Proċedura : 2015/0298(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0231/2016

Testi mressqa :

A8-0231/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/09/2016 - 4.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0326

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 599kWORD 96k
15.7.2016
PE 583.950v02-00 A8-0231/2016

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont l-Artikolu XXIV: 6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea

(15561/2015 – C8-0158/2016 – 2015/0298(NLE))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: Iuliu Winkler

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
 ANNESS: ITTRA MILL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont l-Artikolu XXIV: 6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea

(15561/2015 – C8-0158/2016 – 2015/0298(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15561/2015),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont l-Artikolu XXIV: 6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (15562/2015),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel paragrafu, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0158/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet paragrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0231/2016),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.


ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Bl-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, l-Unjoni Ewropea kabbret l-unjoni doganali tagħha. Għaldaqstant, l-Unjoni Ewropea kienet obbligata, skont ir-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) (Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994), li tidħol f'negozjati mal-Membri tad-WTO li għandhom drittijiet ta' negozjar fl-iskeda tariffarja tal-Kroazja sabiex eventwalment jintlaħaq qbil dwar aġġustament ta' kumpens. Tali aġġustament ikun dovut jekk l-adozzjoni tar-reġim tariffarju estern tal-UE tirriżulta f'żieda fit-tariffi lil hinn mil-livell li l-pajjiż aderenti jkun rabat lilu nnifsu miegħu fl-ambitu tad-WTO

Fil-15 ta' Lulju 2013, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati bis-saħħa tal-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994. Il-Kummissjoni nnegozjat mal-Membri tad-WTO li għandhom drittijiet ta' negozjar fir-rigward tal-irtirar ta' konċessjonijiet speċifiċi b'relazzjoni mal-irtirar tal-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja matul l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni tipproponi lill-Kunsill li l-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri mar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni. B'mod parallel, qed titressaq ukoll lill-Kunsill proposta separata dwar il-konklużjoni ta' dan il-Ftehim.

Ir-riżultati tal-Ftehim se jkollhom jiġu inkorporati, għall-prodotti industrijali, fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni permezz ta' Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness, abbażi tal-Artikolu 9 tar-Regolament, sabiex ir-rata konvenzjonali tad-dazju stabbilita fit-Tariffa Doganali Komuni titnaqqas kif ġej:

–  Dwar il-linja tariffarja 6404 19 90 (ilbies għar-riġlejn b'qigħan ta' barra tal-lastiku jew plastiks - oħrajn), tnaqqis tad-dazju konsolidat attwali tal-UE minn 17 % għal 16,9 %.

–  Dwar il-linja tariffarja 8415 10 90 (magni tal-arja kundizzjonata għat-twieqi jew għall-ħajt "sistemi maqsumin"), tnaqqis tad-dazju konsolidat attwali tal-UE minn 2,7 % għal 2,5 %.

Għaż-żidiet tal-kwoti tal-agrikoltura, il-Kummissjoni se tadotta regolament ta' implimentazzjoni biex tiftaħ u tamministra l-kwoti li ġejjin, skont l-Artikolu 187(a) tar-Regolament dwar l-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq Unika (OKS) (ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013):

–  Dwar il-linja tariffarja 0703 20 00, żieda ta' 2 150 tunnellata mal-allokazzjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont il-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għat-tewm, biż-żamma tar-rata preżenti fil-kwota ta' 9,6 %.

–  Żieda ta' 650 tunnellata mal-allokazzjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont il-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għall-faqqiegħ tal-ispeċi agaricus, ippreparat, ippreservat jew ippreservat b'mod provviżorju; biż-żamma tar-rati preżenti fil-kwota.

Osservazzjonijiet tar-rapporteur

Ir-rapporteur jilqa' pożittivament il-Ftehim mar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u jqis li l-Parlament Ewropew għandu jagħti l-approvazzjoni tiegħu. Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għandha d-dritt li tikseb lura d-drittijiet kummerċjali preċedenti tagħha, li kienu tnaqqsulha kemxejn minħabba t-tkabbir tal-unjoni doganali tal-UE bl-adeżjoni tal-Kroazja.

L-Artikolu XXIV: 4 tal-GATT jagħmel sew li jenfasizza li "l-iskop ta' unjoni doganali jew żona ta' kummerċ ħieles għandu jkun li jiffaċilitaw il-kummerċ bejn it-territorji kostitwenti u mhux li joħolqu ostakoli għall-kummerċ ta' partijiet kontraenti oħra ma' dawn it-territorji". Dan il-Ftehim ta' kumpens jista' għalhekk jitqies bħala sinjal ieħor tal-attakkament tal-UE għal reġim kummerċjali multilaterali bbażat fuq ir-regoli, bid-WTO fil-qalba tiegħu.

Il-Kummissjoni għamlet sew li għażlet (1) iż-żieda tal-kwoti tar-rati tariffarji, u (2) it-tnaqqis tar-rati tariffarji konsolidati attwali bħala l-istrumenti ta' kumpens għall-prodotti Ċiniżi involuti, bħala mod kif tikkumpensa t-telf.

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin ta l-opinjoni tiegħu f'forma ta' ittra, u huwa tal-opinjoni ġenerali li l-proposta għall-konklużjoni tal-Ftehim għandha tiġi approvata, billi l-Ftehim jinkludi modifiki proporzjonati għall-konċessjonijiet u huwa konsistenti mal-prattika preċedenti u mal-qafas tad-WTO, u ħa nota tar-rapporti tal-Kummissjoni li jiddikjaraw li l-aġġustamenti ta' kumpens rilevanti għaċ-Ċina huma proporzjonati u ma jeċċedux id-drittijiet taċ-Ċina kif affettwati mill-irtirar tal-konċessjonijiet tal-Kroazja lejn iċ-Ċina.


ANNESS: ITTRA MILL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN

L-Onor. Bernd Lange

President

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Ref.: D(2016)19080

Suġġett: Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 u rigward il-modifika ta' konċessjonijiet fil-kuntest tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (2015/0298(NLE))

Għażiż kollega,

Nagħmel riferiment għall-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill, ippreżentata fis-16 ta' Diċembru 2015 mill-Kummissjoni, dwar il-konklużjoni tal-ftehim bejn l-Unjoni u ċ-Ċina rigward il-modifika tal-konċessjonijiet tariffarji u tal-kwoti fil-kuntest tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea.

Il-Ftehim propost isegwi abbozz ta' ftehim innegozjat fil-forma ta' skambju ta' ittri, inizjalat fi Brussell fis-7 ta' Ottubru 2015. Nikkonstata li l-proposta hija koerenti mal-prassi tal-UE segwita għall-fażijiet ta' tkabbir preċedenti, kif ukoll konformi mal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT). Nikkonstata wkoll ir-rapporti tal-Kummissjoni, skont liema l-aġġustamenti rilevanti ta' kumpens li jiġu applikati għaċ-Ċina huma proporzjonati u ma jeċċedux id-drittijiet taċ-Ċina kif affettwati mill-irtirar tal-konċessjonijiet tal-Kroazja lejn iċ-Ċina.

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin huwa tal-fehma, kumplessivament, li għandha tingħata l-approvazzjoni lill-proposta dwar il-konklużjoni tal-Ftehim, billi dan tal-aħħar jipprevedi modifiki proporzjonati għall-konċessjonijiet u huwa konsistenti mal-prassi segwita fil-każijiet preċedenti u mal-qafas tad-WTO.

Ninsab ċert li l-kumitat ippresedut minnek, ġaladarba tkun ikkompletata l-evalwazzjoni tal-proposta, se jikkondividi il-valutazzjoni pożittiva tagħna.

Dejjem tiegħek,

Elmar Brok


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ftehim bejn l-UE u ċ-Ċina rigward il-modifika ta' konċessjonijiet fl-Iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-UE

Referenzi

15561/2015 – C8-0158/2016 – COM(2015)06542015/0298(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

27.4.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

9.5.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

9.5.2016

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AFET

15.3.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Iuliu Winkler

25.1.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

4.4.2016

15.6.2016

 

 

Data tal-adozzjoni

14.7.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, Maria Arena, Karoline Graswander-Hainz, Yannick Jadot, Ska Keller, Jude Kirton-Darling, Alexander Graf Lambsdorff, Bernd Lange, Emmanuel Maurel, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Iuliu Winkler, Jan Zahradil

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Reimer Böge, Victor Boştinaru, Klaus Buchner, Seán Kelly, Gabriel Mato, Bolesław G. Piecha, Pedro Silva Pereira, Ramon Tremosa i Balcells, Wim van de Camp, Jarosław Wałęsa, Pablo Zalba Bidegain

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Mara Bizzotto, Jozo Radoš, Dariusz Rosati, Paul Rübig, Mylène Troszczynski

Data tat-tressiq

15.7.2016

Avviż legali - Politika tal-privatezza