RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (reviżjoni tal-mekkaniżmu ta' sospensjoni)
18.7.2016 - (COM(2016)0290 – C8-0176/2016 – 2016/0142(COD)) - ***I
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Agustín Díaz de Mera García Consuegra
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (reviżjoni tal-mekkaniżmu ta'sospensjoni)
(COM(2016)0290 – C8-0176/2016 – 2016/0142(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0290),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 77(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0176/2016),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 59, 39 u 40 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0235/2016)
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(3) B’mod partikolari, l-użu tal-mekkaniżmu għandu jkun iffaċilitat billi jitqassru l-perjodi ta’ referenza u d-dati ta’ skadenza li jippermettu proċedura aktar rapida u bl-estensjoni tar-raġunijiet possibbli ta’ sospensjoni, li għandhom jinkludu żieda sostanzjali fl-għadd ta’ applikazzjonijiet għar-riammissjoni rifjutati għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għaddew fi transitu mill-pajjiż terz ikkonċernat, fejn ftehim ta’ riammissjoni konkluż bejn l-Unjoni jew Stat Membru u dak il-pajjiż terz jipprevedi tali obbligu ta’ riammissjoni. Il-Kummissjoni għandu jkollha wkoll il-possibbiltà li tattiva l-mekkaniżmu f’każ li l-pajjiż terz jonqos milli jikkoopera fir-rigward tar-riammissjoni, b’mod partikolari fejn ftehim ta’ riammissjoni jkun ġie konkluż bejn il-pajjiż terz ikkonċernat u l-Unjoni. |
(3) B’mod partikolari, l-użu tal-mekkaniżmu għandu jkun iffaċilitat billi jitqassru l-perjodi ta’ referenza u d-dati ta’ skadenza li jippermettu proċedura aktar rapida u bl-estensjoni tar-raġunijiet possibbli ta’ sospensjoni, li għandhom jinkludu żieda sostanzjali fl-għadd ta’ applikazzjonijiet għar-riammissjoni rifjutati għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għaddew fi transitu mill-pajjiż terz ikkonċernat, fejn ftehim ta’ riammissjoni konkluż bejn l-Unjoni jew Stat Membru u dak il-pajjiż terz jipprevedi tali obbligu ta’ riammissjoni, u żieda sostanzjali fir-riskji għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandu jkollha wkoll il-possibbiltà li tattiva l-mekkaniżmu f’każ li l-pajjiż terz jonqos milli jikkoopera fir-rigward tar-riammissjoni, b’mod partikolari fejn ftehim ta’ riammissjoni jkun ġie konkluż bejn il-pajjiż terz ikkonċernat u l-Unjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 3a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 3b (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 3c (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 539/2001 Artikolu 1a – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 Regolament (KE) Nru 539/2001 Artikolu 1a – paragrafu 2 – punt a | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 Regolament (KE) Nru 539/2001 Artikolu 1a – paragrafu 2 – punt ca (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 539/2001 Artikolu 1a – paragrafu 2a | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid) Regolament (KE) Nru 539/2001 Artikolu 1a – paragrafu 2b (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 539/2001 Artikolu 1a – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 Regolament (KE) Nru 539/2001 Artikolu 1a – paragrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid) Regolament (KE) Nru 539/2001 Artikolu 1a – paragrafu 4 – it-tieni subparagrafu | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5b (ġdid) Regolament (KE) Nru 539/2001 Artikolu 1a – paragrafu 5 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5c (ġdid) Regolament (KE) Nru 539/2001 Artikolu 1a – paragrafu 6 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 2 (ġdid) Regolament (KE) Nru 539/2001 Artikolu 4b – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||
|
NOTA SPJEGATTIVA
Il-politika tal-viżi hija tema ewlenija għall-UE, b’implikazzjonijiet kemm f'termini ta' azzjoni esterna kif ukoll dawk ta' sigurtà interna. Tant hi importanti li t-trattament tagħha hu regolat b’mod ċar bħala kompetenza kondiviża bejn il-koleġiżlaturi permezz tal-proċedura ordinarja.
L-emenda għar-Regolament (KE) Nru 539/2001, li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw fl-11 ta’ Diċembru 2013, introduċiet aspetti sostantivi, bħall-"mekkaniżmu ta’ sospensjoni", li issa għandu jiġi emendat, kif ukoll il-modifika tal-mekkaniżmu ta' reċiproċità bħala kontrobilanċ għal dan l-ewwel aspett. Ftehim Interistituzzjonali li l-legalità tiegħu ġiet ikkonfermata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE fis-16 ta’ Lulju 2015. Din is-sentenza stabbilixxiet ġurisprudenza u serviet ta' bażi għall-użu korrett tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni, b'mod li jiggarantixxi l-ugwaljanza bejn l-istituzzjonijiet.
L-iżviluppi fis-sitwazzjoni politika u tal-migrazzjoni, speċjalment fid-dawl tal-proċessi suċċessivi ta' liberalizzazzjoni tal-viżi, joħloqu l-ħtieġa ta' reviżjoni tal-mekkaniżmu ta' sospensjoni sabiex jagħmluha iżjed effiċjenti u flessibbli. Bla dubju jeħtieġ ikollna elementi li jippermettu lill-UE tirreaġixxi għal ċirkustanzi, li kull waħda minnhom kollha għandha l-karatteristiċi speċjali tagħha, li jirriżultaw minn:
• żidiet f’daqqa u sostanzjali ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jgħixu b'mod irregolari fit-territorju tal-UE;
• applikazzjonijiet għal asil mhux sostanzjati minn ċittadini ta' dak il-pajjiż terz;
• applikazzjonijiet għar-riammissjoni miċħuda;
• theddidiet kontra s-sigurtà fit-territorju Ewropew.
Madankollu din il-flessibbiltà jeħtieġ tkun akkumpanjata minn korp robust ta' garanziji u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll rapporti u statistika provduti mill-Aġenziji Ewropej u mill-forzi u l-korpi tas-sigurtà kompetenti. B’hekk biss ikunu jistgħu jiġu żgurati d-drittijiet taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi u salvagwardjati l-prinċipji tal-politika komunitarja dwar il-viżi.
Huwa meħtieġ u legalment rilevanti li l-Parlament Ewropew ikun involut fit-teħid ta’ deċiżjonijiet, ma rridux ninsew li l-impożizzjoni mill-ġdid tal-viżi għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi hija waħda mill-miżuri politika l-aktar stretti li jistgħu jiġu applikati. F’konformità ma' dan għandu jiġi emendat il-mekkaniżmu ta' sospensjoni fir-rigward tal-użu tal-atti delegati, u magħmul konformi mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Lulju 2015 li diġà ddeċidiet dwar din il-kwistjoni fir-rigward tal-mekkaniżmu ta' reċiproċità. Iż-żewġ mekkaniżmi huma ż-żewġt uċuħ tal-istess munita, bilanċ tas-setgħat leġiżlattivi u politiċi, b'effetti simili u li l-proċedimenti tagħhom għandhom ikunu allinjati ma' xulxin.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Lista tal-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u lista ta’ dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (reviżjoni tal-mekkaniżmu ta’ sospensjoni) |
||||
Referenzi |
COM(2016)0290 – C8-0176/2016 – 2016/0142(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
LIBE 12.5.2016 |
|
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFET 12.5.2016 |
|
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
AFET 1.7.2016 |
|
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Agustín Díaz de Mera García Consuegra 23.5.2016 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
26.5.2016 |
15.6.2016 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
7.7.2016 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
42 9 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Jan Philipp Albrecht, Heinz K. Becker, Michał Boni, Caterina Chinnici, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Laura Ferrara, Monika Flašíková Beňová, Lorenzo Fontana, Mariya Gabriel, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Filiz Hyusmenova, Iliana Iotova, Eva Joly, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Barbara Kudrycka, Marju Lauristin, Monica Macovei, Barbara Matera, Roberta Metsola, Louis Michel, Claude Moraes, József Nagy, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Kristina Winberg |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Anna Maria Corazza Bildt, Dennis de Jong, Gérard Deprez, Anna Hedh, Petr Ježek, Petra Kammerevert, Jean Lambert, Gilles Lebreton, Andrejs Mamikins, Salvatore Domenico Pogliese, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Barbara Spinelli |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Georg Mayer |
||||
Data tat-tressiq |
18.7.2016 |
||||
VOTAZZJONI FINALI B’SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
42 |
+ |
|
ALDE |
Gérard Deprez, Nathalie Griesbeck, Filiz Hyusmenova, Petr Ježek, Louis Michel |
|
ECR |
Jussi Halla-aho, Monica Macovei, Branislav Škripek, Helga Stevens |
|
ENF |
Lorenzo Fontana |
|
GUE/NGL |
Dennis de Jong |
|
PPE |
Heinz K. Becker, Michał Boni, Anna Maria Corazza Bildt, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Mariya Gabriel, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Barbara Kudrycka, Barbara Matera, Roberta Metsola, József Nagy, Salvatore Domenico Pogliese, Csaba Sógor, Traian Ungureanu |
|
S&D |
Caterina Chinnici, Tanja Fajon, Monika Flašíková Beňová, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Iliana Iotova, Petra Kammerevert, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Marju Lauristin, Andrejs Mamikins, Claude Moraes, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Birgit Sippel |
|
9 |
- |
|
EFDD |
Laura Ferrara, Kristina Winberg |
|
ENF |
Gilles Lebreton |
|
GUE/NGL |
Cornelia Ernst, Barbara Spinelli |
|
VERTS/ALE |
Jan Philipp Albrecht, Eva Joly, Jean Lambert, Judith Sargentini |
|
1 |
0 |
|
ENF |
Georg Mayer |
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni