Proċedura : 2013/0432(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0239/2016

Testi mressqa :

A8-0239/2016

Dibattiti :

PV 24/10/2016 - 14
CRE 24/10/2016 - 14

Votazzjonijiet :

PV 25/10/2016 - 5.10
CRE 25/10/2016 - 5.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 05/07/2017 - 8.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0400
P8_TA(2017)0300

RAPPORT     ***I
PDF 1108kWORD 656k
19.7.2016
PE 575.381v02-00 A8-0239/2016

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-qafas ġuridiku tal-Unjoni għal ksur doganali u sanzjonijiet

(COM(2013)0884 – C8-0033/2014 – 2013/0432(COD))

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

Rapporteur: Kaja Kallas

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI LEGALI
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-qafas ġuridiku tal-Unjoni għal ksur doganali u sanzjonijiet

(COM(2013)0884 – C8-0033/2014 – 2013/0432(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0884),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 33 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0033/2014),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi ġuridika proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mill-Parlament Litwan u l-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0239/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 33 u 114 tiegħu,

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 114 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern, kif ukoll parti mill-bażi ġuridika tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, għandhom jiżdiedu mal-bażi ġuridika ta'din id-Direttiva.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)   Din id-Direttiva għandha tkun konformi mar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1.

 

___________________

 

1 Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ttenni l-importanza li din id-Direttiva tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-KDU.

Emenda     3

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)   Għaldaqstant, il-ksur doganali u s-sanzjonijiet isegwu 28 sett differenti ta' regoli ġuridiċi. B'riżultat ta' dan, ksur tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni ma jkunx ittrattat bl-istess mod madwar l-Unjoni u s-sanzjonijiet li jistgħu jiġu imposti f'kull każ huma differenti fin-natura u s-severità tagħhom skont l-Istat Membru li qed jimponi s-sanzjoni.

(2)   Il-ksur doganali u s-sanzjonijiet isegwu 28 sett differenti ta' regoli ġuridiċi. B'riżultat ta' dan, ksur tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni ma jkunx ittrattat bl-istess mod madwar l-Unjoni u s-sanzjonijiet li jistgħu jiġu imposti f'kull każ huma differenti fin-natura u s-severità tagħhom skont l-Istat Membru li qed jimponi s-sanzjoni, li jwassal għal telf possibbli ta' dħul għall-Istati Membri u għal distorsjonijiet fil-kummerċ.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)   Din id-disparità bejn is-sistemi ġuridiċi tal-Istati Membri taffettwa mhux biss l-amministrazzjoni ottima tal-unjoni doganali, iżda wkoll tipprevjeni li tista' tinkiseb sitwazzjoni ta' kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi ekonomiċi fl-unjoni doganali minħabba li għandha impatt fuq l-aċċess tagħhom għal simplifikazzjonijiet u faċilitazzjonijiet doganali.

(3)   Din id-disparità bejn is-sistemi ġuridiċi tal-Istati Membri mhux biss taffettwa l-amministrazzjoni ottima tal-unjoni doganali u t-trasparenza meħtieġa biex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq intern fir-rigward ta' modi kif il-ksur jiġi ġestit mill-awtoritajiet doganali differenti, iżda tipprevjeni wkoll il-kisba ta' sitwazzjoni ta' kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi ekonomiċi fl-unjoni doganali, li diġà huma soġġetti għal settijiet ta' regoli differenti madwar l-Unjoni, minħabba li għandha impatt fuq l-aċċess tagħhom għal simplifikazzjonijiet u faċilitazzjonijiet doganali.

Ġustifikazzjoni

Id-disparità bejn is-sistemi ġuridiċi tal-Istati Membri toħloq nuqqas ta' trasparenza dwar kif il-ksur jiġi sanzjonat jew ma jiġix sanzjonat u b'hekk timmina l-funzjonament tas-suq intern.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)   Għandha tiġi stabbilita lista ta' mġiba li għandha titqies bħala ksur ta' leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni u toħloq sanzjonijiet. Dan il-ksur doganali għandu jkun kompletament ibbażat fuq l-obbligi li joriġinaw mil-leġiżlazzjoni doganali b'referenzi diretti għall-Kodiċi. Din id-Direttiva ma tiddeterminax jekk l-Istati Membri għandhomx japplikaw sanzjonijiet amministrattivi jew kriminali fir-rigward ta' dan il-ksur doganali.

(6)   Din id-Direttiva għandha tistabbilixxi lista ta' mġiba li għandha titqies bħala ksur ta' leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni u toħloq sanzjonijiet. Dan il-ksur doganali għandu jkun kompletament ibbażat fuq l-obbligi li joriġinaw mil-leġiżlazzjoni doganali b'referenzi diretti għall-Kodiċi. Din id-Direttiva tipprevedi li l-Istati Membri għandhom japplikaw sanzjonijiet mhux kriminali fir-rigward ta' dan il-ksur doganali. Għandu jkun possibbli wkoll għall-Istati Membri li jipprevedu l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet kriminali, skont il-liġijiet nazzjonali u d-dritt tal-Unjoni, minflok sanzjonijiet mhux kriminali meta n-natura u l-gravità tal-ksur inkwistjoni jeżiġu dan sabiex is-sanzjoni imposta tkun dissważiva, effettiva u proporzjonata.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)   L-ewwel kategorija ta' mġiba għandha tinkludi ksur doganali fuq il-bażi ta' responsabbiltà stretta, li ma teħtieġx xi element ta' ħtija, meta tiġi kkunsidrata n-natura oġġettiva tal-obbligi involuti u l-fatt li l-persuni responsabbli biex twettaqhom ma tistax tinjora l-eżistenza u n-natura vinkolanti tagħhom.

imħassar

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)   It-tieni u t-tielet kategorija ta' mġiba għandhom jinkludu ksur doganali li jitwettaq b'negliġenza jew intenzjonalment, rispettivament, fejn dan l-element suġġettiv irid jiġi stabbilit biex tinħoloq din ir-responsabbiltà.

imħassar

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)   Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza ġuridika, għandu jkun ipprovdut li xi att jew ommissjoni li jirriżultaw minn żball min-naħa tal-awtoritajiet doganali, ma għandhomx jitqiesu bħala ksur doganali.

(10)   Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza ġuridika, għandu jkun ipprovdut li kwalunkwe att jew ommissjoni li jirriżultaw minn żball min-naħa tal-awtoritajiet doganali, kif imsemmi fil-Kodiċi, ma għandhomx jitqiesu bħala li jikkostitwixxu ksur doganali.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 119 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni jiddefinixxi x'inhuwa żball min-naħa tal-awtoritajiet doganali.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)   Sabiex ikunu approssimati s-sistemi ta' sanzjoni nazzjonali tal-Istati Membri, l-iskali ta' sanzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti li jirriflettu l-kategoriji differenti ta' ksur doganali u s-serjetà tagħhom. Bl-iskop li jiġu imposti sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jikkunsidraw ċirkustanzi speċifiċi, aggravanti jew mitiganti meta jiġi ddeterminat it-tip u l-livell ta' sanzjonijiet li għandhom jiġu applikati.

(12)   Sabiex ikunu approssimati s-sistemi ta' sanzjoni nazzjonali tal-Istati Membri, skali ta' sanzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti li jirriflettu kemm ikun serju l-ksur doganali. Bl-iskop li jiġu imposti sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jikkunsidraw ċirkustanzi speċifiċi, aggravanti jew mitiganti meta jiġi ddeterminat it-tip u l-livell ta' sanzjonijiet li għandhom jiġu applikati.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)   Huwa biss f'każijiet fejn ksur serju jkun marbut mhux mad-dazji evażi iżda mal-valur tal-merkanzija kkonċernata, pereżempju fil-każ ta' ksur relatat mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jew ma' merkanzija pprojbita jew ristretta, li l-awtoritajiet doganali għandhom jibbażaw s-sanzjoni imposta fuq il-valur tal-merkanzija.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)   Il-perjodu ta' limitazzjoni għall-proċedimenti li jikkonċernaw ksur doganali għandu jkun stabbilit għal erba' snin mill-jum li l-ksur doganali twettaq jew, fil-każ ta' ksur kontinwu jew ripetut, fejn l-imġiba li tikkostitwixxi dan il-ksur jieqaf. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perjodu ta' limitazzjoni jiġi interrott b'att dwar l-investigazzjonijiet jew il-proċedimenti ġuridiċi rigward il-ksur doganali. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu każijiet li fihom dan il-perjodu jkun sospiż. Il-bidu jew il-kontinwazzjoni ta' dawn il-proċedimenti għandhom ikunu preklużi wara li jiskadi l-perjodu ta' skadenza ta' tmien snin, filwaqt li l-perjodu ta' limitazzjoni għall-infurzar ta' sanzjoni għandu jkun ta' tliet snin.

(13)   Il-perjodu ta' limitazzjoni għall-proċedimenti li jikkonċernaw ksur doganali għandu jkun stabbilit għal erba' snin mill-jum li l-ksur doganali twettaq jew, fil-każ ta' ksur kontinwu jew ripetut, meta l-imġiba li tikkostitwixxi dan il-ksur jieqaf. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perjodu ta' limitazzjoni jiġi interrott b'att dwar l-investigazzjonijiet jew il-proċedimenti ġuridiċi rigward l-istess ksur doganali, jew b'att min-naħa tal-persuna responsabbli għall-ksur. Għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jistabbilixxu każijiet li fihom dan il-perjodu jkun sospiż. Kwalunkwe proċediment għandu jkun preskritt, irrispettivament minn kwalunkwe interruzzjoni tal-perjodu ta' limitazzjoni, wara li jiskadi perjodu ta' tmien snin, filwaqt li l-perjodu ta' limitazzjoni għall-infurzar ta' sanzjoni għandu jkun tliet snin.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)   Għandha tkun prevista sospensjoni ta' proċedimenti amministrattivi li jikkonċernaw ksur doganali, meta jkunu bdew il-proċedimenti kriminali kontra l-istess persuna b'konnessjoni mal-istess fatti. Il-kontinwazzjoni tal-proċedimenti amministrattivi wara t-tmiem tal-proċedimenti kriminali għandha tkun possibbli biss f'konformità stretta mal-prinċipju ne bis in idem.

(14)   Għandha tkun prevista sospensjoni ta' proċedimenti amministrattivi li jikkonċernaw ksur doganali, meta jkunu bdew il-proċedimenti kriminali kontra l-istess persuna b'konnessjoni mal-istess fatti. Il-kontinwazzjoni tal-proċedimenti amministrattivi wara t-tmiem tal-proċedimenti kriminali għandha tkun possibbli biss f'konformità stretta mal-prinċipju ne bis in idem, li jfisser li l-istess reat ma jistax jiġi ppenalizzat darbtejn.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ssaħħaħ ir-referenza għad-duttrina ġuridika li ebda persuna ma għandha tiġi ppenalizzata darbtejn għall-istess reat.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)   L-objettiv ġenerali ta' din id-Direttiva huwa li jiġi żgurat l-infurzar effettiv tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni. Madankollu, il-qafas ġuridiku previst minn din id-Direttiva ma jippermettix approċċ integrat għall-infurzar, inklużi s-superviżjoni, il-kontroll u l-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tkun meħtieġa tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar dawk l-aspetti, fosthom dwar l-implimentazzjoni tal-qafas komuni għall-ġestjoni tar-riskju, sabiex jiġi vvalutat jekk hijiex meħtieġa aktar leġiżlazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun hemm approċċ integrat għall-infurzar, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-elementi kollha meħtieġa biex jintlaħaq l-objettiv ta' infurzar uniformi tal-leġiżlazzjoni doganali, u b'mod partikolari konverġenza fil-mod kif jitwettqu l-kontrolli madwar l-Unjoni.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a)   Din id-Direttiva hija maħsuba biex issaħħaħ il-kooperazzjoni doganali permezz tal-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali dwar sanzjonijiet doganali. Minħabba li, attwalment, it-tradizzjonijiet ġuridiċi tal-Istati Membri jvarjaw ħafna, armonizzazzjoni totali f'dan il-qasam hija impossibbli.

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa tiddikjara mill-ġdid l-għanijiet stabbiliti fil-bażijiet ġuridiċi sottostanti għall-proposta għal direttiva.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas li jikkonċerna l-ksur tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni u tipprevedi s-sanzjonijiet għal dan il-ksur.

1.   Din id-Direttiva għandha l-għan li tikkontribwixxi għall-funzjonament xieraq tas-suq intern u li tistabbilixxi l-qafas li jikkonċerna l-ksur tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni, u tipprevedi l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet mhux kriminali għal dan il-ksur billi tapprossima d-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament, jew b'azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Peress li mal-bażi ġuridika żdied l-Artikolu 114, id-diċitura tal-Artikolu 1 għandha tinbidel kif indikat hawn fuq.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.   Din id-Direttiva tkopri l-obbligi tal-Istati Membri lejn is-sħab kummerċjali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-Organizzazzjoni Dinjija Doganali, bl-għan li jiġi stabbilit suq intern omoġenju u effikaċi filwaqt li jkun faċilitat il-kummerċ u tkun żgurata ċ-ċertezza.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 2

Artikolu 2

Ksur doganali u sanzjonijiet

Prinċipji ġenerali

L-Istati Membri jistabbilixxu r-regoli dwar sanzjonijiet fir-rigward ta' ksur doganali stabbilit fl-Artikoli minn 3 sa 6.

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar sanzjonijiet fir-rigward tal-ksur doganali stabbilit fl-Artikoli 3 u 6 b'konformità stretta mal-prinċipju ne bis in idem.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-atti jew l-ommissjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 3 u 6 jikkostitwixxu ksur doganali meta jitwettqu b'negliġenza jew intenzjonalment.

 

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet kriminali, b'konformità mal-liġijiet nazzjonali u d-dritt tal-Unjoni, minflok sanzjonijiet mhux kriminali, meta n-natura u l-gravità tal-ksur inkwistjoni jeżiġu dan sabiex is-sanzjoni imposta tkun dissważiva, effettiva u proporzjonata.

 

2.   Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:

 

(a)  l-awtoritajiet doganali għandhom jiddeterminaw jekk il-ksur twettaqx b'negliġenza, li jfisser li l-persuna responsabbli naqset milli teżerċita attenzjoni raġonevoli fir-rigward tal-kontroll tal-operazzjonijiet tagħha, jew bit-teħid ta' miżuri li huma manifestament insuffiċjenti, biex tiġi evitata l-okkorrenza ta' ċirkustanzi li jwasslu għall-ksur, meta r-riskju tal-okkorrenza jkun raġonevolment prevedibbli;

 

(b)  l-awtoritajiet doganali għandhom jiddeterminaw jekk il-ksur twettaqx intenzjonalment, li jfisser li l-att jew l-ommissjoni saru mill-persuna responsabbli fl-għarfien li dak l-att jew dik l-ommissjoni kkostitwew ksur, jew bl-għan premeditat u deliberat li tikser il-leġiżlazzjoni doganali;

 

(c)  l-iżbalji klerikali m'għandhomx jikkostitwixxu ksur doganali sakemm ma jkunx ċar miċ-ċirkustanzi kollha li twettqu b'riżultat ta' negliġenza jew b'intenzjoni.

Emenda     18

Proposta għal direttiva

Artikolu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2a

 

Faċilitazzjoni tal-kummerċ

 

Sabiex ikunu konformi mal-obbligi tal-Unjoni skont il-Ftehim tad-WTO dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ, l-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien ħalli jistabbilixxu sistema ta' kooperazzjoni li tinkludi l-Istati Membri kollha. Dik is-sistema għandu jkollha l-għan li tikkoordina indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni fir-rigward ta' sanzjonijiet doganali (analiżi tal-għadd ta' appelli, ir-rata ta' reċidività, eċċ.); ixxerred l-aħjar prassi fost is-servizzi doganali (l-effiċjenza tal-kontrolli u s-sanzjonijiet, it-tnaqqis tal-ispejjeż amministrattivi, eċċ.); tgħaddi l-esperjenzi tal-operaturi ekonomiċi u toħloq rabtiet bejniethom; timmonitorja l-mod kif is-servizzi doganali jwettqu l-attivitajiet tagħhom; u twettaq ħidma statistika dwar ksur imwettaq minn kumpaniji minn pajjiżi terzi. Fi ħdan is-sistema ta' kooperazzjoni, l-Istati Membri kollha għandhom jiġu notifikati mingħajr dewmien dwar investigazzjonijiet fir-rigward ta' ksur doganali u ksur stabbilit b'tali mod li jiffaċilita l-kummerċ, jimpedixxi l-merkanzija illegali milli tidħol fis-suq intern u jtejjeb l-effikaċja tal-kontrolli.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 3

Artikolu 3

Ksur doganali ta' responsabbiltà stretta

Ksur doganali

L-Istati Membri jiżguraw li l-atti jew l-omissjonijiet li ġejjin jikkostitwixxu ksur doganali irrispettivament minn kull element ta' ħtija:

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-atti jew l-ommissjonijiet li ġejjin jikkostitwixxu ksur doganali:

(a)   nuqqas min-naħa tal-persuna li qed tippreżenta dikjarazzjoni doganali, dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja, dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ, dikjarazzjoni ta' esportazzjoni mill-ġdid jew notifika ta' esportazzjoni mill-ġdid, li tiżgura l-akkuratezza u l-kompletezza tal-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjoni, fin-notifika jew fl-applikazzjoni skont l-Artikolu 15(2)(a) tal-Kodiċi;

(a)   nuqqas min-naħa tal-persuna li qed tippreżenta dikjarazzjoni doganali, dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja, dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ, dikjarazzjoni ta' esportazzjoni mill-ġdid jew notifika ta' esportazzjoni mill-ġdid, li tiżgura l-akkuratezza u l-kompletezza tal-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjoni, fin-notifika jew fl-applikazzjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 15(2) tal-Kodiċi;

(b)   nuqqas min-naħa tal-persuna li tippreżenta dikjarazzjoni doganali, dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja, dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ, dikjarazzjoni ta' esportazzjoni mill-ġdid jew notifika ta'esportazzjoni mill-ġdid, biex tiġi żgurata l-awtentiċità, l-akkuratezza u l-validità ta' kull dokument ta' sostenn skont l-Artikolu 15(2)(b) tal-Kodiċi;

(b)   nuqqas min-naħa tal-persuna li tippreżenta dikjarazzjoni doganali, dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja, dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ, dikjarazzjoni ta' esportazzjoni mill-ġdid jew notifika ta'esportazzjoni mill-ġdid, biex tiġi żgurata l-awtentiċità, l-akkuratezza u l-validità ta' kull dokument ta' sostenn skont il-punt (b) tal-Artikolu 15(2) tal-Kodiċi;

(c)   nuqqas min-naħa tal-persuna li tippreżenta dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul skont l-Artikolu 127 tal-Kodiċi, notifika tal-wasla ta' bastiment jew ta' inġenju tal-ajru skont l-Artikolu 133 tal-Kodiċi, dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja skont l-Artikolu 145 tal-Kodiċi, dikjarazzjoni doganali skont l-Artikolu 158 tal-Kodiċi, notifika ta' attivitajiet f'żoni ħielsa skont l-Artikolu 244(2) tal-Kodiċi, dikjarazzjoni ta' qabel it-tluq, f'konformità mal-Artikolu 263 tal-Kodiċi, dikjarazzjoni ta' esportazzjoni mill-ġdid skont l-Artikolu 270 tal-Kodiċi, dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ skont l-Artikolu 271 tal-Kodiċi jew notifika ta' esportazzjoni mill-ġdid skont l-Artikolu 274 tal-Kodiċi;

(c)   nuqqas min-naħa ta' persuna li tippreżenta dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul skont l-Artikolu 127 tal-Kodiċi, notifika tal-wasla ta' bastiment magħmul għall-baħar jew ta' inġenju tal-ajru skont l-Artikolu 133 tal-Kodiċi, dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja skont l-Artikolu 145 tal-Kodiċi, dikjarazzjoni doganali skont l-Artikolu 158 tal-Kodiċi, notifika ta' attivitajiet f'żoni ħielsa skont l-Artikolu 244(2) tal-Kodiċi, dikjarazzjoni ta' qabel it-tluq, f'konformità mal-Artikolu 263 tal-Kodiċi, dikjarazzjoni ta' esportazzjoni mill-ġdid skont l-Artikolu 270 tal-Kodiċi, dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ skont l-Artikolu 271 tal-Kodiċi jew notifika ta' esportazzjoni mill-ġdid skont l-Artikolu 274 tal-Kodiċi;

(d)   nuqqas min-naħa tal-operatur ekonomiku biex iżomm id-dokumenti u l-informazzjoni relatata mat-twettiq tal-formalitajiet doganali permezz ta' kull mezz aċċessibbli għall-perjodu ta' żmien meħtieġ mil-leġiżlazzjoni doganali skont l-Artikolu 51 tal-Kodiċi;

(d)   nuqqas min-naħa tal-operatur ekonomiku biex iżomm id-dokumenti u l-informazzjoni relatata mat-twettiq tal-formalitajiet doganali permezz ta' kull mezz aċċessibbli għall-perjodu ta' żmien meħtieġ mil-leġiżlazzjoni doganali skont l-Artikolu 51 tal-Kodiċi;

(e)   tneħħija ta' merkanzija li tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni mis-superviżjoni doganali mingħajr il-permess tal-awtoritajiet doganali, kuntrarju għall-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 134(1) tal-Kodiċi;

(e)   tneħħija ta' merkanzija li tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni mis-superviżjoni doganali mingħajr il-permess tal-awtoritajiet doganali, kuntrarju għall-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 134(1) tal-Kodiċi;

(f)   tneħħija ta' merkanzija mis-superviżjoni doganali, għall-kuntrarju tar-raba' subparagrafu tal-Artikolu 134(1) u l-Artikoli 158(3) u 242 tal-Kodiċi;

(f)   tneħħija ta' merkanzija mis-superviżjoni doganali, għall-kuntrarju tar-raba' subparagrafu tal-Artikolu 134(1) u l-Artikoli 158(3) u 242 tal-Kodiċi;

(g)   nuqqas min-naħa tal-persuna li qed iddaħħal merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni li tikkonforma mal-obbligi relatati mal-mezz ta' trasport tal-merkanzija fil-post propju skont l-Artikolu 135(1) tal-Kodiċi, jew li tinforma l-awtoritajiet doganali meta l-obbligi ma jistgħux jiġu osservati skont l-Artikolu 137(1) u (2) tal-Kodiċi;

(g)   nuqqas min-naħa tal-persuna li qed iddaħħal merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni li tikkonforma mal-obbligi relatati mal-mezz ta' trasport tal-merkanzija fil-post propju skont l-Artikolu 135(1) tal-Kodiċi, jew li tinforma l-awtoritajiet doganali mingħajr dewmien meta l-obbligi ma jistgħux jiġu osservati skont l-Artikolu 137(1) u (2) tal-Kodiċi u dwar fejn tinsab il-merkanzija;

(h)   nuqqas min-naħa tal-persuna li qed iddaħħal merkanzija f'żona ħielsa, fejn din iż-żona tkun tmiss mal-fruntiera tal-art bejn Stat Membru u pajjiż terz, li ddaħħal din il-merkanzija direttament f'din iż-żona ħielsa mingħajr ma tgħaddi minn xi parti oħra tat-territorju doganali tal-Unjoni skont l-Artikolu 135(2) tal-Kodiċi;

(h)   nuqqas min-naħa tal-persuna li qed iddaħħal merkanzija f'żona ħielsa, fejn din iż-żona tkun tmiss mal-fruntiera tal-art bejn Stat Membru u pajjiż terz, li ddaħħal din il-merkanzija direttament f'din iż-żona ħielsa mingħajr ma tgħaddi minn xi parti oħra tat-territorju doganali tal-Unjoni skont l-Artikolu 135(2) tal-Kodiċi;

(i)   nuqqas min-naħa tad-dikjarant għal ħażna temporanja jew għal proċedura doganali li jipprovdi d-dokumenti, lill-awtoritajiet doganali fejn jintalab li jsir dan mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew jekk ikun meħtieġ għall-kontrolli doganali skont l-Artikolu 145(2) u l-Artikolu 163(2) tal-Kodiċi;

(i)   nuqqas min-naħa tad-dikjarant għal ħażna temporanja jew għal proċedura doganali li jipprovdi d-dokumenti, lill-awtoritajiet doganali fejn jintalab li jsir dan mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew jekk ikun meħtieġ għall-kontrolli doganali skont l-Artikolu 145(2) u l-Artikolu 163(2) tal-Kodiċi;

(j)   nuqqas min-naħa tal-operatur ekonomiku responsabbli għal merkanzija mhux tal-Unjoni li tkun f'ħażna temporanja, li din il-merkanzija titpoġġa taħt proċedura doganali jew biex tiġi esportata mill-ġdid fil-limitu ta' żmien skont l-Artikolu 149 tal-Kodiċi;

(j)   nuqqas min-naħa tad-dikjarant għal ħażna temporanja, jew tal-persuna li taħżen il-merkanzija f'każijiet li fihom tinħażen f'postijiet oħra deżinjati jew approvati mill-awtoritajiet doganali, responsabbli għal merkanzija mhux tal-Unjoni li tkun f'ħażna temporanja, li din il-merkanzija titpoġġa taħt proċedura doganali jew biex tiġi esportata mill-ġdid fil-limitu ta' żmien skont l-Artikolu 149 tal-Kodiċi;

(k)   nuqqas min-naħa tad-dikjarant għal proċedura doganali li jkollu fil-pussess tiegħu u għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali, fil-ħin li tkun ippreżentata d-dikjarazzjoni doganali jew dikjarazzjoni supplimentari, id-dokumenti ta' sostenn meħtieġa għall-applikazzjoni tal-proċedura inkwistjoni skont l-Artikolu 163(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 167(1) tal-Kodiċi;

(k)   nuqqas min-naħa tad-dikjarant għal proċedura doganali li jkollu fil-pussess tiegħu u għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali, fil-ħin li tkun ippreżentata d-dikjarazzjoni doganali jew dikjarazzjoni supplimentari, id-dokumenti ta' sostenn meħtieġa għall-applikazzjoni tal-proċedura inkwistjoni skont l-Artikolu 163(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 167(1) tal-Kodiċi;

(l)   nuqqas min-naħa tad-dikjarant għal proċedura doganali, fil-każ ta' dikjarazzjoni simplifikata skont l-Artikolu 166 tal-Kodiċi jew ta' annotazzjoni fil-kotba tad-dikjarant skont l-Artikolu 182 tal-Kodiċi, li jippreżenta dikjarazzjoni supplimentari fl-uffiċċju doganali kompetenti f'limitu ta' żmien speċifiku skont l-Artikolu 167(1) tal-Kodiċi;

(l)   nuqqas min-naħa tad-dikjarant għal proċedura doganali, fil-każ ta' dikjarazzjoni simplifikata skont l-Artikolu 166 tal-Kodiċi jew ta' annotazzjoni fil-kotba tad-dikjarant skont l-Artikolu 182 tal-Kodiċi, li jippreżenta dikjarazzjoni supplimentari fl-uffiċċju doganali kompetenti f'limitu ta' żmien speċifiku skont l-Artikolu 167(1) tal-Kodiċi;

(m)   tneħħija jew qerda ta' mezzi ta' identifikazzjoni mwaħħla mill-awtoritajiet doganali mal-merkanzija, mal-imballaġġ jew mal-mezzi ta' trasport mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel, li tingħata mill-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 192(2) tal-Kodiċi;

(m)   tneħħija jew qerda ta' mezzi ta' identifikazzjoni mwaħħla mill-awtoritajiet doganali mal-merkanzija, mal-imballaġġ jew mal-mezzi ta' trasport mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel, li tingħata mill-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 192(2) tal-Kodiċi;

(n)   nuqqas min-naħa tad-detentur tal-proċedura ta' proċessar attiv li jtemm proċedura doganali fiż-żmien stipulat skont l-Artikolu 257 tal-Kodiċi;

(n)   nuqqas min-naħa tad-detentur tal-proċedura ta' proċessar attiv li jtemm proċedura doganali fiż-żmien stipulat skont l-Artikolu 257 tal-Kodiċi;

(o)   nuqqas min-naħa tad-detentur tal-proċedura ta' proċessar passiv li jesporta l-merkanzija difettuża fiż-żmien stipulat skont l-Artikolu 262 tal-Kodiċi;

(o)   nuqqas min-naħa tad-detentur tal-proċedura ta' proċessar passiv li jesporta l-merkanzija difettuża fiż-żmien stipulat skont l-Artikolu 262 tal-Kodiċi;

(p)   kostruzzjoni ta' bini f'żona ħielsa mingħajr l-approvazzjoni tal-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 244(1) tal-Kodiċi;

(p)   kostruzzjoni ta' bini f'żona ħielsa mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 244(1) tal-Kodiċi;

(q)   nuqqas ta' ħlas ta' dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni mill-persuna responsabbli li tħallas fil-perjodu preskritt skont l-Artikolu 108 tal-Kodiċi.

(q)   nuqqas ta' ħlas ta' dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni mill-persuna responsabbli li tħallas fil-perjodu preskritt skont l-Artikolu 108 tal-Kodiċi.

 

(qa)   nuqqas min-naħa ta' operatur ekonomiku li jipprovdi, b'rispons għal talba mill-awtoritajiet doganali, id-dokumenti u l-informazzjoni meħtieġa f'forma xierqa u fi żmien raġonevoli, u li jipprovdi l-għajnuna kollha meħtieġa għat-twettiq tal-formalitajiet jew tal-kontrolli doganali skont l-Artikolu 15(1) tal-Kodiċi;

 

(qb)   nuqqas min-naħa tad-detentur ta' deċiżjoni relatata mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali li jissodisfa l-obbligi li jirriżultaw minn din id-deċiżjoni skont l-Artikolu 23(1) tal-Kodiċi;

 

(qc)   nuqqas min-naħa tad-detentur ta' deċiżjoni relatata mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali li jgħarraf lill-awtoritajiet doganali mingħajr dewmien dwar kwalunkwe fattur li jiżviluppa wara li tittieħed deċiżjoni minn dawk l-awtoritajiet li jinfluwenza l-kontinwazzjoni jew il-kontenut tagħha, skont l-Artikolu 23(2) tal-Kodiċi;

 

(qd)   nuqqas min-naħa tad-detentur tal-proċedura ta' tranżitu tal-Unjoni li jippreżenta l-merkanzija intatta fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni fiż-żmien preskritt skont il-punt (a) tal-Artikolu 233(1) tal-Kodiċi;

 

(qe)   ħatt jew trasbord ta' merkanzija mill-mezz ta' trasport li jkun qed iġorrha mingħajr awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet doganali jew f'postijiet mhux deżinjati jew approvati minn dawk l-awtoritajiet skont l-Artikolu 140 tal-Kodiċi;

 

(qf)   ħażna ta' merkanzija fil-faċilitajiet ta' ħażna temporanja jew f'imħażen doganali mingħajr awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet doganali skont l-Artikoli 147 u 148 tal-Kodiċi;

 

(qg)   nuqqas min-naħa tad-detentur tal-awtorizzazzjoni jew id-detentur tal-proċedura li jissodisfa l-obbligi li joriġinaw mill-ħażna ta' merkanzija koperta mill-proċedura tal-imħażen doganali skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 242(1) tal-Kodiċi;

 

(qh)   l-għoti lill-awtoritajiet doganali ta' informazzjoni falza jew dokumenti foloz meħtieġa minn dawn l-awtoritajiet skont l-Artikoli 15 jew 163 tal-Kodiċi;

 

(qi)   l-użu ta' informazzjoni mhux eżatta jew mhux kompleta jew dokumenti mhux awtentiċi, mhux eżatti jew mhux validi minn operatur ekonomiku sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet doganali biex wieħed:

 

(i)   isir operatur ekonomiku awtorizzat skont l-Artikolu 38 tal-Kodiċi;

 

(ii)   jagħmel użu minn dikjarazzjoni simplifikata skont l-Artikolu 166 tal-Kodiċi;

 

(iii)   jagħmel użu minn simplifikazzjonijiet doganali oħra skont l-Artikoli 177, 179, 182 jew 185 tal-Kodiċi; or

 

(iv)   ipoġġi l-merkanzija taħt proċeduri speċjali skont l-Artikolu 211 tal-Kodiċi;

 

(qj)   l-introduzzjoni jew il-ħruġ ta' merkanzija mit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr il-preżentazzjoni tagħha lill-awtoritajiet doganali skont l-Artikoli 139, 245, jew 267(2) tal-Kodiċi;

 

(qk)   l-ipproċessar ta' merkanzija f'maħżen doganali mingħajr awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 241 tal-Kodiċi;

 

(ql)   l-akkwist jew iż-żamma ta' merkanzija li tkun parti mill-ksur doganali stabbilit fil-punti (qd) u (qj) ta' dan l-Artikolu.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4

imħassar

Ksur doganali mwettaq b'negliġenza

 

L-Istati Membri jiżguraw li l-atti jew l-ommissjonijiet li ġejjin jikkostitwixxu ksur doganali meta jkun imwettaq b'negliġenza:

 

(a)   nuqqas min-naħa tal-operatur ekonomiku responsabbli għal merkanzija mhux tal-Unjoni li tkun f'ħażna temporanja, li din il-merkanzija titpoġġa taħt proċedura doganali jew biex tiġi esportata mill-ġdid fil-limitu ta' żmien skont l-Artikolu 149 tal-Kodiċi;

 

(b)   nuqqas min-naħa tal-operatur ekonomiku li jipprovdi lill-awtoritajiet doganali bl-għajnuna kollha meħtieġa għat-twettiq tal-formalitajiet doganali jew ta' kontrolli skont l-Artikolu 15(1) tal-Kodiċi;

 

(c)   nuqqas min-naħa tad-detentur ta' deċiżjoni relatata mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali li jissodisfa l-obbligi li jirriżultaw minn din id-deċiżjoni skont l-Artikolu 23(1) tal-Kodiċi;

 

(d)   nuqqas min-naħa tad-detentur ta' deċiżjoni relatata mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali li jgħarraf lill-awtoritajiet doganali mingħajr dewmien dwar kull fattur li jinqala' wara li tittieħed id-deċiżjoni minn dawn l-awtoritajiet li jinfluwenza l-kontinwazzjoni jew il-kontenut tagħha skont l-Artikolu 23(2) tal-Kodiċi;

 

(e)   nuqqas min-naħa tal-operatur ekonomiku li jippreżenta merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Unjoni lill-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 139 tal-Kodiċi;

 

(f)   nuqqas min-naħa tad-detentur tal-proċedura ta' tranżitu tal-Unjoni li jippreżenta l-merkanzija intatta fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni fiż-żmien preskritt skont l-Artikolu 233(1)(a) tal-Kodiċi;

 

(g)   nuqqas min-naħa tal-operatur ekonomiku li jippreżenta l-merkanzija mdaħħla fiż-żona ħielsa lill-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 245 tal-Kodiċi;

 

(h)   nuqqas min-naħa tal-operatur ekonomiku li jippreżenta l-merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Unjoni lill-awtoritajiet doganali mal-ħruġ skont l-Artikolu 267(2) tal-Kodiċi;

 

(i)   ħatt jew trasbord ta' merkanzija mill-mezz ta' trasport li jkun qed iġorrha mingħajr awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet doganali jew f'postijiet mhux deżinjati jew approvati minn dawk l-awtoritajiet skont l-Artikolu 140 tal-Kodiċi;

 

(j)   ħażna ta' merkanzija fil-faċilitajiet ta' ħażna temporanja jew imħażen doganali mingħajr awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet doganali skont l-Artikoli 147 u 148;

 

(k)   nuqqas min-naħa tad-detentur tal-awtorizzazzjoni jew id-detentur tal-proċedura li jissodisfa l-obbligi, li jinqalgħu mill-ħażna ta' merkanzija koperta mill-proċedura tal-imħażen doganali skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 242(1) tal-Kodiċi.

 

Ġustifikazzjoni

Kull ksur jista' jitwettaq jew b'negliġenza jew b'intenzjoni. Għalhekk, dan l-Artikolu jitħassar u l-ksur li qabel kien f'dan l-Artikolu jiġi kklassifikat skont kemm ikun serju.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5

imħassar

Ksur doganali mwettaq intenzjonalment

 

L-Istati Membri jiżguraw li l-atti jew l-omissjonijiet li ġejjin jikkostitwixxu ksur doganali mwettaq intenzjonalment:

 

(a) li jipprovdu lill-awtoritajiet doganali informazzjoni falza jew dokumenti meħtieġa minn dawn l-awtoritajiet skont l-Artikoli 15 jew 163 tal-Kodiċi;

 

(i) isir operatur ekonomiku awtorizzat skont l-Artikolu 38 tal-Kodiċi,

 

(ii) jagħmel użu ta' dikjarazzjoni simplifikata skont l-Artikolu 166 tal-Kodiċi,

 

(iii)  jagħmel użu ta' simplifikazzjonijiet doganali oħra skont l-Artikoli 177, 179, 182, 185 tal-Kodiċi,

 

(iv)  ipoġġi l-merkanzija taħt proċeduri speċjali skont l-Artikolu 211 tal-Kodiċi;

 

(c) l-introduzzjoni jew il-ħruġ ta' merkanzija mit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr il-preżentazzjoni tagħha lill-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 139, 245, jew l-Artikolu 267(2) tal-Kodiċi;

 

(d) nuqqas min-naħa tad-detentur ta' deċiżjoni relatata mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali li jissodisfa l-obbligi li jirriżultaw minn din id-deċiżjoni skont l-Artikolu 23(1) tal-Kodiċi;

 

(e) nuqqas min-naħa tad-detentur ta' deċiżjoni relatata mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali li jgħarraf lill-awtoritajiet doganali mingħajr dewmien dwar kull fattur li jinqala' wara li tittieħed id-deċiżjoni minn dawn l-awtoritajiet li jinfluwenza l-kontinwazzjoni jew il-kontenut tagħha skont l-Artikolu 23(2) tal-Kodiċi;

 

(f) l-ipproċessar ta' merkanzija f'maħżen doganali mingħajr awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 241 tal-Kodiċi;

 

(g) l-akkwist jew żamma ta' merkanzija li tkun parti mill-ksur doganali stabbilit fil-punt (f) tal-Artikolu 4 u l-punt (c) ta' dan l-Artikolu.

 

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6

Artikolu 6

Inċitament, Għajnuna, Assistenza u Tentattiv

Inċitament, għajnuna, assistenza u tentattiv

1.   L-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-inċitament, l-għajnuna u l-assistenza, att jew ommissjoni msemmija fl-Artikolu 5 jirrappreżentaw ksur doganali.

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-inċitament jew l-għajnuna u l-assistenza ta' att jew ommissjoni msemmija fl-Artikolu 8b(2) jikkostitwixxu ksur doganali.

2.   L-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-inċitament, l-għajnuna u l-assistenza, att jew ommissjoni msemmija fil-punti (b) jew (c) fl-Artikolu 5 jirrappreżentaw ksur doganali.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li tentattiv li jitwettqu att jew ommissjoni msemmija fil-punti (qi) jew (qj) fl-Artikolu 3 jikkostitwixxi ksur doganali.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 7

Artikolu 7

Żball min-naħa tal-awtoritajiet doganali

Żball min-naħa tal-awtoritajiet doganali

L-atti jew l-ommissjonijiet imsemmija fl-Artikoli minn 3 sa 6 ma jikkostitwixxux ksur doganali meta jseħħu bħala riżultat ta' żball min-naħa tal-awtoritajiet doganali.

L-atti jew l-ommissjonijiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 6 m'għandhomx jikkostitwixxu ksur doganali meta jseħħu bħala riżultat ta' żball min-naħa tal-awtoritajiet doganali, b'konformità mal-Artikolu 119 tal-Kodiċi, u l-awtoritajiet doganali għandhom ikunu responsabbli meta l-iżbalji jikkawżaw ħsara.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri jiżguraw li persuni ġuridiċi jitqiesu responsabbli li wettqu ksur doganali għall-benefiċċju tagħhom minn kull persuna, li tkun qed taġixxi individwalment jew bħala parti minn organu tal-persuna ġuridika u jkollha pożizzjoni ta' tmexxija fuq il-persuna ġuridika, ikun ibbażat fuq dawn li ġejjin:

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni ġuridiċi jitqiesu responsabbli li wettqu ksur doganali kif imsemmi fl-Artikoli 3 u 6 għall-benefiċċju tagħhom minn kull persuna, li tkun qed taġixxi individwalment jew bħala parti minn organu tal-persuna ġuridika u jkollha pożizzjoni ta' tmexxija fuq il-persuna ġuridika, abbażi ta' dawn li ġejjin:

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li persuni ġuridiċi jitqiesu responsabbli fejn nuqqas ta' superviżjoni jew kontroll minn persuna msemmija fil-paragrafu 1 ikun għamel possibli t-twettiq ta' ksur doganali għall-benefiċċju ta' din il-persuna ġuridika minn persuna taħt l-awtorità tal-persuna msemmija fil-paragrafu 1.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.   Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, “persuna ġuridika” għandha tfisser kwalunkwe entità li jkollha personalità ġuridika taħt il-liġi applikabbli, minbarra l-Istati jew korpi pubbliċi fl-eżerċizzju tal-awtorità tal-Istat u tal-organizzazzjonijiet internazzjonali pubbliċi.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8a

 

Fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni meta jiġi vvalutat jekk ksur huwiex minuri

 

1.   Meta jiddeterminaw jekk ksur kif imsemmi fl-Artikolu 3 huwiex minuri, l-Istati Membri għandhom jiżguraw mill-bidu tal-proċess, jiġifieri waqt id-determinazzjoni dwar jekk twettaqx ksur doganali, li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha li jistgħu japplikaw, inklużi dawn li ġejjin:

 

(a)   il-ksur twettaq b'riżultat ta' negliġenza;

 

(b)   il-merkanzija involuta mhijiex soġġetta għall-projbizzjonijiet jew għar-restrizzjonijiet imsemmija fit-tieni sentenza tal-Artikolu 134(1) tal-Kodiċi u fil-punt (e) tal-Artikolu 267(3) tal-Kodiċi;

 

(c)   il-ksur ikollu ftit jew ebda impatt fuq l-ammont tad-dazji doganali li għandhom jitħallsu;

 

(d)   il-persuna responsabbli għall-ksur tikkoopera effettivament mal-awtorità kompetenti fil-proċedimenti;

 

(e)   il-persuna responsabbli għall-ksur tiżvela l-ksur minn jeddha, sakemm il-ksur ma jkunx għadu soġġett għal xi investigazzjoni li l-persuna responsabbli għall-ksur ikollha għarfien tagħha;

 

(f)   il-persuna responsabbli għall-ksur tista' turi li qed tagħmel sforz sinifikanti biex tikkonforma mal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni billi turi livell għoli ta' kontroll tal-operazzjonijiet tagħha, pereżempju permezz ta' sistema ta' konformità;

 

(g)   il-persuna responsabbli għall-ksur tkun intrapriża żgħira jew medja, li ma kellha ebda esperjenza preċedenti f'materji li għandhom x'jaqsmu mad-dwana.

 

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu ksur bħala minuri biss meta ma jkunx hemm fattur aggravanti fir-rigward tal-ksur kif imsemmi fl-Artikolu 8b.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 8b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8b

 

Fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni meta jiġi vvalutat jekk ksur huwiex serju

 

1.   Meta jiddeterminaw jekk ksur kif imsemmi fl-Artikolu 3 jew 6 huwiex serju, l-Istati Membri għandhom jiżguraw mill-bidu tal-proċess, jiġifieri waqt id-determinazzjoni dwar jekk twettaqx ksur doganali, li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jieħdu inkunsiderazzjoni kwalunkwe waħda miċ-ċirkustanzi li ġejjin li jistgħu japplikaw:

 

(a)   il-ksur twettaq b'intenzjoni;

 

(b)   il-ksur ippersista matul perjodu twil ta' żmien, li jirrifletti intenzjoni li jibqa' jitwettaq;

 

(c)   ksur simili jew marbut għadu qed jitwettaq jew qed ikun ripetut, jiġifieri, jitwettaq aktar minn darba;

 

(d)   il-ksur ikollu impatt sinifikanti fuq l-ammont ta' dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni evażi;

 

(e)   il-merkanzija involuta hija soġġetta għall-projbizzjonijiet jew għar-restrizzjonijiet imsemmija fit-tieni sentenza tal-Artikolu 134(1) tal-Kodiċi u fil-punt (e) tal-Artikolu 267(3) tal-Kodiċi;

 

(f)   il-persuna responsabbli għall-ksur tirrifjuta li tikkopera, jew tikkoopera bis-sħiħ, mal-awtorità kompetenti;

 

(g)   il-persuna responsabbli għall-ksur wettqet ksur preċedenti.

 

2.   Il-ksur imsemmi fil-punti (f), (g), (p), (qi) u (qj) tal-Artikolu 3 jikkostitwixxi, min-natura tiegħu stess, ksur serju.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9

Artikolu 9

Sanzjonijiet għal ksur doganali msemmi fl-Artikolu 3

Sanzjonijiet mhux kriminali għal ksur doganali minuri

L-Istati Membri jiżguraw li sanzjonijiet effettivi, proporzjonali u dissważivi jiġu imposti minħabba l-ksur doganali msemmi fl-Artikolu 3 fil-limiti li ġejjin:

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sanzjonijiet effettivi, proporzjonati, dissważivi u mhux kriminali jiġu imposti, minbarra l-irkupru tad-dazji evażi, għal dak il-ksur doganali msemmi fl-Artikolu 3 li jitqies bħala minuri b'konformità mal-Artikolu 8a, fil-limiti li ġejjin:

(a)   multa monetarja minn 1 % sa 5 % tal-valur tal-merkanzija, meta l-ksur doganali jkun marbut ma' merkanzija speċifika;

(a)   multa monetarja ta' mhux aktar minn 70 % tad-dazji evażi, meta l-ksur doganali jkun marbut mad-dazji evażi;

(b)   multa monetarja minn EUR 150 sa EUR 7 500, meta l-ksur doganali ma jkunx marbut ma' merkanzija speċifika.

(b)   multa monetarja ta' mhux aktar minn EUR 7 500, meta l-ksur doganali ma jkunx marbut mad-dazji evażi.

 

2.   Meta jiġi ddeterminat il-livell ta' sanzjonijiet li għandhom jiġu imposti fil-limiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha elenkati fl-Artikolu 8a jiġu kkunsidrati.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10

imħassar

Sanzjonijiet għal ksur doganali msemmi fl-Artikolu 4

 

L-Istati Membri jiżguraw li sanzjonijiet effettivi, proporzjonali u dissważivi jiġu imposti minħabba l-ksur doganali msemmi fl-Artikolu 4 fil-limiti li ġejjin:

 

(a)   multa monetarja sa 15 % tal-valur tal-merkanzija, meta l-ksur doganali jkun marbut ma' merkanzija speċifika;

 

(b)   multa monetarja sa EUR 22 500, meta l-ksur doganali ma jkunx marbut ma' merkanzija speċifika.

 

Ġustifikazzjoni

Dan l-Artikolu qed jitħassar b'konformità mat-tħassir tal-Artikolu 4.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 11

Artikolu 11

Sanzjonijiet għal ksur doganali msemmi fl-Artikoli 5 u 6

Sanzjonijiet mhux kriminali għal ksur doganali serju

L-Istati Membri jiżguraw li sanzjonijiet effettivi, proporzjonali u dissważivi jiġu imposti minħabba l-ksur doganali msemmi fl-Artikolu 5 u 6 fil-limiti li ġejjin:

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sanzjonijiet effettivi, proporzjonati, dissważivi u mhux kriminali jiġu imposti, minbarra l-irkupru tad-dazji evażi, għal dak il-ksur doganali msemmi fl-Artikoli 3 u 6 li jitqies bħala serju b'konformità mal-Artikolu 8b, fil-limiti li ġejjin:

(a)   multa monetarja sa 30 % tal-valur tal-merkanzija, meta l-ksur doganali jkun marbut ma' merkanzija speċifika;

(a)   multa monetarja ta' bejn 70 % u 140 % tad-dazji evażi, meta l-ksur doganali jkun marbut mad-dazji evażi;

 

(aa)   multa monetarja ta' bejn 15 % u 30 % tal-valur tal-merkanzija, meta l-ksur doganali ma jkunx marbut mad-dazji evażi iżda jkun marbut mal-valur tal-merkanzija;

(b)   multa monetarja sa EUR 45 000, meta l-ksur doganali ma jkunx marbut ma' merkanzija speċifika.

(b)   multa monetarja ta' bejn EUR 7 500 u EUR 45 000, meta l-ksur doganali ma jkun marbut la mad-dazji evażi u lanqas mal-valur tal-merkanzija.

 

2.   Meta jiġi ddeterminat il-livell ta' sanzjonijiet li għandhom jiġu imposti fil-limiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha elenkati fl-Artikolu 8a u fl-Artikolu 8b(1) jiġu kkunsidrati.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

 

Sanzjonijiet mhux kriminali oħra għal ksur serju

 

1.   Minbarra s-sanzjonijiet elenkati fl-Artikolu 11, u b'konformità mal-Kodiċi, l-Istati Membri jistgħu jimponu s-sanzjonijiet mhux monetarji li ġejjin meta jitwettaq ksur serju:

 

(a)   konfiska permanenti jew temporanja tal-merkanzija;

 

(b)   sospensjoni ta' awtorizzazzjoni li tkun ingħatat.

 

2.   B'konformità mal-Kodiċi, l-Istati Membri għandhom jipprevedu li deċiżjonijiet li jagħtu l-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat għandhom jiġu revokati fil-każ ta' ksur serju jew ripetut tal-leġiżlazzjoni doganali.

Emenda     33

Proposta għal direttiva

Artikolu 11b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11b

 

Rieżami

 

1.  L-ammonti tal-multi applikabbli skont l-Artikoli 9 u 11 għandhom jiġu rieżaminati mill-Kummissjoni, flimkien mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, ħames snin minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. L-għan tal-proċedura ta' rieżami għandu jkun li jiġi żgurat li l-ammonti tal-multi imposti taħt l-Unjoni Doganali jkunu aktar konverġenti, bl-għan li tiġi armonizzata l-operazzjoni tagħha.

 

2.  Kull sena l-Kummissjoni għandha tippubblika d-dettalji tas-sanzjonijiet imposti mill-Istati Membri għall-ksur doganali msemmi fl-Artikoli 3 u 6.

 

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw konformità mal-leġiżlazzjoni doganali fis-sens tal-punt (2) tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, kif ukoll ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1.

 

_______________

 

1 Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1).

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 11c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11c

 

Soluzzjoni

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-possibbiltà ta' soluzzjoni bħala proċedura li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jidħlu fi ftehim mal-persuna responsabbli għall-ksur sabiex tissolva l-kwistjoni ta' ksur doganali bħala alternattiva għat-tnedija jew it-tkomplija ta' proċedimenti ġudizzjarji, sakemm dik il-persuna taċċetta sanzjoni li tkun infurzabbli immedjatament.

 

Madankollu, ladarba jkunu nbdew proċedimenti ġudizzjarji, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jilħqu soluzzjoni biss bil-qbil tal-awtorità ġudizzjarja.

 

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi linji gwida dwar il-proċeduri ta' soluzzjoni biex ikun żgurat li persuna responsabbli għal ksur tingħata l-opportunità ta' ftehim b'konformità mal-prinċipju tat-trattament indaqs u b'mod trasparenti, u li kwalunkwe soluzzjoni konkluża tinkludi l-pubblikazzjoni tal-eżitu tal-proċedura.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 12

imħassar

Applikazzjoni effettiva tas-sanzjonijiet u l-eżerċizzju tas-setgħat biex jiġu imposti s-sanzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti

 

L-Istati Membri jiżguraw li meta jiddeterminaw it-tip u l-livell tas-sanzjonijiet għal ksur doganali msemmi fl-Artikoli minn 3 sa 6, l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw iċ-ċirkustanzi rilevanti kollha, inklużi, fejn ikun xieraq:

 

(a) is-serjetà u t-tul ta' żmien tal-ksur doganali;

 

il-fatt li l-persuna responsabbli għall-ksur doganali tkun operatur ekonomiku awtorizzat;

 

l-ammont ta' dazju evaż fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni;

 

il-fatt li l-merkanzija involuta hija soġġetta għall-projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet imsemmija fit-tieni sentenza tal-Artikolu 134(1) tal-Kodiċi u fl-Artikolu 267(3)(e) tal-Kodiċi jew tkun ta' riskju għas-sigurtà pubblika;

 

il-livell ta' kooperazzjoni tal-persuna responsabbli għall-ksur mal-awtorità kompetenti;

 

ksur preċedenti mill-persuna responsabbli għall-ksur.

 

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12a

 

Konformità

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li linji gwida u pubblikazzjonijiet dwar kif wieħed jikkonforma u jkompli jikkonforma mal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni jkunu disponibbli għall-partijiet interessati f'forma faċilment aċċessibbli, li tinftiehem u aġġornata.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiddefinixxi b'mod wiesa' kif għandhom ikunu l-linji gwida u l-pubblikazzjonijiet. Din l-emenda tispeċifika wkoll li l-linji gwida u l-pubblikazzjonijiet għandhom ikunu disponibbli għall-partijiet interessati.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13

Limitazzjoni

Artikolu 13

Limitazzjoni

1.   L-Istati Membri jiżguraw li l-perjodu ta' limitazzjoni għall-proċedimenti li jikkonċernaw ksur doganali msemmi fl-Artikoli minn 3 sa 6 jkun erba' snin u jibda jiddekorri mill-jum li l-ksur doganali jkun twettaq.

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perjodu ta' limitazzjoni għall-bidu ta' proċedimenti li jikkonċernaw ksur doganali msemmi fl-Artikoli 3 u 6 jkun erba' snin u li jibda jiddekorri mill-jum li l-ksur doganali jkun twettaq.

2.   L-Istati Membri jiżguraw li, fil-każ ta' ksur doganali kontinwu jew ripetut, il-perjodu ta' limitazzjoni jibda jiddekorri mill-jum li fih l-att jew l-ommissjoni li jikkostitwixxu l-ksur doganali jkun waqaf.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każ ta' ksur doganali kontinwu jew ripetut, il-perjodu ta' limitazzjoni jibda jiddekorri mill-jum li fih l-att jew l-ommissjoni li jikkostitwixxu l-ksur doganali jkun waqaf.

3.   L-Istati Membri jiżguraw li l-perjodu ta' limitazzjoni jiġi interrott minn kull att tal-awtorità kompetenti, notifikat lill-persuna inkwistjoni, marbuta mal-investigazzjoni jew il-proċedimenti ġuridiċi dwar l-istess ksur doganali. Il-perjodu ta' limitazzjoni jibda jiddekorri fil-jum tal-att interruttiv.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perjodu ta' limitazzjoni jiġi interrott minn kull att tal-awtorità kompetenti, notifikat lill-persuna inkwistjoni, marbuta mal-investigazzjoni jew il-proċedimenti ġuridiċi dwar l-istess ksur doganali, jew b'att min-naħa tal-persuna responsabbli għall-ksur. Il-perjodu ta' limitazzjoni għandu jibqa' jiddekorri fil-jum li fih l-att interruttiv jiġi fi tmiemu.

4.   L-Istati Membri jiżguraw li l-bidu jew il-kontinwazzjoni ta' kull proċediment li jikkonċerna ksur doganali msemmi fl-Artikoli minn 3 sa 6 jkun prekluż wara l-iskadenza ta' perjodu ta' tmien snin mill-jum imsemmi fil-paragrafi 1 jew 2.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14(2), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull proċediment li jikkonċerna ksur doganali msemmi fl-Artikolu 3 jew 6 jkun preskritt, irrispettivament minn kwalunkwe interruzzjoni tal-perjodu ta' limitazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, wara l-iskadenza ta' perjodu ta' tmien snin mill-jum imsemmi fil-paragrafi 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu.

5.   L-Istati Membri jiżguraw li l-perjodu ta' limitazzjoni għall-infurzar ta' deċiżjoni li timponi sanzjoni huwa ta' tliet snin. Dan il-perjodu jibda jiddekorri mill-ġurnata li fiha d-deċizjoni ssir finali.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perjodu ta' limitazzjoni għall-infurzar ta' deċiżjoni li timponi sanzjoni huwa ta' tliet snin. Dan il-perjodu għandu jibda jiddekorri mill-jum li fih id-deċizjoni ssir finali.

6.   L-Istati Membri jistipulaw il-każijiet fejn il-perjodi ta' limitazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 1, 4 u 5 jiġu sospiżi.

6.   L-Istati Membri għandhom jistipulaw il-każijiet fejn il-perjodi ta' limitazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 1, 4 u 5 jiġu sospiżi.

Emenda     38

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jikkooperaw u jpartu kull informazzjoni meħtieġa dwar il-proċedimenti rigward att jew ommissjoni li jikkostitwixxu ksur doganali msemmi fl-Artikoli minn 3 sa 6, b'mod partikolari fil-każ li iżjed minn Stat Membru wieħed ikun beda proċedimenti kontra l-istess persuna b'konnessjoni mal-istess fatti.

L-Istati Membri għandhom jikkooperaw u jiskambjaw kull informazzjoni meħtieġa dwar il-proċedimenti rigward att jew ommissjoni li jikkostitwixxu ksur doganali msemmi fl-Artikoli 3 u 6, b'mod partikolari f'każijiet li fihom iżjed minn Stat Membru wieħed ikun beda proċedimenti kontra l-istess persuna b'konnessjoni mal-istess fatti. L-għan tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri għandu jkun li tiżdied l-effettività tal-kontrolli doganali fuq il-merkanzija u li jiġu armonizzati l-proċeduri fi ħdan l-Unjoni.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri biex jinħolqu indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni applikabbli għall-kontrolli doganali u s-sanzjonijiet, it-tixrid tal-aħjar prattiki u l-koordinazzjoni tat-taħriġ tal-uffiċjali doganali.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 17

Artikolu 17

Sekwestru

Sekwestru

L-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom il-possibbiltà li temporanjament jissekwestraw kull merkanzija, mezzi ta' trasport u kull strument ieħor użat biex jitwettaq ksur doganali msemmi fl-Artikoli minn 3 sa 6.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom il-possibbiltà li temporanjament jissekwestraw kull merkanzija, mezzi ta' trasport jew strument ieħor użat biex jitwettaq ksur doganali msemmi fl-Artikoli 3 u 6. Jekk, wara l-impożizzjoni ta' sanzjoni, Stat Membru b'mod permanenti jikkonfiska merkanzija bħal din, jista' jagħżel li jeqred, jerġa' juża jew jirriċikla l-merkanzija, kif ikun xieraq.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sal-31 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-elementi l-oħra tal-infurzar tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni, bħas-superviżjoni, il-kontroll, u l-investigazzjoni, akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva li tissupplimenta din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Din tiċċara li l-infurzar tal-leġiżlazzjoni doganali jinkludi elementi oħrajn apparti s-sanzjonijiet, bħal kontrolli, superviżjoni u investigazzjoni li għandhom ukoll jiġu armonizzati aħjar biex jissodisfaw l-għan ġenerali ta' infurzar u applikazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni.

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 18a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 18a

 

Rappurtar mill-Istati Membri

 

L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni statistika rigward il-ksur u li turi liema sanzjonijiet ġew imposti b'riżultat ta' dak il-ksur, sabiex jippermettu lill-Kummissjoni tivvaluta l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. L-informazzjoni hekk provduta għandha tintbagħat kull sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Il-Kummissjoni tista' tuża din id-data meta tirrevedi din id-Direttiva sabiex tapprossima aħjar is-sistemi ta' sanzjoni nazzjonali.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat proposta għal Direttiva dwar il-qafas ġuridiku tal-Unjoni għal ksur doganali u sanzjonijiet fit-13 ta' Diċembru 2013.

Għalkemm l-Unjoni Doganali hija meqjusa bħala waħda mill-pedamenti tal-Unjoni Ewropea, u s-sinsla tas-suq uniku, għad ma hemmx approċċ integrat għall-infurzar ta' leġiżlazzjoni doganali, inklużi s-sanzjonijiet. Dan ifisser li r-regoli huma l-istess iżda meta dawn ir-regoli jinkisru hemm differenza sinifikanti kif tali sanzjonijiet jiġu applikati.

L-Unjoni Doganali u l-politika kummerċjali huma kompetenzi esklussivi tal-Unjoni Ewropea, għalhekk l-UE biss tista' tiżviluppa approċċ komuni li jinforza l-leġiżlazzjoni doganali. L-Istati Membri impenjaw ruħhom li jaħdmu lejn żewġ objettivi, b'mod partikolari: l-interazzjoni u l-prestazzjoni tal-amministrazzjonijiet doganali b'mod effiċjenti daqslikieku kienu amministrazzjoni waħda, b'mod li jiġu żgurati kontrolli b'riżultati ekwivalenti u bl-appoġġ tal-attività kummerċjali leġittima, iżda wkoll biex tingħata l-protezzjoni meħtieġa tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Madankollu, jidher pjuttost ċar li mingħajr approċċ integrat għall-infurzar, inklużi s-sanzjonijiet, mhuwiex possibbli li l-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri jaġixxu bħala entità waħda, b'mod partikolari fid-dawl tad-differenzi sinifikanti bejn s-sistemi ta' sanzjoni tal-Istati Membri, kif muri mir-rapport tal-2010 tal-Grupp ta' Proġett dwar Pieni Doganali.

Dawn id-differenzi joħolqu nuqqas ta' fiduċja reċiproka bejn l-amministrazzjonijiet, filwaqt li l-fiduċja u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali huma essenzjali għal amministrazzjoni tajba tal-Unjoni Doganali u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE. Barra minn hekk, jimminaw il-kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi ekonomiċi fl-Unjoni Ewropea. Il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea tqis li d-diverġenzi tas-sanzjonijiet doganali huma miżuri li għandhom l-istess effett bħal restrizzjonijiet kwantitattivi. Aktarx li r-riskji ta' distorsjoni tas-suq u n-nuqqas ta' kundizzjonijiet ekwi jiżdiedu mad-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar l-istatus tal-Operatur Ekonomiku Awtorizzat (AEO) fejn ksur serju u ripetut jista' jwassal għal telf tal-istatus (Artikolu 39 KDU), u għalhekk tkun stabbilita rabta bejn miżura ta' ffaċilitar tal-kummerċ ma' rekord ta' konformità mal-leġiżlazzjoni doganali tal-UE.

Jekk id-differenzi bejn is-sistemi ta' sanzjoni tal-Istati Membri jibqgħu fis-seħħ, eventwalment dan ikun ifisser li kumpanija tista' titlef l-istatus ta' AEO tagħha f'pajjiż wieħed filwaqt li għall-istess ksur, kumpanija oħra li topera fi Stat Membru ieħor, tibqa' żżomm dan l-istatus. Dan qed isir aktar importanti fid-dawl taż-żieda fil-kummerċ elettroniku, speċjalment minn mikrointrapriżi u minn individwi, li jeħtieġu aktar ċertezza ġuridika f'dak li għandu x'jaqsam mas-sistemi ta' konformità, kif ukoll hemm bżonn ta' aktar trasparenza fil-mod kif jiġu ttrattati l-infrazzjonijiet minn awtoritajiet doganali differenti.

Fl-aħħar, iżda mhux l-inqas, il-konverġenza bejn is-sistemi ta' sanzjoni hi meħtieġa sabiex l-UE tkun tista' twettaq l-obbligu estern tagħha skont il-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT)

GATT 94, l-Artikolu X.3 (a) jiddikjara li:

Kull Parti Kontraenti għandha tamministra b'mod uniformi, imparzjali u raġonevoli, il-liġijiet, ir-regolamenti, id-deċiżjonijiet u sentenzi tat-tip deskritt fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Rekwiżiti tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

Il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni jirrikjedi li l-Istati Membri jkollhom sistemi ta' sanzjoni doganali effettivi, proporzjonati u dissważivi. Din id-Direttiva, għalhekk, għandha l-għan li ttejjeb il-konverġenza tal-approċċi tal-Istati Membri biex tkun inforzata l-leġiżlazzjoni doganali tal-UE, abbażi tal-Artikolu 114 tat-TFUE dwar l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern u l-Artikolu 33 TFUE dwar il-kooperazzjoni doganali, u bi qbil mal-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali Modernizzat u l-iżvilupp tas-sistema doganali elettronika.

Faċilitazzjoni tal-kummerċ u titjib tal-konformità

Din id-Direttiva għandha tirrikonoxxi li l-parti l-kbira tal-operaturi ekonomiċi involuti fi kwistjonijiet doganali huma negozji leġittimi li għandhom l-għan li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni doganali. L-attivitajiet relatati mad-dwana jeżiġu li l-operaturi ekonomiċi jitqiesu bħala msieħba, li tiġġustifika l-bżonn li jintużaw l-aktar sanzjonijiet mhux kriminali f'każijiet ta' ksur, bħala mezz effettiv biex tiġi żgurata l-konformità, pjuttost milli sanzjonijiet kriminali.

Dan ir-rapport jiċċara l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva biex jiġi żgurat li ksur imwettaq b'negliġenza jew b'intenzjoni biss jitqies bħala ksur, u b'hekk jitneħħa l-element ta' responsabbiltà stretta, li ma jeħtieġx xi grad ta' ħtija. Id-definizzjoni ta' mġiba negliġenti hija essenzjali f'Direttiva bħal din li għandha l-għan li tarmonizza sanzjonijiet mhux kriminali, dan għaliex in-negliġenza ma għandhiex tkun sanzjonata bħala reat, anke jekk ikun hemm ċirkostanzi oġġettivi bħal konsegwenzi finanzjarji serji. Jekk ikun stabbilit li persuna ma kinitx negliġenti, u li hi ma kinitx konxja tal-fatti u li ma setgħetx tantiċipa l-okkorrenza anki jekk tkun eżerċitat attenzjoni raġonevoli, din il-persuna m'għandiex tiġi sanzjonata. Barra minn hekk, żball ma għandhux jiġi sanzjonat ħlief jekk jifforma parti minn tendenza ta' mġiba negliġenti jew intenzjonali. Ksur li jitwettaq b'intenzjoni jista' jkun sanzjonat skont il-liġi kriminali lil hinn minn limitu speċifiku sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jieħdu miżuri dissważivi biżżejjed biex jissanzjonaw imġiba frawdolenti.

Sabiex jiġi żgurat li s-sanzjonijiet ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, huwa importanti li l-awtoritajiet doganali jkollhom id-diskrezzjoni li jevalwaw iċ-ċirkostanzi rilevanti u b'hekk jiddeċiedu abbażi ta' dan dwar l-iktar sanzjoni xierqa, peress li ġie ppruvat li dan jista' jkun mezz effettiv biex titnaqqas in-nuqqas ta' konformità. Din id-Direttiva madankollu għandha tistabbilixxi qafas li jiżgura fehim komuni bejn l-Istati Membri dwar x'inhuma dawn iċ-ċirkustanzi attenwanti u aggravanti, minn żvelar volontarju għal tal-ewwel, sa rifjut ta' kooperazzjoni għal tal-aħħar. Dispożizzjonijiet stretti ta' responsabbiltà jikkontradixxu dan l-approċċ, apparti li jdaħħlu dubju dwar xi prinċipji ġuridiċi bażiċi bħall-preżunzjoni tal-innoċenza, peress li ma jeħtiġux element ta' ħtija biex jissanzjonaw. Dispożizzjonijiet stretti ta' responsabbiltà jistgħu jxekklu t-tkabbir u l-kummerċ leġittimu u aktarx li ma jkunux effettivi u ma jtejbux l-konformità.

Madankollu, għandu jkun hemm klassifikazzjoni tal-ksur li tiddistingwi bejn ksur minuri u ksur serju, b'mod partikolari fid-dawl tal-possibbiltà li AEO jitlef l-istatus tiegħu jekk iwettaq ksur serju jew ripetut, u li titratta n-nuqqas ta' definizzjoni ta' ksur serju fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni. Il-loġika inizjali ta' kategorizzazzjoni tal-ksur tal-Kummissjoni Ewropea nżammet b'kategoriji differenti flimkien mal-lista ta' dak li l-Istati Membri jqisu li hu ksur minuri, bħan-nuqqas ta' rispett tal-iskadenzi, li pereżempju ġiet ikkunsidrata.

Proporzjonalità

Sabiex jiġi żgurat li tiddaħħal fis-seħħ sistema proporzjonata ta' sanzjonijiet, l-ammont tal-multa ma jistax ikun ibbażat fuq il-valur tal-merkanzija. Is-sanzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-ammont ta' dazju evaż peress li għandha tkun marbuta mal-konsegwenzi finanzjarji tal-ksur. Sanzjoni bbażata fuq il-valur tal-merkanzija tista' twassal għal sistema sproporzjonata fejn ksur minuri fuq prodott b'valur għoli jista' jkollha konsegwenzi diżastrużi fuq il-kumpanija. Għandu jkun stabbilit ammont fiss, sabiex ikun hemm xi ftit flessibbiltà f'każijiet fejn il-prodott jew ma jkollux rata ta' dazju doganali jew inkella l-ksur ma jkunx marbut ma' prodott speċifiku. Għalkemm għandu jiġi stabbilit qafas armonizzat, għandu jkun hemm skala ta' kejl b'limiti ogħla sabiex l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jeżerċitaw id-diskrezzjoni tagħhom biex jaġġustaw l-ammont tal-multa abbażi ta' ċirkustanzi aggravanti jew attenwanti. Għandhom ikunu permessi wkoll sanzjonijiet oħra apparti multi monetarji, bħalma huma t-telf tal-istatus tal-AEO kif stipulat fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, u l-konfiska tal-merkanzija.

L-awtoritajiet doganali għandhom iqisu wkoll l-ispejjeż ta' litigazzjoni, b'mod partikolari għan-negozji ż-żgħar, u għalhekk għandhom jipprovdu l-possibbiltà ta' proċedura ta' soluzzjoni, li għandha tiġi ddefinita biex tkun żgurata l-konsistenza madwar l-UE.

Għandha ssir distinzjoni fina bejn sanzjonijiet kriminali u dawk mhux kriminali

Din id-Direttiva għandha l-għan li tarmonizza sanzjonijiet mhux kriminali f'każ ta' ksur ta' leġiżlazzjoni doganali bħala l-aktar qafas xieraq biex titjieb il-konformità u jitnaqqas l-għadd ta' ksur. Meta ksur jitwettaq b'intenzjoni ta' frodi, l-Istati Membri jistgħu jieħdu sanzjonijiet kriminali li jkunu 'l fuq minn ċertu limitu, bi qbil mad-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (id-Direttiva PIF), li tagħti l-possibbiltà lill-Istati Membri li jużaw sanzjonijiet mhux kriminali taħt dan l-istess limitu. Din l-interkonnessjoni bejn iż-żewġ Direttivi tikkonforma mal-prattiki f'ħafna mill-Istati Membri li jkollhom taħlita bejn sanzjonijiet kriminali u mhux kriminali biex jiżguraw il-konformità mal-leġiżlazzjoni doganali. Id-Direttiva PIF madankollu mhijiex suffiċjenti fiha nnifisha, billi m'hemm l-ebda leġiżlazzjoni Ewropea li tissanzjona ksur imwettaq b'negliġenza li madankollu jikkostitwixxi l-aktar ksur komuni tal-leġiżlazzjoni doganali.

Xi dispożizzjonijiet bħall-inċitament, l-għajnuna, l-assistenza u t-tentattiv huma termini tal-liġi kriminali f'xi Stati Membri, iżda huma wkoll punibbli taħt il-liġi mhux kriminali f'seba' Stati Membri. Għandu jiġi ċċarat li dawk l-azzjonijiet twettqu b'mod intenzjonali u għalhekk jistgħu jwasslu għal sanzjonijiet mhux kriminali fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jew għal sanzjonijiet kriminali barra l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Tibdil meħtieġ minn konformità ex-post għal konformità ex-ante

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni li jittrattaw mad-dwana u l-kummerċ ikunu infurmati b'mod attiv dwar kif għandhom jikkonformaw u kif għandhom iżommu konformità mal-leġiżlazzjoni doganali. Is-sistemi amministrattivi ta' sanzjoni tal-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu għodda aħħarija biex jissanzjonaw imġiba traskurata fid-dawl ta' dak li l-persuna responsabbli għall-ksur kellha tkun taf u għamlet biex tevita tali ksur milli jseħħ. Il-kwistjoni dwar jekk persuna kinitx negliġenti, għandha ssir parti ewlenija mill-applikazzjoni tas-sistema ta' sanzjoni.

L-użu tal-għodod tal-ICT għandu jwassal għal possibbiltà ta' konformità f'ħin reali mar-regoli, u dan jirrikjedi kooperazzjoni mill-qrib mal-operaturi bl-għan li tkun żgurata l-konformità sħiħa kif ukoll biex l-Istati Membri jimplimentaw id-dispożizzjonijiet dwar is-sistemi elettroniċi stipulati fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri impenjaw ruħhom ukoll b'konformità mar-rekwiżit stipulat fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, li jieħdu sehem f'sistema ta' ġestjoni tar-riskju komuni li l-Kummissjoni Ewropea għandha tkompli tiżviluppa. Dan huwa wieħed mill-pilastri ta' approċċ komuni għall-infurzar u jikkumplimenta l-istabbiliment ta' sistema komuni ta' sanzjoni.


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI LEGALI

Is-Sinjura Vicky Ford

President

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

BRUSSELL

Suġġett:  Opinjoni dwar il-bażi ġuridika tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-qafas ġuridiku tal-Unjoni għal ksur doganali u sanzjonijiet (COM(2013)0884 – C8-0033/2014 – 2013/0432(COD))

Sinjura President,

Permezz ta' ittra datata d-29 ta' Frar 2016 inti tlabt lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, skont l-Artikolu 39(2) għal opinjoni dwar kemm hi xierqa l-bażi ġuridika tal-proposta msemmija hawn fuq.

Il-kumitat eżamina l-kwistjoni msemmija fil-laqgħa tiegħu tal-21 ta' April 2016.

I - L-isfond

B'ittra tad-29 ta' Frar 2016, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (IMCO) staqsa lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, skont l-Artikolu 39(2) tar-Regoli ta' Proċedura, għal opinjoni dwar kemm hi xierqa l-bażi ġuridika tal-proposta msemmija hawn fuq.

Il-proposta tal-Kummissjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 33 tat-TFUE, li jikkonċerna l-kooperazzjoni doganali, li jagħti kompetenza lill-Unjoni biex taġixxi fuq din il-kwistjoni abbażi tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Ir-rapporteur għall-proposta fil-Kumitat IMCO ikkunsidra li l-Artikolu 114 tat-TFUE, li jirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern, jirrifletti aħjar l-objettivi tal-proposta u jallinja l-proposta mal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni(1), li huwa wkoll ibbażat fuq l-Artikolu 114 TFUE.

II - Il-proposta

Minkejja li l-leġiżlazzjoni doganali hija armonizzata u fl-isfera tal-kompetenza tal-UE, il-possibbiltà li jiġu adottati miżuri leġiżlattivi fir-rigward ta' sanzjonijiet u ksur doganali jibqgħu fl-ambitu tal-Istati Membri.

Taħt il-programm Dwana 2013, il-Kummissjoni għamlet valutazzjoni tas-sistemi nazzjonali ta' 24 Stat Membru fir-rigward tal-ksur u s-sanzjonijiet doganali.(2) Il-Kummissjoni sabet għadd sinifikanti ta' differenzi fir-reġimi u kkunsidrat li dawn id-differenzi għandhom implikazzjonijiet negattivi. Il-konsegwenzi jistgħu jinħassu mhux biss f'livell internazzjonali iżda wkoll fi ħdan l-ispazju Ewropew, peress li l-infurzar differenti tal-leġiżlazzjoni doganali jista' jagħmel il-ġestjoni effettiva tal-unjoni doganali aktar diffiċli. Barra minn hekk, l-impatt tar-regoli differenti jinħass ukoll fuq l-operaturi ekonomiċi u fil-kundizzjonijiet ekwi li jinsab fil-qalba tas-suq intern. Dawn id-diskrepanzi huma rikonoxxuti mill-Kummissjoni bħala ġustifikazzjonijiet għall-ħtieġa ta' dan l-att leġiżlattiv fil-paragrafu 1.1 tal-Memorandum ta' Spjegazzjoni u fil-premessa 3 tal-proposta.

Skont il-Memorandum ta' Spjegazzjoni, fil-Valutazzjoni tal-Impatt tal-proposta (2.2) il-Kummissjoni sostniet li "(...) bl-istess mod, l-introduzzjoni ta' ċerti faċilitazzjonijiet u simplifikazzjonijiet fil-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni u l-aċċess tal-[Operatur Ekonomiku Awtorizzat] għalihom hija raġuni importanti sabiex tissaħħaħ aktar il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri."

Il-proposta tinkludi lista komuni ta' atti u ommissjonijiet li għandhom jitqiesu ksur tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (UCC) u leġiżlazzjoni doganali oħra, li tistipula r-responsabbiltà stretta tal-każijiet u ksur imwettqa intenzjonalment jew b'negliġenza (Artikoli 1 sa 5 tal-proposta). L-Artikolu 6 jelabora fuq it-tixwix, l-għajnuna, l-assistenza u t-tentattiv fir-rigward ta' atti li kienu ssemmew bħala ksur. L-Artikolu 7 tal-proposta jikkonċerna żbalji mwettqa mill-awtorità doganali u l-Artikolu 8 jirreferi għar-responsabbiltà ta' persuni ġuridiċi. L-Artikoli 9 sa 12 jistabbilixxu l-limiti sostantivi tas-sanzjonijiet u l-prinċipji li għandhom jiggwidaw l-applikazzjoni tagħha. L-Artikolu 13 u 14 huma dispożizzjonijiet proċedurali, li jittrattaw perjodi ta' preskrizzjoni u s-sospensjoni tal-proċedura amministrattiva. L-Artikolu 15 jiddefinixxi fejn il-kompetenza għandha tiġi applikata. L-Artikolu 16 jirreferi għall-koperazzjoni bejn l-Istati Membri, li tobbliga lill-Istati Membri biex jiskambjaw informazzjoni u jinfurzaw il-prinċipju ne bis in idem, li jiggarantixxi li l-ebda persuna ma għandha tiffaċċja proċedimenti għall-istess fatti f'aktar minn Stat Membru wieħed. L-Artikolu 17 jobbliga lill-Istati Membri biex jippermettu l-possibilità ta' qbid ta' kull strument użat fit-twettiq ta' ksur doganali. Fl-aħħar nett, il-proposta tinkludi dispożizzjonijiet dwar rappurtar u rieżami tal-konformità u t-traspożizzjoni tad-Direttiva (Artikoli 18 sa 21).

III - Il-bażi ġuridika proposta

Il-bażi ġuridika proposta għal din il-proposta hija l-Artikolu 33 tat-TFUE, li jgħid kif ġej:

KAPITOLU 2

KOOPERAZZJONI DOGANALI

Artikolu 33

(ex Artikolu 135 TKE)

Fil-limiti tal-applikazzjoni tat-Trattati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jieħdu miżuri sabiex isaħħu l-koperazzjoni doganali bejn Stati Membri u bejn dawn u l-Kummissjoni.

Hu propost li l-Artikolu 114 tat-TFUE li ġej jiġi inkluż fil-bażi ġuridika (enfasi miżjuda:

KAPITOLU 3

APPROSSIMAZZJONI TA' LIĠIJIET

Artikolu 114

(ex Artikolu 95 TKE)

1. Ħlief fejn provdut xort'oħra fit-Trattati, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-kisba tal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 26. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jadottaw il-miżuri għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati bil-liġi, b'regolamenti jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri li għandhom bħala l-għan tagħhom l-istabbiliment u l-operazzjoni tas-suq intern. (...)

IV - Ġurisprudenza

Skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja "l-għażla tal-bażi ġuridika ta' att Komunitarju għandha tibbaża ruħha fuq elementi oġġettivi, suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju, li fosthom jinsabu, b'mod partikolari, l-għan u l-kontenut tal-att"(3). Għalhekk, l-għażla ta' bażi ġuridika żbaljata tista' tiġġustifika t-tħassir tal-att inkwistjoni.

Bħala regola ġenerali, miżura għandha tkun ibbażata fuq bażi ġuridika waħda biss. Bażi ġuridika doppja tista' tintuża biss jekk miżura jkollha simultanjament għadd ta' objettivi jew ikollha bosta komponenti marbutin, mingħajr ma l-ebda wieħed minnhom ikun sekondarju jew indirett b'rabta mal-ieħor,(4) bil-kundizzjoni li l-proċeduri stabbiliti għal kull bażi ġuridika ma jkunux inkompatibbli.(5)

V - Analiżi

L-Artikolu 33 tat-TFUE ġie inkluż fil-bażi ġuridika għal atti leġiżlattivi oħra adottati fil-qasam tal-kooperazzjoni doganali, bħall-KDU u r-Regolament Doganali 2020.(6) Ma hemm l-ebda definizzjoni espliċita tal-kunċett ta' kooperazzjoni doganali, iżda billi huwa kollokat fit-Titolu II "Il-Moviment Liberu tal-Merkanzija", Kapitolu 2 "Koperazzjoni Doganali" tat-TFUE, kien użat b'mod estensiv f'dak li għandu x'jaqsam mal-Unjoni Doganali, pereżempju fir-rigward tad-dazji doganali, il-prevenzjoni tal-frodi u kontrolli fuq prodotti li jidħlu fit-territorju doganali tal-UE.(7) L-Artikolu 33 tat-TFUE huwa għalhekk il-bażi ġuridika korretta meta jkun qed isir xogħol fuq qafas ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali.

L-Artikolu 114 tat-TFUE huwa l-bażi ġuridika għall-miżuri ta' armonizzazzjoni li jirrigwardaw is-suq intern. Miżuri ta' armonizzazzjoni skont dan l-Artikolu jeżiġu, bħala prerekwiżit, li jkun hemm diverġenzi fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar din il-kwistjoni li jistgħu jwasslu għal tfixkil fil-kummerċ fi ħdan is-suq intern. L-artikolu jista' jintuża meta huwa probabbli li tali diverġenzi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jistgħu jseħħu, iżda l-probabbiltà ma tistax tkun purament ipotetika. Il-Qorti tal-Ġustizzja ripetutament użat din il-formula fil-ġurisprudenza tagħha, filwaqt li fil-fatt qatt ma ddefinit il-"probabbiltà". Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja qatt ma aċċettat l-Artikolu 114 tat-TFUE bħala bażi ġuridika għal leġiżlazzjoni meta hija tkun ikkonstatat li ma jeżistux diverġenzi fil-liġi nazzjonali, u li huma probabbilment ma jseħħux.

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-miżuri msemmija fl-Artikolu 114 tat-TFUE huma intiżi sabiex itejbu l-kundizzjonijiet għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern u għandhom ġenwinament ikollhom dak l-għan, li jikkontribwixxu b'mod reali għall-eliminazzjoni ta' ostakoli għall-moviment liberu ta' oġġetti jew għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, jew it-tneħħija ta' distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.(8)

Il-proposta tal-Kummissjoni għandha l-għanijiet li tikkoreġi l-problemi li jinqalgħu mid-disparità tar-reġimi li jirregolaw il-ksur doganali u s-sanzjonijiet sussegwenti fi ħdan is-suq Ewropew. Kif iddikjarat fil-preambolu tal-proposta u fil-Memorandum ta' Spjegazzjoni tagħha, dawn id-differenzi jirriżultaw fi tliet livelli: l-ewwel nett, fil-livell internazzjonali, fejn l-UE għandha tiggarantixxi l-konformità mal-obbligi internazzjonali li magħhom hija marbuta; it-tieni, fi ħdan il-Qafas tal-Unjoni Doganali, li jimmiraw għal ġestjoni aktar effettiva tal-Unjoni Doganali; it-tielet nett, fil-livell tas-suq intern, fejn il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-istatus quo attwali ma jiżgurax kundizzjonijiet ekwi, fejn l-operaturi ekonomiċi ma jaġixxux bl-istess kundizzjonijiet u regoli. Il-proposta, għalhekk, mhux biss għandha l-għan li ssaħħaħ il-kooperazzjoni doganali, iżda immirat wkoll li tikkoreġi d-distorsjoni tas-suq intern, bl-użu ta' ġabra uniformi ta' regoli sabiex tiġi applikata fit-28 Stat Membru kollha.

Il-biċċa l-kbira tad-dispożizzjonijiet fil-proposta huma verament intiżi sabiex jistabbilixxu, lista uniformi ta' sanzjonijiet amministrattivi għall-ksur, u liema atti u ommissjonijiet għandhom ikunu fil-fatt ikkunsidrati ksur. Minkejja li wħud mid-dispożizzjonijiet li strettament jikkonċernaw kwistjonijiet ta' kooperazzjoni (l-Artikolu 15(2) u l-Artikolu 16), rigward l-iskambju ta' informazzjoni, pereżempju, ħafna mid-dispożizzjonijiet huma intiżi biex japprossimaw ir-regoli nazzjonali.

Kif rikonoxxut mill-Qorti tal-Ġustizzja, huwa possibbli li jkun hemm bażi ġuridika doppja meta ż-żewġ dispożizzjonijiet legali huma intrinsikament marbutin mal-att leġiżlattiv. F'dan il-każ, fid-dawl tal-għan u l-kontenut tad-Direttiva proposta, l-objettivi tal-kisba ta' ġestjoni aktar effettiva tal-Unjoni Doganali filwaqt li jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi jiġu suġġetti għall-istess regoli, mingħajr vantaġġi fi Stati Membri iktar laxki, ma jistgħux jiġu separati.

Il-proposta kkonċernata mhux limitata biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni doganali bejn l-Istati Membri, hija tipprova tindirizza b'mod attiv id-distorsjoni fis-suq intern maħluqa mis-sistemi nazzjonali differenti. Għalhekk, l-Artikolu 114 tat-TFUE għandu jiġi miżjud mal-Artikolu 33 tat-TFUE. Iż-żewġ dispożizzjonijiet huma marbutin strettament ma' xulxin, filwaqt li waħda mhijiex anċillari għall-oħra.

Għandu jiġi nnutat li f'konformità mal-proċedura taħt l-Artikolu 114 tat-TFUE, il-konsultazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew huwa obbligatorju.

VI - Konklużjoni u rakkomandazzjoni

L-Artikoli 33 u 114 tat-TFUE jikkostitwixxu l-bażi ġuridika xierqa għall-proposta.

Matul il-laqgħa tiegħu tal-21 ta' April 2016, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali għaldaqstant iddeċieda, bi 17-il vot favur, bi 3 voti kontra u bl-ebda astensjoni(9), li jirrakkomanda li l-bażi ġuridika xierqa għall-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Qafas Ġuridiku tal-Unjoni għal Ksur Doganali u Sanzjonijiet għandha tkun l-Artikoli 33 u 114 tat-TFUE.

Dejjem tiegħek,

Pavel Svoboda

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (riformulazzjoni), ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1-101.

(2)

l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja u r-Renju Unit.

(3)

Kawża C-45/86, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill (Preferenzi Tariffarji Ġeneralizzati) [1987] Ġabra 1439, punt 5; Kawża C-440/05, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill [2007] Ġabra I-9097; Kawża C-411/06, Il-Kummissjoni vs Il-Parlament u l-Kunsill [2009] Ġabra I-7585.

(4)

Kawża C-411/06 Il-Kummissjoni vs Il-Parlament u l-Kunsill [2009] Ġabra I-07585, paragrafu 47.

(5)

Kawża C-300/89 Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill ("Diossidu tat-Titanju") [1991] Ġabra I-2867, paragrafi 17-25.

(6)

Ir-Regolament (UE) Nru 1294/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi programm ta' azzjoni għad-dwana fl-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020 u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 624/2007/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 209-220).

(7)

Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Konklużjonijiet dwar il-Progress fl-Istrateġija għall-Evoluzzjoni tal-Unjoni Doganali, Brussell, l-10 u l-11 ta' Diċembru 2012, disponibbli fuq http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/intm/134129.pdf.

(8)

Kawża C-491/01, British American Tobacco (Investments) and Imperial Tobacco Ltd, [2002] Ġabra I-11453, paragrafu 60.

(9)

Dawn li ġejjin kienu preżenti għall-votazzjoni finali: Jean-Marie Cavada, Mady Delvaux, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Axel Voss (Viċi Presidenti), Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Kostas Chrysogonos, Therese Comodini Cachia, Angel Dzhambazki, Rosa Estaràs Ferragut, Enrico Gasbarra, Heidi Hautala, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Gilles Lebreton, Dietmar Köster, Emil Radev, József Szájer, Cecilia Wikström u Josef Weidenholzer (skont l-Artikolu 200(2)).


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (25.5.2016)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-qafas ġuridiku tal-Unjoni għal ksur doganali u sanzjonijiet

(COM(2013)0884 – C8-0033/2014 – 2013/0432/(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Franck Proust

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Sfond

Il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni Ewropea wassal għal armonizzazzjoni fir-rigward tal-leġiżlazzjoni doganali. L-infurzar tiegħu, biex ikun żgurat li jikkonforma mal-leġiżlazzjoni doganali u l-impożizzjoni legali ta' sanzjonijiet, madankollu jaqa' fl-ambitu tal-liġi nazzjonali tal-Istati Membri.

Għaldaqstant, l-infuzar tal-leġiżlazzjoni doganali jsegwi 28 sett ta' regoli ġuridiċi differenti u tradizzjonijiet amministrattivi jew ġuridiċi differenti. Dan jirriżulta f'varjazzjoni wiesgħa ħafna tad-definizzjonijiet u s-severità ta' dawn is-sanzjonijiet skont l-Istat Membru.

Grupp ta' Proġett, stabbilit fuq bażi volontarja mill-Kummissjoni u 24 Stat Membru, taħt il-Programm Dwana 2013 offra ħarsa ġenerali lejn is-sitwazzjoni rigward il-ksur doganali mill-Istati Membri u s-sistemi ta' sanzjonijiet tagħhom.

Il-pożizzjoni tar-rapporteur

L-approċċ tar-rapporteur jiffoka fuq tliet aspetti: il-qafas, il-kontenut u l-forma ta' din il-proposta għal direttiva.

(1) Il-qafas ta' din id-Direttiva jirrappreżenta restrizzjoni ġenwina. Jekk wieħed jieħu biss it-titolu, ċerti termini (ksur, sanzjonijiet) jirreferu għall-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Sabiex l-opinjoni tal-Kumitat INTA tiġi rispettata u tittieħed kompletament inkunsiderazzjoni, ir-Rapporteur għażel li jpoġġi l-approċċ tiegħu fil-kuntest tal-kummerċ internazzjonali.

(2) Ir-riżultati tal-programm "Dwana 2013" juru d-differenzi f'termini ta' limiti ta' ksur jew skadenzi bħal dawk li jqiegħdu l-kredibbiltà u saħansitra l-funzjonament tal-Unjoni Doganali tagħna f'sitwazzjoni skomda fil-konfront tas-sħab kummerċjali tagħna.

Għaldaqstant hemm bżonn ta' trasparenza u ċarezza, li twassal ukoll għall-iffrankar. L-obbligi internazzjonali tagħna stabbiliti fil-kuntest tad-WTO għandhom jiġu rispettati sabiex jitħares is-suq tagħna kollu kemm hu. L-Istati Uniti diġà ġibdu l-attenzjoni tad-WTO lejn l-inkonsistenza tas-suq intern Ewropew.

Fuq kollox, ir-Rapporteur jixtieq jinkludi l-proposta tad-Direttiva fil-kuntest tal-Ftehim tal-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ. Aġenzija jew korp jippermetti t-twettiq tal-funzjonijiet ta' analiżi u ta' koordinazzjoni mingħajr ma jaffettwa s-sussidjarjetà. Id-dinja ekonomika tal-Unjoni Ewropea u tal-pajjiżi terzi teħtieġ l-iskambji ta' informazzjoni li jvarjaw mill-kontrolli għall-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet.

Il-kapaċità li tiġi ssimplifikata s-sistema tas-sanzjonijiet u tal-ksur għandha twassal għall-konsistenza. Għaldaqstant, jeħtieġ li l-Istati Membri japprossimaw is-sanzjonijiet tagħhom b'mod konsistenti, mhux aktar fil-forma ta' limiti iżda f'firxa ta' sanzjonijiet. Mhuwiex aċċettabbli li l-operaturi ekonomiċi jirnexxielhom jevitaw kull sanzjoni għas-suq intern u lanqas li għad hemm differenzi kbar.

Fl-aħħar nett, ir-Rapporteur jipproponi li tingħata prijorità lit-territorjalità tal-ksur bħala waħda mill-kriterji prinċipali biex tiġi determinata l-ġurisdizzjoni sabiex tiġi miġġielda l-għażla opportunistika tal-ġurisdizzjoni filwaqt li titjieb ir-reġistrazzjoni tal-merkanzija mid-dwana f'każ ta' investigazzjoni dwar l-antidumping ħalli tiġi evitata l-kostituzzjoni ta' ħażniet enormi magħrufa bħala "stockpiling" bil-ħsieb li jkun hemm sanzjonijiet fil-forma ta' taxxi.

(3) Fir-rigward tal-forma, ir-Rapporteur jixtieq li l-proposta għal Direttiva tirrispetta format effikaċi u ċar li jippermetti li jitressqu proposti ambizzjużi lill-kumitat responsabbli filwaqt li juru l-urġenza tas-sitwazzjoni fir-rigward ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi internazzjonali tagħna u l-ħtieġa tal-operaturi ekonomiċi tagħna.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jitlob lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)   Għaldaqstant, il-ksur doganali u s-sanzjonijiet isegwu 28 sett differenti ta’ regoli ġuridiċi. B'riżultat ta’ dan, ksur tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni ma jkunx ittrattat bl-istess mod madwar l-Unjoni u s-sanzjonijiet li jistgħu jiġu imposti f’kull każ huma differenti fin-natura u s-severità tagħhom skont l-Istat Membru li qed jimponi s-sanzjoni.

(2)   Għaldaqstant, il-ksur doganali u s-sanzjonijiet isegwu 28 sett differenti ta’ regoli ġuridiċi. B'riżultat ta’ dan, ksur tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni ma jkunx ittrattat bl-istess mod madwar l-Unjoni u s-sanzjonijiet li jistgħu jiġu imposti f’kull każ huma differenti fin-natura u s-severità tagħhom skont l-Istat Membru li qed jimponi s-sanzjoni, li jwassal għal telf possibbli ta' dħul għall-Istati Membri u distorsjonijiet fil-kummerċ.

Emenda     2

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)   Din id-disparità bejn is-sistemi ġuridiċi tal-Istati Membri taffettwa mhux biss l-amministrazzjoni ottima tal-unjoni doganali, iżda wkoll tipprevjeni li tista’ tinkiseb sitwazzjoni ta’ kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi ekonomiċi fl-unjoni doganali minħabba li għandha impatt fuq l-aċċess tagħhom għal simplifikazzjonijiet u faċilitazzjonijiet doganali.

(3)   Din id-disparità bejn is-sistemi ġuridiċi tal-Istati Membri taffettwa mhux biss l-amministrazzjoni ottima tal-unjoni doganali, iżda wkoll tipprevjeni li tista’ tinkiseb sitwazzjoni ta’ kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi ekonomiċi fl-unjoni doganali, li huma diġà soġġetti għal settijiet differenti ta' regoli fl-Unjoni kollha, minħabba li għandha impatt fuq l-aċċess tagħhom għal simplifikazzjonijiet u faċilitazzjonijiet doganali.

Emenda     3

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)   Sabiex tiġi ffaċilitata l-investigazzjoni ta’ ksur doganali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jitħallew temporanjament iżommu kull merkanzija, mezzi ta’ trasport jew kull strument ieħor użat biex twettaq il-ksur.

(17)   Sabiex tiġi ffaċilitata l-investigazzjoni ta’ ksur doganali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jitħallew temporanjament iżommu kull merkanzija, mezz ta’ trasport jew kull strument ieħor użat biex twettaq il-ksur u jużaw sistema ta' twissija bikrija sabiex jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra bil-ksur.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas li jikkonċerna l-ksur tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni u tipprevedi s-sanzjonijiet għal dan il-ksur.

1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas li jikkonċerna l-ksur tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni u tipprevedi firxa ta' sanzjonijiet għal dan il-ksur.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.   Din id-Direttiva tkopri l-obbligi tal-Istati Membri lejn is-sħab kummerċjali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-Organizzazzjoni Dinjija Doganali, bil-għan li jiġi stabbilit suq intern omoġenju u effikaċi filwaqt li jkun faċilitat il-kummerċ u tkun żgurata ċ-ċertezza.

Emenda     6

Proposta għal direttiva

Artikolu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 1a

 

Il-faċilitazzjoni tal-kummerċ

 

Sabiex ikunu konformi mal-obbligi tal-Unjoni skont il-Ftehim tad-WTO dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ, l-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien ħalli jistabbilixxu sistema ta’ kooperazzjoni li tinkludi l-Istati Membri kollha. Din is-sistema għandha timmira li tikkoordina indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni fir-rigward ta’ sanzjonijiet doganali (analiżi tal-għadd ta’ appelli, ir-rata ta’ reċidività, eċċ.); ixxerred l-aħjar prattika fost is-servizzi doganali (l-effiċjenza tal-kontrolli u s-sanzjonijiet, it-tnaqqis tal-ispejjeż amministrattivi, eċċ.); tgħaddi l-esperjenzi tal-operaturi ekonomiċi u toħloq rabtiet bejniethom; timmonitorja l-mod kif is-servizzi doganali jwettqu l-attivitajiet tagħhom; u twettaq ħidma statistika dwar ksur minn kumpaniji minn pajjiżi terzi. Fi ħdan is-sistema ta’ kooperazzjoni, l-Istati Membri kollha għandhom jiġu notifikati mingħajr dewmien dwar investigazzjonijiet fir-rigward ta' ksur doganali u ksur stabbilit b’tali mod li jiffaċilita l-kummerċ, jimpedixxi l-merkanzija illegali milli tidħol fis-suq intern u jtejjeb l-effikaċja tal-kontrolli.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Artikolu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5a

 

Reġistru ta’ importazzjonijiet minn Stati Membri

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet doganali tagħhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet, mingħajr ma jistennew talba mill-Kummissjoni, sabiex il-miżuri relatati mal-konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/20091a ikunu jistgħu jiġu sussegwentement applikati fuq dawk l-importazzjonijiet mid-data ta’ reġistrazzjoni. L-importazzjonijiet jistgħu jsiru soġġetti għar-reġistrazzjoni wara talba minn kwalunkwe kumpanija tal-Unjoni li jkun fiha biżżejjed evidenza biex tiġġustifika din l-azzjoni.

 

______________

 

1aRegolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51).

Emenda     8

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)   multa monetarja sa 15% tal-valur tal-merkanzija, meta l-ksur doganali jkun marbut ma' merkanzija speċifika;

(a)  multa monetarja bejn 5 % u 15% tal-valur tal-merkanzija jew dazji evażi, meta l-ksur doganali jkun marbut ma' merkanzija speċifika;

Ġustifikazzjoni

Fil-każ ta’ merkanzija ta’ valur għoli (pereżempju, żejt jew prodotti bażiċi), multi bbażati fuq il-valur tal-merkanzija kkonċernata jistgħu jkunu enormi. L-Istati Membri għandhom, għalhekk, jingħataw l-għażla li jwaħħlu multi bbażati jew fuq il-valur tal-merkanzija kkonċernata jew fuq l-ammont ta’ dazji doganali li kellhom ikunu dovuti.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)   multa monetarja sa EUR 22 500, meta l-ksur doganali ma jkunx marbut ma’ merkanzija speċifika.

(b)   multa monetarja bejn EUR 7 500 u EUR 22 500, meta l-ksur doganali ma jkunx marbut ma’ merkanzija speċifika.

Emenda   10

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)   multa monetarja sa 30 % tal-valur tal-merkanzija, meta l-ksur doganali jkun marbut ma' merkanzija speċifika;

(a)   multa monetarja bejn 10 % u 30% tal-valur tal-merkanzija jew tad-dazji evażi, meta l-ksur doganali jkun marbut ma' merkanzija speċifika;

Ġustifikazzjoni

Fil-każ ta’ merkanzija ta’ valur għoli (pereżempju, żejt jew prodotti bażiċi), multi bbażati fuq il-valur tal-merkanzija kkonċernata jistgħu jkunu enormi. L-Istati Membri għandhom, għalhekk, jingħataw l-għażla li joħorġu multi bbażati jew fuq il-valur tal-merkanzija kkonċernata jew fuq l-ammont ta’ dazji doganali li kellhom ikunu dovuti.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)   multa monetarja sa EUR 45 000, meta l-ksur doganali ma jkunx marbut ma’ merkanzija speċifika.

(b)   multa monetarja bejn EUR 15 000 u EUR 45 000, meta l-ksur doganali ma jkunx marbut ma’ merkanzija speċifika.

Emenda     12

Proposta għal direttiva

Artikolu 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

 

1.  L-ammonti tal-multi applikabbli skont l-Artikoli 9, 10 u 11 għandhom jiġu rieżaminati mill-Kummissjoni, flimkien mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. L-għan tal-proċedura ta’ rieżami għandu jkun li jiġi żgurat li l-ammonti tal-multi imposti taħt l-Unjoni Doganali jkunu aktar konverġenti, bil-għan li tiġi armonizzata l-operazzjoni tagħha.

 

2.  Kull sena l-Kummissjoni għandha tippubblika d-dettalji tas-sanzjonijiet imposti mill-Istati Membri għall-ksur doganali msemmi fl-Artikoli minn 3 sa 6.

 

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw konformità mal-leġiżlazzjoni doganali fis-sens tal-punt (2) tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, kif ukoll ir-Regolament Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

_______________

 

1aRegolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1).

Emenda     13

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-fatt li l-merkanzija involuta hija soġġetta għal projbizzjonijiet, restrizzjonijiet kwantitattivi jew miżuri tas-sorveljanza għal raġunijiet, b’mod partikolari, ta’ moralità pubblika, politika pubblika jew sigurtà pubblika, jew il-ħarsien tas-saħħa u l-ħajja tal-bnedmin kif imsemmi fl-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) Nru 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a għandu jitqies bħala fattur aggravanti.

 

_______________

 

1aRegolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (ĠU L 83, 27.3.2015, p. 16).

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri jiżguraw li dawn jeżerċitaw ġurisdizzjoni fuq ksur doganali msemmi fl-Artikoli minn 3 sa 6 skont kull kriterju li ġej:

1.  L-Istati Membri jiżguraw li dawn jeżerċitaw ġurisdizzjoni fuq ksur doganali msemmi fl-Artikoli minn 3 sa 6 skont l-ordni ta' prijorità tal-kriterji li ġejjin:

(a)  il-ksur doganali jitwettaq totalment jew parzjalment fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru;

(a)  il-ksur doganali jitwettaq totalment jew parzjalment fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru;

(b)  il-persuna li twettaq il-ksur doganali tkun ċittadin ta’ dan l-Istat Membru;

(b)  il-merkanzija marbuta mal-ksur doganali tkun fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru;

(c)  il-merkanzija marbuta mal-ksur doganali tkun fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru.

(c)  il-persuna li twettaq il-ksur doganali tkun ċittadin ta’ dan l-Istat Membru.

(post ġdid għall-punti (b) u (c))

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-Istati Membri jiżguraw li fil-każ li iżjed minn Stat Membru wieħed jitolbu ġurisdizzjoni fuq l-istess ksur doganali, l-Istat Membru li fih il-proċedimenti kriminali kontra l-istess persuna b’konnessjoni mal-istess fatti jkunu pendenti, jeżerċita l-ġurisdizzjoni. Meta l-ġurisdizzjoni ma tkunx tista’ tiġi determinata skont l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jiżguraw li l-Istat Membru, li l-awtorità kompetenti tiegħu tkun tal-ewwel li bdiet il-proċedimenti, li jikkonċernaw ksur doganali kontra l-istess persuna b’konnessjoni mal-istess fatti, jeżerċita ġurisdizzjoni.

2.   L-Istati Membri jiżguraw li fil-każijiet fejn iżjed minn Stat Membru wieħed jitolbu ġurisdizzjoni fuq l-istess ksur doganali, l-Istat Membru li fih il-proċedimenti kriminali kontra l-istess persuna b’konnessjoni mal-istess fatti jkunu pendenti, jeżerċita l-ġurisdizzjoni.

Emenda     16

Proposta għal direttiva

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jikkooperaw u jpartu kull informazzjoni meħtieġa dwar il-proċedimenti rigward att jew ommissjoni li jikkostitwixxu ksur doganali msemmi fl-Artikoli minn 3 sa 6, b’mod partikolari fil-każ li iżjed minn Stat Membru wieħed ikun beda proċedimenti kontra l-istess persuna b’konnessjoni mal-istess fatti.

L-Istati Membri jikkooperaw u jpartu kull informazzjoni meħtieġa dwar il-proċedimenti rigward att jew ommissjoni li jikkostitwixxu ksur doganali msemmi fl-Artikoli minn 3 sa 6, b’mod partikolari fil-każijiet fejn iżjed minn Stat Membru wieħed ikun beda proċedimenti kontra l-istess persuna b’konnessjoni mal-istess fatti. L-għan tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri għandu jkun li tiżdied l-effettività tal-kontrolli doganali fuq il-merkanzija u li jiġu armonizzati l-proċeduri fi ħdan l-Unjoni.

Emenda     17

Proposta għal direttiva

Artikolu 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa [l-1 ta’ Mejju 2019], il-Kummissjoni tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta l-punt sa fejn l-Istati Membri jkunu ħadu l-miżuri neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva.

Sa [l-1 ta’ Mejju 2019], il-Kummissjoni tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta l-punt sa fejn l-Istati Membri jkunu ħadu l-miżuri neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jinkorpora l-kriterji ta’ prestazzjoni li juru l-progress li sar fir-rigward tat-tisħiħ tal-Unjoni Doganali u l-konverġenza tal-proċeduri.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-qafas ġuridiku tal-Unjoni għal ksur doganali u sanzjonijiet

Referenzi

COM(2013)0884 – C8-0033/2014 – 2013/0432(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

13.1.2014

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

13.1.2014

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Franck Proust

3.9.2014

Eżami fil-kumitat

16.2.2016

15.3.2016

 

 

Data tal-adozzjoni

24.5.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

9

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Tiziana Beghin, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Marielle de Sarnez, Santiago Fisas Ayxelà, Karoline Graswander-Hainz, Ska Keller, Jude Kirton-Darling, Alexander Graf Lambsdorff, Bernd Lange, David Martin, Emmanuel Maurel, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Artis Pabriks, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Viviane Reding, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tokia Saïfi, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Hannu Takkula, Iuliu Winkler, Jan Zahradil

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Reimer Böge, Edouard Ferrand, Sander Loones, Georg Mayer, Lola Sánchez Caldentey, Judith Sargentini, Jarosław Wałęsa

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Dominique Bilde


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-qafas ġuridiku tal-Unjoni għal ksur doganali u sanzjonijiet

Referenzi

COM(2013)0884 – C8-0033/2014 – 2013/0432(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

13.12.2013

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

13.1.2014

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

13.1.2014

CONT

13.1.2014

ECON

13.1.2014

JURI

13.1.2014

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

CONT

11.6.2014

ECON

22.7.2014

JURI

3.9.2014

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Kaja Kallas

17.7.2014

 

 

 

Bażi legali kkontestata

       Data tal-opinjoni tal-JURI

JURI

21.4.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

22.1.2015

14.1.2016

22.2.2016

23.5.2016

 

13.6.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

14.7.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

4

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Carlos Coelho, Sergio Gaetano Cofferati, Nicola Danti, Vicky Ford, Ildikó Gáll-Pelcz, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Sergio Gutiérrez Prieto, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Liisa Jaakonsaari, Jiří Maštálka, Eva Paunova, Jiří Pospíšil, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Ivan Štefanec, Catherine Stihler, Richard Sulík, Mylène Troszczynski, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Pascal Arimont, Kaja Kallas, Julia Reda, Ulrike Trebesius, Lambert van Nistelrooij, Kerstin Westphal

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Gesine Meissner, Lieve Wierinck

Data tat-tressiq

19.7.2016

Avviż legali - Politika tal-privatezza