Proċedura : 2013/0279(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0240/2016

Testi mressqa :

A8-0240/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/09/2016 - 4.12
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0331

RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI     ***II
PDF 665kWORD 88k
19.7.2016
PE 585.453v02-00 A8-0240/2016

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 471/2009 dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri fir-rigward tal-għoti ta' setgħat delegati u ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri

(08536/1/2016 – C8-0226/2016 – 2013/0279(COD))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: Bernd Lange

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 471/2009 dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri fir-rigward tal-għoti ta' setgħat delegati u ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri

(08536/1/2016 – C8-0226/2016 – 2013/0279(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (08536/1/2016 – C8-0226/2016),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0579),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0240/2016),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

Testi adottati, 12.3.2014, P7_TA(2014)0226.


NOTA SPJEGATTIVA

Fid-dawl tal-bidliet li ġabu magħhom it-Trattat ta' Lisbona u l-adozzjoni sussegwenti tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 (dwar l-atti ta' implimentazzjoni), il-Kummissjoni kienet metħtieġa tadatta r-regoli tat-teħid ta' deċiżjonijiet fil-qasam tal-politika kummerċjali għar-reġim il-ġdid tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni. Il-maġġoranza tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-Politika Kummerċjali Komuni ġiet allinjata mar-reġim kostituzzjonali l-ġdid permezz tal-istrumenti "Omnibus I" u "Omnibus II" dwar il-Kummerċ u ta' bosta allinjamenti individwali sussegwenti. Il-Kummissjoni impenjat ruħha li tressaq it-tieni mewġa ta' allinjamenti għall-proċedura ta' komitoloġija - rigward atti leġiżlattivi li jinkludu l-proċedura regolatorja bi skrutinju - sa tmiem is-seba' leġiżlatura. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni pproponiet l-emenda għar-Regolament (KE) Nru 471/2009 dwar statistika Komunitarja li huwa l-uniku att leġiżlattiv fil-qasam tal-Politika Kummerċjali Komuni li jirreferi għall-proċedura regolatorja bi skrutinju.

Wara li l-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari ġiet adottata mill-plenarja fit-12 ta' Marzu 2014, bdew negozjati informali taħt il-Presidenza Taljana bl-għan li jintlaħaq ftehim bikri fit-tieni qari. Wara bosta ċikli ta' trilogi, in-negozjati ġew sospiżi fl-istennija tal-adozzjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali l-ġdid dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, li jipprevedi, fost oħrajn, soluzzjoni orizzontali rigward il-konsultazzjoni mal-esperti tal-Istati Membri fit-tħejjija ta' atti delegati.

L-adozzjoni, f'Diċembru 2015, tal-Ftehim Interistituzzjonali l-ġdid dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, għaldaqstant ippermettiet lit-timijiet ta' negozjati tal-Parlament u tal-Kunsill jilħqu ftehim dwar ir-Regolament inkwistjoni.

It-test maqbul tressaq quddiem il-Kumitat INTA għal votazzjoni ta' approvazzjoni fil-21 ta' April 2016, u ġie approvat b'maġġoranza kbira. Abbażi tal-approvazzjoni tal-Kumitat, il-President tal-Kumitat impenja ruħu, fl-ittra tiegħu tal-istess jum lill-President tal-COREPER, li jirrakkomanda lill-plenarja tapprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari mingħajr emendi. Wara verifika ġuridika-lingwistika, il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tirratifika l-ftehim tas-16 ta' Ġunju 2016.

Fid-dawl ta' dan, ir-Rapporteur jipproponi li l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tiġi approvata mingħajr emendi.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Statistika relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri fir-rigward tal-għoti ta' setgħat delegati u ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri

Referenzi

08536/1/2016 – C8-0226/2016 – 2013/0279(COD)

Data tal-1 qari tal-PE - Numru P

12.3.2014                     T7-0226/2014

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2013)0579 - C7-0243/2013

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta’ meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

22.6.2016

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

22.6.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Bernd Lange

15.6.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

30.6.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

14.7.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

0

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, Maria Arena, Karoline Graswander-Hainz, Yannick Jadot, Ska Keller, Jude Kirton-Darling, Alexander Graf Lambsdorff, Bernd Lange, Emmanuel Maurel, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Iuliu Winkler, Jan Zahradil

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Reimer Böge, Victor Boştinaru, Klaus Buchner, Seán Kelly, Gabriel Mato, Bolesław G. Piecha, Pedro Silva Pereira, Ramon Tremosa i Balcells, Wim van de Camp, Jarosław Wałęsa, Pablo Zalba Bidegain

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Mara Bizzotto, Jozo Radoš, Dariusz Rosati, Paul Rübig, Mylène Troszczynski

Data tat-tressiq

19.7.2016

Avviż legali - Politika tal-privatezza