RAPPORT  dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u s-sostituzzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/475/ĠAI dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu

12.7.2016 - (COM(2015)0625 – C8-0386/2015 – 2015/0281(COD)) - ***I

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Monika Hohlmeier


Proċedura : 2015/0281(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0228/2016

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u s-sostituzzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/475/ĠAI dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu

(COM(2015)0625 – C8-0386/2015 – 2015/0281(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0625),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 83(1) u 82(2)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0386/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2178(2014) tal-24 ta’ Settembru 2014 u 2249(2015) tal-20 ta’ Novembru 2015,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni tat-Terroriżmu tas-16 ta’ Mejju 2005 u l-Protokoll Addizzjonali tagħha tad-19 ta’ Mejju 2015,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja (FATF),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0228/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva

Kunsiderazzjoni 4a (ġdida)

Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

- wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2195(2014), 2199(2015) u 2253(2015),

Emenda    2

Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva

Kunsiderazzjoni 4b (ġdida)

Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

-  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU Nru 1373(2001),

Emenda    3

Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva

Kunsiderazzjoni 8a (ġdida)

Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

- wara li kkunsidra l-istqarrija għall-istampa tas-Summit dwar is-Sigurtà Nukleari, Washington, tal-1 ta’ April 2016,

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-Unjoni Ewropea hija mwaqqfa fuq il-valuri universali tad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, l-ugwaljanza u s-solidarjetà, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali. Hija mwaqqfa fuq il-prinċipju tad-demokrazija u l-prinċipju tar-regola tal-liġi, il-prinċipji li huma komuni għall-Istati Membri.

(1)   L-Unjoni Ewropea hija mwaqqfa fuq il-valuri universali tad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u s-solidarjetà, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali. Hija mwaqqfa fuq il-prinċipju tad-demokrazija u l-prinċipju tar-regola tal-liġi, il-prinċipji li huma komuni għall-Istati Membri.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Il-Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni tat-terroriżmu adottat f’Mejju 2015 jesiġi li l-partijiet ta’ din il-Konvenzjoni jikkriminalizzaw il-parteċipazzjoni f’assoċjazzjoni jew grupp għall-iskop ta’ terroriżmu, li wieħed jirċievi taħriġ għat-terroriżmu, li jivvjaġġa jew jipprova jivvjaġġa għal skopijiet terroristiċi, li jagħti jew jiġbor fondi għal dawn il-vjaġġi u jorganizza u jiffaċilita tali vjaġġi. L-Unjoni ffirmat il-Protokoll Addizzjonali u l-Konvenzjoni fit-22 ta’ Ottubru 2015.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Tul dawn l-aħħar snin, it-theddida terroristika kibret u evolviet b’mod rapidu. L-individwi msejħa “ġellieda terroristi barranin” jivvjaġġaw barra minn pajjiżhom għal skopijiet ta’ terroriżmu. Ir-ritorn lura ta’ ġellieda terroristi barranin huma ta’ theddida qawwija għas-sigurtà tal-Istati Membri kollha tal-UE. Il-ġellieda terroristi baranin ġew assoċjati ma’ ħafna mill-attakki jew il-komplotti ta’ dan l-aħħar, inkluż l-attakk ta’ Pariġi tat-13 ta’ Novembru 2015. Barra minn hekk, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha qed jiffaċċjaw theddid akbar minn individwi ispirati jew taħt istruzzjoni minn gruppi terroristiċi barra mill-pajjiż iżda li jibqgħu fl-Ewropa.

(4)  Tul dawn l-aħħar snin, it-theddida terroristika kibret u evolviet b’mod rapidu. L-individwi msejħa “ġellieda terroristi barranin” jivvjaġġaw barra minn pajjiżhom għal skopijiet ta’ terroriżmu. Ir-ritorn lura ta’ ġellieda terroristi barranin huma ta’ theddida qawwija għas-sigurtà tal-Istati Membri kollha tal-UE. Il-ġellieda terroristi barranin ġew assoċjati ma’ ħafna mill-attakki jew il-komplotti ta’ dan l-aħħar, inkluż l-attakk ta’ Pariġi tat-13 ta’ Novembru 2015 u ta’ Brussell tat-22 ta’ Marzu 2016. Barra minn hekk, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha qed jiffaċċjaw theddid akbar minn individwi ispirati jew taħt istruzzjoni minn gruppi terroristiċi barra mill-pajjiż iżda li jibqgħu fl-Ewropa.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Il-paragrafu 6 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (UNSCR) 2178(2014) jesiġi li l-istati membri kollha tan-NU jiżguraw li l-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali tagħhom jistabbilixxu reati kriminali serji biex jitmexxew azzjonijiet kriminali kontra min jivvjaġġa lejn pajjiż terz bl-għan li jikkontribwixxi għat-twettiq ta’ atti terroristiċi jew jagħti jew jiksib taħriġ, kif ukoll jiffinanzja, jorganizza jew jiffaċilita tali vvjaġġar. Sabiex jiġu evitati lakuni fil-prosekuzzjoni ġewwa l-Unjoni, hija meħtieġa l-implimentazzjoni armonizzata ta’ UNSCR 2178(2014).

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)  Il-ġlieda kontra t-terroriżmu tibqa’ prinċipalment kwistjoni għall-Istati Membri. Madankollu, l-attakki terroristiċi li laqtu l-Ewropa fl-2015 u l-2016 issottolinjaw il-ħtieġa ta’ azzjoni kkoordinata min-naħa tal-Istati Membri biex jiġġieldu kontra t-terroriżmu u jindirizzaw it-theddida li joħolqu l-ġellieda barranin fi ħdan l-Unjoni.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 4c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4c)  Klassifikazzjoni armonizzata ta’ sanzjonijiet kriminali għal reati terroristiċi toffri qafas legali komuni li jista’ jintuża bħala referenza għal diversi aġenziji tal-Unjoni. Għalhekk, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni effettiv bejn il-Europol, Eurojust, SIS, OLAF u n-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 4d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4d)  L-Istati Membri għandhom isaħħu l-professjonaliżmu tal-forzi tas-sigurtà, l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u l-istituzzjonijiet tal-ġustizzja; Għandhom jiżguraw sorveljanza effettiva u r-responsabilità ta’ tali korpi, f’konformità mal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt. Dan jinkludi taħriġ fid-drittijiet tal-bniedem lill-forzi tas-sigurtà inkluż dwar kif jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest tal-miżuri meħuda biex jiġi miġġieled l-estremiżmu vjolenti u t-terroriżmu.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Meta titqies l-evoluzzjoni tat-theddid terroristiku u l-obbligi legali tal-Unjoni u l-Istati Membri skont id-dritt internazzjonali, id-definizzjoni ta’ reati terroristiċi, inkluż r-reati relatati ma’ grupp terroristiku u reati relatati ma’ attivitajiet terroristiċi, għandha tiġi approssimata iktar fl-Istati Membri kollha, sabiex tkopri b’mod iktar komprensiv l-imġiba relatata b’mod partikolari mal-ġellieda terroristiċi barranin u l-finanzjament tat-terroriżmu. Dawn il-forom ta’ mġiba għandhom ikunu punibbli anke jekk twettqu permezz tal-Internet, inkluż il-midja soċjali.

(5)  Meta titqies l-evoluzzjoni tat-theddid terroristiku u l-obbligi legali tal-Unjoni u l-Istati Membri skont id-dritt internazzjonali, id-definizzjoni ta’ reati terroristiċi, ir-reati relatati ma’ grupp terroristiku u reati relatati ma’ attivitajiet terroristiċi, għandhom jiġu approssimati iktar fl-Istati Membri kollha, sabiex ikopru b’mod iktar komprensiv l-imġiba relatata b’mod partikolari mal-ġellieda terroristiċi barranin, l-użu ħażin dejjem jikber tal-internet għal skopijiet terroristiċi (p.e. għar-reklutaġġ, il-propaganda u t-taħriġ) u l-finanzjament tat-terroriżmu. Dawn il-forom ta’ mġiba għandhom ikunu punibbli anke jekk twettqu bi kwalunkwe mezz, kemm jekk fuq l-internet kif ukoll barra l-internet, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju tal-proporzjonalità u n-neċessità.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  It-theddida tat-terroriżmu nukleari u radjoloġiku tibqa’ sfida sinifikanti għas-sigurtà internazzjonali. Il-ġlieda kontra din it-theddida li qed tevolvi titlob kooperazzjoni internazzjonali msaħħa u aktar appoġġ għar-rwol ċentrali tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika, kif ukoll miżuri stretti ta’ sikurezza.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Il-miżuri intiżi għall-ġlieda kontra t-terroriżmu mhux se jkollhom effett sħiħ jekk ma jkunux akkumpanjati minn sensiela ta’ miżuri effettivi, dissważivi u kkoordinati tal-ġustizzja kriminali implimentati fl-Istati Membri kollha. Jekk l-atti terroristiċi li jkunu twettqu barra l-Unjoni minn organizzazzjonijiet terroristiċi jiġu kkriminalizzati b’mod effettiv, l-Istati Membri jarmaw ruħhom bl-għodda meħtieġa biex jindirizzaw ir-radikalizzazzjoni terroristika taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-fenomenu tal-ġellieda barranin. L-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji għandu jkollhom ir-riżorsi meħtieġa biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkastigaw dawn l-atti. Il-persunal tagħhom għandu jkun imħarreġ b’mod adegwat u kontinwu biex jittrattaw reati marbuta mat-terroriżmu.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 6b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)  Din id-Direttiva m’għandux ikollha l-effett li tbiddel id-drittijiet, l-obbligi u r-responsabilitajiet tal-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet skont id-dritt internazzjonali, inkluż skont id-dritt umanitarju internazzjonali. Azzjonijiet mill-forzi armati matul perjodi ta’ kunflitt armat, li huma rregolati mil-liġi umanitarja internazzjonali fi ħdan it-tifsira ta’ dawn it-termini skont dik il-liġi, u, sakemm dawn huma regolati minn regoli oħra tal-liġi internazzjonali, azzjonijiet mill-forzi armati ta’ stat fit-tħaddim tal-obbligi uffiċjali tiegħu ma humiex regolati minn din id-Direttiva.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 6c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6c)  L-għoti ta’ assistenza umanitarja minn organizzazzjonijiet umanitarji imparzjali rikonoxxuti mil-liġi internazzjonali, inkluża l-liġi umanitarja internazzjonali, m’għandhiex titqies bħala kontribut għall-attivitajiet kriminali ta’ grupp terroristiku, filwaqt li titqies il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Ir-reati relatati mal-provokazzjoni pubblika sabiex jitwettaq att ta' reat terroristiku jinkludu, inter alia, il-glorifikazzjoni u l-ġustifikazzjoni tat-terroriżmu jew it-tixrid ta’ messaġġi jew ritratti, fosthom dawk relatati mal-vittmi tat-terroriżmu bħala mezz sabiex tingħata pubbliċità għat-terroristi jew biex jintimidaw serjament lill-popolazzjoni, sakemm din l-imġiba tikkaġuna periklu li jistgħu jiġu mwettqa atti terroristiċi.

(7)  Ir-reati relatati mal-provokazzjoni pubblika sabiex jitwettaq att ta' reat terroristiku jinkludu, inter alia, il-glorifikazzjoni u l-ġustifikazzjoni tat-terroriżmu jew it-tixrid ta’ messaġġi jew ritratti fuq l-internet u barra mill-internet bħala mezz biex jinkiseb appoġġ għall-kawża tat-terroristi jew biex jintimidaw serjament lill-popolazzjoni. Din l-imġiba

għandha tkun punibbli meta tikkaġuna periklu f'każ konkret li jista’ jitwettaq att terroristiku.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Meta jingħata servizz minn soċjetà tal-informazzjoni li jikkonsisti fit-trażmissjoni f’network ta’ komunikazzjoni ta’ informazzjoni pprovdut minn riċevitur tas-servizz, jew l-għoti ta’ aċċess għal network ta’ komunikazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornitur tas-servizz ma jkunx responsabbli għall-informazzjoni trażmessa jew maħżuna skont id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

________________

 

1a Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 7b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b)  Mezz effettiv għall-ġlieda kontra t-terroriżmu fuq l-internet huwa l-eliminazzjoni ta’ kontenut terroristiku mis-sors. F’dak il-kuntest, din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-azzjoni volontarja meħuda mill-industrija tal-internet biex tipprevjeni l-użu ħażin tas-servizzi tagħha, jew għal kull appoġġ għal tali azzjoni mill-Istati Membri bħad-detezzjoni u s-senjalazzjoni ta’ kontenut illegali. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex ineħħu jew jimblukkaw l-aċċess għall-paġni tal-internet li jxewxu pubblikament lil oħrajn biex iwettqu reati terroristiċi. Meta jittieħdu tali miżuri, dawn għandhom ikunu f’konformità mal-proċeduri trasparenti u soġġetti għal salvagwardji xierqa taħt il-kontroll ta’ awtoritajiet indipendenti. L-Istati Membri għandhom jużaw l-aqwa sforzi tagħhom biex jikkooperaw ma’ pajjiżi terzi biex ifittxu jeliminaw b’mod sikur it-tali kontenut mis-servers fit-territorju tagħhom. Madankollu, meta l-eliminazzjoni ta’ kontenut illegali mis-sors mhuwiex possibbli, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu miżuri biex jimblukkaw l-aċċess mit-territorju tal-Unjoni għal paġni tal-internet identifikati bħala li fihom jew li jxerrdu kontenut terroristiku. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw azzjoni legali kontra kumpaniji tal-internet u tal-midja soċjali u fornituri tas-servizz li deliberatament jirrifjutaw li jikkonformaw ma’ ordni mill-qorti li jħassru kontenut illegali li jeżalta t-terroriżmu mill-pjattaformi tal-internet tagħhom wara li jkunu ġew debitament notifikati dwar tali kontenut. Kwalunkwe rifjut għandu jkun punibbli b’sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi. Id-dritt ta’ stħarriġ ġudizzjarju għandu jkun iggarantit lill-kumpaniji tal-internet u tal-midja soċjali u lill-fornituri tas-servizz.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Meta wieħed iqis is-serjetà tat-theddida u l-ħtieġa li b’mod partikolari jitwaqqaf il-fluss tal-ġellieda terroristiċi barranin, huwa neċessarju li l-ivvjaġġar ’il barra mill-pajjiż għal finijiet terroristiċi jiġi kkriminalizzat, li ma jkunx jinkludi biss it-twettiq ta’ reati terroristiċi u li wieħed jagħti jew jirċievi taħriġ, iżda anki l-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta’ grupp terroristiku. Kull att ta’ faċilitazzjoni ta’ dan l-ivvjaġġar għandu jiġi kkriminalizzat.

(8)  Filwaqt li mhuwiex indispensabbli li l-att tal-ivvjaġġar jiġi kriminalizzat bħala tali, meta wieħed iqis is-serjetà tat-theddida u l-ħtieġa li b’mod partikolari jitwaqqaf il-fluss tal-ġellieda terroristiċi barranin, huwa neċessarju li l-ivvjaġġar ’il barra mill-pajjiż għal finijiet terroristiċi jiġi kkriminalizzat, li ma jkunx jinkludi biss it-twettiq ta’ reati terroristiċi u li wieħed jagħti jew jirċievi taħriġ, iżda anki l-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta’ grupp terroristiku. Tali att għandu jiġi kriminalizzat taħt kundizzjonijiet speċifiċi u unikament meta l-iskop terroristiku tal-ivvjaġġar jiġi pprovat b’inferenza minn ċirkustanzi oġġettivi. Il-faċilizzajoni jew l-organizzazzjoni ta’ dan l-ivvjaġġar għandu jiġi kkriminalizzat.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Il-kriminalizzazzjoni ta’ meta jirċievi taħriġ għal skopijiet ta’ terroriżmu jikkumplimenta r-reati eżistenti ta’ għoti ta’ taħriġ u tindirizza speċifikament it-theddid li jirriżulta minn dawk li jippreparaw b’mod attiv għat-twettiq tar-reati terroristiċi, inkluż dawk li fl-aħħar mill-aħħar jaġixxu waħedhom.

(9)  Il-kriminalizzazzjoni ta’ meta wieħed jirċievi volontarjament taħriġ għal skopijiet ta’ terroriżmu, inkluż l-akkwist ta’ għarfien, dokumentazzjoni jew ħiliet prattiċi, sew jekk fil-forma ta’ studju awtonomu jew mhux, jikkomplementa r-reat eżistenti ta’ għoti ta’ taħriġ u jindirizza speċifikament it-theddid li jirriżulta minn dawk li jippreparaw b’mod attiv għat-twettiq tar-reati terroristiċi, inkluż dawk li fl-aħħar mill-aħħar jaġixxu waħedhom. Għalhekk għandu jiġi kkriminalizzat.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Attakki ċibernetiċi mwettqa għal finijiet terroristiċi jew minn organizzazzjoni terroristika għandhom ikunu punibbli fl-Istati Membri.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Il-finanzjament tat-terroriżmu għandu jkun punibbli fl-Istati Membri u jkopri l-finanzjament tal-atti terroristiċi, il-finanzjament ta’ grupp terroristiku, kif ukoll ta’ reati oħrajn relatati ma’ attivitajiet terroristiċi, bħar-reklutaġġ u t-taħriġ, jew ivvjaġġar għal finijiet terroristiċi, bil-għan li jfixkel l-istrutturi ta’ appoġġ li jiffaċilitaw it-twettiq tar-reati terroristiċi. L-għajnuna u l-kompliċità jew l-attentat ta’ finanzjament tat-terroriżmu għandhom ikunu punibbli wkoll.

(10)  Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament u tal-Kunsill1a, il-finanzjament tat-terroriżmu għandu jkun punibbli fl-Istati Membri u jkopri mhux biss il-finanzjament ta’ atti terroristiċi, iżda wkoll il-finanzjament ta’ grupp terroristiku, kif ukoll ta’ reati oħrajn relatati ma’ attivitajiet terroristiċi, bħar-reklutaġġ u t-taħriġ, jew ivvjaġġar għal finijiet terroristiċi, bil-għan li jfixkel l-istrutturi ta’ appoġġ li jiffaċilitaw it-twettiq tar-reati terroristiċi. L-għajnuna u l-kompliċità jew l-attentat ta’ finanzjament tat-terroriżmu għandhom ikunu punibbli wkoll.

 

__________________

 

1a Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2016, p. 73).

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 10a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Iż-żieda ta’ konverġenza u r-rabta bejn it-terroriżmu u l-kriminalità organizzata u r-rabtiet bejn gruppi kriminali u gruppi terroristiċi jikkostitwixxu theddida akbar għas-sigurtà tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom, għalhekk, jiżguraw li l-finanzjament u l-appoġġ tar-reati terroristiċi permezz tal-kriminalità organizzata jsiru punibbli u li l-konnessjonijiet bejn l-attivitajiet tal-kriminalità organizzata u tat-terroristi u l-finanzjament tat-terroristi jitqiesu b’mod aktar espliċitu mill-awtoritajiet tal-Istati Membri involuti fi proċedimenti kriminali;

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 10b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10b)  Il-kummerċ illeċitu ta’ armi tan-nar, żejt, drogi, sigaretti, merkanzija, xogħlijiet tal-arti u oġġetti kulturali oħra ffalsifikati, kif ukoll it-traffikar ta’ bnedmin, ir-racketeering u l-estorsjoni saru sors ta’ gwadann kbir biex gruppi terroristiċi jiksbu finanzjament. Fl-isforz biex jiġi miġġieled il-finanzjament tat-terroriżmu, għalhekk, il-proċess li bih l-organizzazzjonijiet terroristiċi jiġġeneraw finanzjament għandu jiġi indirizzat ukoll.

 

Filwaqt li jiġi evitat piż amministrattiv żejjed għall-atturi ekonomiċi, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-gruppi terroristiċi ma jkunu jistgħu jibbenefikaw minn ebda kummerċ ta’ prodotti. Rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta xierqa u proporzjonati, rekwiżiti ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar jista’ jkollhom effett preventiv billi materjalment idgħajfu l-attivitajiet ta’ kummerċ tal-gruppi tal-kriminalità organizzata u l-gruppi terroristiċi u billi jgħinu sabiex tiġi rrintraċċjata u pproċessata l-kriminalità organizzata u attivitajiet kummerċjali oħra ta’ organizzazzjonijiet terroristiċi b’mod aktar effettiv. Fejn xieraq, l-Istati Membri għandhom jipprevedu pieni għall-ksur ta’ dawn ir-rekwiżiti.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Premessa 10c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10c)  L-investigazzjonijiet finanzjarji huma fundamentali biex jinkixfu l-faċilitazzjoni ta’ reati terroristiċi u n-netwerks u l-istruttura ta' organizzazzjonijiet terroristiċi. Tali investigazzjonijiet jistgħu jkunu produttivi ħafna, b’mod partikolari meta jkunu involuti awtoritajiet fiskali u doganali, unitajiet ta’ intelligence finanzjarja u awtoritajiet ġudizzjarji fi stadju bikri tal-investigazzjoni. L-Istati Membri għandhom jimmiraw li jagħmlu l-investigazzjonijiet finanzjarji komponent standard fl-investigazzjonijiet kollha ta’ kontra t-terroriżmu u biex jaqsmu informazzjoni finanzjarja rilevanti fost l-awtoritajiet kompetenti. Fl-isforzi tagħhom biex jipprevjenu, jinvestigaw u jiġġieldu l-finanzjament tat-terroriżmu, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-akbar użu ta’ kapaċitajiet ta’ intelligence finanzjarja tal-Europol u tal-finanzjament kontra t-terroriżmu. Huma għandhom ukoll jagħmlu ħilithom biex jiżguraw approċċ iktar effiċjenti u kkoordinat, pereżempju billi jistabbilixxu unitajiet speċjalizzati fil-livell nazzjonali biex jittrattaw l-investigazzjonijiet finanzjarji marbuta mat-terroriżmu, li jista’ jkollu valur miżjud konsiderevoli u jikkontribwixxi b’mod sostanzjali biex jiġi żgurat suċċess fil-prosekuzzjonijiet.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Premessa 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Barra minn hekk, l-għoti ta’ appoġġ materjali għat-terroriżmu permezz ta’ persuni involuti fi, jew li jaġixxu bħala intermedjarji jew ta’ provvista jew moviment ta’ servizzi, assi u prodotti, fosthom tranżazzjonijiet kummerċjali li jinvolvu dħul fi jew ħruġ mill-Unjoni għandu jkun punibbli fl-Istati Membri, bħala għajnuna u kompliċità tat-terroriżmu jew finanzjament tat-terroriżmu jekk isiru bl-għarfien li dawn l-operazzjonijiet jew bid-dħul minnhom huma maħsuba biex jintużaw, kollha kemm huma jew parti minnhom, għal skopijiet terroristiċi jew jibbenefikaw gruppi terroristiċi.

(11)  L-għoti ta’ appoġġ materjali għat-terroriżmu permezz ta’ persuni involuti fi, jew li jaġixxu bħala intermedjarji jew ta’ provvista jew moviment ta’ servizzi, assi u prodotti, fosthom tranżazzjonijiet kummerċjali li jinvolvu dħul fi jew ħruġ mill-Unjoni għandu jkun punibbli fl-Istati Membri, bħala għajnuna u kompliċità tat-terroriżmu jew finanzjament tat-terroriżmu jekk isiru bl-intenzjoni ċara jew bl-għarfien li dawn l-operazzjonijiet jew id-dħul minnhom huma maħsuba biex jintużaw, kollha kemm huma jew parti minnhom, għal skopijiet terroristiċi jew jibbenefikaw gruppi terroristiċi.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Barra minn hekk, għandhom jingħataw pieni għal persuni fiżiċi u ġuridiċi li wettqu jew kienu responsabbli għal dawn it-tipi ta’ reati, li jirriflettu s-serjetà ta’ dawn ir-reati.

(14)  Għandhom jingħataw pieni għal persuni fiżiċi u ġuridiċi li wettqu jew kienu responsabbli għal dawn it-tipi ta’ reati, li jirriflettu s-serjetà ta’ dawn ir-reati.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Premessa 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Għandhom ikunu stabbiliti regoli ta' ġurisdizzjoni biex jiżguraw r-reati terroristiċi jkunu jistgħu jiġu persegwiti b'mod effettiv. B’mod partikolari, jidher meħtieġ li tiġi stabbilita ġurisdizzjoni għal reati mwettqa mill-fornituri ta’ taħriġ għal skopijiet ta’ terroriżmu, tkun xi tkun in-nazzjonalità tagħhom, fid-dawl tal-effetti possibbli ta’ mġibiet bħal dawn fit-territorju tal-Unjoni u tal-konnessjoni materjali mill-qrib bejn reati ta' għoti jew riċeviment ta' taħriġ għal skopijiet ta’ terroriżmu.

(15)  Għandhom ikunu stabbiliti regoli ta’ ġurisdizzjoni biex jiżguraw li r-reati terroristiċi jkunu jistgħu jiġu persegwiti b'mod effettiv. B’mod partikolari, jidher meħtieġ li tiġi stabbilita ġurisdizzjoni għal reati mwettqa mill-fornituri ta’ taħriġ għal skopijiet ta’ terroriżmu ta’ ċittadini tal-Unjoni u persuni li jirrisjedu fl-Unjoni, tkun xi tkun in-nazzjonalità tal-persuni li jipprovdu t-taħriġ, fid-dawl tal-effetti possibbli ta’ mġibiet bħal dawn fit-territorju tal-Unjoni u tal-konnessjoni materjali mill-qrib bejn reati ta' għoti jew riċeviment ta' taħriġ għal skopijiet ta’ terroriżmu. Kwalunkwe prosekuzzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz għandha tirrispetta l-ftehimiet dwar l-estradizzjoni u l-kooperazzjoni ġudizzjarja u bejn il-pulizija fi kwistjonijiet kriminali mal-pajjiżi terzi kkonċernati.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Premessa 15a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)  L-informazzjoni rilevanti għall-kxif, il-prevenzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tar-reati msemmija f’din id-Direttiva spiss tikkonċerna aktar minn Stat Membru wieħed u tista’ tirrikjedi azzjoni urġenti. Għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu, hija meħtieġa kooperazzjoni transfruntiera aktar mill-qrib fost l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u l-aġenziji tal-Unjoni fir-rigward tal-iskambju espedjenti ta’ kwalunkwe informazzjoni rilevanti minn rekords kriminali u rekords tal-qorti jew sorsi oħra disponibbli dwar individwi estremisti radikalizzati jew vjolenti li huma ssuspettati ta' reat kriminali jew li huma jew kienu soġġetti għal proċedimenti kriminali jew l-iffriżar ta’ assi għal kwalunkwe mir-reati msemmija f’din id-Direttiva, inklużi dawk li ġew miċħuda dħul fit-territorju ta’ Stat Membru jew li jkunu ġew deportati fuq suspett ta’ involviment f’reati kif imsemmi f’din id-Direttiva. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u tal-Unjoni għandhom, għalhekk, jiskambjaw din l-informazzjoni b’mod effiċjenti u f’waqtu, filwaqt li jirrispettaw il-liġi tal-protezzjoni tad-dejta applikabbli. Barra minn hekk, l-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom iżidu l-użu tagħhom ta’ sistemi u bażijiet ta’ data, ipprovduti minn aġenziji rilevanti, kemm f’termini kwantitattivi kif ukoll kwalitattivi, biex isaħħu il-kapaċitajiet tagħhom ta’ prevenzjoni u tal-ġlieda kontra t-terroriżmu. Huma għandhom jagħmlu dan billi jikkondividu l-informazzjoni rilevanti kollha u billi jwettqu analiżijiet strateġiċi u operazzjonali sistematiċi, f’konformità mal-liġi applikabbli u s-salvagwardji relatati.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Premessa 15b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15b) Sabiex jiġi żgurat is-suċċess ta’ investigazzjonijiet u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi, inklużi reati relatati ma’ grupp terroristiku u reati relatati ma’ attivitajiet terroristiċi, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ tali reati għandu jkollhom il-possibilità li jagħmlu użu minn għodod investigattivi effettivi bħal dawk li jintużaw fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata jew reati serji oħra. B’kont meħud, fost l-oħrajn, tal-prinċipju tal-proporzjonalità, l-użu ta' għodod bħal dawn skont il-liġi nazzjonali għandu jkun immirat u proporzjonat għan-natura u l-gravità tar-reati taħt investigazzjoni.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Premessa 15c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15c)  L-Istati Membri għandhom isaħħu l-iskambju f’waqtu ta’ kwalunkwe informazzjoni rilevanti disponibbli dwar persuni li jivvjaġġaw barra mill-pajjiż għal skopijiet ta’ terroriżmu. Huma għandhom ukoll iqisu b’mod sistematiku l-każijiet kollha li jinvolvu r-reati stabbiliti f’din id-Direttiva bħala adegwati, rilevanti u importanti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 21 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI1a, li jiddaħħal allert fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom, bħala regola, jikkunsidraw il-każijiet kollha li jinvolvu r-reati definiti f’din id-Direttiva bħala rilevanti u neċessarji fis-sens tal-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2016/681 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b sabiex jaqsmu r-riżultati tal-ipproċessar tad-dejta tal-PNR mal-Istati Membri l-oħra kkonċernati skont dik id-Direttiva.

 

________________

 

1a Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI tat-12 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen Tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 205, 7.8.2007.p. 63).

 

1b Id-Direttiva (UE) 2016/681 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar l-użu ta’ data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u kriminalità serja (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 132).

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Premessa 15d (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15d)  Il-fatt li l-organizzazzjonijiet terroristiċi jiddependu ħafna fuq diversi għodod elettroniċi, l-internet u l-midja soċjali sabiex jikkomunikaw, jippromwovu, u jxewxu favur atti terroristiċi, biex jirreklutaw ġellieda potenzjali, biex jiġbru fondi, jew biex jorganizzaw appoġġ ieħor għall-attivitajiet tagħhom, joħloq sfidi fl-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet ta' reati terroristiċi. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma’ xulxin, notevolment permezz tal-Eurojust u l-Europol u mal-Kummissjoni sabiex jiżguraw approċċ ikkoordinat fil-ġbir, il-qsim u l-ammissibilità ta’ evidenza elettronika.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  L-Istat Membru għandu jadotta miżuri speċifiċi ta’ protezzjoni, appoġġ u assistenza li jirrispondu għall-bżonnijiet speċifiċi tal-vittmi tat-terroriżmu, li jikkwalifikaw iktar u li jsaħħu d-drittijiet li huma diġà inklużi fid-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-vittmi tat-terroriżmu huma dawk definiti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2012/29/UE, fir-rigward ta’ reati terroristiċi kif imsemmi fl-Artikolu 3. Il-miżuri li jridu jittieħdu mill-Istati Membri għandhom jiżguraw li f’każ ta’ attakk terroristiku, il-vittmi tat-terroriżmu jiksbu appoġġ emozzjonali u psikoloġiku, inkluż appoġġ u konsulenza għat-trawma, u kwalunkwe informazzjoni u parir legali, prattiku jew finanzjarju.

(16)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istatus tal-vittmi tat-terroriżmu jkun rikonoxxut kif xieraq qabel, waqt u wara l-proċedimenti kriminali u għandhom jadottaw miżuri speċifiċi ta’ protezzjoni, appoġġ u assistenza, filwaqt li jittrattaw lill-vittmi bir-rispett u b’mod ġust, u li jirrispondu għall-bżonnijiet speċifiċi tal-vittmi tat-terroriżmu, li jikkwalifikaw iktar u li jsaħħu d-drittijiet li huma diġà inklużi fid-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28. Il-vittmi tat-terroriżmu huma dawk definiti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/29/UE, fir-rigward ta’ reati terroristiċi kif imsemmi f’din id-Direttiva. Il-miżuri li jridu jittieħdu mill-Istati Membri għandhom jiżguraw li f’każ ta’ attakk terroristiku, il-vittmi tat-terroriżmu jiksbu appoġġ emozzjonali u psikoloġiku, inkluż appoġġ għat-trawma, u kwalunkwe informazzjoni u parir legali, prattiku jew finanzjarju u għajnuna xierqa. L-Istati Membri għandhom iħeġġu taħriġ speċifiku għal persuni responsabbli biex jgħinu lill-vittmi ta’ atti terroristiċi, kif ukoll jagħtuhom ir-riżorsi meħtieġa għal dan il-għan; Barra minn hekk, kull Stati Membru għandu jqis ir-riskji ta’ intimidazzjoni tal-vittmi u ritaljazzjoni kontrihom u kontra l-persuni li jistgħu jagħtu xhieda fi proċedimenti kriminali relatati ma’ reati terroristiċi. Il-vittmi tat-terroriżmu għandhom ukoll jingħataw għajnuna legali fl-Istati Membri kollha meta jkunu parti fi proċedimenti kriminali jew proċedimenti legali oħra biex jiksbu deċiżjoni dwar il-kumpens.

__________________

__________________

28 Id-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI tal-15 ta’ Marzu 2001 (ĠU L 315, 14.11.2012 p. 37). 37.

28 Id-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 37).

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Premessa 16a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jiżviluppaw punt uniku ta’ informazzjoni u pariri għall-vittmi tat-terroriżmu, mhux biss biex jissodisfaw il-bżonnijiet tal-vittmi biex jiksbu informazzjoni u pariri, iżda wkoll li jipprovdulhom l-ewwel għajnuna psikoloġika u possibilitajiet ta’ riferiment, kif ukoll assistenza u appoġġ biex jaffaċċjaw l-attenzjoni li jirċievu mill-midja.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Premessa 16b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16b)  L-Istati Membri għandhom, filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ il-libertà tal-espressjoni, jiskambjaw l-aħjar prattiki dwar kif għandhom jittrattaw il-midja u l-ġurnalisti sabiex tiġi protetta l-ħajja privata tal-vittmi u tal-membri tal-familja tagħhom u biex jikkooperaw ma’ servizzi speċjalizzati li jipprovdu assistenza u appoġġ lill-vittmi biex jgħinuhom jaffaċċjaw l-attenzjoni li jirċievu mill-midja.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Premessa 17a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)  L-Istati Membri għandhom jikkooperaw bejniethom biex jiżguraw li l-aċċess għall-informazzjoni dwar id-drittijiet tal-vittmi, is-servizzi ta’ appoġġ u l-iskemi ta’ kumpens jingħataw lill-vittmi kollha tat-terroriżmu. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi tat-terroriżmu jkollhom aċċess fit-tul għal servizzi ta’ appoġġ fil-pajjiż tar-residenza tagħhom, anki jekk ir-reat terroristiku jkun seħħ fi Stat Membru ieħor.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Premessa 17b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17b)  It-titjib fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-ġlieda kontra t-terroriżmu għandu jinvolvi wkoll skambji intensivi u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji tagħhom u mal-Eurojust. Ir-riżorsi taċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tal-Eurojust, li għandu jaqdi rwol kruċjali fil-promozzjoni ta’ azzjonijiet konġunti min-naħa tal-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri fir-rigward tal-ġbir ta’ evidenza, għandhom jissaħħu. Għalhekk, għandu jsir użu akbar tal-istrument tal-iskwadri ta' investigazzjoni konġunti, kemm fost l-Istati Membri u kif ukoll bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi li magħhom il-Eurojust stabbilixxa ftehimiet ta' kooperazzjoni.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Premessa 17c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17c)  Il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ ta’ ċittadini tal-Unjoni minn organizzazzjonijiet terroristiċi tirrikjedi approċċ fit-tul, proattiv u komprensiv, li jgħaqqad miżuri fil-qasam tal-ġustizzja kriminali ma' politiki fil-qasam tal-edukazzjoni, l-inklużjoni soċjali u l-integrazzjoni, kif ukoll il-provvista ta’ programmi effettivi ta’ deradikalizzazzjoni u ta’ ħruġ. L-Istati Membri għandhom jikkondividu l-aħjar prattiki dwar miżuri effettivi u proġetti f’dan il-qasam. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jaqsmu bejniethom prattiki tajba dwar l-użu ta’ miżuri alternattivi effettivi fi ħdan l-approċċ ġudizzjarju biex jimpedixxu ċittadini tal-Unjoni u ċittadini ta’ pajjiżi terzi legalment residenti fl-Unjoni milli jħallu l-Unjoni għal skopijiet terroristiċi jew jikkontrollaw ir-ritorn tagħhom lejn l-Unjoni minn żoni ta’ kunflitt. Huma għandhom jaqsmu prattiki tajbin bħal dawn mhux biss ma’ xulxin iżda wkoll, fejn xieraq, ma’ pajjiżi terzi, kif ukoll ma’ aġenziji rilevanti tal-Unjoni.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Premessa 17d (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17d)  L-Istati Membri għandhom ikomplu bl-isforzi tagħhom biex jipprevjenu t-terroriżmu billi jikkoordinaw l-istrateġiji tagħhom u jaqsmu l-informazzjoni u l-esperjenza għad-dispożizzjoni tagħhom, billi jimplimentaw prattiki tajbin kemm fil-livell tal-Unjoni u kif ukoll fil-livell nazzjonali u billi jaġġornaw il-politiki nazzjonali ta’ prevenzjoni skont l-istrateġija tal-Unjoni għall-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ għat-terroriżmu. Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali fl-iżvilupp ta’ politiki ta’ prevenzjoni.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Minħabba li l-objettivi ta’ din id-Direttiva ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti unilateralment mill-Istati Membri u għaldaqstant, minħabba l-bżonn għal regoli armonizzati madwar l-Ewropa, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’mod konformi mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-direttiva ma tmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(18)  Minħabba li l-objettivi ta’ din id-Direttiva ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti unilateralment mill-Istati Membri u għaldaqstant jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’mod konformi mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a)  Il-ġlieda kontra t-terroriżmu hija sforz essenzjali u globali li jitlob rispons internazzjonali, u b’hekk l-Unjoni jkollha l-obbligu li taġixxi f’kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi.

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Premessa 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Din id-Direttiva tħares il-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, tħares id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inklużi dawk stabbiliti fil-Kapitoli II, III, V u VI tiegħu li jinkludu inter alia, id-dritt għal-libertà u s-sigurtà, il-libertà tal-espressjoni u informazzjoni, il-libertà ta’ assoċjazzjoni u l-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon, il-projbizzjoni ġenerali ta’ diskriminazzjoni b’mod partikolari abbażi ta’ razza, kulur, etniċità jew oriġini soċjali, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, politika jew kull opinjoni oħra, id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u familjari u d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, il-prinċipju tal-legalità u proporzjonalità tar-reati kriminali u l-pieni, u b’hekk tkopri wkoll r-rekwiżit tal-preċiżjoni, iċ-ċarezza u l-prevedibbiltà fil-liġi kriminali, il-preżunzjoni tal-innoċenza kif ukoll il-libertà tal-moviment kif stipulat fl-Artikolu 21(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u d-Direttiva 2004/38/KE. Din id-Direttiva għandha tiġi implimentata skont dawn id-drittijiet u l-prinċipji.

(19)  Din id-Direttiva u l-implimentazzjoni tagħha jħarsu l-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, iħarsu d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u josservaw il-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inklużi dawk stabbiliti fil-Kapitoli II, III, V u VI tiegħu li jinkludu, inter alia, id-dritt għal-libertà u s-sigurtà, il-libertà tal-espressjoni, inkluż il-libertà tal-kelma, il-libertà tal-informazzjoni, il-libertà ta’ assoċjazzjoni u l-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon, il-projbizzjoni ġenerali ta’ diskriminazzjoni b’mod partikolari abbażi ta’ razza, kulur, etniċità jew oriġini soċjali, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjoni politika jew ta’ kull tip ieħor, id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u familjari u d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, il-prinċipju tal-legalità u proporzjonalità tar-reati kriminali u l-pieni, u b’hekk tkopri wkoll ir-rekwiżit tal-preċiżjoni, iċ-ċarezza u l-prevedibilità fil-liġi kriminali, il-preżunzjoni tal-innoċenza u d-dritt għal proċess ġust, li l-eżitu tiegħu huwa determinat miċ-ċirkostanzi individwali tal-każ, u l-prinċipji rikonoxxuti fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet fundamentali (ECHR), kif ukoll il-libertà tal-moviment kif stipulat fl-Artikolu 21(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u d-Direttiva 2004/38/KE1a, filwaqt li jiġi rikonoxxut li jista’ jkun hemm eċċezzjonijiet għal-libertà tal-moviment għal raġunijiet ta’ politika pubblika jew sigurtà nazzjonali. Kwalunkwe limitazzjoni fuq l-eżerċitar ta’ dawn id-drittijiet u l-libertajiet għandha tkun suġġetta għar-rispett tal-kundizzjonijiet minquxa fl-Artikolu 52(1) tal-Karta.

 

__________________

 

1a Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Premessa 19a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a)  Din id-Direttiva m’għandux ikollha l-effett li tobbliga lill-Istati Membri jieħdu miżuri li jwasslu għal xi forma ta’ diskriminazzjoni.

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Premessa 19b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19b)  Xejn f’din id-Direttiva ma għandu jiġi interpretat li hu maħsub li jnaqqas jew jirrestrinġi l-acquis tal-Unjoni fir-rigward tad-drittijiet proċedurali ta’ persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali, inkluża d-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. Persuni ssuspettati li wettqu r-reati stabbiliti f’din id-Direttiva ma għandux ikollhom l-oneru tal-provi.

 

____________________

 

1a Id-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (ĠU L 65, 11.3.2016, p. 1).

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Premessa 19c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19c)  Xejn f’din id-Direttiva ma għandu jiġi interpretat li hu maħsub li jnaqqas jew jirrestrinġi t-tixrid ta’ informazzjoni għall-espressjoni ta’ opinjoni jew għal skopijiet xjentifiċi, akkademiċi jew ta’ rappurtar, kif ukoll l-espressjoni ta’ fehmiet polemiċi jew kontroversjali fid-dibattitu pubbliku dwar kwistjonijiet politiċi sensittivi.

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  L-implimentazzjoni tal-kriminalizzazzjoni skont din id-Direttiva għandha tkun proporzjonata man-natura u ċ-ċirkostanzi tar-reat, b’ħarsien tal-miri leġittimi segwiti u n-neċessitajiet tagħhom f’soċjetà demokratika, u għandha teskludi kull forma ta’ arbitrarjetà jew diskriminazzjoni.

(20)  L-implimentazzjoni tal-kriminalizzazzjoni skont din id-Direttiva għandha tkun proporzjonata man-natura u ċ-ċirkostanzi tar-reat u ta’ kull każ, b’ħarsien tal-miri leġittimi segwiti u n-neċessitajiet tagħhom f’soċjetà demokratika, u għandha teskludi kull forma ta’ arbitrarjetà jew diskriminazzjoni.

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Id-Direttiva għandha tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru 2002/475/ĠAI għall-Istati Membri marbuta b’din id-Direttiva.

(21)  Din id-Direttiva tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru 2002/475/ĠAI għall-Istati Membri marbuta b’din id-Direttiva.

__________________

 

29 Kif emendata bid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/919/ĠAI tat-28 ta’ Novembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni Kwadru 2002/475/ĠAI (ĠU L 30, 9.12.2008, p. 21).

 

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)  Sanzjonijiet fil-qasam tar-reati terroristiċi, reati relatati ma’ grupp terroristiku u reati relatati ma’ attivitajiet terroristiċi ma għandhom fl-ebda ċirkostanza jintużaw mill-Istati Membri bħala raġuni biex jevitaw l-obbligi internazzjonali tagħhom skont il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar l-Istatus tar-Rifuġjati tat-28 ta’ Lulju 1951, kif supplimentata mill-Protokoll ta’ New York tal-31 ta’ Jannar 1967.

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli minimi rigward id-definizzjoni ta’ reati kriminali u sanzjonijiet fil-qasam tar-reati terroristiċi, reati relatati ma’ gruppi terroristiċi u reati relatati ma’ attivitajiet terroristiċi, kif ukoll miżuri speċifiċi ta’ protezzjoni u assistenza lill-vittmi tat-terroriżmu.

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli minimi rigward id-definizzjoni ta’ reati kriminali u sanzjonijiet fil-qasam tar-reati terroristiċi, reati relatati ma’ gruppi terroristiċi u reati relatati ma’ attivitajiet terroristiċi, kif ukoll miżuri speċifiċi ta’ protezzjoni u assistenza u appoġġ lill-vittmi tat-terroriżmu.

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  “vittma” tfisser:

 

(i)  persuna fiżika li ġarrbet ħsara, inkluż dannu fiżiku, mentali jew emozzjonali jew telf finanzjarju, li kien direttament ikkawżat minn reat kriminali;

 

(ii)  membri tal-familja ta’ persuna li l-mewt tagħha kienet ikkawżata direttament minn reat kriminali u li tkun sofriet ħsara b’riżultat tal-mewt ta’ dik il-persuna;

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  b’mod illeċitu jġiegħlu lill-Gvern jew organizzazzjoni internazzjonali li jagħmlu jew jonqsu milli tagħmel xi att,

(b)  jużaw il-vjolenza jew it-theddida tal-vjolenza biex iġiegħlu jew ifittxu li jġiegħlu lill-Gvern jew organizzazzjoni internazzjonali li jieħdu jew jonqsu milli jieħdu xi azzjoni,

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  L-attakki fuq il-ħajja ta’ persuna li jistgħu jikkaġunaw il-mewt;

(a)  Attakki fuq il-ħajja ta’ persuna li jistgħu jikkaġunaw il-mewt jew korriment;

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  attakki fuq l-integrità fiżika tal-persuna;

(b)  attakki fuq l-integrità fiżika u psikoloġika tal-persuna;

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  il-manifattura, il-pussess, l-akkwist, it-trasport, il-kunsinna jew l-użu ta' armi, splussivi jew ta' armi nukleari, bioloġiċi jew kimiċi, kif ukoll ir-riċerka u l-iżvilupp ta' armi bijoloġiċi u kimiċi;

(f)  il-manifattura, il-pussess, l-akkwist, it-trasport, il-kunsinna jew l-użu ta' armi, splussivi jew ta' armi radjoloġiċi, nukleari, bijoloġiċi jew kimiċi, kif ukoll ir-riċerka u l-iżvilupp ta' armi nukleari, bijoloġiċi u kimiċi;

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  il-ħelsien ta' sustanzi perikolużi, jew li joħolqu n-nirien, għargħar jew splussjonijiet li l-effett tagħhom huwa li joħolqu periklu għall-ħajja tal-bniedem;

(g)  ir-rilaxx, jew it-theddida ta’ rilaxx, ta' sustanzi perikolużi, inkluż materjal radjoloġiku jew bijoloġiku, jew li joħolqu n-nirien, għargħar jew splużjonijiet li l-effett tagħhom huwa li joħolqu periklu għall-ħajja tal-bniedem jew li jifirxu biża’ u allarmar;

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  jinterferixxi jew ifixkel il-provvista (jew fornitura) ta’ ilma, enerġija jew riżors naturali u fundamentali, liema effett jipperikola l-ħajja umana;

(h)  jinterferixxi jew ifixkel il-provvista ta’ ilma, enerġija jew riżors naturali u fundamentali permezz ta’ attakki ċibernetiċi jew forom ta’ attakki oħrajn, liema effett jipperikola l-ħajja umana;

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha)  attakki kontra sistemi ta’ informazzjoni kif definit fl-Artikoli 3 sa 7 tad-Direttiva 2013/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

_____________

 

1a Id-Direttiva 2013/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Awwissu 2013 dwar attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/222/ĠAI (ĠU L 218, 14.8.2013, p. 8).

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  it-theddid li jitwettaq xi wieħed mill-atti msemmija fil-punti minn (a) sa (h).

(i)  theddid serju li jitwettaq xi wieħed mill-atti msemmija fil-punti minn (a) sa (h); tali theddid jiġi stabbilit fuq il-bażi ta’ ċirkostanzi oġġettivi u fattwali.

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Stat Membru jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-atti li ġejjin, meta jitwettqu intenzjonalment, huma punibbli bħala reat kriminali:

Kull Stat Membru jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-atti li ġejjin, meta jitwettqu intenzjonalment u illegalment, huma punibbli bħala reat kriminali:

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta' grupp terroristiku, inkluż bl-għoti ta' informazzjoni jew riżorsi materjali, jew bl-iffinanzjar ta' l-attivitajiet tiegħu bi kwalunkwe mod, bil-konoxxenza tal-fatt illi parteċipazzjoni bħal din se tgħin lill-attivitajiet kriminali tal-grupp terroristiku.

(b)  il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta' grupp terroristiku, inkluż bl-għoti ta' informazzjoni jew riżorsi materjali, jew bl-iffinanzjar tal-attivitajiet tiegħu bi kwalunkwe mod, bil-konoxxenza tal-fatt illi parteċipazzjoni bħal din se tgħin lill-attivitajiet kriminali tal-grupp terroristiku, irrispettivament minn jekk dawn l-attivitajiet iseħħux fi Stat Membru jew pajjiż terz.

Emenda    61

Proposta għal direttiva

Artikolu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-distribuzzjoni, jew inkella t-tqegħid għad-dispożizzjoni, ta’ messaġġ lill-pubbliku, bl-intenzjoni li jinċita t-twettiq ta’ wieħed mir-reati fil-punti minn (a) sa (h) tal-Artikolu 3(2), fejn din it-tip ta’ mġiba, kemm jekk tħeġġeġ direttament jew le reati ta’ terroriżmu, tikkawża periklu li jista’ jitwettaq reat wieħed jew aktar, ikun punibbli bħala reat kriminali meta jitwettaq intenzjonalment.

L-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-distribuzzjoni, jew inkella t-tqegħid għad-dispożizzjoni bi kwalunkwe mezz, sew jekk bl-internet jew le, ta’ messaġġ lill-pubbliku, bl-intenzjoni li jinċita t-twettiq ta’ wieħed mir-reati fil-punti minn (a) sa (h) tal-Artikolu 3(2), fejn din it-tip ta’ mġiba, li tħeġġeġ it-twettiq ta’ reati ta’ terroriżmu, tikkawża periklu f’każ konkret li jista’ jitwettaq reat wieħed jew aktar, ikun punibbli bħala reat kriminali meta jitwettaq intenzjonalment.

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Artikolu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5a

 

Ċirkostanzi aggravanti

 

L-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li meta jitwettaq reat kriminali msemmi fl-Artikoli 6 jew 7 u jkun immirat lejn persuni naturali vulnerabbli, inklużi t-tfal, dan jitqies bħala ċirkostanza aggravanti.

Emenda    63

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li t-tħajjir ta’ persuna oħra biex twettaq wieħed mir-reati elenkati fil-punti minn (a) sa (h) tal-Artikolu 3(2), jew fl-Artikolu 4 ikun punibbli bħala reat kriminali meta jitwettaq intenzjonalment.

L-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li t-tħajjir ta’ persuna oħra biex twettaq jew tikkontribwixxi għat-twettiq ta’ wieħed mir-reati elenkati fil-punti minn (a) sa (h) tal-Artikolu 3(2), jew fl-Artikolu 4 ikun punibbli bħala reat kriminali meta jitwettaq intenzjonalment.

Emenda    64

Proposta għal direttiva

Artikolu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li biex wieħed jirċievi taħriġ, mingħand persuna oħra fil-produzzjoni jew fl-użu ta’ splussivi, armi tan-nar jew armi oħra jew f’sustanzi tossiċi jew perikolużi, jew f’metodi jew tekniki oħra speċifiċi, għall-finijiet li jitwettaq jew tiġi offruta għajnuna fit-twettiq ta’ wieħed mir-reati elenkati fil-punti minn (a) sa (h) tal-Artikolu 3(2) ikun punibbli bħala reat kriminali meta jitwettaq intenzjonalment.

L-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li biex wieħed jirċievi taħriġ jew istruzzjoni, inkluż billi jikseb għarfien, dokumentazzjoni jew ħiliet politiċi, fil-produzzjoni jew fl-użu ta’ splussivi, armi tan-nar jew armi oħra jew f’sustanzi tossiċi jew perikolużi, jew f’metodi jew tekniki oħra speċifiċi, għall-finijiet li jitwettaq jew tiġi offruta għajnuna fit-twettiq ta’ wieħed mir-reati elenkati fil-punti minn (a) sa (h) tal-Artikolu 3(2) ikun punibbli bħala reat kriminali meta jitwettaq intenzjonalment.

Emenda    65

Proposta għal direttiva

Artikolu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ivvjaġġar barra mill-pajjiż għal skopijiet ta’ terroriżmu

Ivvjaġġar barra mill-pajjiż għal skopijiet ta’ terroriżmu

L-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ivvjaġġar lejn pajjiż ieħor għall-fini li jitwettaq jew tiġi offruta għajnuna f’reat terroristiku msemmi fl-Artikolu 3, il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta’ grupp terroristiku msemmi fl-Artikolu 4 jew l-għoti jew ir-riċeviment ta’ taħriġ għal skopijiet ta’ terroriżmu msemmi fl-Artikoli 7 u 8 ikun punibbli bħala reat kriminali meta jitwettaq intenzjonalment.

L-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kwalunkwe vjaġġ lejn pajjiż jew Stat Membru, direttament jew billi wieħed jgħaddi minn Stat Membru wieħed jew aktar, ikun punibbli bħala reat kriminali meta jitwettaq intenzjonalment, meta jkun jista’ jiġi pprovat b’mod oġġettiv li jkun sar bl-iskop tat-twettiq ta’ reat terroristiku jew biex jingħata kontribut lejh kif imsemmi fl-Artikolu 3, jew għall-parteċipazzjoni f’attivitajiet ta’ grupp terroristiku kif imsemmi fl-Artikolu 4, bil-konoxxenza tal-fatt li tali parteċipazzjoni tikkontribwixxi lejn l-attività kriminali ta’ tali grupp, jew għall-għoti jew ir-riċeviment ta’ taħriġ għal skopijiet ta’ terroriżmu msemmi fl-Artikoli 7 u 8.

Emenda    66

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – Titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Organizzazzjoni jew faċilitazzjoni xort’oħra tal-ivvjaġġar barra mill-pajjiż għal skopijiet ta’ terroriżmu

Organizzazzjoni jew faċilitazzjoni xort’oħra tal-ivvjaġġar barra mill-pajjiż għall-iskop ta’ terroriżmu

Emenda    67

Proposta għal direttiva

Artikolu 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-għoti jew il-ġbir ta' fondi, b'kull mezz, direttament jew indirettament, bl-intenzjoni li jintużaw, jew bl-għarfien li sejrin jintużaw, b’mod sħiħ jew parzjali, biex jitwettaq kull wieħed mir-reat(i) imsemmi(ja) fl-Artikoli minn 3 sa 10 u minn 12 sa 14 jew 16 ikun punibbli bħala reat kriminali meta jitwettaq intenzjonalment..

1.  L-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-għoti jew il-ġbir ta' fondi, b'kull mezz, direttament jew indirettament, bl-intenzjoni li jintużaw, jew bil-konoxxenza li sejrin jintużaw, b’mod sħiħ jew parzjali, biex jitwettaq jew biex jingħata kontribut għal kwalunkwe wieħed mir-reat(i) imsemmi(ja) fl-Artikoli minn 3 sa 10 u minn 12 sa 14 jew 16 ikun punibbli bħala reat kriminali meta jitwettaq intenzjonalment.

 

2.  Fejn il-finanzjament tat-terroriżmu kif imsemmi fil-paragrafu 1 jikkonċerna xi wieħed mir-reati stipulati fl-Artikoli 3, 4 u 9, ma għandux ikun meħtieġ li l-fondi fil-fatt jintużaw, totalment jew parzjalment, biex jitwettqu jew ikun hemm kontribut lejn wieħed minn dawn ir-reati, u lanqas ma għandu jinħtieġ li min iwettaq ir-reat ikun jaf għal liema att speċifiku jew atti speċifiċi għandhom jintużaw il-fondi.

 

3.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw l-iffriżar jew is-sekwestru u l-konfiska ta’ xi fondi u assi oħra użati jew allokati għall-fini li jitwettaq jew għat-tentattiv li jitwettaq kwalunkwe wieħed mir-reati msemmija f’din id-Direttiva.

Emenda    68

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li serq aggravat bil-ħsieb biex jitwettaq wieħed mir-reati elenkati fl-Artikolu 3 ikun punibbli bħala reat kriminali meta jitwettaq intenzjonalment.

L-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li serq aggravat bil-ħsieb li jitwettaq wieħed mir-reati elenkati fl-Artikolu 3 u l-Artikolu 4 jkun punibbli bħala reat kriminali meta jitwettaq intenzjonalment.

Emenda    69

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li estorsjoni bil-għan li jitwettaq wieħed mir-reati elenkati fl-Artikolu 3 tkun punibbli bħala reat kriminali meta titwettaq intenzjonalment.

L-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li estorsjoni bil-għan li jitwettaq wieħed mir-reati elenkati fl-Artikolu 3 u l-Artikolu 4 tkun punibbli bħala reat kriminali meta titwettaq intenzjonalment.

Emenda    70

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – Titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tħejjija ta’ dokumenti amministrattivi foloz biex jitwettaq reat terroristiku

Tħejjija, pussess jew użu ta’ dokumenti amministrattivi foloz biex jitwettaq reat terroristiku

Emenda    71

Proposta għal direttiva

Artikolu 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li t-tħejjija ta’ dokumenti amministrattivi foloz bil-ħsieb li jitwettaq wieħed mir-reati elenkati fil-punti minn (a) sa (h) tal-Artikolu 3(2) u punt (b) tal-Artikolu 4 tkun punibbli bħala reat kriminali meta titwettaq intenzjonalment.

L-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li t-tħejjija, il-pussess jew l-użu ta’ dokumenti amministrattivi foloz bil-ħsieb li jitwettaq wieħed mir-reati elenkati fil-punti minn (a) sa (ha) tal-Artikolu 3(2) u punt (b) tal-Artikolu 4, kif ukoll l-Artikoli 9 u 10, tkun punibbli bħala reat kriminali meta titwettaq intenzjonalment.

Emenda    72

Proposta għal direttiva

Artikolu 14a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 14a

 

Miżuri kontra kontenut terroristiku illegali fuq l-internet

 

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw it-tneħħija fil-pront ta’ kontenut illegali li jinċita lil oħrajn pubblikament biex iwettqu reat terroristiku, kif imsemmi fl-Artikolu 5, li jkun hosted fit-territorju tagħhom. Huma jagħmlu wkoll sforz biex jiksbu t-tneħħija ta’ tali kontenut hosted barra mit-territorju tagħhom. Fejn dan ma jkunx fattibbli, l-Istati Membri jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimblukkaw l-aċċess għal kontenut bħal dan.

 

2.  Dawn il-miżuri għandhom ikunu konformi ma’ proċeduri trasparenti u jkunu suġġetti għal salvagwardji adegwati, b’mod partikolari biex jiġi żgurat li r-restrizzjoni tkun limitata għal dak li hu neċessarju u proporzjonat u li l-utenti jkunu infurmati bir-raġuni għal tali restrizzjoni. Il-miżuri dwar it-tneħħija u l-imblukkar għandhom ikunu suġġetti għal reviżjoni ġudizzjarja.

Emenda    73

Proposta għal direttiva

Artikolu 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex reat imsemmi fl-Artikolu 4 u t-Titolu II ikun punibbli, mhuwiex meħtieġ li reat terroristiku jkun effettivament twettaq, u lanqas mhuwa meħtieġ li tiġi stabilità rabta ma’ reat terroristiku speċifiku jew, sa fejn ir-reati fl-Artikoli 9 u 11 huma kkonċernati, għal reati speċifiċi relatati ma’ attivitajiet terroristiċi.

Sabiex reat imsemmi fl-Artikolu 4 u t-Titolu III jkun punibbli, mhuwiex meħtieġ li reat terroristiku jkun effettivament twettaq, u lanqas mhuwa meħtieġ li, sakemm huma kkonċernati r-reati msemmija fl-Artikoli 5 sa 10 u 12 sa 14, tiġi stabbilità rabta ma’ att ieħor speċifiku stabbilit f'din id-Direttiva.

Emenda    74

Proposta għal direttiva

Artikolu 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull Stat Membru jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-għajnuna jew il-kompliċità f’reat imsemmi fl-Artikoli minn 3 sa 8 u minn 11 sa 14 issir punibbli.

1.  Kull Stat Membru jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-għajnuna jew il-kompliċità f’reat imsemmi fl-Artikoli minn 3 sa 7 u minn 11 sa 14 issir punibbli.

2.  Kull Stat Membru jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-inċitazzjoni ta’ reat imsemmi fl-Artikoli minn 3 sa 14 issir punibbli.

2.  Kull Stat Membru jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-inċitazzjoni ta’ reat imsemmi fl-Artikoli minn 3 u 6 sa 14 issir punibbli.

3.  Kull Stat Membru jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li t-tentattiv li jitwettaq reat imsemmi fl-Artikoli 3, 6, 7, 9 u minn 11 sa 14, bl-eċċezzjoni tal-pussess kif previst fil-punt (f) tal-Artikolu 3(2) u r-reat imsemmi fil-punt (i) tal-Artikolu 3(2), isir punibbli.

3.  Kull Stat Membru jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li t-tentattiv li jitwettaq reat imsemmi fl-Artikoli 3, 6, 7, 9 u minn 11 sa 14, bl-eċċezzjoni tal-pussess kif previst fil-punt (f) tal-Artikolu 3(2) u r-reat imsemmi fil-punt (i) tal-Artikolu 3(2), isir punibbli.

Emenda    75

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – Titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ċirkostanzi mitiganti

Ċirkostanzi partikolari

Emenda    76

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt b – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jipprovdi lill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji informazzjoni li huma kieku ma kienux xort'oħra jkunu jistgħu jakkwistaw, filwaqt li jgħinhom biex:

(b)  jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti informazzjoni li huma kieku ma kinux ikunu jistgħu jakkwistaw, filwaqt li jgħinhom biex:

Emenda    77

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt b – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  jiġu identifikati jew imressqa quddiem il-ġustizzja l-ħatja l-oħra,

(2)  jiġu identifikati jew imressqa quddiem il-ġustizzja persuni oħra li jwettqu reat,

Emenda    78

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – punt ea (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  l-iffriżar u l-konfiska ta’ assi użati għat-twettiq ta’ wieħed mir-reati kriminali stabbiliti f'din id-Direttiva jew li jirriżultaw minnu, kif previst fid-Direttiva 2014/42/UE1a.

 

_______________

 

1a Id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta' mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 39)1a.

Emenda    79

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  il-persuna li twettaq reat hija ċittadin tal-Unjoni u tipprovdi taħriġ barra mill-pajjiż lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi;

Emenda    80

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  ir-reat jitwettaq kontra l-istituzzjonijiet jew il-poplu tal-Istat Membru inkwistjoni jew kontra xi istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni Ewropea u hija bbażata f’dak l-Istat Membru.

(f)  ir-reat jitwettaq kontra l-istituzzjonijiet jew il-poplu tal-Istat Membru inkwistjoni, jew kontra istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni li hija bbażata f’dak l-Istat Membru, inkluż permezz ta’ sekwestru ta’ ajruplan, vapur jew mezz ieħor ta’ trasport ta’ persuni jew oġġetti, jew meta ċittadin ta’ pajjiż terz jirċievi taħriġ barra l-pajjiż bl-intenzjoni li jwettaq attakk f’dak l-Istat Membru;

Emenda    81

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Kull Stat Membru jieħu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxi l-ġurisdizzjoni tiegħu fir-rigward tar-reati msemmija fl-Artikolu 4 f’każijiet fejn min iwettaq reat huwa preżenti fit-territorju tiegħu.

Emenda    82

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta reat jaqa' fl-ambitu tal-ġurisdizzjoni ta' iżjed minn Stat Membru wieħed u fejn xi wieħed mill-Istati konċernati jistgħu jmexxu l-prosekuzzjoni b'mod validu fuq il-bażi ta' l-istess fatti, l-Istati Membri konċernati jikkooperaw sabiex jiddeċiedu liema minnhom se jmexxi l-prosekuzzjoni kontra l-persuni li wettqu r-reat bl-iskop, jekk possibbli, li jiċċentralizzaw il-proċeduri fi Stat Membru wieħed. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jirrikorru għall-Eurojust sabiex jiffaċilitaw kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji tagħhom u l-koordinazzjoni tal-azzjoni tagħhom. Jittieħed kont b'segwenza ta' dawn il-fatturi li ġejjin:

2.  Meta reat jaqa' fl-ambitu tal-ġurisdizzjoni ta' iżjed minn Stat Membru wieħed u fejn xi wieħed mill-Istati konċernati jistgħu jmexxu l-prosekuzzjoni b'mod validu fuq il-bażi ta' l-istess fatti, l-Istati Membri konċernati jikkooperaw sabiex jiddeċiedu liema minnhom se jmexxi l-prosekuzzjoni kontra l-persuni li wettqu r-reat bl-iskop, jekk possibbli, li jiċċentralizzaw il-proċeduri fi Stat Membru wieħed. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jirrikorru għall-Eurojust sabiex jiffaċilitaw kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji tagħhom u l-koordinazzjoni tal-azzjoni tagħhom. Jittieħed kont b'sekwenza ta' dawn il-fatturi li ġejjin:

Emenda    83

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni mal-Istat Membru li jkun stabbilixxa l-ġurisdizzjoni tiegħu fuq ir-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 14 u 16 permezz ta’ mezzi stabbiliti, inklużi aġenziji tal-Unjoni.

Emenda    84

Proposta għal direttiva

Artikolu 21a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 21a

 

L-obbligu ta' investigazzjoni

 

1.  Malli jirċievi informazzjoni li persuna li tkun wettqet jew li tiġi akkużata li wettqet reat stabbilit f’din id-Direttiva tista’ tkun preżenti fit-territorju tiegħu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu dawk il-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa skont il-liġi domestika tiegħu biex jinvestiga l-fatti li jinsabu f’dik l-informazzjoni.

 

2.  Meta jkun sodisfatt li ċ-ċirkostanzi jitolbu hekk, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu min iwettaq ir-reat jew min allegatament iwettaq ir-reat ikun preżenti, għandu jieħu l-miżuri xierqa skont il-liġi domestika tiegħu sabiex jiżgura l-preżenza tal-persuna għall-fini ta' prosekuzzjoni jew estradizzjoni.

Emenda    85

Proposta għal direttiva

Artikolu 21b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 21b

 

Prevenzjoni

 

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa ta’ prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ ta’ ċittadini tal-Unjoni minn organizzazzjonijiet terroristiċi.

 

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni xierqa, inkluż permezz tal-internet, bħall-għoti ta’ informazzjoni u edukazzjoni, kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u żvilupp ta’ narrattivi alternattivi biex jiġġieldu l-propaganda terroristika. Fejn xieraq, tali azzjoni għandha tittieħed b’kooperazzjoni ma’ kumpaniji privati, organizzazzjonijiet rilevanti tas-soċjetà ċivili, il-komunitajiet lokali u partijiet interessati oħra. Hija għandu jkollha l-għan li tqajjem kuxjenza u tnaqqas ir-riskju tar-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ minn organizzazzjonijiet terroristiċi.

 

3.  L-Istati Membri għandhom jippromwovu taħriġ regolari għall-persunal li x’aktarx jiġi f’kuntatt ma’ persuni vulnerabbli għar-radikalizzazzjoni, inklużi uffiċjali tal-pulizija li qegħdin fuq quddiem u gwardji tal-ħabsijiet, immirat biex jippermettilhom jidentifikaw sinjali ta’ radikalizzazzjoni u reklutaġġ minn organizzazzjonijiet terroristiċi u biex jindirizzawhom.

Emenda    86

Proposta għal direttiva

Artikolu 21c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 21c

 

Obbligu biex tiġi skambjata informazzjoni dwar reati terroristiċi

 

1.  Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jittrażmettu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat kull informazzjoni rilevanti f’każijiet fejn hemm raġunijiet biex wieħed jemmen li l-informazzjoni tista’ tassisti fil-kxif, il-prevenzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tar-reati msemmija f’din id-Direttiva. Tali informazzjoni għandha tiġi trażmessa b’mod effettiv u f’waqtu mingħajr ma tkun meħtieġa talba minn qabel.

 

2.  Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-punt ta’ kuntatt tiegħu magħżul skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2005/671/JHA1a jittrażmetti lill-Europol u lill-Eurojust l-informazzjoni msemmija f’dik id-deċiżjoni b’mod effettiv u f’waqtu.

 

3.  L-Istati Membri għandhom sistematikament jittrażmettu sinjal ta’ allarm fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen għal kwalunkwe persuna li tkun suspettata li kkommettiet jew li tkun instabet ħatja ta’ mill-inqas wieħed mir-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 14 ta’ din id-Direttiva.

 

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fir-rigward ta’ persuni identifikati f’konformità mal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva (UE) 2016/681 b’konnessjoni mar-reati stabbiliti f’din id-Direttiva, l-Unità tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri tagħhom sistematikament tittrażmetti r-riżultat tal-ipproċessar ta’ tali dejta ma’ Unitajiet ta’ Informazzjoni dwar il-Passiġġieri ta’ Stati Membri oħra.

 

5.  L-Istati Membri għandhom sistematikament jgħaddu lill-Europol id-dettalji ta’ kwalunkwe persuna li hija suspettata li kkommettiet jew li tkun instabet ħatja ta’ mill-inqas wieħed mir-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 14 ta’ din id-Direttiva.

 

6.  Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni dwar l-iskambju ta’ informazzjoni.

 

_________________

 

1a Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni fir-rigward ta’ reati terroristiċi (ĠU L 235, 29.9.2005, p. 22).

Emenda    87

Proposta għal direttiva

Artikolu 21d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 21d

 

Is-sitwazzjoni fuq il-fruntieri esterni taż-żona Schengen

 

L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu lis-servizzi tagħhom ta’ Gwardja tal-Kosta u tal-Fruntiera aċċess għall-bażijiet ta’ dejta rilevanti, b’mod partikolari s-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Europol.

Emenda    88

Proposta għal direttiva

Artikolu 21e (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 21e

 

Għodod investigattivi

 

F’konformità mal-liġi nazzjonali u suġġett għal salvagwardji legali adegwati, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-għodod investigattivi effettivi, bħal dawk li jintużaw f’każijiet li jinvolvu l-kriminalità organizzata jew kriminalità serja oħra, ikunu disponibbli lill-persuni, l-unitajiet jew is-servizzi responsabbli għall-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tar-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 14.

Emenda    89

Proposta għal direttiva

Artikolu 21f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 21f

 

Miżuri biex jiġu miġġielda r-radikalizzazzjoni u l-inċitament għat-terroriżmu fuq l-internet

 

L-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien mal-Kummissjoni u mal-fornituri tas-servizzi tal-internet biex jiżviluppaw strateġija konġunta Ewropea biex jikkumbattu r-radikalizzazzjoni u l-inċitament għat-terroriżmu fuq l-internet. Din l-istrateġija tkun aġġornata regolarment.

Emenda    90

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  F’konformità mad-Direttiva 2012/29/UE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu disponibbli miżuri għall-protezzjoni ta’ vittmi tat-terroriżmu u l-membri tal-familja tagħhom. Matul il-proċedimenti kriminali, għandha tingħata attenzjoni partikolari għar-riskju ta’ intimidazzjoni u ritaljazzjoni u għall-ħtieġa li jiġu protetti l-integrità fiżika u psikoloġika tal-vittmi tat-terroriżmu, inkluż waqt l-interrogazzjoni u l-għoti tax-xhieda.

 

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tingħata għajnuna legali bla ħlas lill-vittmi tat-terroriżmu li jkunu partijiet fi proċeduri kriminali u, fejn xieraq, fi proċedimenti legali oħra biex jiksbu deċiżjoni dwar il-kumpens.

Emenda    91

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri jiżguraw li servizzi speċifiċi biex jassistu u jappoġġaw lill-vittmi tar-reati terroristiċi huma fis-seħħ. Dawn is-servizzi jkollhom il-kapaċità u l-istruttura organizzattiva meħtieġa sabiex jipprovdu assistenza u appoġġ għal dawn il-vittmi immedjatament wara attakk u sakemm ikun meħtieġ wara, skont il-bżonnijiet speċifiċi ta’ kull vittma. Is-servizzi jkunu kunfidenzjali, bla ħlas u aċċessibbli faċilment għall-vittmi kollha tat-terroriżmu. Huma jinkludu b'mod partikolari:

2.  L-Istati Membri jiżguraw li servizzi speċifiċi biex jassistu u jappoġġaw lill-vittmi tar-reati terroristiċi huma fis-seħħ, inkluż permezz tad-disponibilità ta’ organizzazzjonijiet jew esperti li jappoġġaw lill-vittmi. Dawn is-servizzi jkollhom il-kapaċità u l-istruttura organizzattiva meħtieġa sabiex jipprovdu assistenza u appoġġ għal dawn il-vittmi immedjatament wara attakk u sakemm ikun meħtieġ wara, skont il-bżonnijiet speċifiċi ta’ kull vittma. L-Istati Membri jistabbilixxu ċentru ta’ koordinazzjoni li jgħaqqad flimkien dawk l-organizzazzjonijiet u l-esperti kompetenti biex jipprovdi informazzjoni, appoġġ u servizzi prattiċi lill-vittmi u lill-familji u l-qraba tagħhom. Is-servizzi jkunu kunfidenzjali, bla ħlas u aċċessibbli faċilment għall-vittmi kollha tat-terroriżmu. Huma jinkludu b'mod partikolari:

 

(-a)  trattament mediku u fiżiku, inklużi kontromiżuri għal attakki nukleari, bijoloġiċi jew kimiċi;

(a)  l-appoġġ emozzjonali u psikoloġiku, bħal appoġġ u konsulenza għal trawma;

(a)  l-appoġġ emozzjonali u psikoloġiku, bħal appoġġ u konsulenza għal trawma;

(b)  l-għoti ta’ pariri u informazzjoni dwar kull suġġett rilevanti legali, prattiku jew finanzjarju.

(b)  l-għoti ta’ pariri u informazzjoni dwar kull suġġett rilevanti legali, prattiku jew finanzjarju.

 

(ba)  appoġġ għall-vittmi fir-ritorn tagħhom lejn l-Istat Membru ta’ residenza tagħhom f’każijiet fejn l-attakk seħħ fi Stat Membru ieħor.

Emenda    92

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji fil-qafas tal-infrastruttura tagħhom ta’ rispons għall-emerġenza biex jinkludu speċjalisti ta’ appoġġ għall-vittmi waqt l-ippjanar ta’ emerġenza u biex jiffaċilitaw u jtejbu l-proċess tal-identifikazzjoni ta’ vittmi immedjatament wara attakk terroristiku, filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet tal-vittmi. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw u jikkoordinaw il-mekkaniżmu ta’ assistenza komuni biex jintuża fuq talba. L-Istati Membri għandhom jiżguraw appoġġ investigattiv fuq il-post u jistabbilixxu sit fuq l-internet li jagħti aċċess għal informazzjoni pubblika relatata ma’ attakk terroristiku fl-Istat Membru kkonċernat. Huma għandhom jistabbilixxu wkoll sit fuq l-internet ta’ aċċess privat biex jinformaw lill-vittmi u lill-membri tal-familja tagħhom dwar id-drittijiet tagħhom u kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti għall-attakk.

Emenda    93

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-Kummissjoni għandha tqis il-ħtieġa li d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi kollha dwar il-protezzjoni, l-appoġġ u d-drittijiet ta’ vittmi tat-terroriżmu jiġu stabbiliti u żviluppati f’att leġiżlattiv uniku dwar il-vittmi tat-terroriżmu.

Emenda    94

Proposta għal direttiva

Artikolu 23a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 23a

 

Drittijiet u libertajiet fundamentali

 

1.  Fit-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kriminalizzazzjoni tkun proporzjonali għall-għanijiet leġittimi segwiti u meħtieġa f’soċjetà demokratika, u għandhom jeskludu kull forma ta' arbitrarjetà u diskriminazzjoni.

 

2.  Din id-Direttiva m’għandux ikollha l-effett li tibdel l-obbligu tal-Istati Membri li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali minquxa fl-Artikoli 2 u 6 tat-TUE u fil-Karta kif ukoll fil-KEDB u l-liġi umanitarja internazzjonali, u tiġi implimentata u interpretata f’konformità ma’ dawn id-drittijiet u l-prinċipji.

Emenda    95

Proposta għal direttiva

Artikolu 23b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 23b

 

Sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u d-drittijiet fundamentali

 

Fi żminijiet ta’ gwerra jew ta’ emerġenza pubblika oħra li jheddu l-ħajja tan-nazzjon, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri biex jidderogaw minn ċerti drittijiet, f’konformità mal-liġi internazzjonali u l-liġi tal-Unjoni. Tali ċirkustanzi ma jeżentawx lill-awtoritajiet milli juru li l-miżuri meħuda huma applikati biss għall-finijiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u huma direttament relatati mal-objettiv speċifiku tal-ġlieda kontra t-terroriżmu.

Emenda    96

Proposta għal direttiva

Artikolu 23c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 23c

 

Il-prinċipji fundamentali relatati mal-libertà ta’ espressjoni

 

Din id-Direttiva ma għandux ikollha l-effett li tobbliga lill-Istati Membri jieħdu miżuri f’kontradizzjoni mal-prinċipji fundamentali relatati mal-libertà ta’ espressjoni, b’mod partikolari l-libertà tal-istampa u l-libertà tal-espressjoni f’midja oħra u għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali li jirregolaw id-drittijiet u r-responsabilitajiet tal-istampa jew midja oħra, kif ukoll il-garanziji proċedurali tagħhom, fejn dawn ir-regoli jirrelataw mad-determinazzjoni jew il-limitazzjoni tar-responsabilità.

Emenda    97

Proposta għal direttiva

Artikolu 23d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 23d

 

1.  Din id-Direttiva ma għandux ikollha l-effett li tobbliga lill-Istati Membri li jieħdu miżuri f’kontradizzjoni mal-obbligi tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni fir-rigward tad-drittijiet proċedurali ta’ persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali.

 

2.  Kull persuna li d-drittijiet u l-libertajiet tagħha jkunu nkisru b’mod mhux xieraq permezz tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandu jkollha d-dritt għal rimedju effettiv kif minqux fl-Artikolu 47 tal-Karta.

Emenda    98

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jkunu adottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

2.  L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jkunu adottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Emenda    99

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni, sa [24 xahar wara l-iskadenza tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva], tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta sa fejn l-Istati Membri ħadu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva.

1.  Il-Kummissjoni, sa [12-il xahar wara l-iskadenza tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva], tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta sa fejn l-Istati Membri ħadu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Ir-rapport ikopri wkoll l-effikaċja tal-azzjonijiet li l-Istati Membri jkunu ħadu rigward il-kisba tal-objettiv ta’ din id-Direttiva. Abbażi ta’ din l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar azzjonijiet ta’ segwitu xierqa. Evalwazzjoni regolari tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jinkludu valutazzjoni tal-impatt sproporzjonat potenzjali tal-miżuri dwar ċerti gruppi tal-popolazzjoni, u azzjoni ta’ rimedju fir-rigward ta’ prattiki diskriminatorji.

Emenda    100

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni, sa [48 xahar wara l-iskadenza għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva], tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta l-impatt u l-valur miżjud ta’ din id-Direttiva dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu. Il-Kummissjoni tqis l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri skont id-Deċiżjoni 2005/671/ĠAI.

2.  Il-Kummissjoni, sa [12-il xahar wara l-iskadenza għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva], tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta l-valur miżjud ta’ din id-Direttiva dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu. Ir-rapport ikopri wkoll l-impatt ta’ din id-Direttiva fuq id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, dwar l-istat tad-dritt u dwar il-livell ta’ protezzjoni u assistenza lill-vittmi tat-terroriżmu. Il-Kummissjoni tqis l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri skont id-Deċiżjoni 2005/671/ĠAI u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra dwar l-eżerċizzju tas-setgħat skont liġijiet kontra t-terroriżmu relatati mat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

NOTA SPJEGATTIVA

L-attakki terroristiċi reċenti fit-territorju Ewropew u lil hinn minnu, u bl-iktar mod sinifikanti l-attakki terroristiċi f’Pariġi fit-13 ta’ Novembru 2015, b’aktar minn 130 persuna vittmi mejta, issottolinjaw il-ħtieġa li nsaħħu sostanzjalment l-isforzi tagħna fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu. L-Artikolu 3 tal-Karta jiggarantixxi d-dritt ta’ kulħadd għar-rispett tal-integrità fiżika jew mentali tiegħu, li ġie kkonfermat mill-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ripetutament. Jekk iċ-ċittadini Ewropej ma jkunux aktar kapaċi jħossuhom sikuri fil-pajjiż tagħhom, l-istabilità tas-soċjetà tkun fil-periklu u għandha terġa’ tinkiseb bil-mezzi kollha legali possibbli.

B’aktar minn 5.000 ċittadin tal-UE attwalment suspettati li ssieħbu fil-ġlied fl-Iraq u s-Sirja, il-kwistjoni tal-hekk imsejħa “ġellieda barranin” u l-possibilità tar-ritorn tagħhom lejn l-UE hija waħda reali ħafna. Reċentement, il-Koordinatur tal-UE Kontra t-Terroriżmu, Gilles de Kerchove, iddikjara li: t-theddida kkawżata mill-Ewropej li qed jiġu radikalizzati, u li ħafna minnhom qegħdin ukoll jivvjaġġaw barra mill-pajjiż biex jiġġieldu, x’aktarx li ser tkompli tippersisti fis-snin li ġejjin. Rispons effettiv għal dawn il-kwistjonijiet jeħtieġ approċċ komprensiv u impenn fit-tul.”

Barra minn hekk, l-hekk imsejħa “lpup solitarji” (lone wolves) jistgħu wkoll jikkawżaw tħarbit u terrur tremendi. Dan it-tip ta’ kriminali potenzjali jippreżenta theddida partikolari għas-sigurtà pubblika minħabba li l-ilpup solitarji spiss jaġixxu b’mod anonimu b’modus operandi li jinbidel malajr. L-azzjonijiet tagħhom ikunu anqas prevedibbli minn dawk ta’ gruppi terroristiċi magħrufa li spiss jaġixxu skont ċerta sistema. Bil-qawmien tal-IS, Al Qaida u organizzazzjonijiet estremisti Iżlamiċi oħra u l-propaganda effettiva ħafna tagħhom fuq l-internet u midja oħra, in-numru tal-ilpup solitarji żdied u mhux mistenni li jieqaf fil-futur qarib.

Il-Europol reċentement ikkonkluda li “hemm raġunijiet fondati biex wieħed jistenna li ... grupp terroristiku b’ispirazjoni reliġjuża se jerġa’ jwettaq attakk terroristiku xi mkien fl-Ewropa, bl-intenzjoni li jirriżulta għadd kbir ta’ vittmi fost il-popolazzjoni ċivili. Dan minbarra t-theddida ta’ attakki minn ilpup solitarji, li ma naqsitx.”[1]

Sfida serja sinifikanti addizzjonali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu hija l-konverġenza dejjem akbar bejn it-terroriżmu u l-kriminalità organizzata internazzjonali. Fil-fatt, id-distinzjoni bejn ir-reati ta’ dawn it-tnejn hija dejjem iktar ikkumplikata u artifiċjali peress li r-rabta bejn it-terroriżmu u l-kriminalità organizzata kulma jmur qed tiżdied. F’ħafna każijiet l-organizzazzjonijiet terroristiċi u n-netwerks tal-kriminalità organizzata jikkooperaw jew jingħaqdu sabiex jibbenefikaw mis-servizzi, l-għodod u assi oħra ta’ xulxin. F’każijiet oħra, dawk li jappoġġjaw organizzazzjonijiet terroristiċi huma mħarrġa għal reati organizzati fuq skala kbira huma stess u jikkommettu dawn ir-reati għall-finanzjament tal-azzjonijiet terroristiċi (eż. it-teħid u t-traffikar illegali ta’ organi flimkien ma’ qtil, it-traffikar tal-bnedmin, il-prostituzzjoni furzata, l-abbuż sesswali fuq it-tfal u t-trabi, l-iskjavitù u x-xogħol furzat, l-estorsjoni, ir-racketeering, it-traffikar tad-droga u ta' prodotti ffalsifikati). Għalhekk, mhuwiex suffiċjenti li jiġi kriminalizzat biss it-twettiq ta’ att terroristiku, u lanqas il-kundizzjoni ta’ rabta diretta bejn l-azzjoni preparatorja jew il-finanzjament u t-twettiq ta’ att terroristiku speċifiku ma hija utli għall-prevenzjoni effettiva ta’ atti terroristiċi. Jekk il-kompliċità jew l-inċitament favur u l-għajnuna għal attakki terroristiċi jew it-tħejjija ta’ attakki terroristiċi billi wieħed jingħata jew jirċievi taħriġ, il-provokazzjoni pubblika, ir-reklutaġġ, l-ivvjaġġar barra mill-pajjiż għal skopijiet ta’ terroriżmu jew l-organizzazzjoni / il-faċilitazzjoni ta’ vjaġġar bħal dan ma jiġux kriminalizzati, anke b’rabta indiretta biss għat-twettiq ta’ reat terroristiku speċifiku, in-netwerks ta’ dawk li jieħdu ħsieb ir-reklutaġġ, dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, l-istrateġisti tal-punti ta’ kuntatt u ta’ komunikazzjoni jiżgiċċaw mill-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjoni ġudizzjarja tal-awtoritajiet ta’ infurzar tal-liġi u l-qrati Ewropej u nazzjonali. Il-vittmi ta’ din l-inkapaċità legali ta’ teħid ta’ azzjoni tkun is-soċjetà ċivili ġewwa u barra l-Ewropa, f’żoni ta’ gwerra kif ukoll f’żoni mhux ta’ gwerra. Il-periklu ta’ netwerks terroristiċi mhuwiex teoretiku, imma wieħed reali. L-attakki terroristiċi jħallu feriti profondi fost il-vittmi, il-familji tagħhom u r-reġjuni fejn seħħew l-attakki. Diġà issa l-moħqrija ta’ organizzazzjonijiet terroristiċi u l-kompetizzjoni brutali bejniethom iġiegħlu għadd drammatiku ta’ migranti jaħarbu mit-terroriżmu f’pajjiżhom, ipoġġu lilhom infushom f’sitwazzjoni vulnerabbli ħafna waqt li jkunu qed jaħarbu u spiss jiġu esposti għal netwerks kriminali mill-ġdid.

Il-ġlieda kontra t-terroriżmu teħtieġ approċċ komprensiv u olistiku ta’ ħafna oqsma ta’ politika differenti, inkluż il-prevenzjoni, il-kontroradikalizzazzjoni, id-deradikalizzazzjoni eċċ. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill indikaw il-ħtieġa ta’dan l-approċċ komprensiv għall-ġlieda kontra t-terroriżmu f’ħafna okkażjonijiet reċentement.[2] Ir-rispons tal-ġustizzja kriminali huwa biss parti minn dan l-approċċ komprensiv.

Il-ġlieda kontra t-terroriżmu hija ġlieda globali li l-UE ma tistax tindirizza u tirbaħ waħedha. Ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU mill-2014 tpoġġi obbligi legali fuq l-Istati Membri kollha tal-UE li jikkriminalizzaw ċerti reati relatati mat-terroriżmu, bħall-ivvjaġġar għal skopijiet ta’ ppjanar jew twettiq ta’ atti terroristiċi, il-kisba ta’ taħriġ terroristiku, jew l-organizzazzjoni, il-faċilitazzjoni u l-finanzjament ta’ tali vjaġġar jew taħriġ bi skop terroristiku. Din ir-Riżoluzzjoni tal-UNSC ġiet tradotta fil-Protokoll Addizzjonali dwar il-ġellieda barranin fil-Kunsill tal-Ewropa.

Valutazzjoni ġenerali mir-rapporteur tal-proposta

B’mod ġenerali r-rapporteur tappoġġja l-proposta. Ir-rapporteur tixtieq tirrimarka li l-elementi li ġejjin fil-proposta kienu diġà parti mill-acquis tal-UE sa mill-2002 permezz ta’ Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (li ġiet emendata fl-2008):

Id-definizzjonijiet ta’ reati terroristiċi u reati relatati ma’ grupp terroristiku diġà ġew stabbiliti fid-Deċiżjoni Kwadru 2002/475/JHA (Artikoli 1 u 2). Il-kriminalizzazzjoni tal-finanzjament tat-terroriżmu diġà ġiet ukoll prevista fl-Artikolu 2 paragrafu 2 punt b tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/475/ĠAI. L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/475/ĠAI diġà tikkriminalizza serq aggravat, estorsjoni u frodi biex jitwettqu reati terroristiċi. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni Kwadru 2002/475/ĠAI inkludiet dispożizzjonijiet għall-pieni għal persuni fiżiċi (l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/475/ĠAI), iċ-ċirkustanzi li jnaqqsu l-effetti tar-reat (l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/475/ĠAI), ir-responsabilità tal-persuni ġuridiċi (l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/475/ĠAI), pieni minimi għall-persuni ġuridiċi (l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/475/ĠAI) u dwar il-prosekuzzjoni u l-ġurisdizzjoni (l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/475/ĠAI).

Permezz tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Kwadru 2008/191/JHA r-reati ta’ “provokazzjoni pubblika sabiex jitwettaq reat terroristiku”, “ir-reklutaġġ għat-terroriżmu” u “l-għoti ta’ taħriġ għat-terroriżmu” żdiedu ma’ reati marbuta ma’ attivitajiet terroristiċi. L-Artikolu 3 paragrafu 3 tad-Deċiżjoni Kwadru 2008/191/ĠAI diġà stabbilixxa li għar-reati relatati ma' grupp terroristiku jew attivitajiet terroristiċi, mhuwiex meħtieġ li reat terroristiku effettivament jitwettaq. B’hekk lanqas ma huwa neċessarju li tiġi stabbilita rabta ma’ reat terroristiku speċifiku. Barra minn hekk, l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Kwadru 2008/191/ĠAI wessgħet l-ambitu tal-attivitajiet li għandhom jiġu kriminalizzati f’termini ta’ għajnuna, assistenza, tixwix jew tentattivi. Id-Deċiżjoni Kwadru 2008/191/ĠAI tħalli f’idejn l-Istati Membri biex jikkriminalizzaw it-tentattiv biex jingħata taħriġ terroristiku u r-reklutaġġ għal skopijiet terroristiċi. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri diġà jippenalizzaw dawn l-attivitajiet. Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjonijiet Qafas kollha ġew implimentati mill-Istati Membri kollha.[3]

It-theddida li qed tinbidel ġiet analizzata, esperjenzata u osservata minn entitajiet internazzjonali bħan-NU, l-Aġenziji Ewropej u l-istituzzjonijiet tal-infurzar tal-liġi nazzjonali. Il-parti operattiva tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (2014)2178 ġiet adottata taħt il-Kapitolu VII tal-Karta tan-NU, u b’mod partikolari l-paragrafi 4 sa 6, li għandhom saħħa vinkolanti. Għaldaqstant, l-Istati Membri huma obbligati jiżguraw li l-liġijiet nazzjonali tagħhom jistabbilixxu reati kriminali bħala suffiċjenti biex issir prosekuzzjoni u penalizzazzjoni tal-ivvjaġġar, it-taħriġ, il-finanzjament u atti preparatorji oħra li huma marbuta mat-terroriżmu. Il-Kunsill tal-Ewropa adotta r-Riżoluzzjoni tan-NU fi Protokoll Addizzjonali. Pjuttost milli kull Stat Membru jitħalla jimplimenta b’mod individwali r-Riżoluzzjoni tan-NU fil-liġi nazzjonali tiegħu, ir-rapporteur tara valur miżjud għall-UE fid-Direttiva għax din toħloq bażi armonizzata tad-dritt kriminali li fuqha l-leġiżlazzjoni nazzjonali tkun ibbażata, b’tali mod li l-azzjonijiet legali tal-Istati Membri kontra t-terroriżmu jkunu koerenti, konsistenti u effettivi u jiġu evitati lakuni fil-prosekuzzjoni. Barra minn hekk, bil- “Liżbonizzazzjoni” tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill dwar it-Terroriżmu, din tiġi suġġetta għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għas-setgħat ta’ ksur tal-Kummissjoni Ewropea u għall-kontroll ġudizzjarju tal-Qorti tal-Ġustizzja. Prinċipju importanti tal-legalità huwa li l-leġiżlazzjoni kriminali jeħtieġ li tkun preċiża u prevedibbli. Għalhekk, huwa importanti ħafna li fl-implimentazzjoni u fl-applikazzjoni konkreta, in-neċessità u l-proporzjonalità jkunu prinċipji ewlenin u li l-gravità u l-intenzjoni tar-reat ikunu ddimostrati u pprovati b’mod ċar b’fatti u ċirkostanzi konkreti kemm jista’ jkun possibbli f’kull każ.

Huwa ta’ importanza kruċjali li l-qafas legali tal-UE dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u n-netwerks terroristiċi jiġi aġġornat fuq il-punti li ġejjin:

1) Il-ksib ta’ taħriġ għal skopijiet terroristiċi minn kriminali fi ħdan jew barra l-Ewropa, sew jekk f’kampijiet ta’ taħriġ jew permezz tal-internet;

2) L-ivvjaġġar tal-hekk imsejħa “ġellieda barranin” lejn żoni ta’ kunflitt għal finijiet terroristiċi u l-organizzazzjoni jew inkella l-faċilitazzjoni ta’ tali vvjaġġar;

3) L-inklużjoni tar-Rakkomandazzjoni FATF Nru 5 dwar il-finanzjament tat-terroriżmu u l-għoti ta’ fondi għal azzjonijiet preparatorji li jwasslu għal attività bi skop terroristiku;

4) L-inklużjoni ta’ tipi ġodda ta’ reati fuq l-internet u permezz tal-internet, b’mod partikolari permezz ta’ Darknet;

5) L-adattament tal-artikolu dwar l-għajnuna, il-kompliċità, it-tixwix u t-tentattivi għall-isfidi l-ġodda;

6) L-istabbiliment ta' ġurisdizzjoni għar-reat tal-għoti ta’ taħriġ għat-terroriżmu;

7) It-tisħiħ tad-drittijiet tal-vittmi u t-titjib tal-protezzjoni, l-assistenza u l-appoġġ għall-vittmi tat-terroriżmu mal-Unjoni kollha.

  • [1]    Europol, "Changes in modus operandi of Islamic State terrorist attacks" (Bidliet fil-modus operandi tal-attakki terroristiċi tal-Istat Iżlamiku), 18 ta’ Jannar 2016.
  • [2]    Ara per eżempju: Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni u tar-reklutaġġ ta’ ċittadini Ewropej minn organizzazzjonijiet terroristiċi (P8_TA(2015)0410), ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Frar 2015 dwar miżuri kontra t-terroriżmu (P8_TA(2015)0032), ir-riżoluzzjoni tal-Parlament tad-9 ta’ Lulju 2015 dwar l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà (P8_TA(2015)0269). Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu tal-20 ta’ Novembru 2015, il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-12 ta’ Frar 2015, Dikjarazzjoni Konġunta ta’ Riga tad-29 u t-30 ta' Jannar 2015.
  • [3]    Ara wkoll ir-rapport tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Settembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/919/ĠAI (COM(2014)554 final).

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Il-ġlieda kontra t-terroriżmu u s-sostituzzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/475/ĠAI dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu

Referenzi

COM(2015)0625 – C8-0386/2015 – 2015/0281(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

2.12.2015

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

18.1.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

18.1.2016

FEMM

18.1.2016

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

JURI

28.1.2016

FEMM

28.1.2016

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Monika Hohlmeier

11.1.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

16.2.2016

17.3.2016

21.4.2016

4.7.2016

Data tal-adozzjoni

4.7.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

4

10

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Gerard Batten, Michał Boni, Caterina Chinnici, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Laura Ferrara, Monika Flašíková Beňová, Mariya Gabriel, Kinga Gál, Nathalie Griesbeck, Sophia in ‘t Veld, Eva Joly, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Timothy Kirkhope, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Barbara Matera, Roberta Metsola, Claude Moraes, Alessandra Mussolini, Péter Niedermüller, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Harald Vilimsky, Udo Voigt, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Marina Albiol Guzmán, Andrea Bocskor, Anna Maria Corazza Bildt, Gérard Deprez, Petr Ježek, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Marek Jurek, Miltiadis Kyrkos, Artis Pabriks, Kati Piri, Barbara Spinelli, Geoffrey Van Orden, Axel Voss

Substitutes under Rule 200(2) present for the final vote

Janice Atkinson, Biljana Borzan, Eugen Freund, Iris Hoffmann

Data tat-tressiq

12.7.2016

VOTAZZJONI FINALI B’SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

41

+

ALDE

Gérard Deprez, Nathalie Griesbeck, Petr Ježek, Cecilia Wikström

ECR

Marek Jurek, Timothy Kirkhope, Monica Macovei, Helga Stevens, Branislav Škripek, Geoffrey Van Orden

EFDD

Laura Ferrara, Kristina Winberg

PPE

Andrea Bocskor, Michał Boni, Anna Maria Corazza Bildt, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Mariya Gabriel, Kinga Gál, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Barbara Kudrycka, Barbara Matera, Roberta Metsola, Alessandra Mussolini, Artis Pabriks, Traian Ungureanu, Axel Voss, Tomáš Zdechovský

S&D

Biljana Borzan, Caterina Chinnici, Tanja Fajon, Monika Flašíková Beňová, Iris Hoffmann, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Cécile Kashetu Kyenge, Miltiadis Kyrkos, Juan Fernando López Aguilar, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Kati Piri, Soraya Post, Birgit Sippel

4

-

GUE/NGL

Marina Albiol Guzmán, Cornelia Ernst, Barbara Spinelli, Marie-Christine Vergiat

10

0

ALDE

Sophia in 't Veld

EFDD

Gerard Batten

ENF

Janice Atkinson, Harald Vilimsky

NI

Udo Voigt

S&D

Eugen Freund

Verts/ALE

Jan Philipp Albrecht, Eva Joly, Judith Sargentini, Bodil Valero

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni