi jiġi rtirat mis-suq tagħhom, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bix-xieraq. Jekk il-miżura nazzjonali titqies li mhix ġusta, l-Istat Membru interessat għandu jirtira l-miżura.

12.  Jekk il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-mudell tal-prodott li ma jkunx konformi jiġi irtirat mis-swieq nazzjonali tagħhom, u għandhom jinformaw lill-Kummissjoni konsegwentement. Jekk il-miżura nazzjonali titqies mhix ġustifikata, l-Istat Membru interessat għandu jirtira l-miżura.

Emenda58

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

13.  Meta l-miżura nazzjonali titqies ġusta u n-nuqqas ta' konformità tal-prodott relatat mal-enerġija jkun attribwit għal nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fil-paragrafu 6, il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċedura li għaliha hemm ipprovdut fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

13.  Meta miżura nazzjonali titqies ġustifikata u n-nuqqas ta' konformità tal-mudell tal-prodott ikun attribwit għal nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fil-paragrafu 6, il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċedura prevista fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

Emenda59

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – titolu u paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-tikketti u l-iskala l-ġdida

Proċedura għall-introduzzjoni u għall-għoti ta' skala ġdida tat-tikketti

1.  Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti delegati adottati skont l-Artikoli 12 u 13, tintroduċi tikketti jew skala ġdida għat-tikketti eżistenti.

1.  Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tintroduċi tikketti jew tagħtihom skala ġdida.

 

It-tikketti introdotti b'atti delegati adottati f'konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2010/30/UE qabel l-1 ta' Jannar 2017 għandhom jitqiesu bħala tikketti għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

Emenda60

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta, f'każ ta' grupp ta' prodotti, ma jkunux aktar permessi fis-suq mudelli bi klassijiet ta' enerġija D, E, F jew G minħabba miżura ta' implimentazzjoni adottata taħt id-Direttiva 2009/125/KE, il-klassi jew klassijiet inkwistjoni m'għandhomx jintwerew fuq it-tikketta.

2.  Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm skala omoġenja mill-A sal-G, il-Kummissjoni għandha tintroduċi tikketti bi skala ġdida għall-gruppi ta' prodotti eżistenti, kif imsemmi fil-paragrafu 1, fi żmien 5 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, filwaqt li jiġu rrispettati r-rekwiżiti tal-paragrafu 4.

 

Il-gruppi ta' prodotti koperti minn Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) 811/20131a u 812/20131b għandhom ikunu riveduti 6 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament bil-ħsieb li tingħatalhom skala ġdida.

 

Għall-gruppi ta' prodotti koperti mir-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/20101c, 1060/20101d, 1061/20101e, 1062/20101f u 874/20121g, meta studji preparatorji jiġu ffinalizzati, il-Kummissjoni għandha tintroduċi t-tikketti mogħtija skala ġdida mhux aktar tard minn 21 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

 

__________________

 

1aRegolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 811/2013 tat-18 ta' Frar 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tikkettar enerġetiku ta' ħiters tal-post, ħiters ikkombinati, pakketti magħmulin minn ħiter tal-post, regolatur tat-temperatura u apparat solari u pakketti magħmulin minn ħiter ikkombinat, regolatur tat-temperatura u apparat solari (ĠU L 239, 6.9.2013, p. 1).

 

1bIr-Regolament ta' delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 812/2013 tat-18 ta' Frar 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tikkettar enerġetiku ta' ħiters tal-ilma, tankijiet tal-misħun u pakketti magħmulin minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari (ĠU L 239, 6.9.2013, p. 83).

 

1cIr-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 tat-28 ta' Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikketti li jindikaw il-konsum tal-enerġija tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 1).

 

1dIr-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 tat-28 ta' Settembru 2010 li jissuplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' tikkettar tal-enerġija tat-tagħmir refriġeranti domestiku (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 17).

 

1eIr-Regolament Degelat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 tat-28 ta' Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 47).

 

1fIr-Regolament Degelat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010 tat-28 ta' Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku għat-televixins (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 64).

 

1gIr-Regolament Degelat tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 tat-12 ta' Lulju 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-bozoz tal-elettriku u l-unitajiet tat-tidwil (ĠU L 258, 26.9.2012, p. 1).

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni għandha tassigura li, meta tiġi introdotta tikketta jew skala ġdida, ir-rekwiżiti jkunu stabbiliti sabiex l-ebda prodott ma jkun mistenni jaqa' fil-klassijiet tal-enerġija A jew B fil-mument tal-introduzzjoni tat-tikketta u sabiex iż-żmien stipulat li matulu l-maġġoranza tal-mudelli taqa' f'dawk il-klassijiet ikun tal-anqas għaxar snin wara.

3.  Il-Kummissjoni għandha tassigura li kwalunkwe għoti ta' skala ġdida lil tikketti ġodda jew tikketti mogħtija skala ġdida msemmija fil-paragrafu 2 jinbeda meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin, filwaqt li jintwera l-progress teknoloġiku xieraq fil-grupp tal-prodott relevanti:

 

(a)   25 % tal-prodotti mibjugħa fis-suq tal-Unjoni jkunu jidħlu fl-ogħla klassi tal-effiċjenza enerġetika A; jew

 

(b)   50 % tal-prodotti mibjugħa fis-suq tal-Unjoni jkunu jidħlu fl-ogħla żewġ klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A u B.

Emenda62

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura, permezz tal-inklużjoni tal-grupp tal-prodott fil-pjan ta' ħidma skont l-Artikolu 11, li:

 

(a)   l-istudju preparatorju għall-għoti ta' skala ġdida jitlesta mhux aktar tard minn 18-il xahar wara li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 jkunu ġew issodisfati;

 

(b)   l-għoti ta' skala ġdida jitlesta, permezz tar-rieżami u d-dħul fis-seħħ tal-att delegat relevanti skont l-Artikolu 13, mhux aktar tard minn tliet snin wara li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 jkunu ġew issodisfati.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  It-tikketti għandhom jingħataw skala ġdida perjodikament.

4.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-rekwiżiti għat-tikketti ġodda jew għat-tikketti mogħtija skala ġdida bil-għan li jibqgħu validi għal tal-inqas 10 snin.

 

Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tassigura li, meta tikketta tiġi introdotta jew tingħata skala ġdida, l-ebda prodott ma jkun mistenni jidħol fil-klassi tal-enerġija A fil-mument tal-introduzzjoni tat-tikketta.

 

Għall-gruppi ta' prodotti fejn l-istudju preparatorju msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 3a juri progress teknoloġiku mgħaġġel, l-ebda prodott ma jkun mistenni li jidħol fil-klassijiet tal-enerġija A u B fil-mument tal-introduzzjoni tat-tikketta.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Meta tikketta tingħata skala ġdida:

5.  Meta, fir-rigward ta' grupp ta' prodotti partikulari, l-ebda mudell tal-klassijiet tal-enerġija F jew G ma jitħalla jitqiegħed aktar fis-suq minħabba miżura ta' implimentazzjoni tal-ekodisinn adottata skont id-Direttiva 2009/125/KE, il-klassi jew klassijiet inkwistjoni għandhom jintwerew fuq it-tikketta bil-griż, kif speċifikat fl-att delegat relevanti. L-ispettru standard minn aħdar skur sa aħmar tat-tikketta għandu jinżamm għall-bqija tal-klassijiet superjuri. Il-bidliet għandhom japplikaw biss għal unitajiet ta' prodott ġodda li jitqiegħdu fis-suq.

(a)  il-fornituri għandhom jipprovdu kemm it-tikketta attwali kif ukoll it-tikketti bl-iskala l-ġdida lin-negozjanti għal perjodu ta' sitt xhur qabel id-data speċifikata f'paragrafu (b).

 

(b)  in-negozjanti għandhom ibiddlu t-tikketti eżistenti fuq il-prodotti għall-wiri inkluż fuq l-internet bit-tikketti l-ġodda fi żmien ġimgħa wara d-data speċifikata għal dak l-għan fl-att delegat relevanti. In-negozjanti m'għandhomx juru t-tikketti bl-iskala l-ġdida qabel dik id-data.

 

 

In-negozjanti għandhom jitħallew ibiegħu prodotti relatati mal-enerġija mingħajr tikketta jew tikketta bi skala ġdida, biss meta tikketta (bi skala ġdida) qatt ma tkun ġiet prodotta għal prodott partikolari u l-fornitur tal-prodott ma jkunx baqa' attiv fis-suq.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  It-tikketti introdotti b'atti delegati adottati skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2010/30/UE qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala tikketti għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dawk it-tikketti fi żmien ħames snin minn meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ bl-għan li jingħataw skala ġdida.

imħassar

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-bażi ta' dejta tal-prodotti

Il-bażi ta' dejta tal-prodotti

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm bażi ta' dejta tal-prodotti, li tinkludi l-informazzjoni msemmija fl-Anness I. L-informazzjoni mniżżla f'punt 1 tal-Anness I għandha tkun tista' tiġi aċċessata pubblikament.

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm bażi ta' dejta tal-prodotti, li tikkonsisti f'żewġ interfaċċi differenti, l-interfaċċa pubblika u l-interfaċċa tal-konformità.

 

L-interfaċċa pubblika għandu jkun fiha l-informazzjoni stabbilita fil-punt 1 tal-Anness I, fir-rispett tal-ħtiġiet funzjonali stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness I.

 

L-interfaċċa tal-konformità għandu jkun fiha l-informazzjoni stabbilita fil-punt 2 tal-Anness I, fir-rispett tal-ħtiġiet funzjonali stabbiliti fil-punt 4 tal-Anness I.

 

2.   Meta tiddaħħal informazzjoni fil-bażi tad-dejta tal-prodotti, il-fornituri għandhom iżommu d-drittijiet ta' aċċess u ta' modifika għaliha. Il-bidliet kollha għandhom jiġu datati u jkunu viżibbli b'mod ċar għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

 

Dejta li tinżamm fl-interfaċċa tal-konformità għandha tintuża biss għal raġunijiet marbuta mal-infurzar ta' dan ir-Regolament u l-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament, u għandu jkun ipprojbit l-użu mhux intenzjonat tagħha.

 

Il-fornituri għandhom ikunu awtorizzati jżommu fid-dokumentazzjoni teknika fuq is-servers tagħhom, skont il-punt (c) tal-Artikolu 3(1), rapporti tat-testijiet jew dokumentazzjoni simili dwar il-valutazzjoni tal-konformità, kif stabbilit fil-punt 2(a) tal-Anness I li jikkorrispondu għal testijiet imwettqa mill-fornituri nfushom, u li jkunu aċċessibbli esklussivament għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-Kummissjoni.

 

L-istabbiliment tal-bażi ta' dejta għandu jsegwi l-kriterji li jippermettu li jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-fornituri u għal utenti oħra tal-bażi tad-dejta, kif ukoll il-faċilità tal-użu u l-kosteffettività.

 

Il-bażi ta' dejta tal-prodotti ma tissostitwixxi jew timmodifika r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq.

 

3.   Il-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq u tal-fornituri, għandha tagħti attenzjoni speċjali għall-proċess tranżizzjonali sakemm titwettaq l-implimentazzjoni sħiħa tal-interfaċċa pubblika u ta' dik tal-konformità.

 

4.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika d-dettalji operazzjonali relatati mal-istabbiliment tal-bażi ta' dejta tal-prodotti.

Emenda67

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta waqt il-valutazzjoni tal-konformità tal-prodott, dawn l-istandards armonizzati jkunu applikati, il-prodott għandu jitqies konformi mal-miżura u r-rekwiżiti ta' kalkolu relevanti tal-att delegat.

2.   Meta waqt il-valutazzjoni tal-konformità ta' prodott, dawn l-istandards armonizzati jkunu applikati, il-mudell tal-prodott għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti ta' kejl u ta' kalkolu relevanti tal-att delegat.

 

2a.   L-istandards armonizzati għandu jkollhom l-għan li jissimulaw l-użu reali kemm jista' jkun, filwaqt li jinżamm metodu standard tat-test, mingħajr preġudizzju għall-komparabilità fil-grupp ta' prodotti.

 

2b.   Il-metodi ta' kejl u kalkolu inklużi fl-istandards armonizzati għandhom ikunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, u jkunu allinjati mar-rekwiżiti tal-Artikolu 3(1a).

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fit-twettiq tal-attivitajiet tagħha taħt dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tiżgura fir-rispett ta' kull att delegat, parteċipazzjoni bbilanċjata tar-rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-partijiet interessati li jikkonċernaw il-grupp tal-prodott inkwistjoni, bħall-industrija, inkluż l-SMEs u l-industrija tal-artiġjanat, it-trade unions, in-negozjanti, il-bejjiegħa bl-imnut, l-importaturi, il-gruppi tal-ħarsien ambjentali u l-għaqdiet tal-konsumatur. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Forum ta' Konsultazzjoni li fih jiltaqgħu dawn il-partijiet kollha. Il-Forum ta' Konsultazzjoni jista' jkun ikkombinat mal-Forum ta' Konsultazzjoni li hemm referenza għalih fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2009/125/KE.

1.   Fit-twettiq tal-attivitajiet tagħha skont dan ir-Regolament, għall-introduzzjoni jew l-għoti ta' skali ġodda tat-tikketti skont l-Artikolu 7 u għat-twaqqif tal-bażi ta' dejta skont l-Artikolu 8, il-Kummissjoni għandha tiżgura parteċipazzjoni bbilanċjata tar-rappreżentanti tal-Istati Membri, inklużi l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq, u tal-partijiet interessati li jikkonċernaw il-grupp tal-prodott inkwistjoni, bħall-industrija, inkluż l-SMEs u l-industrija tal-artiġjanat, it-trade unions, in-negozjanti, il-bejjiegħa bl-imnut, l-importaturi, il-gruppi tal-ħarsien ambjentali u l-għaqdiet tal-konsumatur, kif ukoll l-involviment tal-Parlament Ewropew.

 

2.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Forum ta' Konsultazzjoni li fih il-partijiet kollha mniżżla fil-paragrafu 1 għandhom jiltaqgħu għal dan l-għan. Dak il-Forum ta' Konsultazzjoni jista' jikkoinċidi, b'mod sħiħ jew parzjalment, mal-Forum ta' Konsultazzjoni li hemm referenza għalih fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2009/125/KE. Il-minuti tal-laqgħat tal-Forum ta' Konsultazzjoni għandhom jiġu ppubblikati fl-interfaċċa pubblika tal-bażi ta' dejta stabbilita skont l-Artikolu 8.

Emenda69

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta xieraq, qabel l-atti delegati jiġu adottati, il-Kummissjoni għandha teżamina d-disinn u l-kontenut tat-tikketti għal gruppi speċifiċi ta' prodotti mal-konsumaturi biex ikun żgurat li t-tikketti jinftiehmu b'mod ċar.

3.   Meta xieraq, qabel l-adozzjoni tal-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tittestja d-disinn u l-kontenut tat-tikketti għal gruppi speċifiċi ta' prodotti ma' gruppi li jirrappreżentaw il-konsumaturi tal-Unjoni biex tiżgura li t-tikketti jinftiehmu b'mod ċar.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha, wara li tkun ikkonsultat mal-Forum ta' Konsultazzjoni li hemm referenza għalih fl-Artikolu 10, tistabbilixxi pjan ta' ħidma li għandu jkun magħmul disponibbli għall-pubbliku . Il-pjan ta' ħidma għandu jistabbilixxi lista indikattiva ta' gruppi ta' prodotti li huma kkunsidrati bħala prijoritajiet għall-adozzjoni tal-atti delegati. Il-pjan ta' ħidma għandu jistabbilixxi wkoll pjanijiet għar-reviżjoni u l-iskali ġodda tat-tikketti tal-prodotti jew ta' gruppi ta' prodotti. Il-pjan ta' ħidma jista' jiġi emendat perjodikament mill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Forum ta' Konsultazzjoni. Il-pjan ta' ħidma jista' jkun ikkombinat mal-pjan ta' ħidma meħtieġ bl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2009/125/KE

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13 li jissupplementaw dan ir-Regolament, wara li tkun ikkonsultat mal-Forum ta' Konsultazzjoni li hemm referenza għalih fl-Artikolu 10, sabiex tistabbilixxi pjan ta' ħidma fit-tul li għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, inkluż permezz tal-interfaċċa pubblika tal-bażi ta' dejta stabbilita skont l-Artikolu 8.

 

2.   Il-Kummissjoni għandha torganizza l-pjan ta' ħidma f'taqsimiet li jinkludu prijoritajiet għall-introduzzjoni ta' tikketti tal-effiċjenzja tal-enerġija fi gruppi ta' prodotti ġodda, u għall-għoti ta' skali ġodda lit-tikketti tal-gruppi ta' prodotti.

 

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm ir-riżorsi meħtieġa għall-pjan ta' ħidma u għall-koerenza tiegħu.

 

Dan il-pjan ta' ħidma jista' jiġi kkombinat mal-pjan ta' ħidma tal-Ekodisinn, meħtieġ mill-Artikolu 16 tad-Direttiva 2009/125/KE.

 

Il-Kummissjoni għandha taġġorna l-pjan ta' ħidma minn żmien għall-żmien, wara li tkun ikkonsultat mal-Forum ta' Konsultazzjoni. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikunu informati kull sena bil-progress tiegħu u għandhom jiġu nnotifikati b'mod formali dwar kull tibdil li jsirilhom.

Emenda71

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati li jikkonċernaw rekwiżiti dettaljati relatati ma' tikketti għal gruppi speċifiċi ta' prodotti relatati mal-enerġija (gruppi speċifiċi tal-prodott') skont l-Artikolu 13.

1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi rekwiżiti dettaljati relatati ma' tikketti għal gruppi speċifiċi ta' prodotti relatati mal-enerġija ("gruppi speċifiċi tal-prodott").

Emenda72

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-atti delegati għandhom jispeċifikaw gruppi ta' prodotti li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

2.  L-atti delegati għandhom jispeċifikaw gruppi ta' prodotti li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

(a)  skont l-aktar ċifri disponibbli riċenti u filwaqt li jiġu kkunsidrati l-kwantitajiet imqiegħda fis-suq tal-Unjoni, il-grupp tal-prodotti għandu jkollu potenzjal sinifikanti għall-iffrankar tal-enerġija u, meta relevanti, ta' riżorsi oħra;

(a)  skont il-penetrazzjoni reali fis-suq tal-Unjoni, ikun hemm potenzjal sinifikanti għall-iffrankar tal-enerġija u, meta relevanti, ta' riżorsi oħra;

(b)  gruppi ta' prodotti b'funzjonalità ekwivalenti għandhom ivarjaw b'mod sinifikanti f'livelli ta' prestazzjoni relevanti;

(b)  fil-grupp ta' prodotti, il-mudelli b'funzjonalità ekwivalenti għandhom livelli tal-effiċjenza tal-enerġija b'differenza sinifikanti;

(c)  m'għandux ikun hemm impatt negattiv sinifikanti fir-rigward tal-affordabilità u l-ispiża taċ-ċiklu tal-ħajja tal-grupp tal-prodotti.

(c)  ma jkun hemm l-ebda impatt negattiv sinifikanti fir-rigward tal-affordabilità, l-ispiża taċ-ċiklu tal-ħajja u l-funzjonalità tal-prodott mill-perspettiva tal-utent;

 

(ca)  il-Kummissjoni għandha tqis il-leġiżlazzjoni relevanti tal-Unjoni u l-awtoregolamentazzjoni, bħal ftehimiet volontarji, li jkunu mistennija jilħqu l-għanijiet ta' politika aktar malajr jew bi spiża iżgħar mir-rekwiżiti mandatorji.

Emenda73

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-atti delegati relatati ma' gruppi ta' prodotti speċifiċi għandhom jispeċifikaw, b'mod partikolari:

3.  L-atti delegati relatati ma' gruppi ta' prodotti speċifiċi għandhom jispeċifikaw, b'mod partikolari għall-grupp ta' prodotti kkonċernat:

(a)  id-definizzjoni tal-gruppi tal-prodotti speċifiċi li jaqgħu taħt id-definizzjoni ta' ‘prodott relatat mal-enerġija' stabbilita fl-Artikolu 2(11) li għandhom ikunu koperti;

(a)  id-definizzjoni tal-prodotti relatati mal-enerġija li għandhom ikunu koperti;

(b)  id-disinn u l-kontenut tat-tikketta, inkluż skala li turi l-konsum tal-enerġija li jikkonsisti minn A sa G, li kemm jista' jkun possibbli, għandu jkollha karatteristiċi uniformi fid-disinn għall-gruppi tal-prodotti kollha u fil-każijiet kollha għandha tkun ċara u tinqara;

(b)  id-disinn, id-dimensjonijiet, u l-kontenut tat-tikketta, li fil-każijiet kollha għandha tkun ċara u tista' tinqara, b'kont meħud tal-ħtiġijiet tal-konsumaturi b'vista batuta, u għandu jkun fiha f'pożizzjoni prominenti l-informazzjoni li ġejja determinata skont l-att delegat relevanti:

 

(i)   skala minn A sa G li turi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-mudell tal-prodott korrispondenti, li kemm jista' jkun possibbli għandu jkollha karatteristiċi uniformi fid-disinn għall-gruppi tal-prodotti kollha;

 

(ii)   il-konsum assolut tal-enerġija f'kWh, muri għal kull sena jew għal kull perjodu ta' żmien relevanti.

(c)  fejn hu xieraq, l-użu ta' riżorsi oħra u informazzjoni supplimentari li tikkonċerna l-prodotti relatati mal-enerġija u, f'dan il-każ, it-tikketta trid tenfasizza l-effiċjenza enerġetika tal-prodott;

(c)  fejn hu xieraq, l-użu ta' riżorsi oħra u informazzjoni supplimentari li tikkonċerna l-prodotti relatati mal-enerġija u, f'dan il-każ, it-tikketta trid tenfasizza l-effiċjenza enerġetika tal-prodott;

(d)  il-post fejn għandha tintwera t-tikketta, bħal jekk tkun imwaħħla mal-prodott, stampata fuq l-ippakkjar, ipprovduta f'format elettroniku jew murija fuq l-internet;

(d)  il-post fejn għandha tintwera t-tikketta, pereżempju imwaħħla mal-prodott fejn ma jsirilha l-ebda ħsara, stampata fuq l-ippakkjar, ipprovduta f'format elettroniku jew murija fuq l-internet;

(e)  fejn hu xieraq, jintuża mezz elettroniku biex il-prodotti jkunu ttikkettjati;

(e)  fejn hu xieraq, jintuża mezz elettroniku biex il-prodotti jkunu ttikkettjati;

(f)  il-mod li bih it-tikketta u l-informazzjoni teknika għandhom jiġu pprovduti f'każ ta' bejgħ b'distanza;

(f)  il-mod li bih it-tikketta u l-informazzjoni teknika għandhom jiġu pprovduti f'każ ta' bejgħ b'distanza;

(g)  il-kontenut u, fejn hu xieraq, il-format u dettalji oħrajn li jikkonċernaw id-dokumentazzjoni teknika u l-folja ta' informazzjoni dwar il-prodott;

(g)  il-kontenuti meħtieġa u, fejn hu xieraq, il-format u dettalji oħrajn li jikkonċernaw il-folja ta' informazzjoni dwar il-prodott u d-dokumentazzjoni teknika;

(h)  li meta ssir verifika għall-konformità tar-rekwiżiti, jiġu applikati biss dawk it-tolleranzi vverifikati stabbiliti fl-att(i) delegat(i);

(h)  li meta ssir verifika għall-konformità tar-rekwiżiti, jiġu applikati biss dawk it-tolleranzi vverifikati stabbiliti fl-att(i) delegat(i);

(i)  l-obbligi tal-fornituri u n-negozjanti fir-rigward tal-bażi ta' dejta tal-prodotti;

(i)  l-obbligi tal-fornituri u n-negozjanti fir-rigward tal-bażi ta' dejta tal-prodotti;

(j)  l-indikazzjoni speċifika tal-klassi tal-enerġija li għandha tkun inkluża fir-reklami u f'materjal promozzjonali tekniku, inklużi r-rekwiżiti biex din tkun f'forma viżibbli u li tista' tinqara sewwa;

(j)  meta jkun il-każ, l-indikazzjoni speċifika tal-klassi tal-enerġija li għandha tkun inkluża fir-reklami u f'materjal promozzjonali tekniku, inklużi r-rekwiżiti biex din tkun f'forma viżibbli u li tista' tinqara sewwa;

(k)  il-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità u l-metodi tal-kejl u l-kalkolu li għandhom jintużaw biex tkun iddeterminata l-informazzjoni fuq it-tikketta u l-folja ta' informazzjoni dwar il-prodott;

(k)  il-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità u l-metodi tal-kejl u l-kalkolu, kif stabbiliti fl-Artikolu 9, li għandhom jintużaw biex tkun iddeterminata l-informazzjoni fuq it-tikketta u l-folja ta' informazzjoni dwar il-prodott, inkluża d-definizzjoni tal-Indiċi tal-Effiċjenza tal-Enerġija (EEI), jew parametru ekwivalenti, u l-gradi tiegħu minn A sa G li jistabbilixxu l-klassijiet tal-effiċjenza tal-enerġija;

(l)  jekk, għal apparat akbar, ikunx meħtieġ livell ogħla ta' effiċjenza tal-enerġija biex tintlaħaq klassi ta' enerġija partikolari;

 

(m)  il-format ta' kwalunkwe referenza addizzjonali fuq it-tikketta li tippermetti lill-konsumaturi jaċċessaw b'mezzi elettroniċi aktar informazzjoni dettaljata fuq il-prestazzjoni tal-prodott, inkluża fil-folja ta' informazzjoni dwar il-prodott;

(l)  il-format ta' kwalunkwe referenza addizzjonali fuq it-tikketta li tippermetti lill-konsumaturi jaċċessaw b'mezzi elettroniċi aktar informazzjoni dettaljata fuq il-prestazzjoni tal-prodott, inkluża fil-folja ta' informazzjoni dwar il-prodott;

(n)  jekk u kif il-klassijiet tal-enerġija li jiddeskrivu l-konsum tal-enerġija tal-prodott waqt l-użu għandhom jintwerew fuq l-ismart meters jew fuq il-mezz ta' wiri interattiv tal-prodott;

(m)  jekk u kif il-klassijiet tal-enerġija li jiddeskrivu l-konsum tal-enerġija tal-prodott waqt l-użu għandhom jintwerew fuq l-ismart meters jew fuq il-mezz ta' wiri interattiv tal-prodott;

(o)  id-data tal-evalwazzjoni u r-reviżjoni possibbli tal-att delegat.

(n)  id-data tal-evalwazzjoni u r-reviżjoni possibbli tal-att delegat;

Għall-kontenut tat-tikketta kif imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel sottoparagrafu, il-gradi A-G tal-klassifikazzjoni għandhom jikkorrispondu għal iffrankar sinifikanti fl-enerġija u fl-ispejjeż mill-perspettiva tal-konsumatur.

 

Għall-format tar-referenzi msemmija fil-punt (m) tal-ewwel sottoparagrafu, dawk ir-referenzi jistgħu jieħdu l-forma ta' indirizz ta' sit elettroniku, kodiċi ta' Rispons Veloċi (kodiċi QR), link għat-tikketti online jew kwalunkwe mezz ieħor orjentat għall-konsumatur.

Għall-format tar-referenzi msemmija fil-punt (l) tal-ewwel sottoparagrafu, dawk ir-referenzi jistgħu jieħdu l-forma ta' indirizz ta' sit elettroniku, kodiċi dinamiku ta' Rispons Veloċi (kodiċi QR), link għat-tikketti online jew kwalunkwe mezz ieħor orjentat għall-konsumatur li jikkollega mal-interfaċċa pubblika tal-bażi ta' dejta stabbilita skont l-Artikolu 8.

L-introduzzjoni ta' tikketta għal prodott li għandu jiġi kopert minn att delegat ma għandux ikollha impatt negattiv sinifikanti fuq il-funzjonalità tal-prodott mill-perspettiva tal-utent.

Il-folja ta' informazzjoni dwar il-prodott kif imsemmi fil-punt (g) tal-ewwel sottoparagrafu, għandha tipprovdi kollegamenti diretti mal-interfaċċa pubblika tal-bażi ta' dejta stabbilita skont l-Artikolu 8, u għandha tkun disponibbli għall-konsumaturi fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni tas-swieq nazzjonali fejn il-mudell tal-prodott korrispondenti jkun sar disponibbli.

Il-Kummissjoni se tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati dwar id-dettalji operazzjonali relatati mal-bażi ta' dejta tal-prodotti, inkluż kwalunkwe obbligu għall-fornituri u n-negozjanti skont l-Artikolu 13.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi dettalji operattivi relatati mal-bażi ta' dejta tal-prodotti, inkluż kwalunkwe obbligu għall-fornituri u n-negozjanti.

 

Sabiex jiġi żgurat il-ħarsien xieraq tal-informazzjoni kunfidenzjali u d-dokumentazzjoni teknika, dawk l-atti delegati għandhom jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tittella' fil-bażi ta' dejta tal-prodotti u x'informazzjoni għandha tkun disponibbli fuq talba tal-awtoritajiet nazzjonali u tal-Kummissjoni.

Emenda74

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-Kummissjoni għandha żżomm inventarju aġġornat tal-atti delegati kollha li jissupplimentaw dan ir-Regolament u ta' dawk li jiżviluppaw id-Direttiva 2009/125/KE dwar l-Ekodisinn, inklużi referenzi kompluti għall-istandards armonizzati kollha li jissodisfaw il-metodi relevanti ta' kejl u ta' kalkolu skont l-Artikolu 9, u għandha tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

Emenda75

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 7 sa 12 għandha tiġi konferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta' żmien mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 7, 8(4), 11(1) u 12 għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' sitt snin mill-1 ta' Jannar 2017.

 

Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta' sitt snin.

 

Id-delega tas-setgħa tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul identiku, dejjem sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix għal tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

Emenda76

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Din id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 7 sa 12 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni biex din tiġi revokata ttemm id-delega tas-setgħa, kif speċifikat f'dan ir-Regolament. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data iżjed tard speċifikata fih. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li huwa diġà fis-seħħ.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 7, 8(4), 11(1) u 12 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni biex din tiġi revokata ttemm id-delega tas-setgħa, kif speċifikat f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data iżjed tard speċifikata fih. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

Emenda77

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

Emenda78

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 7 u 12 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkunx ġiet espressa xi oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma jkunux se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu jista' jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 7, 8(4), 11(1) u 12 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkunx ġiet espressa xi oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma jkunux se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda79

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mhux aktar tard minn tmien snin wara li jkun daħal fis-seħħ, il-Kummissjoni sejra tivvaluta l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u sejra tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jevalwa kemm dan ir-Regolament jippermetti b'mod effettiv lill-konsumaturi jagħżlu prodotti aktar effiċjenti, filwaqt li jqis l-impatti tiegħu fuq in-negozju.

Sa... [6 snin wara li jkun daħal fis-seħħ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jevalwa b'liema effikaċja dan ir-Regolament u l-atti delegati tiegħu ppermettew lill-konsumaturi jagħżlu prodotti aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija, filwaqt li jqis kriterji bħalma huma l-effett tiegħu fuq in-negozju, il-konsum tal-enerġija, l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra, l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq, u l-ispiża biex titwaqqaf u tiġi mantnuta bażi ta' dejta.

 

L-eżerċizzju ta' evalwazzjoni mwettaq skont l-ewwel paragrafu għandu juża b'mod espliċitu r-rapporti annwali ta' segwitu dwar l-infurzar u s-sorveljanza tas-suq, stabbiliti fl-Artikolu 5.

Emenda80

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Iżda, l-Artikolu 3(1)(d) għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019.

Madankollu, il-punt (d) tal-Artikolu 3(1) għandu japplika hekk kif l-interfaċċa pubblika tal-bażi ta' dejta tal-prodotti stabbilita skont l-Artikolu 8 tkun kompletament operattiva, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018.

Emenda81

Proposta għal regolament

Anness I – titolu u punt I

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tagħrif li għandu jiġi inkluż fil-bażi tad-dejta tal-prodotti

Tagħrif li għandu jiġi inkluż fil-bażi ta' dejta tal-prodotti, flimkien ma' rekwiżiti funzjonali

1.  Tagħrif dwar il-prodotti disponibbli għall-pubbliku:

1.  Tagħrif li għandu jiġi inkluż fl-interfaċċa pubblika tal-bażi ta' dejta:

(a)  l-isem jew il-marka kummerċjali tal-manifattur jew tal-fornitur;

(a)  l-isem jew il-marka kummerċjali, l-indirizz, id-dettalji tal-kuntatt u identifikazzjoni legali oħra tal-fornitur;

 

(aa)  id-dettalji tal-kuntatt tal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru;

(b)  l-identifikatur(i) tal-mudell, inklużi l-mudelli ekwivalenti kollha;

(b)  l-identifikatur(i) tal-mudell, inklużi l-mudelli ekwivalenti kollha;

(c)  it-tikketta f'forma elettronika;

(c)  it-tikketta f'forma elettronika;

(d)  il-klassi(jiet) u parametri oħra fuq it-tikketta;

(d)  il-klassi(jiet) tal-effiċjenza tal-enerġija u parametri oħra tat-tikketta;

(t)  il-folju ta' tagħrif dwar il-prodott f'format elettroniku.

(e)  il-parametri tal-folja ta' tagħrif dwar il-prodott f'format elettroniku;

 

(ea)  il-kampanji ta' edukazzjoni u informazzjoni tal-Istati Membri kif imsemmi fl-Artikolu 4(4);

 

(eb)  il-pjan ta' ħidma tal-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 11;

 

(ec)  il-minuti tal-Forum ta' Konsultazzjoni;

 

(ed)  l-inventarju tal-atti delegati u l-istandards armonizzati applikabbli.

Emenda82

Proposta għal regolament

Anness I – punt 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Informazzjoni dwar il-konformità, disponibbli biss għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri u għall-Kummissjoni:

2.  Tagħrif li għandu jiġi inkluż fl-interfaċċa tal-konformità tal-bażi ta' dejta:

(a)  id-dokumentazzjoni teknika speċifikata fl-att delegat applikabbli;

(a)  ir-rapport tat-test jew dokumentazzjoni simili ta' valutazzjoni tal-konformità li jippermettu li tiġi vvalutata l-konformità mar-rekwiżiti kollha fl-att delegat relevanti, inklużi l-metodi ta' ttestjar u s-serje ta' kejl;

(b)  rapport tat-testijiet, jew evidenza teknika simili li abbażi tagħha tista' tiġi vvalutata l-konformità mar-rekwiżiti kollha fl-att delegat applikabbli;

(b)  miżuri provviżorji adottati fil-qafas tas-sorveljanza tas-suq relatati ma' dan ir-Regolament;

(c)  isem il-fornitur u l-indirizz;

(c)  id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 3(1):

 

(ca)  dettalji tal-kuntatt dirett tal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru u tal-koordinaturi tal-Kummissjoni;

 

(cb)  ir-riżultati tal-kontrolli tal-konformità tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni u, jekk applikabbli, l-azzjoni korrettiva u l-miżuri restrittivi meħuda mill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq kif imsemmi fl-Artikoli 5 u 6.

(d)  id-dettalji tal-kuntatt ta' rappreżentant tal-fornitur.

 

Emenda83

Proposta għal regolament

Anness I – punt 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Rekwiżiti funzjonali għall-interfaċċa pubblika tal-bażi ta' dejta:

 

(a)   kull mudell ta' prodott għandu jkun organizzat bħala rekord individwali;

 

(b)   hija għandha tippermetti lill-konsumaturi jidentifikaw faċilment l-aqwa klassi enerġetika ppolata għal kull grupp ta' prodott, li tippermettilhom li jqabblu l-karatteristiċi tal-mudell u li jagħżlu l-aktar prodotti effiċjenti fl-użu tal-enerġija;

 

(c)   hija għandha tiġġenera t-tikketta tal-enerġija ta' kull prodott bħala fajl wieħed viżibbli u li jista' jiġi stampat, kif ukoll il-verżjonijiet lingwistiċi tal-folja ta' informazzjoni kompluta dwar il-prodott, li jkopru l-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni;

 

(d)   l-informazzjoni għandha tkun tista' tinqara minn magna, tkun tista' tintgħażel u titfittex, u tirrispetta l-istandards miftuħa għall-użu minn parti terza, mingħajr ħlas;

 

(e)   ir-reġistrazzjoni bla bżonn għandha tiġi awtomatikament evitata;

 

(f)   għandu jitwaqqaf u jiġi mantnut servizz ta' assistenza online jew punt ta' kuntatt għall-konsumaturi, li jkun hemm referenza ċara għalih fuq l-interfaċċa.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Anness I – punt 2b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  Rekwiżiti funzjonali għall-interfaċċa tal-konformità tal-bażi ta' dejta:

 

(a)   għandu jiġi żgurat li jkun hemm arranġamenti stretti ta' sigurtà għas-salvagwardja tal-informazzjoni kunfidenzjali;

 

(b)   id-drittijiet tal-aċċess għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipju tal-ħtieġa ta' tagħrif;

 

(c)   għandha tiġi pprovduta konnessjoni għas-Sistema ta' Informazzjoni u Komunikazzjoni dwar is-Sorveljanza tas-Suq (ICSMS).

  • [1]  ĠU C 82, 3.3.2016, p. 6.

NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni: Dar mheżża sas-sisien – u triq 'il quddiem

Ftit xhur ilu, il-każ tal-emissjonijiet tal-karozzi ħasad liċ-ċittadini Ewropej kollha. Fost aspetti oħra, l-aktar ma ġiet affettwata kienet il-fiduċja tagħhom. Jekk din id-daqqa kbira inqegħduha fl-istampa usa', issa rridu ngħinu biex nerġgħu nibnu din il-fiduċja. Il-proposti konkreti ta' din l-inizjattiva leġiżlattiva jistgħu jagħmlu pass f'dan is-sens.

Mill-ħolqien tagħha, it-tikketta pprovdiet liċ-ċittadini fehim aktar profond tal-impatt tal-prodotti fuq l-ambjent u ċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom. L-evalwazzjoni tad-Direttiva 2010/30/KE enfasizzat numru ta' nuqqasijiet; jekk jiġu indirizzati, dawn jistgħu jwasslu għal iffrankar tal-enerġija addizzjonali sinifikanti. Ir-reviżjoni attwali għandha l-għan ukoll li tiffaċilita l-integrazzjoni tal-iżviluppi tal-ICT li dalwaqt jaslu bħall-Internet tal-Oġġetti u oħrajn.

Ir-rapporteur jikkondividi l-objettivi tal-Kummissjoni, inkluża l-għażla ta' Regolament bħala l-aħjar strument legali biex jiġu evitati traspożizzjonijiet differenti fl-Istati Membri. Dan għandu l-għan li jikkombina diversi ekwilibriji: li jaċċerta mill-ġdid il-kontinwità filwaqt li jistimola l-evoluzzjoni; fost iċ-ċittadini, l-industrija, u partijiet interessati oħra; bejn prammatiżmu solidu u ambizzjoni ispirata; bejn enfasi teknoloġika u kuxjenza soċjali. Fil-fatt, hemm triq 'il quddiem li ma tmur kontra xejn jew ħadd, iżda tmur lejn futur aħjar għal kulħadd.

1.  Innaddfu d-dar[1]:tikketti u dokumenti relatati magħhom

u l-isfida ta' skala mill-ġdid

L-interventi ta' emenda jirrispettaw bil-kbir l-esperjenza operattiva akkumulata bid-Direttiva 2010/30/UE, li hija ta' valur kbir bħalissa. L-isforz ewlieni jrid jiġi indirizzat għall-konsolidazzjoni ta' din l-esperjenza, filwaqt li titnaddaf varjabbiltà mhux mixtieqa, b'mod immirat u konxju lejn l-ispiża. L-Artikolu 7 huwa estiż f'erba' Artikoli differenti. L-introduzzjoni futura tat-tikketti l-ġodda trid tiġi formalizzata skont kombinazzjoni kunċettwali akkurata ta' żewġ perspettivi komplementari, mil-lat tal-kontributi (l-Artikoli 7, 7a u 7b) u mil-lat tal-proċess (l-Artikolu 7c). It-tikketti huma l-kunċett fokali tar-Regolament sħiħ, u jridu jibqgħu hekk. B'mod parallel, l-istruttura tal-Artikolu 12 oriġinali, li tittratta l-atti delegati, ġiet irranġata mill-ġdid bir-reqqa. Ċerti elementi ripetuti f'bosta atti delegati speċifiċi għall-prodott jistgħu jiġu koperti aħjar bi ftit atti delegati proċedurali; dan l-approċċ se jiffaċilita l-aġġornamenti, jiffranka riżorsi leġiżlattivi, u jżomm il-varjabbiltà taħt kontroll.

L-iskala mill-ġdid (l-Artikolu 7c) hija l-aktar kwistjoni sensittiva f'riskju; konsegwentement din teħtieġ ekwilibriju komprensiv maħsub sew. Ċertu tip ta' skattaturi tal-iskala mill-ġdid huma meħtieġa biex jagħmlu l-proċess oġġettiv; skema ta' "konsultazzjoni u deċiżjoni", li tikkumplimentahom, tidher li hija l-aħjar metodu. Dan ir-rapport jipproponi li jiġu kkombinati l-okkupazzjoni tal-klassijiet tal-enerġija b'mudelli ta' prodott disponibbli fis-suq u l-evoluzzjoni teknoloġika tal-grupp ta' prodotti. Il-Kummissjoni tingħata kompiti urġenti u preparatorji ta' sens komun: studju kumplessiv dwar is-suq u t-teknoloġija, pjan ta' ħidma ta' tliet snin kontinwi għal attivitajiet ta' skala mill-ġdid, u l-attivazzjoni tal-bażi ta' dejta tal-prodotti. Dan kollu jrid jiġi appoġġat minn konsultazzjoni attenta u mtejba ma' diversi partijiet interessati, li għandha l-għan li tiżgura l-kumdità tal-partijiet interessati kollha.

Peress li d-distribuzzjoni ta' wara l-iskala mill-ġdid ta' mudelli ta' prodott fil-klassijiet tal-enerġija A-G se jkollha implikazzjonijiet sinifikanti fis-suq, jinżamm approċċ flessibbli biex "jidderiġiha", filwaqt li jipproponi tliet għażliet ta' tnaqqis tal-"intensità tal-iskala mill-ġdid": C-G (b'żewġ klassijiet vojta fl-ogħla livell), B-G (klassi waħda vojta) u A-G (l-ebda klassi vojta). Dawn ix-xejriet tal-iskala se jkunu marbuta wkoll mal-imsemmija skattaturi. Ir-rapporteur jafda fir-responsabbiltà professjonali tal-fornituri u n-negozjanti, fir-rigward ta' kif jissodisfaw l-obbligi tagħhom elenkati b'mod ċar fl-Artikolu 3.

L-għan huwa ta' konverġenza lejn skali A-G fi żmien raġonevoli (5 snin). Titqiegħed enfasi wkoll fuq l-flussi tal-informazzjoni u l-għodod tal-ippjanar. Flimkien, dawn għandhom jiffurmaw tranżizzjoni orjentata lejn l-għarfien li se tinkludi soluzzjonijiet imfassla apposta għall-gruppi ta' prodotti ttikkettati reċentement u għall-prodotti żgħar.

2.  Niftħu d-dar: bażi ta' dejta tal-prodotti, il-mutur reali tal-bidla

F'din is-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni orjentata lejn iċ-ċittadini, il-bażi ta' dejta tal-prodotti proposta mill-Kummissjoni hija essenzjali. Ma nistgħux nibqgħu l-uniku suq kbir mingħajr sistema ċentrali obbligatorja ta' reġistrazzjoni tal-prodott u bażi ta' dejta tal-prodotti, li l-Istati Uniti, iċ-Ċina, l-Awstralja, u oħrajn ħolqu diversi snin ilu. Bażi ta' dejta maħsuba tajba hija l-mutur reali għall-bidla li għandna bżonn biex nagħtu s-setgħa liċ-ċittadini bħala protagonisti fit-tranżizzjoni tal-enerġija tal-UE. Din se tiffaċilita l-aċċess għall-informazzjoni, ittejjeb il-kapaċità tagħna li nsegwu l-evoluzzjoni tas-suq f'ħin reali (u li ntejbu l-leġiżlazzjoni kif xieraq) u tagħti spinta lill-effiċjenza tal-"mekkaniżmi ta' sikurezza" tagħna. Bħala pjattaforma fejn l-informazzjoni relevanti kollha għall-konsumatur tittella', tiġi aġġornata, u jingħata aċċess miftuħ għaliha, din se ttejjeb b'mod sinifikanti l-fiduċja.

Konsegwentement, l-Artikolu 8 u l-Anness I ġew analizzati bir-reqqa sabiex:

•  jiżguraw li d-dejta relevanti għall-konsumatur dwar il-prodotti relatati mal-enerġija tittella' u tiġi organizzata f'format faċli biex jiġi aċċessat u użat;

•  jippermettu lill-fornituri jikkompetu b'mod kreattiv fis-"suq tal-informazzjoni", billi b'mod volontarju jipprovdu informazzjoni rikka u innovattiva lill-konsumaturi;

•  jistimulaw l-imprenditorija għall-iżvilupp ta' applikazzjonijiet innovattivi li jagħtu valur ewlieni liċ-ċittadini, l-industriji u s-soċjetà tagħna;

•  ikopru żviluppi futuri ta' leġiżlazzjoni tal-Unjoni relatata;

•  joffru modi aħjar għall-ġestjoni tat-taħriġ tal-ħaddiema, tal-kampanji edukattivi, tal-materjal promozzjonali tekniku, eċċ.

Aħna rridu niggarantixxu li d-dejta sensittiva tiġi żgurata "għall-awtoritajiet biss", jiġifieri talimenta l-valutazzjoni tal-konformità, il-proċeduri ta' sorveljanza u salvagwardja b'mod li l-industrija tista' tafda bis-sħiħ u tuża l-aħjar teknoloġiji disponibbli, bħalma jagħmlu l-operazzjonijiet bankarji online.

3.  Inżommu d-dar sikura: sorveljanza, salvagwardji, valutazzjoni tal-konformità

Is-sorveljanza tas-suq, is-salvagwardji u l-valutazzjoni tal-konformità huma elementi ta' infurzar essenzjali għaż-żamma ta' dar sikura, b'hekk jikkontribwixxu għall-għan ewlieni ta' rkupru tal-fiduċja.

L-Artikolu 5 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-Artikolu 6 dwar il-proċedura ta' salvagwardja tal-Unjoni, emendati, ġew ristrutturati fil-fond, filwaqt li jżommu korrispondenza mill-qrib mal-kontenut tal-proposta tal-Kummissjoni. Ir-rapporteur ried iżid l-aċċertament kumplessiv tal-proċedura ta' infurzar, b'hekk jgħinha tikseb lura l-fiduċja tal-partijiet kollha, peress li s-sistema attwali ta' sorveljanza tas-suq spiss tiġi kkritikata. Fost it-titjib miżjud, insibu proċedura ta' protezzjoni tal-konsumatur speċjali fl-Artikolu 6(12). Kemm is-sorveljanza tas-suq kif ukoll il-proċedura ta' salvagwardja se jiġu ffaċilitati ħafna mill-bażi ta' dejta tal-prodotti. Fil-proposta emendata ġie msaħħaħ ukoll ir-rwol ta' koordinazzjoni u faċilitazzjoni tal-Kummissjoni.

L-obbligi tal-Istati Membri (l-Artikolu 4) u dawk tal-fornituri u n-negozjanti (l-Artikolu 3) huma ddefiniti u kkompletati aħjar għal funzjonalità akbar. L-Artikolu 9 dwar standards armonizzati għall-valutazzjoni tal-konformità u oħrajn (ta' importanza fundamentali meta jiġu tikkettati prodotti ġodda) ġie emendat ukoll. Tul ir-Regolament kollu, ġie intensifikat in-netwerk ta' kontroreferenzi fost l-Artikoli, li huwa l-bażi ta' konnessjoni sistemika mill-qrib tal-elementi differenti tiegħu.

4.   Mill-kantina għall-bejt: għodod oħra biex dan ir-Regolament jaħdem

Fir-rigward tal-artikoli l-oħra, il-proposti tar-rapporteur huma:

•  L-Artikolu 2 dwar Definizzjonijiet huwa arrikkit b'sitt definizzjonijiet addizzjonali, iġġustifikati mill-użu regolari tagħhom tul it-test.

•  L-Artikolu 6A ġdid dwar Aġġornament tas-softwer ikopri din il-possibbiltà, issa dejjem frekwenti minħabba l-kontenut elettroniku li qed jiżdied tal-prodotti relatati mal-enerġija.

•  Fl-Artikolu 1 dwar Suġġett u kamp ta' applikazzjoni, hija proposta soluzzjoni għall-kwistjoni tal-prodotti użati.

•  L-Artikolu 10 dwar il-Forum ta' Konsultazzjoni huwa msaħħaħ u l-Kummissjoni tingħata mandat tismagħhom meta tieħu deċiżjonijiet.

•  Pjan ta' ħidma, stabbilit mill-Artikolu 11, jiġbor il-proġetti kollha ta' intervent fuq is-sistema ta' atti delegati, u jagħti rendikont pubbliku tal-iżvilupp tagħhom.

•  Fl-Artikolu 16 dwar id-Dħul fis-seħħ, l-emenda tipproponi li tadatta d-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti għall-fornituri dwar il-bażi ta' dejta (l-Artikolu 3(1)(d)) f'koerenza mal-kumplament tat-test emendat.

5.   L-impatt leġiżlattiv

Il-konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati u ċ-ċittadini kienu essenzjali għall-abbozzar ta' dan ir-rapport. Bħalma wiegħed ir-rapporteur meta ffirma t-"Transparency International Anti-Corruption Pledge[2]", dawn il-laqgħat kollha huma elenkati f"Impatt Leġiżattiv" speċifiku fuq is-sit elettroniku tar-rapporteur[3].

Mill-20.10.2015 sal-20.01.2016[4], ir-rapporteur kellu 17-il laqgħa ma' partijiet interessati differenti. Sitt laqgħat minnhom saru ma' rappreżentanti minn istituzzjonijiet oħra tal-UE u rappreżentanzi permanenti tal-Istati Membri; erbgħa mal-industrija tal-manifattura; tlieta ma' rappreżentanti tas-soċjetà ċivili (żewġ assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, NGO ambjentali waħda); tnejn ma' organizzazzjonijiet tal-bejjiegħa bl-imnut; waħda mal-industriji tar-reklamar; u waħda ma' rappreżentanti ta' kumpaniji tal-enerġija. Barra minn hekk, ċittadini attivi kkontribwixxew għal 67 rimarka permezz tal-pjattaforma parteċipatorja online "Sistema Operativo Lex (Movimento 5 Stelle)"[5].

L-aspetti prinċipali kollha tal-proposta ġew analizzati ma' partijiet interessati, żviluppati fi ħdan diskussjonijiet ġenerali dwar l-effiċjenza enerġetika u l-istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija. L-iskala mill-ġdid u s-sorveljanza tas-suq kienu l-aktar temi ta' diskussjoni frekwenti. Il-bażi ta' dejta tal-prodotti, il-proċeduri ta' standards u ta' ttestjar u l-kampanja ta' informazzjoni tal-konsumaturi ġew diskussi wkoll b'mod estensiv.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (27.4.2016)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-effiċjenza tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE
(COM(2015)0341 – C8-0189/2015 – 2015/0149(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Aldo Patriciello

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

It-tikkettar tal-enerġija huwa ta' benefiċċju għall-ambjent, peress li jippermetti lill-konsumaturi jqabblu l-prodotti f'termini tal-effiċjenza enerġetika tagħhom u jieħdu deċiżjonijiet ta' xiri kosteffikaċi u li jirrispettaw l-ambjent.

Madankollu, is-sistema ta' tikkettar tal-enerġija li teżisti bħalissa m'għadhiex trasparenti u, sa ċertu punt, m'għadhiex tagħmel sens, l-aktar minħabba l-iffullar u d-diversifikazzjoni tal-ogħla klassijiet tal-effiċjenza enerġetika, li evidentement tfixkel lill-konsumaturi. Barra minn hekk, is-sorveljanza tas-suq fl-Istati Membri fiha lok għal titjib, u sistema aktar ċara u sempliċi ta' tikkettar u ġestjoni ta' informazzjoni dwar il-prodotti tkun ta' benefiċċju għaliha.

Għaldaqstant, ir-rapporteur jilqa' favorevolment il-proposta għal Regolament li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-effiċjenza tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (COM(2015)341), li għandu l-għan li joħloq aktar trasparenza għall-konsumaturi u l-awtoritajiet fir-rigward tal-prodotti relatati mal-enerġija fis-suq tal-UE.

Il-proposta tal-Kummissjoni tissostitwixxi l-qafas ta' tikkettar tal-enerġija attwali u tintroduċi mekkaniżmu għar-riklassifikazzjoni tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika. Il-proposta tipprevedi wkoll bażi ta' dejta tal-prodotti u tistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi involuti.

Ir-rapporteur japprova l-parti l-kbira tal-elementi msemmija, iżda jissuġġerixxi li diversi aspetti tal-proposta jiġu emendati, b'mod partikolari:

•  Il-frekwenza tar-riklassifikazzjoni

Il-Kummissjoni tipproponi ċiklu ta' rieżami perjodiku ta' għaxar snin u fuq dan tibbaża l-kunċett tagħha ta' riklassifikazzjoni u ripopolazzjoni tal-klassijiet kollha tal-effiċjenza enerġetika. Ir-rapporteur jemmen li l-frekwenza tar-riklassifikazzjoni għandha tkun ibbażata biss fuq l-evidenza u tqis il-ħtiġijiet speċifiċi tal-prodotti. Ċiklu fiss ma jistax jissodisfa l-esiġenzi ta' suq li qed jinbidel. Kwalunkwe riklassifikazzjoni tikkostitwixxi adattament għall-progress tekniku u xjentifiku, u għandha tkun ibbażata fuq studju preparatorju dettaljat u speċifiku magħmul mill-Kummissjoni. Ir-referenzi kollha għal ċikli ta' rieżami fissi għandhom jitħassru (il-Premessa 11; l-Artikolu 7(3) u (4)).

•  L-għadd ta' prodotti fl-ogħla klassijiet

Bħala tweġiba għall-iffullar u d-diversifikazzjoni tal-klassi A għal bosta prodotti, il-Kummissjoni tissuġġerixxi li l-klassijiet il-ġodda A+ eċċ. jitħassru u l-ogħla żewġ klassijiet A u B jiġu żvujtati għalkollox. Ir-rapporteur huwa konvint bis-sħiħ li l-iżvujtar tal-ogħla klassijiet jibgħat messaġġ żbaljat lill-konsumaturi u jista' jkollu effett negattiv mil-lat ekoloġiku, peress li jagħti l-impressjoni li ma jeżistux prodotti rakkomandabbli. Billi jifhem il-bżonn ta' soluzzjoni fit-tul, jissuġġerixxi l-introduzzjoni ta' limitu ta' perċentwal għall-klassijiet tal-enerġija A u B, li jekk jinqabeż jagħti lok għal riklassifikazzjoni ġdida (il-Premessa 11; l-Artikolu 7(3)).

•  Iż-żamma tal-bażi ta' dejta

Ir-rapporteur jixtieq jenfasizza li l-bażi ta' dejta hija biss għodda teknika u ma tistax tieħu post is-sorveljanza tas-suq. Il-ħolqien ta' skedi tad-dejta dwar il-prodotti u x-xogħol biex is-settijiet tad-dejta jittellgħu jew jiddaħħlu f'bażi ta' dejta esterna jistgħu jikkostitwixxu piż finanzjarju u amministrattiv kbir, b'mod partikolari għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. L-għoti ta' informazzjoni lill-Kummissjoni fil-formati tradizzjonali f'forma elettronika għandu jkun ġuridikament possibbli, bil-kundizzjoni li l-informazzjoni tkun kompluta u standardizzata u li l-fornitur ikun jista' jinżamm responsabbli għall-informazzjoni li jkun hemm fil-bażi ta' dejta. Il-fornitur għandu jkollu d-dritt jiddeċiedi kif jixtieq jissottometti d-dejta tiegħu (il-Premessa 16; l-Artikolu 3(1); l-Artikolu 8).

•  It-twaħħil jew il-viżwalizzazzjoni tat-tikketta

Hemm punti fejn il-proposta tal-Kummissjoni mhijiex ċara fir-rigward tal-użu ta' tikketti elettroniċi minflok tikketta tradizzjonali mwaħħla mal-prodott. Il-viżwalizzazzjoni elettronika tat-tikketti fil-ħwienet tikkostitwixxi simplifikazzjoni għall-partijiet kollha involuti u għalhekk għandha tiġi inkoraġġuta (l-Artikolu 3(2)).

Ir-rapporteur jirrakkomanda wkoll li tiżdied definizzjoni ta' "effiċjenza enerġetika" konformi mad-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza enerġetika.

Ir-rapporteur jilqa' favorevolment il-fatt li l-prodotti użati huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-proposta.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu::

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-Unjoni Ewropea hi impenjata li tibni Unjoni ta' Enerġija b'politika dwar il-klima li tħares 'il quddiem. L-effiċjenza enerġetika hi element kruċjali tal-Qafas Politiku tal-Unjoni Ewropea dwar il-Klima u l-Enerġija tal-2030 u hi ċ-ċavetta għall-moderazzjoni tad-domanda tal-enerġija.

(1) L-Unjoni Ewropea hi impenjata li tibni Unjoni ta' Enerġija b'politika dwar il-klima li tħares 'il quddiem. L-effiċjenza enerġetika hi element kruċjali tal-Qafas Politiku tal-Unjoni Ewropea dwar il-Klima u l-Enerġija tal-2030 u hi ċ-ċavetta għall-moderazzjoni tad-domanda tal-enerġija u l-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Huwa xieraq li d-Direttiva 2010/30/UE tinbidel b'Regolament li jżomm l-istess skop, iżda li jimmodifika u jtejjeb uħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu ħalli l-kontentut tagħhom ikun iċċarat u aġġornat. Regolament hu l-istrument legali xieraq għax jimponi regoli ċari u dettaljati li ma jagħtux lok għal traspożizzjoni diverġenti mill-Istati Membri u għalhekk jassigura grad ogħla ta' armonizzazzjoni mal-Unjoni kollha. Qafas regolatorju armonizzat f'livell ta' Unjoni aktar milli f'livell ta' Stat Membru jnaqqas l-ispejjeż għall-manifatturi u jiżgura kundizzjonijiet ekwi. L-armonizzazzjoni mal-Unjoni kollha tassigura l-moviment liberu tal-prodotti fis-Suq Uniku.

(4) Huwa xieraq li d-Direttiva 2010/30/UE tinbidel b'Regolament li jżomm prinċipalment l-istess skop, iżda li jimmodifika u jtejjeb uħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu ħalli l-kontentut tagħhom ikun iċċarat u aġġornat. Qafas regolatorju armonizzat fil-livell tal-Unjoni, aktar milli fil-livell tal-Istati Membri, inaqqas l-ispejjeż għall-manifatturi u jiżgura kundizzjonijiet ekwi. Armonizzazzjoni mal-Unjoni kollha tassigura l-moviment liberu tal-prodotti fis-suq intern kollu kemm hu. Peress li l-konsum tal-enerġija tal-mezzi tat-trasport għall-persuni jew għall-prodotti huwa regolat direttament jew indirettament minn leġiżlazzjoni u politiki oħra tal-Unjoni, huwa xieraq li jibqgħu jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Din l-eżenzjoni tinkludi mezzi ta' trasport li l-mutur tagħhom jibqa' fl-istess post waqt it-tħaddim, bħalma huma liftijiet, skali mobbli u ċineg tal-ġarr.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Huwa xieraq li l-prodotti użati jiġu eżentati minn dan ir-Regolament, u dawn jinkludu l-prodotti kollha li bdew jintużaw qabel ma tqiegħdu fis-suq għat-tieni darba jew għal darb'oħra.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) It-titjib fl-effiċjenza tal-prodotti relatati mal-enerġija permezz ta' għażliet infurmati mill-konsumatur hu ta' benefiċċju għall-ekonomija tal-Unjoni, jixpruna l-innovazzjoni u jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-miri tal-effiċjenza enerġetika tal-2020 u tal-2030 tal-Unjoni. Se jgħin ukoll biex il-konsumaturi jiffrankaw il-flus.

(7) It-titjib fl-effiċjenza tal-prodotti relatati mal-enerġija permezz ta' għażliet infurmati mill-konsumatur hu ta' benefiċċju għall-ekonomija tal-Unjoni, jixpruna l-innovazzjoni u jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-miri tal-effiċjenza enerġetika tal-2020 u tal-2030 tal-Unjoni kif ukoll l-objettivi tagħha f'dak li għandu x'jaqsam mal-ambjent u l-azzjoni klimatika. Jgħin ukoll biex il-konsumaturi jiffrankaw il-flus billi jitnaqqas il-konsum tal-enerġija fl-unitajiet domestiċi.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) L-għoti ta' informazzjoni korretta, relevanti u komparabbli fuq il-konsum speċifiku tal-enerġija tal-prodotti relatati mal-enerġija jiffaċilita l-għażla tal-konsumaturi favur dawk il-prodotti li jikkunsmaw inqas enerġija u riżorsi essenzjali oħrajn waqt l-użu. It-tikketta mandatorja standardizzata hi mezz effettiv li jipprovdi lill-konsumaturi potenzjali b'informazzjoni komparabbli fuq il-konsum tal-enerġija ta' prodotti relatati mal-enerġija. Din għandha tkun issupplimentata b'folja ta' informazzjoni dwar il-prodott. It-tikketta għandha tintgħaraf faċilment u tkun sempliċi u konċiża. Biex jintlaħaq dan kollu, l-iskala ta' kuluri minn aħdar skur għal aħmar tat-tikketta għandha tinżamm bħala l-bażi biex il-konsumaturi jiġu infurmati dwar l-effiċjenza enerġetika tal-prodotti. Il-klassifikazzjoni li tuża l-ittri minn A sa G uriet li kienet l-aktar effettiva għall-konsumaturi. F'sitwazzjonijiet fejn, minħabba miżuri tal-ekodisinn skont id-Direttiva 2009/125/KE, il-prodotti ma jkunux jistgħu jibqgħu jaqgħu fil-klassijiet 'F' jew 'G', dawk il-klassijiet ma għandhomx jidhru fuq it-tikketta. F'każijiet eċċezzjonali, dan għandu jiġi estiż għall-klassijiet 'D' u 'E', għalkemm din is-sitwazzjoni x'aktarx ma tinqalax, billi t-tikketta tkun kklassifikata mill-ġdid ladarba maġġoranza tal-mudelli tal-prodotti jaqgħu fl-ogħla żewġ klassijiet.

L-għoti ta' informazzjoni korretta, relevanti u komparabbli fuq il-konsum speċifiku tal-enerġija tal-prodotti relatati mal-enerġija jiffaċilita l-għażla tal-konsumaturi favur dawk il-prodotti li jikkunsmaw inqas enerġija u riżorsi essenzjali oħrajn waqt l-użu. It-tikketta mandatorja standardizzata hi mezz effettiv li jipprovdi lill-konsumaturi potenzjali b'informazzjoni komparabbli fuq il-konsum tal-enerġija ta' prodotti relatati mal-enerġija. Din għandha tkun issupplimentata bi skeda informattiva dwar il-prodott. It-tikketta għandha tintgħaraf faċilment u tkun sempliċi u konċiża. Biex jintlaħaq dan kollu, l-iskala ta' kuluri minn aħdar skur għal aħmar tat-tikketta għandha tinżamm bħala l-bażi biex il-konsumaturi jiġu infurmati dwar l-effiċjenza enerġetika tal-prodotti. Il-klassifikazzjoni li tuża l-ittri minn A sa G uriet li kienet l-aktar effettiva għall-konsumaturi. F'sitwazzjonijiet fejn, minħabba miżuri tal-ekodisinn skont id-Direttiva 2009/125/KE, il-prodotti ma jkunux jistgħu jibqgħu jaqgħu fil-klassijiet 'D', 'E', 'F' jew 'G', dawk il-klassijiet ma għandhomx jidhru fuq it-tikketta.

Ġustifikazzjoni

Jekk il-klassijiet ikunu vojta għal raġunijiet ġuridiċi, dawn għandhom jitneħħew irrispettivament mill-perċentwal ta' prodotti li jaqgħu fl-ogħla żewġ klassijiet.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Il-manifatturi jirrispondu għat-tikketta tal-enerġija billi joħolqu prodotti dejjem aktar effiċjenti. Dan l-iżvilupp teknoloġiku jwassal biex ikun hemm aktar prodotti fl-ogħla klassijiet tat-tikketta tal-enerġija. Jista' jkun hemm bżonn ta' aktar differenzazzjoni tal-prodott ħalli l-konsumaturi jkunu jistgħu jqabblu l-prodotti kif suppost, u dan iwassal għall-ħtieġa li t-tikketti jkollhom skala ġdida. Minħabba li l-frekwenza ta' skala mill-ġdid bħal din ta' madwar għaxar snin tkun waħda xierqa, għandu jiġi kkunsidrat il-fatt li jiġi evitat piż żejjed fuq il-manifatturi. Dan ir-Regolament għalhekk għandu jinkludi arranġamenti dettaljati għall-għoti ta' skali ġodda biex iċ-ċertezza legali tkun massimizzata għall-fornituri u n-negozjanti. It-tikketta bi skala ġdida għandu jkollha l-ogħla klassijiet vojta biex tħeġġeġ il-progress teknoloġiku u tippermetti li jiġu żviluppati u rikonoxxuti aktar prodotti effiċjenti. Meta tikketta tingħata skala ġdida, għandha tiġi evitata l-konfużjoni għall-konsumaturi billi t-tikketti tal-enerġija kollha jinbidlu fuq perjodu ta' żmien qasir.

(11) Il-manifatturi jirrispondu għat-tikketta tal-enerġija billi joħolqu prodotti dejjem aktar effiċjenti. Dan l-iżvilupp teknoloġiku jwassal biex ikun hemm aktar prodotti fl-ogħla klassijiet tat-tikketta tal-enerġija. Jista' jkun hemm bżonn ta' aktar differenzazzjoni tal-prodott ħalli l-konsumaturi jkunu jistgħu jqabblu l-prodotti kif suppost, u dan iwassal għall-ħtieġa li t-tikketti jkollhom skala ġdida. Għal riklassifikazzjoni bħal din, il-frekwenza tiddependi mill-iffullar fl-ogħla żewġ skali – li jnaqqas l-għażla tal-konsumaturi u l-inċentivi għall-iżvilupp ta' prodotti aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija – fid-dawl tal-ħtieġa li jiġi evitat piż żejjed fuq il-manifatturi. Dan ir-Regolament għalhekk għandu jinkludi arranġamenti dettaljati għall-għoti ta' skali ġodda biex iċ-ċertezza legali tkun massimizzata għall-fornituri u n-negozjanti. It-tikketta bi skala ġdida għandu jkollha l-ogħla klassijiet vojta biex tħeġġeġ il-progress teknoloġiku u tippermetti li jiġu żviluppati u rikonoxxuti aktar prodotti effiċjenti. Meta tikketta tingħata skala ġdida, għandha tiġi evitata l-konfużjoni għall-konsumaturi billi t-tikketti tal-enerġija kollha jinbidlu fuq perjodu ta' żmien qasir.

Ġustifikazzjoni

Ir-raġuni ewlenija għar-riklassifikazzjoni tat-tikketta tal-effiċjenza enerġetika hija l-iffullar fl-ogħla klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A u B, li jnaqqas l-għażla tal-konsumaturi u jbaxxi l-inċentiv biex jixtru prodotti effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Peress li l-effiċjenza enerġetika ta' kull grupp ta' prodotti tevolvi b'rata differenti, il-perjodu suġġerit ta' 10 snin jista' jkun qasir jew twil wisq, skont il-grupp ta' prodotti. Sabiex ikun żgurat li l-piż tar-reviżjoni tat-tikketta jibqa' raġonevoli u l-konsumaturi jkollhom għażla biżżejjed, l-ogħla klassijiet A u B m'għandhomx jiġu żvujtati, iżda għandu jkun fihom għadd limitat ta' prodotti.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Jeħtieġ li tkun ipprovduta distribuzzjoni ċara u proporzjonata tal-obbligi li jikkorrispondu mar-rwol ta' kull operatur fil-proċess tal-provvista u d-distribuzzjoni. L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli għall-konformità skont ir-rwoli rispettivi tagħhom fil-katina tal-provvista u għandhom jieħdu l-miżuri adattati biex jassiguraw li fis-suq ikun hemm biss prodotti li jkunu konformi ma' dan ir-Regolament u l-atti delegati tiegħu.

(13) Jeħtieġ li tkun ipprovduta distribuzzjoni ċara u proporzjonata tal-obbligi li jikkorrispondu mar-rwol ta' kull operatur fil-proċess tal-provvista u d-distribuzzjoni. L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli għall-konformità skont ir-rwoli rispettivi tagħhom fil-katina tal-provvista u għandhom jieħdu l-miżuri adattati biex jassiguraw li fis-suq ikun hemm biss prodotti li jkunu konformi ma' dan ir-Regolament u l-atti delegati tiegħu. L-awtoritajiet superviżorji għandhom iwettqu kontrolli fuq il-post dwar il-konformità tal-prodotti enerġetiċi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Biex tkun żgurata ċ-ċertezza legali, hemm bżonn li jkun iċċarat li r-regoli dwar is-sorveljanza u l-kontroll tas-suq tal-Unjoni tal-prodotti li jidħu fis-suq tal-Unjoni li għalihom hemm provdut fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21 japplikaw għall-prodotti relatati mal-enerġija. Skont il-prinċipju tal-moviment liberu tal-prodotti, huwa essenzjali li l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri jikkooperaw flimkien b'mod effettiv. Din il-kooperazzjoni fuq it-tikkettar tal-enerġija għandha tkun rinfurzata bl-appoġġ tal-Kummissjoni.

(15) Biex tkun żgurata ċ-ċertezza legali, hemm bżonn li jkun iċċarat li r-regoli dwar is-sorveljanza u l-kontroll tas-suq tal-Unjoni tal-prodotti li jidħu fis-suq tal-Unjoni li għalihom hemm provdut fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21 japplikaw għall-prodotti relatati mal-enerġija. Skont il-prinċipju tal-moviment liberu tal-prodotti, huwa essenzjali li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri jikkooperaw flimkien b'mod effettiv permezz ta' skambju kontinwu ta' informazzjoni, partikolarment fir-rigward tal-eżitu tal-valutazzjonijiet tal-konformità tal-prodotti u l-kummerċjalizzazzjoni jew l-irtirar mis-suq ta' ċerti prodotti. Din il-kooperazzjoni fuq it-tikkettar tal-enerġija għandha tkun rinfurzata bl-appoġġ tal-Kummissjoni.

__________________

__________________

21 ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

21 ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Biex ikun iffaċilitat il-monitoraġġ tal-konformità u tkun ipprovduta fis-suq dejta aġġornata għall-proċess regolatorju fuq ir-reviżjonijiet ta' tikketti speċifiċi għall-prodott u folja ta' informazzjoni, il-fornituri għandhom jipprovdu l-informazzjoni tal-konformità tal-prodott b'mod elettroniku f'bażi ta' dejta stabbilita mill-Kummissjoni. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli pubblikament biex tipprovdi informazzjoni lill-konsumaturi u biex tippermetti modi alternattivi għan-negozjanti ħalli jirċievu t-tikketti. L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni f'bażi ta' dejta.

(16) Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tas-sorveljanza tas-suq, sabiex ikun iffaċilitat il-monitoraġġ tal-konformità u tkun ipprovduta fis-suq dejta aġġornata għall-proċess regolatorju fuq ir-reviżjonijiet ta' tikketti speċifiċi għall-prodott u skedi informattivi, il-fornituri għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa dwar il-konformità tal-prodott b'mod elettroniku f'bażi ta' dejta stabbilita u miżmuma mill-Kummissjoni. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli pubblikament, inkluż bl-użu ta' applikazzjonijiet u teknoloġiji tal-informazzjoni oħra, sabiex tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa lill-konsumaturi u sabiex tippermetti modi alternattivi għan-negozjanti ħalli jirċievu t-tikketti. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni f'bażi ta' dejta.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Il-konsum tal-enerġija u informazzjoni oħra li tikkonċerna l-prodotti koperti bir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott skont dan ir-Regolament għandhom jitkejlu b'metodi affidabbli, preċiżi u li jistgħu jiġu riprodotti li jqisu l-miżuri u l-metodi ta' kalkolu rikonoxxuti u l-aktar moderni. Hu fl-interess tal-funzjonament tas-suq intern li jkun hemm standards li jkunu ġew armonizzati fil-livell ta' Unjoni. Fin-nuqqas ta' standards ippubblikati fil-ħin tal-applikazzjoni ta' rekwiżiti speċifiċi għall-prodott, il-Kummissjoni għandha tippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea l-metodi tranżitorji tal-kejl u tal-kalkolu fir-rigward tra dawk ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott. Ladarba tkun ippubblikata referenza għal tali standard f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-konformità magħha għandha tipprovdi preżunzjoni tal-konformità mal-miżuri tal-kejl għal dawk ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott adottati abbażi ta' dan ir-Regolament.

(19) Il-konsum tal-enerġija u informazzjoni oħra li tikkonċerna l-prodotti koperti bir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott skont dan ir-Regolament għandhom jitkejlu f'konformità ma' standards armonizzati u b'metodi affidabbli, preċiżi u li jistgħu jiġu riprodotti li jqisu l-miżuri u l-metodi ta' kalkolu rikonoxxuti u l-aktar moderni. Dawn il-metodi għandhom jirriflettu, kemm jista' jkun, il-kundizzjonijiet tal-użu reali sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jifhmu u jafdaw l-informazzjoni mogħtija minn dawn it-tikketti. Għandhom ukoll ikunu ċari u robusti sabiex jiskoraġġixxu l-evitar intenzjonali u mhux intenzjonali tagħhom. Hu fl-interess tal-funzjonament tas-suq intern li jkun hemm standards li jkunu ġew armonizzati fil-livell ta' Unjoni. Fin-nuqqas ta' standards ippubblikati fil-ħin tal-applikazzjoni ta' rekwiżiti speċifiċi għall-prodott, il-Kummissjoni għandha tippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea l-metodi tranżitorji tal-kejl u tal-kalkolu fir-rigward tra dawk ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott. Ladarba tkun ippubblikata referenza għal tali standard f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-konformità magħha għandha tipprovdi preżunzjoni tal-konformità mal-miżuri tal-kejl għal dawk ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott adottati abbażi ta' dan ir-Regolament.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a) L-awtoritajiet superviżorji għandhom jivverifikaw jekk il-prodotti jikkonformawx mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u, b'mod partikolari, mar-regoli armonizzati għall-kalkolu u l-kejl tal-istandards tal-prodotti. Dawn il-verifiki għandhom jitwettqu b'tali mod li jirriflettu l-kundizzjonijiet reali tal-użu tal-prodott. Il-karatteristiċi tad-disinn maħsuba biex jiffalsifikaw ir-riżultati tat-testijiet għandhom jiġu pprojbiti b'mod speċifiku.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 20

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Il-Kummissjoni għandha tipprovdi pjan ta' ħidma għar-reviżjoni tat-tikketti ta' prodotti partikolari, inkluża lista indikattiva ta' prodotti oħrajn relatati mal-enerġija li għalihom tista' tiġi stabbilita tikketta tal-enerġija. Il-pjan ta' ħidma għandu jiġi implimentat billi jibda b'analiżi teknika, ambjentali u ekonomika tal-gruppi ta' prodotti kkonċernati. Din l-analiżi għandha tħares ukoll lejn informazzjoni supplimentari, inklużi l-possibbiltà u l-kost biex il-konsumaturi jiġu infurmati b'tagħrif dwar il-prestazzjoni ta' prodott marbut mal-enerġija, fost l-oħrajn il-konsum assolut tal-enerġija, id-durabbiltà jew il-prestazzjoni ambjentali, f'koerenza mal-għan li tiġi promossa ekonomija ċirkulari. Tali tagħrif supplimentari għandu jtejjeb l-intelliġibbiltà u l-effettività tat-tikketta għall-konsumaturi, u ma għandux iwassal għal xi impatt negattiv fuq il-konsumaturi.

(20) Il-Kummissjoni għandha tipprovdi pjan ta' ħidma għar-reviżjoni tat-tikketti ta' prodotti partikolari, inkluża lista indikattiva ta' prodotti oħrajn relatati mal-enerġija li għalihom tista' tiġi stabbilita tikketta tal-enerġija. Il-pjan ta' ħidma għandu jiġi implimentat billi jibda b'analiżi teknika, ambjentali u ekonomika tal-gruppi ta' prodotti kkonċernati. Din l-analiżi għandha tħares ukoll lejn informazzjoni supplimentari, inklużi l-possibbiltà u l-kost biex il-konsumaturi jiġu infurmati b'tagħrif dwar il-prestazzjoni ta' prodott marbut mal-enerġija, fost l-oħrajn il-konsum tal-enerġija, id-durabbiltà jew il-prestazzjoni ambjentali, f'koerenza mal-għan li tiġi promossa ekonomija ċirkulari. Tali tagħrif supplimentari għandu jtejjeb l-intelliġibbiltà u l-effettività tat-tikketta għall-konsumaturi, u ma għandux iwassal għal xi impatt negattiv fuq il-konsumaturi.

Ġustifikazzjoni

"Konsum assolut tal-enerġija" mhijiex ċara u tagħti lok għal diskussjonijiet irrelevanti dwar ċikli tal-ħajja tal-prodotti u impronti ekoloġiċi, u għalhekk tikkomplika ħafna l-proċess deċiżjonali.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a) L-ekodisinn kiseb riżultati sinifikanti fit-titjib fl-effiċjenza enerġetika u fil-konsum tal-enerġija tal-prodotti, u dan wassal għal tnaqqis fl-ispejjeż u l-konsum tal-enerġija fl-unitajiet domestiċi u tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra. Għaldaqstant il-lista ta' prodotti koperti minn din il-leġiżlazzjoni għandha tiġi estiża u fir-rekwiżiti għad-disinn tal-prodotti għandhom jiġu inklużi, malajr kemm jista' jkun, il-karatteristiċi ta' effiċjenza tar-riżorsi kollha billi jiġu determinati rekwiżiti orizzontali li jirrigwardaw, fost l-oħrajn, id-durabbiltà tal-prodotti u kemm dawn jistgħu jissewwew, jintużaw mill-ġdid jew jiġu riċiklati.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas fuq l-indikazzjoni bit-tikketti u informazzjoni standard tal-prodott fuq il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħrajn minn prodotti relatati mal-enerġija waqt l-użu, u informazzjoni supplimentari li tikkonċerna prodotti relatati mal-enerġija sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħżlu prodotti aktar effiċjenti.

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas dwar l-indikazzjoni bit-tikketti u informazzjoni standard tal-prodott fuq il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħrajn minn prodotti relatati mal-enerġija waqt l-użu, u informazzjoni supplimentari marbuta mal-ambjent u l-prestazzjoni li tikkonċerna prodotti relatati mal-enerġija sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħżlu prodotti aktar effiċjenti u sostenibbli.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal:

2. Dan ir-Regolament għandu japplika għal prodotti relatati mal-enerġija li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni jew jitqiegħdu fis-servizz fis-suq tal-Unjoni. M'għandux japplika għal:

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn definizzjoni pożittiva għall-kamp ta' applikazzjoni.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) "Prodott relatat mal-enerġija" tfisser kwalunkwe prodott, sistema jew servizz b'impatt fuq il-konsum tal-enerġija waqt l-użu, li jiddaħħal fis-suq u jitqiegħed fis-servizz fl-Unjoni, inkluż partijiet li jiġu inkorporati fi prodotti relatati mal-enerġija li jiddaħħlu fis-suq u jitqiegħdu fis-servizz;

(11) "Prodott relatat mal-enerġija" tfisser kwalunkwe prodott, sistema jew servizz b'impatt fuq il-konsum tal-enerġija waqt l-użu, li jiddaħħal fis-suq jew jitqiegħed fis-servizz fl-Unjoni, inklużi partijiet maħsuba biex jiġu inkorporati fi prodotti relatati mal-enerġija li jiddaħħlu fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz bħala partijiet individwali għall-konsumaturi u li l-prestazzjoni ambjentali tagħhom tista' tiġi vvalutata b'mod indipendenti;

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) "Konsum tal-enerġija" tfisser il-kwantità ta' enerġija li prodott juża biex iwettaq il-funzjoni tiegħu, imkejla fuq bażi ċiklika, annwali jew tul il-ħajja tal-prodott, b'mod teknoloġikament newtrali, komparabbli fi ħdan kategorija ta' prodotti;

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 11b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11b) "Grupp ta' prodotti" tfisser kwalunkwe prodott relatat mal-enerġija li jkollu l-istess funzjonalità u, fil-każ ta' prodotti relatati mal-enerġija bi skopijiet multipli, li jkollhom l-istess funzjonalità ewlenija jew l-istess sett ta' funzjonalitajiet ewlenin;

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) "Tikketta" tfisser tabella grafika li tinkludi klassifikazzjoni bl-użu tal-ittri A sa G f'seba' kuluri differenti minn aħdar skur sa aħmar biex turi l-konsum tal-enerġija;

(13) "Tikketta" tfisser tabella grafika, f'forma stampata jew elettronika, li tinkludi klassifikazzjoni biex turi l-konsum tal-enerġija ta' prodott, sabiex il-prodotti jkunu jistgħu jitqabblu bejniethom;

Justification

For clarity the definition should not set requirements. It is therefore better to have a general definition that does not contradict with other articles of the proposal. The elements describing the label should be listed in Art. 12, where the label is analysed. Suppliers should have the flexibility to be able to make available labels and information sheets in the format that they choose. Electronic and online means are becoming more and more widespread. A future-proof Framework text should consider the possibility for electronic form. Manufacturers use many different marketing routes for products being placed on the market and different means of providing the label needs to be in line with this.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) "Folja ta' informazzjoni dwar il-prodott" tfisser tabella standard bl-informazzjoni relatata ma' prodott;

(17) "Skeda informattiva dwar il-prodott" tfisser tabella standard, f'forma stampata jew elettronika, bl-informazzjoni relatata ma' prodott;

Ġustifikazzjoni

Il-fornituri għandu jkollhom il-flessibbiltà li t-tikketti u l-iskedi informattivi jqegħduhom għad-dispożizzjoni fil-format li jagħżlu huma. Mezzi elettroniċi jew online qegħdin isiru dejjem aktar komuni. Test ta' Qafas li jibqa' validu fil-futur għandu jikkunsidra l-possibbiltà ta' forma elettronika. Il-produtturi jużaw diversi mekkaniżmi ta' kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti mqiegħda fis-suq u d-diversi mezzi ta' kif tingħata t-tikketta għandhom ikunu allinjati ma' dan.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 18

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) "Skala ġdida" tfisser eżerċizzju perjodiku biex ir-rekwiżiti għall-ilħuq tal-klassi tal-enerġija fuq it-tikketta għal prodott partikolari jkunu magħmulin aktar stretti, li, tista' tfisser li jitneħħew xi klassijiet ta' enerġija minn fuq tikketti li diġà jeżistu;

(18) "Riklassifikazzjoni" tfisser eżerċizzju li jibdel il-korrelazzjoni bejn l-effiċjenza enerġetika u l-klassi ta' skema ta' tikkettar sabiex ir-rekwiżiti għall-ilħuq tal-klassi tal-enerġija fuq it-tikketta għal prodott partikolari jkunu magħmulin aktar stretti;

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 20

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) "Tagħrif supplimentari" tfisser informazzjoni dwar il-prestazzjoni funzjonali u ambjentali ta' prodott marbut mal-enerġija, bħall-konsum assolut tal-enerġija jew id-durabbiltà tiegħu, abbażi ta' dejta li tista' titkejjel mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, li mhix ambigwa u li ma għandha l-ebda impatt negattiv fuq l-intelliġibbiltà ċara u l-effettività tat-tikketta mill-perspettiva tal-konsumaturi.

(20) "Tagħrif supplimentari" tfisser informazzjoni dwar il-prestazzjoni funzjonali, ambjentali u f'termini ta' effiċjenza fl-użu tar-riżorsi ta' prodott relatat mal-enerġija, bħall-konsum assolut tal-enerġija u d-durabbiltà tiegħu, it-tul ta' ħajja mistenni tiegħu, kemm jista' jissewwa, jew il-kontenut ta' materjal riċiklat li fih, abbażi ta' dejta li tista' titkejjel mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, li mhix ambigwa u li ma għandha l-ebda impatt negattiv fuq l-intelliġibbiltà ċara u l-effettività tat-tikketta mill-perspettiva tal-konsumaturi;

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 20a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a) "Effiċjenza enerġetika" tfisser il-proporzjon tal-output ta' prestazzjoni, servizz, oġġetti jew enerġija, mal-input ta' enerġija.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) għandhom jassiguraw li l-prodotti mqiegħda fis-suq huma pprovduti, b'xejn, b'tikketti u b'folji bl-informazzjoni, preċiżi dwar il-prodott skont dan ir-Regolament u l-atti delegati relevanti;

(a) għandhom jassiguraw li l-prodotti mqiegħda fis-suq huma pprovduti, bla ħlas, b'tikketti preċiżi, imqiegħda għad-dispożizzjoni f'forma stampata jew elettronika, u bi skedi informattivi dwar il-prodott skont dan ir-Regolament u l-atti delegati rilevanti;

Justification

Article 3.1 should clarify how the label and the information sheet need to be delivered. Label should be provided with the product as today but possibly in the future, delegated acts could define electronic solution, provided all stakeholders agree. This is to ensure that the framework is future proof. In current legislation for Product Information Sheets, there is legal uncertainty how to provide them. In contrast to labels, these are unlikely to be language neutral, therefore we propose that they should be made available to the final customer through catalogues or websites or other adequate means. For some product groups, “labels in the box” mislead consumers because the energy class of the product changes according to its combination with components/parts (e.g. air conditioners, heat pumps) and because manufacturers cannot predict what combination retailer shops choose to display or consumers choose to buy through installers. For these kinds of product groups, suppliers should be allowed to deliver labels by other means than ‘in the box’, in order to make sure that dealers and therefore consumers, receive accurate labels in time.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) għall-gruppi ta' prodotti fejn il-prodott ikun magħmul minn diversi partijiet jew komponenti, u l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott tkun funzjoni ta' taħlita bħal din, għandhom iqiegħdu tikketti preċiżi għad-dispożizzjoni tan-negozjanti, bla ħlas, fil-punt tal-wiri, mingħajr preġudizzju għall-għażla tal-fornitur dwar kif iforni t-tikketti;

Justification

Article 3.1 should clarify how the label and the information sheet need to be delivered. Label should be provided with the product as today but possibly in the future, delegated acts could define electronic solution, provided all stakeholders agree. This is to ensure that the framework is future proof. In current legislation for Product Information Sheets, there is legal uncertainty how to provide them. In contrast to labels, these are unlikely to be language neutral, therefore we propose that they should be made available to the final customer through catalogues or websites or other adequate means. For some product groups, “labels in the box” mislead consumers because the energy class of the product changes according to its combination with components/parts (e.g. air conditioners, heat pumps) and because manufacturers cannot predict what combination retailer shops choose to display or consumers choose to buy through installers. For these kinds of product groups, suppliers should be allowed to deliver labels by other means than ‘in the box’, in order to make sure that dealers and therefore consumers, receive accurate labels in time.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) għandhom iqassmu t-tikketti malajr u bla ħlas meta jintalbu min-negozjanti;

(b) għandhom iqassmu t-tikketti malajr u bla ħlas meta jintalbu min-negozjanti f'konformità mal-atti delegati rilevanti li jistgħu jispeċifikaw il-forma tat-tikketta (stampata jew elettronika), fid-dawl tal-ħtiġijiet tan-negozjanti;

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 3(1) għandu jikkjarifika kif jeħtieġ jiġu fornuti t-tikketta u l-iskeda informattiva. Illum tikketta tista' tintalab f'forma stampata, iżda fil-futur jista' jkun aktar prattiku li jintużaw mezzi elettroniċi sabiex, meta mqabbel ma' tikketti stampati mibgħuta bil-posta, il-ħtiġijiet tan-negozjanti jkunu moqdija aħjar. L-atti delegati jistgħu jiddefinixxu soluzzjoni elettronika, dment li n-negozjanti jaqblu. Dan biex ikun żgurat li l-qafas jibqa' validu fil-futur.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tan-negozjant, bla ħlas, l-iskeda informattiva dwar il-prodott (f'forma stampata jew elettronika) mingħajr preġudizzju għall-forma li l-fornituri jagħżlu għall-iskeda informattiva dwar il-prodott, f'konformità mal-atti delegati rilevanti;

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 3(1)(ba) jiċċara kif għandha tiġi fornuta l-iskeda informattiva. Fil-leġiżlazzjoni attwali li tirrigwarda l-iskedi informattivi dwar il-prodotti, teżisti inċertezza legali dwar kif għandhom jiġu pprovduti. Għall-kuntrarju tat-tikketti, dawn x'aktarx li ma jkunux lingwistikament newtrali, għalhekk nipproponu li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-konsumatur aħħari permezz ta' katalgi, siti elettroniċi jew mezzi adegwati oħra.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) m'għandhomx iqiegħdu fis-suq prodotti ddisinjati b'tali mod li kwalunkwe prestazzjoni tal-prodott tinbidel awtomatikament f'kundizzjonijiet ta' ttestjar bil-għan li jintlaħaq livell aktar favorevoli għal kwalunkwe parametru speċifikat fl-att ta' implimentazzjoni jew inkluż fi kwalunkwe dokumentazzjoni pprovduta mal-prodott;

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb) m'għandhomx, permezz ta' aġġornamenti ta' softwer, manwalment, mill-bogħod, permezz ta' aġġornamenti awtomatiċi jew meħtieġa, jintroduċu bidliet li jista' jkollhom l-effett li jbiddlu l-prestazzjoni u li b'hekk iwasslu għal żieda fil-konsum tal-enerġija matul il-ħajja ta' prodott fil-fażijiet tal-użu jew fil-modalitajiet standby wara li jintuża l-prodott;

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) qabel iqiegħdu mudell ta' prodott fis-suq, għandhom idaħħluh fil-bażi ta' dejta tal-prodotti, kif stabbilit skont l-Artikolu  8 u l-informazzjoni dettaljata fl-Anness I.

(d) qabel iqiegħdu unitajiet ta' mudell ta' prodott fis-suq, għandhom idaħħlu direttament fil-bażi ta' dejta tal-prodotti, kif stabbilit skont l-Artikolu 8, l-informazzjoni dettaljata fl-Anness I, jew jibagħtu din l-informazzjoni lill-Kummissjoni f'forma elettronika standardizzata.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) għandhom juru b'mod viżibbli t-tikketta pprovduta mill-fornitur jew inkella li tkun magħmula aċċessibbli (kummerċjalizzata) għal prodott kopert b'att delegat;

(a) għandhom juru b'mod viżibbli, fuq l-apparat jew fil-viċinanza immedjata tiegħu, it-tikketta pprovduta mill-fornitur jew inkella li tkun magħmula aċċessibbli (kummerċjalizzata) għal prodott kopert b'att delegat;

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) għandhom, meta ma jkollhomx tikketta jew tikketta bi skala ġdida;

(b) għandhom, meta ma jkollhomx tikketta jew tikketta riklassifikata, soġġett għall-obbligu impost fuq il-fornituri li jipprovdulhom it-tikketti malajr u bla ħlas:

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b – punt ii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) jistampaw it-tikketta mill-bażi ta' dejta tal-prodott stabbilita skont l-Artikolu 8 jekk dik il-funzjoni tkun disponibbli għal dak il-prodott; jew

(ii) jistampaw dik it-tikketta mill-bażi ta' dejta tal-prodotti stabbilita skont l-Artikolu 8, jew iniżżluha għall-finijiet ta' viżwalizzazzjoni elettronika, jekk dik il-funzjoni tkun disponibbli għal dak il-prodott; jew

Ġustifikazzjoni

Il-viżwalizzazzjoni elettronika tat-tikketti fil-ħwienet tikkostitwixxi simplifikazzjoni u tirrappreżenta wieħed mill-aspetti ewlenin ta' din il-miżura leġiżlattiva.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii) jistampaw it-tikketta jew it-tikketta bl-iskala l-ġdida mis-sit elettroniku tal-fornitur jekk dik il-funzjoni tkun disponibbli għal dak il-prodott.

(iii) jistampaw dik it-tikketta mis-sit elettroniku tal-fornitur, jew iniżżluha għall-finijiet ta' viżwalizzazzjoni elettronika f'forma li tippermetti li t-tikketta elettronika terġa' tintuża, jekk dik il-funzjoni tkun disponibbli għal dak il-prodott.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jassiguraw li l-fornituri u n-negozjanti jikkonformaw mal-obbligi u r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u tal-atti delegati relevanti.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jassiguraw li l-fornituri u n-negozjanti jikkonformaw mal-obbligi u r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u tal-atti delegati rilevanti. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' kull Stat Membru għandhom jiżguraw, pereżempju permezz ta' teħid ta' kampjuni każwali, li l-prodotti mibjugħa fis-suq tal-Unjoni jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-klassi tal-enerġija indikata.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta l-Istati Membri jipprovdu kwalunkwe inċentiv għal prodott relatat mal-enerġija kopert b'dan ir-Regolament u speċifikat f'att delegat, dawn għandhom jimmiraw għall-ogħla klassi ta' effiċjenza enerġetika, kif imniżżel fl-att delegat applikabbli.

3. Meta l-Istati Membri jipprovdu kwalunkwe inċentiv għal prodott relatat mal-enerġija kopert b'dan ir-Regolament u speċifikat f'att delegat, dak l-inċentiv għandu jimmira għall-ogħla klassijiet ta' effiċjenza enerġetika, jekk ikun hemm prodotti disponibbli, kif imniżżel fl-att delegat applikabbli.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Istati Membri għandhom japplikaw ir-regoli fuq il-penali u l-mekkaniżmi ta' infurzar applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u l-atti delegati tiegħu, u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jassiguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u diswassivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni bid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien kwalunkwe emenda suċċessiva li taffetwahom.

5. L-Istati Membri għandhom japplikaw ir-regoli fuq il-penali u l-mekkaniżmi ta' infurzar applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u l-atti delegati tiegħu, u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jassiguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u għandhom jikkumpensaw għall-vantaġġ ekonomiku tan-nonkonformità. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni bid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien kwalunkwe emenda suċċessiva li taffetwahom.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-Kummissjoni tista' tittestja l-prestazzjoni enerġetika tal-prodotti b'mod indipendenti u tivverifika l-konformità. Il-Kummissjoni tista' tqabbad parti terza għal dan il-għan.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-prodotti relatati mal-enerġija li jkollhom tikketti tal-enerġija għandhom ikunu soġġetti għal verifiki fuq il-post, li jitwettqu perjodikament għal kull grupp ta' prodotti min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq abbażi ta' standards armonizzati, sabiex tiġi vvalutata l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u l-atti delegati tiegħu. Barra minn hekk, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq għandhom, permezz ta' verifiki fuq il-post, jivverifikaw jekk il-prodotti kollha tal-enerġija msemmija f'dan ir-Regolament ikunux effettivament reġistrati fil-bażi ta' dejta stabbilita skont l-Artikolu 8.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13 biex tistabbilixxi regoli fil-livell tal-Unjoni bil-għan li tarmonizza l-implimentazzjoni tat-testijiet min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq, u li jistabbilixxu skeda ta' żmien u l-modalitajiet għat-twettiq tat-testijiet. Dawn it-testijiet għandhom jirriflettu l-kundizzjonijiet reali tal-użu tal-prodotti.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c. Għandu jkun projbit b'mod espliċitu li jiġu ddisinjati prodotti li jkollhom l-għan li jibdlu r-riżultati tat-testijiet u b'hekk iqarrqu bl-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq jikkunsidraw li n-nuqqas ta' konformità mhuwiex restritt għat-territorju nazzjonali tagħhom, għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bir-riżultati tal-evalwazzjoni u bl-azzjonijiet li huma jkunu talbu lill-fornitur biex jieħu.

3. Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jikkunsidraw li kien hemm xi nonkonformità, għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bir-riżultati tal-evalwazzjoni u bl-azzjonijiet li huma jkunu talbu lill-fornitur biex jieħu u jtellgħu l-informazzjoni fil-bażi ta' dejta tal-prodotti.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10. Meta titlesta l-proċedura stabbilita fil-paragrafi 4 u 5 u jitqajmu oġġezzjonijiet kontra miżura meħuda minn Stat Membru, jew meta l-Kummissjoni tikkunsidra li miżura nazzjonali tmur kontra l-leġislazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tikkonsulta lill-Istati Membri u lill-fornitur, u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Abbażi tar-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk il-miżura nazzjonali hijiex iġġustifikata jew le.

10. Meta titlesta l-proċedura stabbilita fil-paragrafi 4 u 5 u jitqajmu oġġezzjonijiet kontra miżura meħuda minn Stat Membru, jew meta l-Kummissjoni tikkunsidra li miżura nazzjonali tmur kontra l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tevalwa l-miżura nazzjonali. Abbażi tar-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk il-miżura nazzjonali hijiex iġġustifikata jew le, u tista' tiddeċiedi dwar miżura alternattiva xierqa.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti delegati adottati skont l-Artikoli 12 u 13, tintroduċi tikketti jew skala ġdida għat-tikketti eżistenti.

1. Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti delegati adottati skont l-Artikoli 12 u 13, tintroduċi tikketti jew skala ġdida għat-tikketti eżistenti.

 

It-tikketti għandhom ikunu mfassla b'mod li fil-kalkolu biex tiġi definita l-klassi tal-enerġija jkunu riflessi kemm il-prestazzjoni assoluta tal-prodott (il-konsum tal-enerġija) u kemm il-prestazzjoni relattiva (l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fid-dawl ta' aspetti rilevanti tal-mudell tal-prodott bħalma huma d-daqs, il-volum, u/jew karatteristiċi oħra). Minbarra l-klassi tal-enerġija, għandu jintwera l-konsum tal-enerġija għal kull ċiklu, għal kull sena, għat-tul tal-ħajja tal-prodott jew għal kwalunkwe perjodu li jkun l-aktar rilevanti għall-kategorija tal-prodott.

 

Mat-tikketta, jew mal-iskeda informattiva dwar il-prodott, għandha tiġi kkunsidrata ż-żieda ta' elementi mhux relatati mal-enerġija, inkluż iżda mhux limitat għal dawn li ġejjin:

 

- l-istorbju,

 

- il-perjodu ta' garanzija offrut bla ħlas lill-utent aħħari u d-durabbiltà,

 

- id-disponibbiltà ta' parts, u informazzjoni dwar it-tiswija,

 

- il-kontenut kimiku (kif mitlub mill-Artikolu 33 tar-REACH dwar "id-dritt li persuna tkun taf")

 

- l-aspetti "intelliġenti" tal-prodott.

 

It-tikketta għandha tinkludi kodiċi QR jew kwalunkwe disinn diġitali li jippermetti li jsir l-aħjar użu minn teknoloġiji bbażati fuq l-internet.

 

It-tikketta għandha tkun teknoloġikament newtrali u tippermetti paragun fost l-apparat kollu li jwassal servizzi simili, irrispettivament mill-portatur tal-enerġija jew it-teknoloġija utilizzata. Għandu jkun hemm tikketta waħda biss għall-prodotti funzjonalment ekwivalenti, u m'għandux ikun hemm eżenzjonijiet minn dmirijiet ta' tikkettar. Meta jitqabblu l-portaturi tal-enerġija differenti għall-finijiet tat-tikketta tal-enerġija, għandha ssir referenza għall-enerġija primarja, abbażi tal-effiċjenza tal-konverżjoni tal-enerġija (il-fattur ta' enerġija primarja), biex jiġu vvalutati l-prestazzjonijiet u l-klassi tal-enerġija tal-prodotti.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tassigura li, meta tiġi introdotta tikketta jew skala ġdida, ir-rekwiżiti jkunu stabbiliti sabiex l-ebda prodott ma jkun mistenni jaqa' fil-klassijiet tal-enerġija A jew B fil-mument tal-introduzzjoni tat-tikketta u sabiex iż-żmien stipulat li matulu l-maġġoranza tal-mudelli taqa' f'dawk il-klassijiet ikun tal-anqas għaxar snin wara.

3. Il-Kummissjoni għandha tassigura li, meta tiġi introdotta tikketta jew skala ġdida, ir-rekwiżiti jkunu stabbiliti sabiex l-ebda prodott ma jkun mistenni jaqa' fil-klassi tal-enerġija A fil-mument tal-introduzzjoni tat-tikketta. F'każijiet eċċezzjonali, meta t-teknoloġija tkun mistennija tiżviluppa b'mod aktar mgħaġġel, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti sabiex l-ebda prodott ma jkun mistenni jaqa' fil-klassijiet tal-enerġija A jew B fil-ħin tal-introduzzjoni jew ir-riklassifikazzjoni tat-tikketta.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. It-tikketti għandhom jingħataw skala ġdida perjodikament.

4. Il-Kummissjoni għandha tniedi rieżami bil-ħsieb ta' riklassifikazzjoni meta tikkunsidra li:

 

(a) 25 % tal-prodotti mibjugħa fis-suq tal-Unjoni jaqgħu fl-ogħla klassi tal-enerġija A; jew

 

(b) 45 % tal-prodotti mibjugħa fis-suq tal-Unjoni jaqgħu fil-klassijiet tal-enerġija A jew B.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) in-negozjanti għandhom ibiddlu t-tikketti eżistenti fuq il-prodotti għall-wiri inkluż fuq l-internet bit-tikketti l-ġodda fi żmien ġimgħa wara d-data speċifikata għal dak l-għan fl-att relevanti delegat. In-negozjanti m'għandhomx juru t-tikketti bl-iskala l-ġdida qabel dik id-data.

(b) in-negozjanti għandhom ibiddlu t-tikketti eżistenti fuq il-prodotti għall-wiri inkluż fuq l-internet bit-tikketti l-ġodda fi żmien xahar wara d-data speċifikata għal dak l-għan fl-att delegat rilevanti. In-negozjanti m'għandhomx juru t-tikketti riklassifikati qabel dik id-data;

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) il-grafika użata fuq it-tikketta riklassifikata għandha tkun viżibbilment differenti minn dik użata fuq it-tikketta l-antika u l-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Istati Membri jwettqu kampanja ta' komunikazzjoni, f'konformità mal-Artikolu 4(4).

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. It-tikketti introdotti b'atti delegati adottati skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2010/30/UE qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala tikketti għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dawk it-tikketti fi żmien ħames snin minn meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ bl-għan li jingħataw skala ġdida.

6. It-tikketti introdotti b'atti delegati adottati skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2010/30/UE qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu riklassifikati għal A-G, u dan għandu japplika mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tal-att delegat rilevanti jew minn ... [id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], skont liema wieħed jiġi l-ewwel, sabiex tkun limitata l-koeżistenza ta' tikketti bi klassifikazzjonijiet differenti, li tista' jwassal għall-konfużjoni fost il-konsumaturi.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu -1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-fornituri għandhom idaħħlu l-informazzjoni meħtieġa direttament fil-bażi ta' dejta tal-prodotti jew jibagħtu dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni f'forma elettronika standardizzata. Il-fornituri għandhom jivverifikaw id-dejta tal-prodott fil-bażi ta' dejta.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm bażi ta' dejta tal-prodotti, li tinkludi l-informazzjoni msemmija fl-Anness I. L-informazzjoni mniżżla f'punt 1 tal-Anness I għandha tkun tista' tiġi aċċessata pubblikament.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm bażi ta' dejta tal-prodotti, li tinkludi l-informazzjoni msemmija fl-Anness I. L-informazzjoni mniżżla f'punt 1 tal-Anness I għandha tkun tista' tiġi aċċessata pubblikament. L-informazzjoni mniżżla f'punt 2 tal-Anness I għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq biss, li għandhom jiżguraw li din tibqa' kunfidenzjali.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta waqt il-valutazzjoni tal-konformità tal-prodott, dawn l-istandards armonizzati jkunu applikati, il-prodott għandu jitqies konformi mal-miżura u r-rekwiżiti ta' kalkolu relevanti tal-att delegat.

Meta waqt il-valutazzjoni tal-konformità tal-prodott, dawn l-istandards armonizzati jkunu applikati, il-prodott għandu jitqies konformi mal-miżura u r-rekwiżiti ta' kalkolu rilevanti tal-att delegat. Il-konformità għandha tiġi vverifikata minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq rilevanti.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawn l-istandards armonizzati jkunu rriflettew il-firxa sħiħa ta' modi, funzjonalitajiet u varjabbli li jaffettwaw il-prestazzjoni tal-prodott.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta xieraq, qabel l-atti delegati jiġu adottati, il-Kummissjoni għandha teżamina d-disinn u l-kontenut tat-tikketti għal gruppi speċifiċi ta' prodotti mal-konsumaturi biex ikun żgurat li t-tikketti jinftiehmu b'mod ċar.

Qabel l-atti delegati jiġu adottati, il-Kummissjoni għandha teżamina d-disinn u l-kontenut tat-tikketti għal gruppi speċifiċi ta' prodotti mal-konsumaturi biex ikun żgurat li t-tikketti jinftiehmu b'mod ċar.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu li jissimulaw il-kundizzjonijiet tal-użu fir-realtà sabiex tkun tista' ssir evalwazzjoni preċiża tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija ta' prodott, parzjalment billi jitkejjel l-input ta' enerġija f'kundizzjonijiet ta' ttestjar reali u li jiddetermina, fejn rilevanti, iż-żmien meħtieġ biex prodott jagħti ċertu output ta' prestazzjoni jew servizz;

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) il-kontenut u, fejn hu xieraq, il-format u dettalji oħrajn li jikkonċernaw id-dokumentazzjoni teknika u l-folja ta' informazzjoni dwar il-prodott;

(g) il-kontenut u, fejn hu xieraq, il-format u dettalji oħrajn li jikkonċernaw id-dokumentazzjoni teknika u l-iskeda informattiva dwar il-prodott, inklużi l-metodoloġiji u l-formoli użati biex tiġi stabbilita l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fuq it-tikketta u fuq l-iskeda informattiva dwar il-prodott, li, fejn rilevanti, għandha tirrifletti l-varjazzjonijiet ġeografiċi u l-possibbiltà tal-bżonn ta' ċertifikazzjoni min-naħa ta' parti terza tal-prestazzjonijiet iddikjarati;

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k) il-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità u l-metodi tal-kejl u l-kalkolu li għandhom jintużaw biex tkun iddeterminata l-informazzjoni fuq it-tikketta u l-folja ta' informazzjoni dwar il-prodott;

(k) il-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità u l-metodi tal-kejl u l-kalkolu li għandhom jintużaw biex tkun iddeterminata l-informazzjoni fuq it-tikketta u l-iskeda informattiva dwar il-prodott abbażi tal-kundizzjonijiet tal-użu reali;

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt l

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l) jekk, għal apparat akbar, ikunx meħtieġ livell ogħla ta' effiċjenza enerġetika biex jilħaq klassi ta' enerġija partikolari;

(l) il-modalitajiet biex, għal apparat akbar, jinħtieġ livell ogħla ta' effiċjenza enerġetika sabiex tintlaħaq klassi ta' enerġija partikolari;

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mhux aktar tard minn tmien snin wara li jkun daħal fis-seħħ, il-Kummissjoni sejra tivvaluta l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u sejra tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jevalwa kemm dan ir-Regolament jippermetti b'mod effettiv lill-konsumaturi jagħżlu prodotti aktar effiċjenti, filwaqt li jqis l-impatti tiegħu fuq in-negozju.

Sa... [tmien snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jevalwa kemm dan ir-Regolament jippermetti b'mod effettiv lill-konsumaturi jagħżlu prodotti aktar effiċjenti, filwaqt li jqis l-impatti tiegħu fuq in-negozju u kif dan ir-Regolament ikun ikkontribwixxa għall-kisba tal-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Anness I – parti 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) informazzjoni dwar id-durabbiltà tal-prodott, jekk jistax jissewwa jew jiġi riċiklat, u jekk fis-suq hemmx parts disponibbli għal skopijiet ta' tiswija;

Emenda    61

Proposta għal regolament

Anness I – parti 1 – punt eb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb) informazzjoni supplimentari.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

It-tikkettar tal-effiċjenza tal-enerġija

Referenzi

COM(2015)0341 – C8-0189/2015 – 2015/0149(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

7.9.2015

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

7.9.2015

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Aldo Patriciello

25.9.2015

Eżami fil-kumitat

17.2.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

26.4.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

63

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Ivo Belet, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Lynn Boylan, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Alberto Cirio, Birgit Collin-Langen, Mireille D’Ornano, Seb Dance, Angélique Delahaye, Jørn Dohrmann, Ian Duncan, Stefan Eck, Bas Eickhout, Eleonora Evi, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Jens Gieseke, Julie Girling, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Anneli Jäätteenmäki, Jean-François Jalkh, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, Daciana Octavia Sârbu, Davor Škrlec, Renate Sommer, Estefanía Torres Martínez, Nils Torvalds, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Clara Eugenia Aguilera García, Nicola Caputo, Fredrick Federley, Giorgos Grammatikakis, Merja Kyllönen, Gesine Meissner, Marijana Petir, Gabriele Preuß, Jasenko Selimovic, Kay Swinburne, Keith Taylor, Mihai Ţurcanu, Tom Vandenkendelaere

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marie-Christine Boutonnet

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

It-tikkettar tal-effiċjenza tal-enerġija

Referenzi

COM(2015)0341 – C8-0189/2015 – 2015/0149(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

15.7.2015

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

7.9.2015

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

7.9.2015

ECON

7.9.2015

ENVI

7.9.2015

IMCO

7.9.2015

 

JURI

7.9.2015

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

3.9.2015

ECON

10.9.2015

IMCO

22.9.2015

JURI

15.9.2015

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Dario Tamburrano

20.10.2015

 

 

 

Eżami fil-kumitat

1.12.2015

23.2.2016

7.4.2016

 

Data tal-adozzjoni

14.6.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

63

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Zigmantas Balčytis, Nicolas Bay, Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, Jerzy Buzek, Edward Czesak, Christian Ehler, Fredrick Federley, Adam Gierek, András Gyürk, Hans-Olaf Henkel, Eva Kaili, Kaja Kallas, Barbara Kappel, Krišjānis Kariņš, Jeppe Kofod, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Ernest Maragall, Edouard Martin, Angelika Mlinar, Dan Nica, Angelika Niebler, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Carolina Punset, Michel Reimon, Herbert Reul, Algirdas Saudargas, Sergei Stanishev, Neoklis Sylikiotis, Dario Tamburrano, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Henna Virkkunen, Martina Werner, Lieve Wierinck, Flavio Zanonato

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Simona Bonafè, Rosa D’Amato, Cornelia Ernst, João Ferreira, Françoise Grossetête, Carlos Iturgaiz, Benedek Jávor, Svetoslav Hristov Malinov, Vladimír Maňka, Luděk Niedermayer, Markus Pieper, Anneleen Van Bossuyt

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Reimer Böge, Lara Comi, Jakop Dalunde, Eleonora Evi, Jens Gieseke, Arne Lietz, Axel Voss

Data tat-tressiq

21.6.2016