Proċedura : 2015/0307(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0218/2016

Testi mressqa :

A8-0218/2016

Dibattiti :

PV 15/02/2017 - 12
CRE 15/02/2017 - 12

Votazzjonijiet :

PV 16/02/2017 - 6.5

Testi adottati :

P8_TA(2017)0047

RAPPORT     ***I
PDF 832kWORD 432k
27.6.2016
PE 578.659v01-00 A8-0218/2016

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 dwar it-tisħiħ tal-kontrolli fil-fruntieri esterni abbażi ta' bażijiet tad-dejta rilevanti

(COM(2015)0670 – C8-0407/2015 – 2015/0307(COD))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Monica Macovei

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 dwar it-tisħiħ tal-kontrolli fil-fruntieri esterni abbażi ta' bażijiet tad-dejta rilevanti

(COM(2015)0670 – C8-0407/2015 – 2015/0307(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0670),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 77(2)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0407/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0218/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-kontroll fuq il-fruntieri esterni jibqa’ wieħed mill-akbar salvagwardji taż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni. Dan isir fl-interess tal-Istati Membri kollha. Wieħed mill-għanijiet ta’ dawn il-kontrolli huwa li jimpedixxi kwalunkwe theddida għas-sigurtà interna tal-Istati Membri u l-politika pubblika, irrispettivament mill-oriġini ta’ tali theddida.

(1)  Il-kontroll u l-protezzjoni tal-fruntieri esterni jibqgħu l-aktar mod effiċjenti biex tkun żgurata s-sigurtà fit-tul tal-Unjoni. Il-kontroll tal-fruntieri fil-fruntieri esterni isir fl-interess tal-Istati Membri kollha. Wieħed mill-għanijiet ta’ dawn il-kontrolli hu li jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-immigrazzjoni irregolari u t-traffikar tal-bnedmin u jipprevjeni, fost affarijiet oħra, kwalunkwe theddida għas-sigurtà interna u l-politika pubblika u s-saħħa pubblika tal-Istati Membri, irrispettivament mill-oriġini ta’ tali theddida, fosthom fejn theddida ta' dan it-tip tidderiva minn ċittadini tal-Unjoni.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  L-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tqis id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Ir-rispett lejn ir-Regolament (KE) Nru 45/20011a u l-liġi kollha tal-Unjoni relatata mal-protezzjoni tad-data għandu jkun obbligu primarju tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

 

________

 

1a Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)  Il-kontrolli fil-fruntieri għandhom jitwettqu b'mod li jirrispetta għalkollox id-dinjità umana. Il-kontrolli fil-fruntieri għandhom jitwettqu b'mod professjonali u rispettuż u jkunu proporzjonati mal-objettivi segwiti.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Il-fenomenu ta' ġellieda terroristiċi barranin, li ħafna minnhom huma ċittadini tal-Unjoni, juri l-ħtieġa li jissaħħu l-kontrolli fil-fruntieri esterni fir-rigward ta' ċittadini tal-Unjoni.

(2)  Għalkemm it-twettiq ta' kontrolli sistematiċi minimi bbażati fuq verifika sempliċi u rapida tal-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar bħalissa huwa r-regola għal persuni li jgawdu mid-dritt ta’ moviment liberu skont id-dritt tal-Unjoni, il-fenomenu ta' ġellieda terroristiċi barranin, li ħafna minnhom huma ċittadini tal-Unjoni, u l-evoluzzjoni tal-kriminalità organizzata, juru l-ħtieġa li jissaħħu l-kontrolli fil-fruntieri esterni fir-rigward ta' ċittadini tal-Unjoni billi jiġu kkonsultati l-bażijiet tad-dejta rilevanti u, meta jkun hemm dubji dwar l-awtentiċità tad-dokument tal-ivvjaġġar jew tal-identità tad-detentur tiegħu, il-verifika ta' identifikaturi bijometriċi.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Livell ekwivalenti ta' sigurtà għandu jingħata liċ-ċittadini tal-Unjoni fit-territorju kollu tal-Unjoni.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Id-dokumenti tal-ivvjaġġar ta’ persuni li jgawdu mid-dritt ta’ moviment liberu skont il-liġi tal-Unjoni għandhom għalhekk ikunu ċċekkjati sistematikament mal-bażijiet tad-dejta rilevanti relatati ma' dokumenti tal-ivvjaġġar misruqa, miżapproprjati, mitlufa u invalidati sabiex ikun evitat li persuni jaħbu l-identità vera tagħhom.

(3)  Id-dokumenti tal-ivvjaġġar ta’ persuni li jgawdu mid-dritt ta’ moviment liberu skont il-liġi tal-Unjoni għandhom għalhekk, bħala regola ġenerali, ikunu ċċekkjati sistematikament, mad-dħul u mal-ħruġ fit-territorju tal-Unjoni, mal-bażijiet tad-dejta rilevanti relatati ma' dokumenti tal-ivvjaġġar misruqa, miżapproprjati, mitlufa, frodulenti u invalidati sabiex ikun evitat li persuni jaħbu l-identità vera tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw konnessjoni elettronika mal-bażi tad-dejta ta' Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqa u Mitlufa (SLTD) tal-Interpol fil-punti ta' qsim tal-fruntieri esterni.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Il-gwardji tal-fruntieri għandhom għall-istess raġuni ukoll jiċċekkjaw b'mod sistematiku lill-persuni li jgawdu d-dritt ta’ moviment liberu skont il-liġi tal-Unjoni ma' bażijiet tad-dejta nazzjonali u Ewropej sabiex jiżguraw li dawn ma jirrappreżentawx theddida għas-sigurtà interna jew għall-politika pubblika.

(4)  Il-gwardji tal-fruntieri għandhom għall-istess raġuni ukoll jiċċekkjaw b'mod sistematiku lill-persuni li jgawdu d-dritt ta’ moviment liberu skont il-liġi tal-Unjoni ma' bażijiet tad-dejta nazzjonali u Ewropej sabiex jiżguraw li dawn ma jirrappreżentawx theddida għas-sigurtà interna jew għall-politika pubblika. Għal dan l-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-gwardji tal-fruntiera tagħhom ikollhom aċċess għal bażijiet tad-dejta nazzjonali u Ewropej rilevanti, fosthom b'mod partikolari s-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II) u s-Sistema ta' Informazzjoni tal-Europol (EIS).

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  L-iżviluppi teknoloġiċi jippermettu fil-prinċipju li jkunu kkonsultati bażijiet tad-dejta rilevanti mingħajr ma jiddewwem il-proċess tal-qsim tal-fruntiera, peress li l-kontrolli fuq id-dokumenti u l-persuni jistgħu jitwettqu b’mod parallel. Huwa għalhekk possibbli, mingħajr ma jinħoloq effett negattiv fuq persuni li jivvjaġġaw b’rieda tajba, li jissaħħu l-kontrolli fil-fruntieri esterni biex jiġu identifikati aħjar dawk il-persuni li għandhom l-intenzjoni li jaħbu l-identità vera tagħhom jew li huma soġġetti għal allerti rilevanti għal raġunijiet ta’ sigurtà jew għall-arrest. Għandhom isiru verifiki sistematiċi fuq il-fruntieri esterni kollha. Madankollu, jekk kontrolli sistematiċi fil-fruntieri tal-art u tal-baħar ikollhom impatt sproporzjonat fuq il-fluss tat-traffiku fil-fruntiera, l-Istati Membri għandhom jitħallew iwaqqfu l-kontrolli sistematiċi ma’ bażijiet tad-dejta iżda biss jekk dan ikun ibbażat fuq analiżi tar-riskju li tivvaluta li tali laxkar ma jwassalx għal riskju ta’ sigurtà. Din il-valutazzjoni tar-riskji għandha tkun trażmessa lill-Aġenzija għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kif stabbilita mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/20048 u tkun is-suġġett ta' rrappurtar regolari lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija.

(5)  L-iżviluppi teknoloġiċi jippermettu fil-prinċipju li jkunu kkonsultati bażijiet tad-dejta rilevanti b'effett limitat fuq it-tul ta' ħin tal-qsim tal-fruntiera, peress li l-kontrolli fuq id-dokumenti u l-persuni jistgħu jitwettqu b’mod parallel. Għalhekk, is-sinerġiji, il-konverġenza u l-interkonnettività bejn is-sistemi ta' informazzjoni u l-infrastruttura korrispondenti tagħhom għall-ġestjoni tal-fruntieri tal-Unjoni u għall-operazzjonijiet doganali għandhom jittejbu mil-lat strutturali billi l-ġestjoni tad-dejta fl-Unjoni tkun magħmula aktar effikaċi, effiċjenti, interoperabbli u kompatibbli, b'rispett sħiħ tar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta, sabiex jiġu protetti aħjar il-fruntieri esterni u tissaħħaħ is-sigurtà interna tal-Unjoni, għall-benefiċċju taċ-ċittadini kollha tal-Unjoni. It-tisħiħ tal-kontrolli fil-fruntieri esterni biex jiġu identifikati aħjar dawk il-persuni li għandhom l-intenzjoni li jaħbu l-identità vera tagħhom jew li huma soġġetti għal allerti rilevanti għal raġunijiet ta’ sigurtà jew għall-arrest jista' jkollu effett negattiv fuq persuni li jivvjaġġaw b'rieda tajba. Madankollu, bħala regola ġenerali, għandhom isiru verifiki sistematiċi fuq il-fruntieri esterni kollha. L-użu ta' informazzjoni dwar il-passiġġieri riċevuta f'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/82/KE7a, jew ma' liġi oħra tal-Unjoni jew nazzjonali, jista' jikkontribwixxi għat-tħaffif tal-proċess ta' kontrolli meħtieġa waqt il-proċess tal-qsim tal-fruntieri. Madankollu, jekk kontrolli sistematiċi fil-fruntieri ikollhom impatt sproporzjonat, pereżempju fuq il-fluss tat-traffiku fil-fruntiera, l-Istati Membri kkonċernati għandhom ikunu jistgħu iwettqu kontrolli mmirati mal-bażijiet tad-dejta kollha rilevanti f'punti speċifiċi tal-qsim tal-fruntiera, iżda biss jekk dan ikun ibbażat fuq valutazzjoni tar-riskju li tevalwa li tali laxkar ma jwassalx għal riskju ta’ sigurtà. Din il-valutazzjoni tar-riskji għandha tkun ibbażata fuq sett komuni ta' indikaturi tar-riskju żviluppati mill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea stabbilita permezz r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/20047b ("l-Aġenzija") u mal-Kunsill. Din il-valutazzjoni tar-riskji għandha tkun trażmessa immedjatmaent lill-Aġenzija, lill-Kummissjoni u lil kull Stat Membru li jaqsmu fruntiera mal-Istat Membru konċernat u għandha tkun is-suġġett ta' rrappurtar regolari lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija.

____________

___________

 

7a Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/82/KE tad-29 ta' April 2004 dwar l-obbligu ta' trasportaturi li jikkomunikaw data dwar il-passiġġieri (ĠU L 261, 6.8.2004, p. 24).

 

7b Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1).

8Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta’ Ottubru 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1).

 

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Għandu jkun possibbli għall-gwardji tal-fruntieri li jiddeċiedu li ma jivverifikawx bażijiet tad-dejta rilevanti rigward persuna li tgawdi d-dritt ta' moviment liberu skont id-dritt tal-Unjoni jekk ikun jista' jiġi evalwat b'mod ċar li dik il-persuna ma tipperikolax is-sigurtà interna ta' kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri. Fost tali persuni jista' jkun hemm, fost oħrajn, tfal taħt l-età ta' 12-il sena u minorenni mhux akkumpanjati mill-ġenituri; tfal tal-iskola li jivvjaġġaw f'ġiti organizzati; anzjani li jivvjaġġaw b'mod organizzat; bdoti ta' inġenji tal-ajru u membri oħra tal-ekwipaġġ; Kapijiet ta' Stat jew gvern u l-membri tad-delegazzjonijiet tagħhom; detenturi ta' passaporti diplomatiċi, uffiċjali jew ta' servizz u membri ta' organizzazzjonijiet internazzjonali; servizzi ta' salvataġġ, pulizija u servizzi tat-tifi tan-nar u gwardja tal-fruntiera; ħaddiema offshore; detenturi ta' permessi meħtieġa mid-dritt nazzjonali skont l-arranġamenti tal-Istati Membri speċifiċi fil-ftehimiet bilaterali kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

_________________

 

1a Regolament (UE) 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1).

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)  Fejn Stat Membru jkollu l-intenzjoni li jwettaq kontrolli u konsultazzjonijiet immirati dwar persuni li jgawdu d-dritt ta' moviment ħieles taħt id-dritt tal-Unjoni, l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra, lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa, mhux aktar tard minn xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, proċedura għal din in-notifika, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, fil-kuntest tal-Manwal dwar il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/20049, l-Unjoni introduċiet x-xbieha tal-wiċċ u l-marki tas-swaba’ bħala elementi ta’ sigurtà fil-passaport ta’ ċittadini tal-Unjoni. Dawn il-karatteristiċi ta’ sigurtà ġew introdotti sabiex il-passaporti jsiru aktar sikuri u tkun stabbilita rabta affidabbli bejn id-detentur u l-passaport. L-Istati Membri għandhom għalhekk jivverifikaw dawn l-identifikaturi bijometriċi, f’każ ta’ dubji dwar l-awtentiċità tal-passaport jew dwar l-identità tal-persuna tad-detentur tiegħu.

(6)  Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/20049, l-Unjoni introduċiet x-xbieha tal-wiċċ u l-marki tas-swaba’ bħala elementi ta’ sigurtà fil-passaport ta’ ċittadini tal-Unjoni. Dawn il-karatteristiċi ta’ sigurtà ġew introdotti sabiex il-passaporti jsiru aktar sikuri u tkun stabbilita rabta affidabbli bejn id-detentur u l-passaport. L-Istati Membri għandhom għalhekk jivverifikaw tal-anqas wieħed minn dawn l-identifikaturi bijometriċi, f’każ ta’ dubji dwar l-awtentiċità tad-dokument tal-ivvjaġġar jew dwar l-identità tad-detentur tiegħu. L-istess verifika għandha tapplika, meta jkun possibbli, għal ċittadini ta' pajjiżi terzi.

__________

__________

9 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 tat-13 ta' Diċembru 2004 dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta' sigurtà u għall-bijometriċi f'passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (ĠU L 385, 29.12.2004, p. 1).

9 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 tat-13 ta' Diċembru 2004 dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta' sigurtà u għall-bijometriċi f'passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (ĠU L 385, 29.12.2004, p. 1).

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Bosta karti tal-identità prodotti mill-Istati Membri m'għandhom ebda karatteristika ta' sigurtà bħax-xbieha tal-wiċċ jew il-marki tas-swaba'. Għaldaqstant, sabiex ikun possibbli li ssir verifika sistematika ma' dokumenti oħra tal-ivvjaġġar li mhumiex passaport, b'kont meħud tal-kwistjonijiet ta' sigurtà interna, il-Kummissjoni għandha tieħu azzjoni b'ħeffa biex tipproponi l-istabbiliment ta' standards komuni għall-karatteristiċi tas-sigurtà u bijometriċi li għandhom jiġu inklużi f'karti tal-identità maħruġa mill-Istati Membri.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  L-Istati Membri għandhom, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u nazzjonali applikabbli, jiskambjaw dejta, jaġġornaw regolarment il-bażijiet tad-dejta eżistenti rilevanti tagħhom, jagħmlu użu sħiħ mis-sistemi ta’ informazzjoni eżistenti u jistabbilixxu l-konnessjonijiet tekniċi meħtieġa għas-sistemi tal-informazzjoni u l-bażijiet ta’ dejta kollha. L-Istati Membri għandhom, f'dan ir-rigward, jiskambjaw l-aqwa prattiki ma' xulxin.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  L-Istati Membri huma obbligati li jiċċekkjaw sistematikament ċittadini ta’ pajjiżi terzi mal-bażijiet tad-dejta kollha mad-dħul. Għandu jkun żgurat li tali verifiki jitwettqu wkoll b’mod sistematiku mal-ħruġ.

(8)  L-Istati Membri huma obbligati li jiċċekkjaw sistematikament ċittadini ta’ pajjiżi terzi mal-bażijiet tad-dejta kollha mad-dħul. Bl-istess mod, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali kontrolli jitwettqu b’mod sistematiku mal-ħruġ.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Peress li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri t-tisħiħ tal-kontrolli ma' bażijiet tad-dejta fil-fruntieri esterni, partikolarment b'reazzjoni għaż-żieda fit-theddida terroristika, jikkonċerna waħda mis-salvagwardji taż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni u bħala tali jikkonċerna l-funzjonament tajjeb taż-żona Schengen, huwa ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda pjuttost jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(9)  Peress li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri t-titjib tal-kontrolli ma' bażijiet tad-dejta fil-fruntieri esterni, li jikkonċerna waħda mis-salvagwardji taż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni u bħala tali jikkonċerna l-funzjonament tajjeb taż-żona Schengen, huwa ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda pjuttost, minħabba l-iskala jew l-effetti tiegħu, jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  F'dak li jirrigwarda l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta' Schengen, jew inkella huwa relatat miegħu, fis-sens tal-Artikolu 3(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2003 u l-Artikolu 4(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2011, rispettivament.

(16)  F'dak li jirrigwarda l-użu tas-SIS, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta' Schengen, jew inkella huwa relatat miegħu, fis-sens tal-Artikolu 3(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2003 u l-Artikolu 4(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2011, rispettivament. Ir-riżultati tal-mistoqsijiet fis-SIS għandhom ikunu bla preġudizzju għall-Artikolu 1(4) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/365/UE1a.

 

_____________________________

 

1a Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/365/UE dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen relatati mas-Sistema ta' Informazzjoni ta’ Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (ĠU L 166, 1.7.2010, p.17).

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)  L-Istati Membri li mhumiex fiż-żona Schengen u li l-fruntieri tagħhom jikkostitwixxu l-fruntieri esterni għandhom ikunu integrati għalkollox fis-SIS biex issir ġestjoni aħjar tal-fruntieri u biex tiġi ppreservata s-sigurtà tal-Unjoni.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1 – subpunt a

Ir-Regolament 562/2006/KE

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt a – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  verifika tal-identità u n-nazzjonalità tal-persuna u l-validità u l-awtentiċità tad-dokument tal-ivvjaġġar, billi jkunu ikkonsultati bażijiet tad-dejta rilevanti, b’mod partikolari:

(a)  verifika tal-identità u n-nazzjonalità tal-persuna u l-validità u l-awtentiċità tad-dokument tal-ivvjaġġar, fosthom billi jkunu ikkonsultati bażijiet tad-dejta rilevanti, li għandhom jinkludu:

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1 – subpunt a

Ir-Regolament 562/2006/KE

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt a – subpunt 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  il-bażijiet tad-dejta nazzjonali li fihom informazzjoni dwar dokumenti tal-ivvjaġġar misruqa, miżapproprjati, mitlufa u invalidati.

(3)  il-bażijiet tad-dejta nazzjonali li fihom informazzjoni dwar dokumenti tal-ivvjaġġar misruqa, miżapproprjati, frodulenti, mitlufa u invalidati, fosthom, għal passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar li jkun fihom mezz ta' ħżin kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004*, l-awtentiċità tal-mezz ta' ħżin.

 

____________________

 

* Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 tat-13 ta' Diċembru 2004 dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta' sigurtà u għall-bijometriċi f'passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri ( ĠU L 385, 29.12.2004, p. 1).

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1 – subpunt a

Regolament (KE) Nru 562/2006

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  verifika li persuna li tgawdi d-dritt ta’ moviment liberu skont il-liġi tal-Unjoni mhijiex meqjusa bħala theddida għas-sigurtà interna, il-politika pubblika, ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri, jew għas-saħħa pubblika, inkluż billi jiġu kkonsultati l-bażijiet tad-dejta rilevanti tal-Unjoni u dawk nazzjonali, b’mod partikolari s-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen.

(b)  verifika li persuna li tgawdi d-dritt ta’ moviment liberu skont il-liġi tal-Unjoni mhijiex meqjusa bħala theddida għas-sigurtà interna, il-politika pubblika, ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri, jew għas-saħħa pubblika, billi tiġi kkonsultata s-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1 – subpunt a

Ir-Regolament 562/2006/KE

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta jkun hemm dubju dwar l-awtentiċità ta’ dokument tal-ivvjaġġar jew tal-identità tad-detentur tiegħu, il-verifika għandha tinkludi l-verifika tal-identifikaturi bijometriċi integrati fil-passaporti u fid-dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 *.

Meta jkun hemm dubju dwar l-awtentiċità ta’ dokument tal-ivvjaġġar jew tal-identità tad-detentur tiegħu, il-kontrolli għandhom jinkludu l-verifika tal-identifikaturi bijometriċi integrati fil-passaporti u fid-dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 *. Fejn ikun possibbli, tali verifika għandha titwettaq ukoll fir-rigward ta' dokumenti tal-ivvjaġġar li mhumiex koperti minn dak ir-Regolament.

____________________

_____________

* Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 tat-13 ta' Diċembru 2004 dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta' sigurtà u għall-bijometriċi f'passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri ( ĠU L 385, 29.12.2004, p. 1).

* Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 tat-13 ta' Diċembru 2004 dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta' sigurtà u għall-bijometriċi f'passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri ( ĠU L 385, 29.12.2004, p. 1).

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1 – subpunt a

Regolament (KE) Nru 562/2006

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

2a.  Meta jaqsmu l-fruntiera bejn Stat Membru li japplika b'mod sħiħ l-acquis ta' Schengen u Stat Membru li għadu mhux qed japplika għalkollox l-acquis ta' Schengen, il-persuni li jgawdu mid-dritt ta' moviment liberu skont id-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari skont id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, jistgħu jkunu suġġetti, mad-dħul u mal-ħruġ, għall-verifiki msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu biss jekk jista' jiġi vvalutat b'mod ċar, abbażi ta' valutazzjoni tar-riskji mwettqa minn dak l-Istat Membru li japplika għalkollox l-acquis ta' Schengen u l-Aġenzija, li jeżistu riskji għas-sigurtà interna tal-Unjoni. Il-verifika minima msemmija fil-paragrafu 2b għandha titwettaq fi kwalunkwe każ.

 

________

 

1a Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4. 2004, p. 77).

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1 – subpunt a

Ir-Regolament 562/2006/KE

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn, fi fruntieri esterni fuq l-art u fuq il-baħar, il-kontrolli msemmija f’punt a) u b) jkollhom impatt sproporzjonat fuq il-fluss tat-traffiku, l-Istati Membri jistgħu jwettqu dawn il-verifiki fuq bażi mmirata fuq valutazzjoni tar-riskji marbuta mas-sigurtà interna, il-politika pubblika, ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri jew it-theddida għas-saħħa pubblika.

2b.  Fejn il-kontrolli msemmija f’punt a) u b) ta' paragrafu 2 ikollhom impatt sproporzjonat, pereżempju fuq il-fluss tat-traffiku, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jwettqu dawn il-verifiki fuq bażi mmirata f'punti speċifiċi tal-qsim tal-fruntiera, abbażi ta' valutazzjoni tar-riskji marbuta mas-sigurtà interna u l-politika pubblika ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri jew theddida għas-saħħa pubblika. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tivvaluta r-riskji possibbli u tipprovdi statistika dwar il-passiġġieri u l-inċidenti relatati ma' kriminalità transfruntiera. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tiġi aġġornata regolarment.

 

It-tul u l-post tal-kontrolli mmirati m'għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa strettament meħtieġ u għandhom ikunu bbażati fuq sett ta' indikaturi ta' riskju komuni żviluppat mill-Kummissjoni b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija u l-Kunsill.

 

Fejn il-kontrolli ġew introdotti fuq bażi mmirata f'konformità mal-ewwel subparagrafu, il-persuni kollha għandhom jgħaddu minn kontroll minimu sabiex tiġi stabbilita l-identità tagħhom abbażi tal-produzzjoni jew il-preżentazzjoni tad-dokumenti tal-ivvjaġġar tagħhom. Tali kontroll minimu jikkonsisti f'verifika rapida u sempliċi, fejn ikun xieraq bl-użu ta' tagħmir tekniku.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1 – subpunt a

Ir-Regolament (KE) Nru 562/2006

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Stat Membru għandu jittrażmetti l-valutazzjoni tar-riskju tiegħu lill-Aġenzija għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kif stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 2007/2004 u jirrapporta kull tliet xhur lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija dwar l-applikazzjoni ta’ kontrolli mwettqa fuq bażi mmirata.

2c.  Qabel l-introduzzjoni ta' kontrolli mwettqa fuq bażi mmirata, kull Stat Membru konċernat għandu, bla dewmien jittrażmetti l-valutazzjoni tar-riskju tiegħu, ibbażata fuq indikaturi tar-riskju komuni, u kwalunkwe aġġornament tagħha lill-Aġenzija għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kif stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 2007/2004 ('l-Aġenzija'), lill-Kummissjoni u lil kwalunkwe Stat Membru li miegħu jikkondividi fruntiera u għandu jirrapporta kull tliet xhur lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija dwar l-applikazzjoni ta’ kontrolli mwettqa fuq bażi mmirata.

 

L-Aġenzija għandha tittrażmetti mingħajr dewmien l-evalwazzjonijiet tagħha tal-Istat Membru u rapporti sussegwenti ta' evalwazzjoni inizjali lill-Istati Membri kollha, u tindika jekk tqisx li l-Istat Membru interessat wettaq sistema xierqa ta' valutazzjoni tar-riskju tas-sigurtà u l-fluss tat-traffiku, u jekk l-Istat Membru iddeċidiex li japplika kontrolli mmirati b'mod xieraq abbażi ta' din il-valutazzjoni.

 

Kwalunkwe klassifikazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju u ta' indikaturi tar-riskju komuni jew partijiet minnha għandhom ikunu konformi mad-dritt tal-Unjoni u b'mod partikolari mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

__________

 

1a Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1 – subpunt a

Ir-Regolament (KE) Nru 562/2006

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istat Membru kompetenti għandu jiżgura li l-awtoritajiet tal-fruntieri jkollhom ir-riżorsi tekniċi, finanzjarji u umani suffiċjenti biex jevita, bħala regola, li l-kontrolli żejda jikkawżaw ħinijiet ta' stennija itwal u jostakolaw il-fluss tat-traffiku fil-fruntieri esterni.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1 – subpunt b

Ir-Regolament (KE) Nru 562/2006

Artikolu 7 – paragrafu 3 – punt b – subpunt iii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  verifika li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat ma jkunx ikkunsidrat bħala theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà interna jew ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri, inkluż billi jiġu kkonsultati l-bażijiet tad-dejta rilevanti tal-Unjoni u dawk nazzjonali, b’mod partikolari s-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen;

(iii)  verifika li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat ma jkunx ikkunsidrat bħala theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà interna jew ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri, inkluż billi jiġu kkonsultati l-bażijiet tad-dejta rilevanti tal-Unjoni u dawk nazzjonali, inkluża, fuq bażi obbligatorja, is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen;

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 1a

 

Il-Kummissjoni għandha tippubblika studju dwar l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq il-fluss tat-traffiku mad-dħul u mal-ħruġ fil-fruntieri esterni ta' Schengen sa ... [sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 1b

 

Fi żmien... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jevalwa l-implimentazzjoni u l-konsegwenzi tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 kif emendat b'dan ir-Regolament.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Ir-Regolament għandu japplika minn … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] fi żmien … [ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

 

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu, wara proposta mill-Kummissjoni, jestendu l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Jekk dan ikun il-każ, dan ir-Regolament għandu jiskadi ħames snin wara l-iskadenza ta' tali estensjoni .

 

Malli jiskadi dan ir-Regolament, tapplika l-verżjoni tal-Artikolu 7(2) u (3)(b)(iii) u (c)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 applikabbli qabel... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (18.5.2016)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament Nru 562/2006 (KE) dwar it-tisħiħ tal-kontrolli fil-bażijiet ta' data rilevanti fil-fruntieri esterni

(COM(2015)0670 – C8-0407/2015 – 2015/0307(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Marielle de Sarnez

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

Emenda    2

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet tat-Tfal, u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) u l-Artikoli 11, 20 u 22 tagħha,

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-kontroll fuq il-fruntieri esterni jibqa' wieħed mill-akbar salvagwardji taż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni. Dan isir fl-interess tal-Istati Membri kollha. Wieħed mill-għanijiet ta' dawn il-kontrolli huwa li jimpedixxi kwalunkwe theddida għas-sigurtà interna tal-Istati Membri u l-politika pubblika, irrispettivament mill-oriġini ta' tali theddida.

(1)  Il-kontroll fuq il-fruntieri esterni jibqa' wieħed mill-akbar salvagwardji taż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni. Dan isir fl-interess tal-Istati Membri kollha u fir-rispett totali tad-drittijiet fundamentali. Wieħed mill-għanijiet ta' dawn il-kontrolli huwa li jimpedixxi kwalunkwe theddida għas-sigurtà interna tal-Istati Membri u l-ordni pubbliku, irrispettivament mill-oriġini ta' tali theddida, anki meta tali theddid ikun ġej minn ċittadini tal-Unjoni.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 1d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1d)  Jixraq li jitqies ir-Regolament dwar il-protezzjoni tad-data personali taċ-ċittadini Ewropej.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Il-fenomenu ta' ġellieda terroristiċi barranin, li ħafna minnhom huma ċittadini tal-Unjoni, juri l-ħtieġa urġenti li jissaħħu l-kontrolli fil-fruntieri esterni fir-rigward ta' ċittadini tal-Unjoni.

(2)  Il-fenomenu ta' ġellieda terroristiċi barranin juri l-ħtieġa li tingħata risposta Ewropea komuni, tissaħħaħ b'urġenza s-sigurtà fil-fruntieri u jissaħħu l-kontrolli fil-fruntieri esterni fir-rigward ta' ċittadini tal-Unjoni u li jsir użu aħjar tal-istrumenti eżistenti bħall-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Livell ekwivalenti ta' sigurtà għandu jkun garantit liċ-ċittadini Ewropej fit-territorju tal-UE kollu kemm hu.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/20049, l-Unjoni introduċiet x-xbieha tal-wiċċ u l-marki tas-swaba' bħala elementi ta' sigurtà fil-passaport ta' ċittadini tal-Unjoni. Dawn il-karatteristiċi ta' sigurtà ġew introdotti sabiex il-passaporti jsiru aktar sikuri u tkun stabbilita rabta affidabbli bejn id-detentur u l-passaport. L-Istati Membri għandhom għalhekk jivverifikaw dawn l-identifikaturi bijometriċi, f'każ ta' dubji dwar l-awtentiċità tal-passaport jew dwar l-identità tal-persuna tad-detentur tiegħu.

(6)  Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/20049, l-Unjoni introduċiet x-xbieha tal-wiċċ u l-marki tas-swaba' bħala elementi ta' sigurtà fil-passaport ta' ċittadini tal-Unjoni. Dawn il-karatteristiċi ta' sigurtà ġew introdotti sabiex il-passaporti jsiru aktar sikuri u tkun stabbilita rabta affidabbli bejn id-detentur u l-passaport. L-Istati Membri għandhom għalhekk jivverifikaw dawn l-identifikaturi bijometriċi, f'każ ta' dubji dwar l-awtentiċità tal-passaport jew dwar l-identità tal-persuna tad-detentur tiegħu. L-istess approċċ għandu japplika għall-verifiki fuq ċittadini ta' pajjiżi terzi, meta jkun possibbli.

__________________

__________________

9 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 tat-13 ta' Diċembru 2004 dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta' sigurtà u għall-bijometriċi f'passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (ĠU L 385, 29.12.2004, p. 1).

9 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 tat-13 ta' Diċembru 2004 dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta' sigurtà u għall-bijometriċi f'passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (ĠU L 385, 29.12.2004, p. 1).

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) L-Istati Membri huma obbligati li jiċċekkjaw sistematikament ċittadini ta' pajjiżi terzi mal-bażijiet tad-dejta kollha mad-dħul. Għandu jkun żgurat li tali verifiki jitwettqu wkoll b'mod sistematiku mal-ħruġ.

(8) L-Istati Membri huma obbligati li jiċċekkjaw sistematikament ċittadini ta' pajjiżi terzi mal-bażijiet tad-data kollha mad-dħul. Bl-istess mod, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-kontrolli jsiru sistematikament mal-ħruġ.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a

Regolament (KE) Nru 562/2006

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt b – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn, fi fruntieri esterni fuq l-art u fuq il-baħar, il-kontrolli msemmija f'punt a) u b) jkollhom impatt sproporzjonat fuq il-fluss tat-traffiku, l-Istati Membri jistgħu jwettqu dawn il-verifiki fuq bażi mmirata fuq valutazzjoni tar-riskji marbuta mas-sigurtà interna, il-politika pubblika, ir-relazzjonijiet internazzjonali ta' kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri jew it-theddida għas-saħħa pubblika.

Fejn, fi fruntieri esterni fuq l-art u fuq il-baħar, il-kontrolli msemmija f'punt (a) u (b) jkollhom impatt sproporzjonat fuq il-fluss tat-traffiku, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jwettqu dawn il-kontrolli fuq bażi mmirata, bil-patt li valutazzjoni tar-riskji turi li tali deroga ma tipperikolax is-sigurtà interna tal-UE, l-ordni pubbliku, jew ir-relazzjonijiet internazzjonali ta' kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri u lanqas ma tippreżenta theddida għas-saħħa pubblika.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a

Regolament (KE) Nru 562/2006

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt b – subparagrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Stat Membru għandu jittrażmetti l-valutazzjoni tar-riskju tiegħu lill-Aġenzija għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kif stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 2007/2004 u jirrapporta kull tliet xhur lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija dwar l-applikazzjoni ta' kontrolli mwettqa fuq bażi mmirata."

Kull Stat Membru għandu jittrażmetti l-valutazzjoni tar-riskju tiegħu, kif ukoll l-aġġornamenti tagħha, lill-Aġenzija għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kif stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 2007/2004 u jirrapporta kull tliet xhur lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija dwar l-applikazzjoni ta' kontrolli mwettqa fuq bażi mmirata. Il-Kummissjoni għandha ssegwi s-sitwazzjoni mill-viċin u żżomm lill-Parlament Ewropew informat, fil-qafas tar-rapporti semestrali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, dwar il-funzjonament taż-żona Schengen.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Tisħiħ tal-kontrolli fil-bażijiet ta’ data rilevanti fil-fruntieri esterni

Referenzi

COM(2015)0670 – C8-0407/2015 – 2015/0307(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

21.1.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

21.1.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Marielle de Sarnez

16.2.2016

Data tal-adozzjoni

12.5.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

53

8

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lars Adaktusson, Michèle Alliot-Marie, Francisco Assis, Petras Auštrevičius, Amjad Bashir, Bas Belder, Goffredo Maria Bettini, Mario Borghezio, Elmar Brok, Klaus Buchner, Fabio Massimo Castaldo, Aymeric Chauprade, Javier Couso Permuy, Andi Cristea, Georgios Epitideios, Anna Elżbieta Fotyga, Eugen Freund, Michael Gahler, Iveta Grigule, Richard Howitt, Sandra Kalniete, Tunne Kelam, Afzal Khan, Janusz Korwin-Mikke, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Ilhan Kyuchyuk, Ryszard Antoni Legutko, Arne Lietz, Barbara Lochbihler, Andrejs Mamikins, David McAllister, Francisco José Millán Mon, Javier Nart, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Vincent Peillon, Alojz Peterle, Tonino Picula, Kati Piri, Andrej Plenković, Cristian Dan Preda, Jozo Radoš, Sofia Sakorafa, Jaromír Štětina, Charles Tannock, László Tőkés, Miguel Urbán Crespo, Ivo Vajgl, Elena Valenciano, Geoffrey Van Orden, Hilde Vautmans, Boris Zala

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ryszard Czarnecki, Mariya Gabriel, Andrzej Grzyb, András Gyürk, Soraya Post, Jean-Luc Schaffhauser, Dubravka Šuica, Bodil Valero

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Michel Dantin, Raymond Finch, Heidi Hautala, Julie Ward, Bogdan Brunon Wenta


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Tisħiħ tal-kontrolli fil-bażijiet ta’ data rilevanti fil-fruntieri esterni

Referenzi

COM(2015)0670 – C8-0407/2015 – 2015/0307(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

15.12.2015

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

21.1.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

21.1.2016

DEVE

21.1.2016

JURI

21.1.2016

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

DEVE

4.2.2016

JURI

28.1.2016

 

 

Rapporteur

       Data tal-ħatra

Monica Macovei

15.2.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

29.2.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

21.6.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

48

6

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Heinz K. Becker, Malin Björk, Caterina Chinnici, Rachida Dati, Frank Engel, Tanja Fajon, Monika Flašíková Beňová, Mariya Gabriel, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Sophia in ‘t Veld, Iliana Iotova, Eva Joly, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Barbara Kudrycka, Monica Macovei, Roberta Metsola, Péter Niedermüller, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Harald Vilimsky, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Anna Hedh, Petr Ježek, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Miltiadis Kyrkos, Jeroen Lenaers, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Kati Piri, Salvatore Domenico Pogliese, Josep-Maria Terricabras, Axel Voss, Elissavet Vozemberg-Vrionidi

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Ashley Fox, Josu Juaristi Abaunz, Bernd Kölmel, Georg Mayer, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Pirkko Ruohonen-Lerner, Eleni Theocharous, Marco Valli, Jarosław Wałęsa, Gabriele Zimmer, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Data tat-tressiq

27.6.2016

Avviż legali - Politika tal-privatezza