RAPPORT     ***I
PDF 1142kWORD 650k
20.7.2016
PE 576.958v02-00 A8-0244/2016

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu għall-finijiet tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, u li jemenda d-Direttiva 2013/32/UE

(COM(2015)0452 – C8-0270/2015 – 2015/0211(COD))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Sylvie Guillaume

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu għall-finijiet tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, u li jemenda d-Direttiva 2013/32/UE

(COM(2015)0452 – C8-0270/2015 – 2015/0211(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0452),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 78(2)(d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0270/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni ,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0244/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Id-Direttiva 2013/32/UE tistipula kriterji komuni għall-indikazzjoni ta' pajjiżi terzi ta' oriġini bla periklu fil-livell nazzjonali. Madankollu, huma biss ċerti Stati Membri li fil-liġi nazzjonali tagħhom indikaw pajjiżi ta' oriġini bla periklu, li jfisser li fil-preżent mhux l-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jagħmlu użu mill-faċilitajiet proċedurali relatati stipulati fid-Direttiva 2013/32/UE. Barra minn hekk, minħabba d-diverġenzi eżistenti bejn listi nazzjonali ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu li ġew adottati mill-Istati Membri, li jistgħu jirriżultaw minn differenzi fl-evalwazzjoni tas-sigurtà ta' ċerti pajjiżi terzi jew minn differenzi fin-natura tal-flussi ta' ċittadini ta' pajjiż terz li qed iħabbtu wiċċhom magħhom, il-kunċett ta' pajjiż ta' oriġini bla periklu kif definit fid-Direttiva 2013/32/UE bħalissa mhux dejjem qed jiġi applikat mill-Istati Membri fir-rigward tal-istess pajjiżi terzi.

(2)  Id-Direttiva 2013/32/UE tistipula kriterji komuni għall-indikazzjoni ta' pajjiżi terzi ta' oriġini bla periklu fil-livell nazzjonali. Madankollu, huma biss ċerti Stati Membri li fil-liġi nazzjonali tagħhom indikaw pajjiżi ta' oriġini bla periklu, li jfisser li fil-preżent mhux l-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jagħmlu użu mill-modalitajiet proċedurali relatati stipulati fid-Direttiva 2013/32/UE. Barra minn hekk, minħabba d-diverġenzi eżistenti bejn listi nazzjonali ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu li ġew adottati mill-Istati Membri, li jistgħu jirriżultaw minn differenzi fl-evalwazzjoni tas-sigurtà ta' ċerti pajjiżi terzi jew minn differenzi fin-natura tal-flussi ta' ċittadini ta' pajjiż terz li qed iħabbtu wiċċhom magħhom, il-kunċett ta' pajjiż ta' oriġini bla periklu kif definit fid-Direttiva 2013/32/UE bħalissa mhux dejjem qed jiġi applikat mill-Istati Membri fir-rigward tal-istess pajjiżi terzi.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Fid-dawl taż-żieda qawwija ħafna li ġiet esperjenzata mill-2014 fin-numru ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali li saru fl-Unjoni u l-pressjoni riżultanti, bla preċedenti, fuq is-sistemi tal-ażil tal-Istati Membri, l-Unjoni rrikonoxxiet il-ħtieġa li ssaħħaħ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar pajjiż ta' oriġini bla periklu tad-Direttiva 2013/32/UE, bħala għodda essenzjali biex jiġi sostnut l-ipproċessar rapidu ta' applikazzjonijiet li xaktarx ma jkollhomx bażi soda. B'mod partikolari, fil-konklużjonijiet tiegħu tal-25 u s-26 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill Ewropew semma, fir-rigward tal-ħtieġa li jitħaffef l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-ażil, l-intenzjoni tal-Kummissjoni kif imfissra fil-Komunikazzjoni tagħha dwar Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni8, li ssaħħaħ dawn id-dispożizzjonijiet, inkluż bit-tfassil possibbli ta' list komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu. Barra minn dan, il-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Intern, fil-konklużjonijiet tiegħu dwar pajjiżi ta' oriġini bla periklu tal-20 ta' Lulju 2015 laqgħa b'mod pożittiv l-intenzjoni tal-Kummissjoni li ssaħħaħ id-dispożizzjonijiet rigward il-pajjiżi ta' oriġini bla periklu tad-Direttiva 2013/32/UE, inkluż l-istabbiliment possibbli ta' lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

(3)  Fid-dawl taż-żieda qawwija ħafna li ġiet esperjenzata mill-2014 fin-numru ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali li saru fl-Unjoni u l-pressjoni riżultanti, bla preċedenti, fuq is-sistemi tal-asil tal-Istati Membri, l-Unjoni rrikonoxxiet il-ħtieġa li ssaħħaħ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar pajjiż ta' oriġini bla periklu tad-Direttiva 2013/32/UE, bħala għodda essenzjali biex jiġi sostnut l-ipproċessar rapidu ta' applikazzjonijiet li xaktarx ma jkollhomx bażi soda. B'mod partikolari, fil-konklużjonijiet tiegħu tal-25 u s-26 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill Ewropew semma, fir-rigward tal-ħtieġa li jitħaffef l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-asil, l-intenzjoni tal-Kummissjoni kif imfissra fil-Komunikazzjoni tagħha tat-13 ta' Mejju 2015 bl-isem "Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni", li ssaħħaħ dawn id-dispożizzjonijiet, inkluż bit-tfassil possibbli ta' lista komuni tal-Unjoni ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

__________________

 

8 COM(2015) 240 (final) tat-13.5.2015.

 

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu għanda tiġi mfassla abbażi tal-kriterji komuni stipulati fid-Direttiva 2013/32/UE, peress li din tiffaċilita l-użu mill-Istati Membri kollha tal-proċeduri marbuta mal-applikazzjoni tal-kunċett ta' pajjiż ta' oriġini bla periklu u, b'hekk, biex tiżdied l-effiċjenza ġenerali tas-sistemi ta' ażil tagħhom fir-rigward ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali li x'aktarx ikunu bla bażi. L-istabbiliment ta' lista komuni tal-UE tkun tindirizza wkoll xi wħud mid-diverġenzi eżistenti bejn il-listi nazzjonali tal-Istati Membri ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, li minħabba fihom, l-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali li joriġinaw mill-istess pajjiżi terzi mhux dejjem ikunu suġġetti għall-istess proċeduri fl-Istati Membri. Filwaqt li l-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt li japplikaw jew jintroduċu leġislazzjoni li tippermetti l-indikazzjoni ta' pajjiżi terzi apparti minn dawk li jkunu jidhru fil-lista komuni tal-UE bħala pajjiżi ta' oriġini bla periklu, l-istabbiliment ta' tali lista komuni jiżgura li l-kunċett jiġi applikat mill-Istati Membri kollha b'mod uniformi fir-rigward ta' applikanti li l-pajjiżi tagħhom ta' oriġini jkunu f'din il-lista. Għaldaqstant dan se jiffaċilita l-konverġenza fl-applikazzjoni tal-proċeduri u b'hekk jiġu skoraġġuti l-movimenti sekondarji ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali. F'dan il-kuntest, il-possibbiltà li fil-futur jittieħdu passi ulterjuri għall-armonizzazzjoni li jistgħu jwasslu għall-eliminazzjoni tal-bżonn ta' listi nazzjonali ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu għandhom jiġu kkunsidrati wara perjodu ta' tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, abbażi ta' rapport li għandu jiġi ppreżentat mill-Kummissjoni.

4)  Lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu għanda tiġi mfassla abbażi tal-kriterji komuni stipulati fid-Direttiva 2013/32/UE, peress li din tkun tiffaċilita l-użu mill-Istati Membri kollha tal-proċeduri marbuta mal-applikazzjoni tal-kunċett ta' pajjiż ta' oriġini bla periklu u, b'hekk, biex tiżdied l-effiċjenza ġenerali tas-sistemi ta' ażil tagħhom fir-rigward ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali li x'aktarx ikunu bla bażi. L-ipproċessar mgħaġġel tat-talbiet għall-asil minn ċittadini ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu jippermetti lill-Istati Membri jiffukaw aktar malajr fuq l-għoti ta' protezzjoni internazzjonali lil dawk l-aktar fil-bżonn tagħha L-istabbiliment ta' lista komuni tal-UE huwa maħsub ukoll biex jindirizza xi wħud mid-diverġenzi eżistenti bejn il-listi nazzjonali tal-Istati Membri ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, li minħabba fihom, l-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali li joriġinaw mill-istess pajjiżi terzi mhux dejjem ikunu suġġetti għall-istess proċeduri fl-Istati Membri. Diverġenzi bħal dawn imorru kontra l-għan tas-sistema komuni tal-asil tal-UE u jistgħu jwasslu għal movimenti sekondarji ta' dawk li jfittxu asil. Filwaqt li l-Istati Membri għandhom iżommu temporanjament id-dritt li japplikaw jew jintroduċu leġislazzjoni li tippermetti l-indikazzjoni ta' pajjiżi terzi apparti minn dawk li jkunu jidhru fil-lista komuni tal-UE bħala pajjiżi ta' oriġini bla periklu, l-istabbiliment ta' tali lista komuni jkun jiżgura li l-kunċett jiġi applikat mill-Istati Membri kollha b'mod uniformi fir-rigward ta' applikanti li l-pajjiżi tagħhom ta' oriġini jkunu f'din il-lista. Għaldaqstant dan ikun jiffaċilita l-konverġenza fl-applikazzjoni tal-proċeduri u b'hekk jiġu skoraġġuti l-movimenti sekondarji ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali. F'dan il-kuntest, fir-rigward ta' passi ulterjuri lejn l-armonizzazzjoni, l-eżistenza tal-listi nazzjonali ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu għandha tintemm wara perjodu ta' tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-Istati Membri.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  L-istabbiliment ta' lista komuni tal-Unjoni ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu u t-tneħħija eventwali ta' listi nazzjonali ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu jkollhom effett ottimali fuq il-konverġenza tal-proċeduri tal-asil fl-Unjoni biss jekk dawn il-miżuri jkunu akkumpanjati minn armonizzazzjoni tal-passi u l-iskadenzi proċedurali, inklużi partikolarment dawk tal-proċedura mħaffa. Jaqbel li tiġi kkunsidrata l-possibilità li fil-futur jittieħdu miżuri ta' armonizzazzjoni ulterjuri li jikkonċernaw id-Direttiva 2013/32/UE.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konsistenza tar-relazzjoni bejn il-lista komuni tal-Unjoni Ewropea ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu u l-listi nazzjonali. Pajjiż sospiż jew imneħħi mil-lista komuni tal-Unjoni Ewropea ma għandux jitqies bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu fil-livell nazzjonali.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 4c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4c)  Il-Kummissjoni għandha tevalwa b'mod regolari s-sitwazzjoni f'pajjiżi terzi u l-possibilità li tipproponi li żżidhom mal-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, abbażi ta' firxa ta' sorsi ta' informazzjoni li għandha għad-dispożizzjoni tagħha, b'mod partikolari rapporti mis-SEAE u informazzjoni mill-Istati Membri, mill-EASO, mill-UNHCR, mill-Kunsill tal-Ewropa u minn organizzazzjonijiet internazzjonali relevanti oħra u organizzazzjonijiet mhux governattivi nazzjonali u internazzjonali. Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha mbagħad tfassal proposta biex iżżid il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 4d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4d)  Fid-dawl tal-armonizzazzjoni ta' listi nazzjonali ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, matul perjodu transitorju ta' tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jibagħtu proposti lill-Kummissjoni għal pajjiżi li għandhom jiġu inklużi fil-lista komuni ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu. Il-Kummissjoni għandha teżamina dawn il-proposti fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni tagħhom, abbażi ta' firxa ta' sorsi ta' informazzjoni li għandha għad-dispożizzjoni tagħha, b'mod partikolari rapporti mis-SEAE u informazzjoni mill-Istati Membri, mill-EASO, mill-UNHCR, mill-Kunsill tal-Ewropa u minn organizzazzjonijiet internazzjonali relevanti oħra u organizzazzjonijiet mhux governattivi nazzjonali u internazzjonali. Meta tikkonkludi dwar ir-relevanza tal-inklużjoni fil-lista ta' dak il-pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta biex testendi l-lista komuni tal-Unjoni ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 4e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4e)  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-preżenza ta' pajjiż terz fil-lista komuni tal-Unjoni ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu tkun akkumpanjata minn politika Ewropea ta' ritorn effettiva ma' ftehimiet ta' riammissjoni fejn il-konformità sħiħa tagħhom għandha tikkundizzjona l-għoti ta' għajnuna mill-UE għal dawn il-pajjiżi.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2013/32/UE li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-kunċett ta' pajjiż ta' oriġini bla periklu għandhom ikunu applikabbli fir-rigward ta' pajjiżi terzi li jkunu fuq il-lista komuni tal-UE stabbiliti b'dan ir-Regolament. B'mod partikolari dan ifisser li ċ-ċirkostanza li pajjiż terz ikun fuq il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu ma tistax tistabbilixxi garanzija assoluta ta' sigurtà għaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż u għalhekk ma twarrabx il-ħtieġa li jkun hemm eżami individwali xieraq tal-applikazzjonijiet tagħhom għal protezzjoni internazzjonali. Barra minn dan, ta' min ifakkar ukoll li, meta applikant juri li jkun hemm raġunijiet serji sabiex il-pajjiż ma jiġix kunsidrat bħala wieħed bla periklu fiċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu, l-indikazzjoni tal-pajjiż bħala wieħed bla periklu ma tistax aktar tiġi meqjusa bħala relevanti għalih.

(5)  Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2013/32/UE li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-kunċett ta' pajjiż ta' oriġini bla periklu għandhom ikunu applikabbli fir-rigward ta' pajjiżi terzi li jkunu fuq il-lista komuni tal-UE stabbiliti b'dan ir-Regolament. B'mod partikolari dan ifisser li ċ-ċirkostanza li pajjiż terz ikun fuq il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu ma tistax tistabbilixxi garanzija assoluta ta' sigurtà għaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż u għalhekk ma twarrabx il-ħtieġa li jkun hemm eżami individwali xieraq tal-applikazzjonijiet tagħhom għal protezzjoni internazzjonali bi qbil mas-salvagwardji proċedurali stipulati fid-Direttiva 2013/32/UE skont is-salvagwardji proċedurali stipulati fid-Direttiva 2013/32/UE, dan jinkludi l-opportunità ta' intervista personali, li jirċievu assistenza u rappreżentanza legali, u aċċess għal rimedju effettiv. Barra minn dan, ta' min ifakkar ukoll li, meta applikant juri li jkun hemm raġunijiet serji sabiex il-pajjiż ma jiġix kunsidrat bħala wieħed bla periklu fiċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu, l-indikazzjoni tal-pajjiż bħala wieħed bla periklu ma tistax aktar tiġi meqjusa bħala relevanti għalih. L-Istati Membri m'għandhomx japplikaw il-kunċett ta' pajjiż ta' oriġini bla periklu għal applikanti li jagħmlu parti minn minoranza jew grupp ta' persuni li għadha f'riskju fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-pajjiż tal-oriġini kkonċernat, abbażi tas-sorsi ta' informazzjoni elenkati fl-Artikolu 2(2). Skont l-Artikolu 46 tad-Direttiva 2013/32/UE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw lill-applikanti kollha d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti f'każ ta' deċiżjoni negattiva dwar l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali. Dan id-dritt irid jiġi akkumpanjat minn dritt għall-applikanti li jibqgħu fit-territorju sakemm jiskadi ż-żmien li fih ikollhom id-dritt għal rimedju effettiv u, jekk tali dritt ġie eżerċitat fil-limitu ta' żmien previst, sa meta joħroġ ir-riżultat tal-appell.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Il-lista komuni tal-Unjoni tal-pajjiżi ta' oriġini bla periklu ma għandux ikollha l-għan li tnaqqas in-numru ta' persuni li qed ifittxu l-asil li joriġinaw minn pajjiżi li jippreżentaw il-karatteristika doppja ta' għadd kbir ta' talbiet u rata baxxa ta' rikonoxximent. Id-deżinjazzjoni ta' pajjiż terz bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu għandha tkun ibbażata biss fuq l-eżami tal-konformità tas-sitwazzjoni ta' dak il-pajjiż mal-kriterji komuni stipulati fid-Direttiva 2013/32/UE, għad-deżinjazzjoni tal-pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)  F'konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, l-aħjar interessi tal-minuri u r-rispett għall-ħajja tal-familja għandhom ikunu kunsiderazzjoni ewlenija tal-Istati Membri meta japplikaw dan ir-Regolament. Barra minn hekk, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-persuni vulnerabbli fis-sens tal-Artikolu 20.3 tad-Direttiva 2011/95/UE, kif ukoll lill-persuni li jappartjenu għal minoranzi etniċi u l-persuni LGBTI.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 5c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5c)  Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2013/33/UE li jistabbilixxu l-istandards għall-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali għandhom japplikaw fir-rigward ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ġejjin minn pajjiżi inklużi fil-lista komuni tal-UE stabbilita b'dan ir-Regolament, filwaqt li l-applikazzjoni għall-asil tagħhom tkun għadha pendenti.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Il-Kummissjoni għandha tevalwa b'mod regolari s-sitwazzjoni f'pajjiżi terzi li jkunu fuq il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu. Fil-każ ta' bidla għal għarrieda għall-agħar fis-sitwazzjoni ta' pajjiż terz li jkun fuq il-lista komuni tal-UE, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jkun delegat lill-Kummissjoni għar-rigward tas-sospensjoni tal-preżenza ta' dan il-pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE għal sena, meta din tqis, abbażi ta' evalwazzjoni sostanzjata, li ma jkunux għadhom issodisfati l-kundizzjonijiet stabbilit mid-Direttiva 2013/32/UE sabiex pajjiż terz jitqies bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu. Għall-iskop ta' din l-evalwazzjoni sostanzjata, il-Kummissjoni għandha tieħu f'kunsiderazzjoni firxa ta' sorsi ta' informazzjoni li għandha għad-dispożizzjoni tagħha inkluż, u b'mod partikolari, ir-Rapporti Annwali ta' Progress tagħha dwar pajjiżi terzi indikati bħala pajjiżi kandidati mill-Kunsill Ewropew, rapporti regolari mis-Servizz Ewropew tal-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-informazzjoni mill-Istati Membri, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO), il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR), il-Kunsill tal-Ewropa, il-gruppi tas-soċjetà ċivili u organizzazzjonijiet internazzjonali relevanti oħra. Il-Kummissjoni għandha tkun tista' testendi s-sospensjoni tal-preżenza ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE għal perjodu massimu ta' sena, meta tkun ipproponiet emenda għal dan ir-Regolament sabiex dan il-pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell tal-esperti. Meta tħejji u tfassal atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(6)  Il-Kummissjoni għandha tevalwa kontinwament is-sitwazzjoni f'pajjiżi terzi li jkunu fuq il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu. F'każ li bidla għal għarrieda għall-agħar fis-sitwazzjoni ta' pajjiż terz li jkun fuq il-lista komuni tal-UE tista' twassal għal nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet għad-deżinjazzjoni ta' pajjiż bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu stabbiliti mid-Direttiva 2013/32/UE, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tas-sospensjoni tal-preżenza ta' dan il-pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE għal sena, meta din tqis, abbażi ta' evalwazzjoni sostanzjata, li ma jkunux għadhom issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva 2013/32/UE sabiex pajjiż terz jitqies bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu. Għall-iskop ta' din l-evalwazzjoni sostanzjata, il-Kummissjoni għandha tieħu f'kunsiderazzjoni firxa ta' sorsi ta' informazzjoni li għandha għad-dispożizzjoni tagħha inkluż, u b'mod partikolari, ir-Rapporti Annwali ta' Progress tagħha dwar pajjiżi terzi indikati bħala pajjiżi kandidati mill-Kunsill Ewropew, rapporti regolari mis-Servizz Ewropew tal-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-informazzjoni mill-Istati Membri, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO), il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR), il-Kunsill tal-Ewropa, il-gruppi tas-soċjetà ċivili u organizzazzjonijiet jew internazzjonali relevanti oħra. Id-delegazzjonijiet tal-UE f'dawn il-pajjiżi għandhom jingħataw il-kompitu li jwettqu monitoraġġ ta' każijiet ta' refoulement u li jirrapportawhom minnufih. Kemm jista' jkun malajr wara li ssir konxja mill-bidla fis-sitwazzjoni u fi kwalunkwe każ qabel ma tadotta d-deċiżjoni li tissospendi l-inklużjoni ta' dak il-pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE, il-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri u tirrakomanda lilhom li ma japplikawx il-kunċett ta' pajjiż ta' oriġini bla periklu għal dak il-pajjiż terz fil-livell nazzjonali. Jekk, matul il-perjodu ta' sospensjoni, jidher ċar mill-informazzjoni disponibbli li s-sitwazzjoni fil-pajjiż terz terġa' tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2013/32/UE, il-Kummissjoni għandha, mhux qabel sitt xhur wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta' sospensjoni, tadotta, f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE, Deċiżjoni li tirrevoka s-sospensjoni ta' dan il-pajjiż mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu. Il-Kummissjoni għandha tkun tista' testendi s-sospensjoni tal-preżenza ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE għal perjodu massimu ta' sena, meta tkun ipproponiet emenda għal dan ir-Regolament sabiex dan il-pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell tal-esperti. Meta tħejji u tfassal atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tikkonsulta firxa wiesgħa ta' sorsi ta' informazzjoni u tikseb parir espert. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha tkun tista' titlob assistenza meta tirrieżamina l-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, b'mod partikolari mill-EASO minħabba l-esperjenza tiegħu. Il-Kummissjoni għandha wkoll tkun tista' tikkonsulta organizzazzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari l-UNHCR, organizzazzjonijiet relevanti tas-soċjetà ċivili u individwi b'kompetenza ppruvata u speċifika għall-pajjiż f'dak li jirrigwarda d-drittijiet tal-bniedem.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Wara l-konklużjonijiet dwar pajjiżi ta' oriġini bla periklu tal-Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni tal-20 ta' Lulju 2015, fejn l-Istati Membri qablu li għandha tingħata prijorità lil evalwazzjoni mill-Istati Membri kollha tas-sigurtà tal-Balkani tal-Punent, l-EASO organizzat, fit-2 ta' Settembru 2015, laqgħa fil-livell ta' esperti mal-Istati Membri fejn intlaħaq konsensus wiesa' li l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kosovo*9, l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja għandhom jiġu meqjusa bħala pajjiżi ta' oriġini bla periklu fis-sens tad-Direttiva 2013/32/UE.

imħassar

__________________

 

9 * Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi ma' UNSCR 1244/99 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

 

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9)  Abbażi ta' firxa ta' sorsi ta' informazzjoni, inkluż b'mod partikolari rappurtar mis-SEAE u informazzjoni mill-Istati Membri, mill-EASO, mill-UNHCR, mill-Kunsill tal-Ewropa u minn organizzazzjonijiet internazzjonali relevanti oħra, għadd ta' pajjiżi terzi jitqiesu li jikkwalifikaw bħala pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

(9)  Abbażi ta' firxa ta' sorsi ta' informazzjoni, inkluż b'mod partikolari rappurtar mis-SEAE u informazzjoni mill-Istati Membri, mill-EASO, mill-UNHCR, mill-Kunsill tal-Ewropa u minn organizzazzjonijiet internazzjonali, u organizzazzjonijiet nazzjonali jew internazzjonali mhux governattivi relevanti oħra, u għadd ta' pajjiżi terzi jitqiesu li jikkwalifikaw bħala pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Fir-rigward tal-Albanija, il-bażi ġuridika għal protezzjoni kontra l-persekuzzjoni jew it-trattament ħażin hija pprodvuta b'mod adegwat permezz ta' drittijiet tal-bniedem sostantivi u proċedurali u leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni, inkluża l-adeżjoni għat-trattati internazzjonali ewlenin kollha li jolqtu d-drittijiet tal-bniedem. Fl-2014, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem sabet li kien hemm ksur f'erbgħa minn 150 applikazzjoni. Ma hemm l-ebda indikazzjoni ta' xi inċident ta' refoulement taċ-ċittadini tagħha stess. Fl-2014, l-Istati Membri kkunsidraw li 7,8 % (1040) ta' applikazzjonijiet għall-ażil ta' ċittadini mill-Albanija kellhom bażi soda. Mill-inqas tmien Stati Membri indikaw lill-Albanija bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu u l-Kunsill Ewropew taha l-istatus ta' pajjiż kandidat. F'din id-data, l-evalwazzjoni sabet li l-Albanija kienet tissodisfa l-kriterji stabbiliti mill-Kunsill Ewropew ta' Kopenħagen tal-21–22 ta' Ġunju 1993 dwar l-eżistenza ta' istituzzjonijiet stabbli li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett u l-protezzjoni tal-minoranzi; L-Albanija għandha tkompli tissodisfa dawn il-kriterji biex isir membru, skont ir-rakkomandazzjonijiet mogħtija fir-rapport annwali ta' progress.

imħassar

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Fir-rigward tal-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kostituzzjoni tipprovdi l-bażi għall-kondiviżjoni tas-setgħat bejn il-popli kostitwenti tal-pajjiż. Il-bażi ġuridika għal protezzjoni kontra l-persekuzzjoni jew it-trattament ħażin hija pprodvuta b'mod adegwat permezz ta' drittijiet tal-bniedem sostantivi u proċedurali u leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni, inkluża l-adeżjoni mat-trattati internazzjonali ewlenin kollha li jolqtu d-drittijiet tal-bniedem. Fl-2014, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem sabet li kien hemm ksur f'ħames minn 1196 applikazzjoni. Ma hemm l-ebda indikazzjoni ta' xi inċident ta' refoulement taċ-ċittadini tagħha stess. Fl-2014, l-Istati Membri kkunsidraw li 4,6 % (330) ta' applikazzjonijiet għall-ażil minn ċittadini mill-Bożnija-Ħerzegovina kellhom bażi soda. Mill-inqas disa' Stati Membri indikaw lill-Bożnija-Ħerzegovina bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu.

imħassar

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Fir-rigward tal-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-bażi ġuridika għal protezzjoni kontra l-persekuzzjoni jew it-trattament ħażin hija pprodvuta b'mod adegwat permezz ta' leġiżlazzjoni prinċipali sostantiva u proċedurali tad-drittijiet u leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni, inkluża l-adeżjoni mat-trattati internazzjonali ewlenin kollha li jolqtu d-drittijiet tal-bniedem. Fl-2014, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem sabet li kien hemm ksur f'sitta minn 502 applikazzjoni. Ma hemm l-ebda indikazzjoni ta' xi inċident ta' refoulement taċ-ċittadini tagħha stess. Fl-2014, l-Istati Membri kkunsidraw li 0.9 % (70) ta' applikazzjonijiet għall-ażil minn ċittadini mill-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja kellhom bażi soda. Mill-inqas seba' Stati Membri indikaw lill-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu u l-Kunsill Ewropew taha l-istatus ta' pajjiż kandidat. F'din id-data, l-evalwazzjoni sabet li l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja kienet tissodisfa l-kriterji stabbiliti mill-Kunsill Ewropew ta' Kopenħagen tal-21–22 ta' Ġunju 1993 dwar l-eżistenza ta' istituzzjonijiet stabbli li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett u l-protezzjoni tal-minoranzi; L-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha tkompli tissodisfa dawn il-kriterji biex isir membru, skont ir-rakkomandazzjonijiet mogħtija fir-rapport annwali ta' progress.

imħassar

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Fir-rigward tal-Kosovo*, il-bażi ġuridika għal protezzjoni kontra l-persekuzzjoni jew it-trattament ħażin hija pprodvuta b'mod adegwat permezz ta' drittijiet tal-bniedem sostantivi u proċedurali u leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni. In-non-adeżjoni tal-Kosovo* għal strumenti relevanti internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem bħal ma hi l-KEDB tirriżulta min-nuqqas ta' kunsens internazzjonali dwar l-istatus tiegħu bħala Stat sovran. Ma hemm l-ebda indikazzjoni ta' xi inċident ta' refoulement taċ-ċittadini tiegħu stess. Fl-2014, l-Istati Membri kkunsidraw li 6.3 % (830) ta' applikazzjonijiet għall-asil ta' ċittadini mill-Kosovo* kellhom bażi soda. Mill-inqas sitt Stati Membri indikaw lill-Kosovo* bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu.

imħassar

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Fir-rigward tal-Montenegro, il-bażi ġuridika għal protezzjoni kontra l-persekuzzjoni jew it-trattament ħażin hija pprodvuta b'mod adegwat permezz ta' drittijiet tal-bniedem sostantivi u proċedurali u leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni, inkluża l-adeżjoni mat-trattati internazzjonali ewlenin kollha li jolqtu d-drittijiet tal-bniedem. Fl-2014, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem sabet li kien hemm ksur f'applikazzjoni waħda (1) minn 447 applikazzjoni. Ma hemm l-ebda indikazzjoni ta' xi inċident ta' refoulement taċ-ċittadini tiegħu stess. Fl-2014, l-Istati Membri kkunsidraw li 3,0 % (40) ta' applikazzjonijiet għall-ażil ta' ċittadini mill-Montenegro kellhom bażi soda. Stat Membru wieħed indika lill-Montenegro bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu, il-Kunsill Ewropew ikkonferixxa l-istatus ta' pajjiż kandidat u n-negozjati nfetħu. F'din id-data, l-evalwazzjoni sabet li l-Montenegro kien jissodisfa l-kriterji stabbiliti mill-Kunsill Ewropew ta' Kopenħagen tal-21–22 ta' Ġunju 1993 dwar l-eżistenza ta' istituzzjonijiet stabbli li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett u l-protezzjoni tal-minoranzi; Il-Montenegro għandu jkompli jissodisfa dawn il-kriterji biex isir membru, skont ir-rakkomandazzjonijiet mogħtija fir-rapport annwali ta' progress.

imħassar

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Fir-rigward tas-Serbja, il-Kostituzzjoni tipprovdi l-bażi għall-awtonomija ta' gruppi minoritarji fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-użu tal-lingwa, tal-informazzjoni u l-kultura. Il-bażi ġuridika għal protezzjoni kontra l-persekuzzjoni jew it-trattament ħażin hija pprodvuta b'mod adegwat permezz ta' drittijiet tal-bniedem sostantivi u proċedurali u leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni, inkluża l-adeżjoni mat-trattati internazzjonali ewlenin kollha li jolqtu d-drittijiet tal-bniedem. Fl-2014, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem sabet li kien hemm ksur f'16 minn 11 490 applikazzjoni. Ma hemm l-ebda indikazzjoni ta' xi inċident ta' refoulement taċ-ċittadini tagħha stess. Fl-2014, l-Istati Membri kkunsidraw li 1,8 % (400) ta' applikazzjonijiet għall-ażil minn ċittadini mis-Serbja kellhom bażi soda. Stat Membru wieħed indika lis-Serbja bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu, il-Kunsill Ewropew ikkonferixxa l-istatus ta' pajjiż kandidat u n-negozjati nfetħu. F'din id-data, l-evalwazzjoni sabet li s-Serbja kienet tissodisfa l-kriterji stabbiliti mill-Kunsill Ewropew ta' Kopenħagen tal-21–22 ta' Ġunju 1993 dwar l-eżistenza ta' istituzzjonijiet stabbli li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett u l-protezzjoni tal-minoranzi; Is-Serbja għandha tkompli tissodisfa dawn il-kriterji biex isir membru, skont ir-rakkomandazzjonijiet mogħtija fir-rapport annwali ta' progress.

imħassar

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Fir-rigward tat-Turkija, il-bażi ġuridika għal protezzjoni kontra l-persekuzzjoni jew it-trattament ħażin hija pprodvuta b'mod adegwat permezz ta' drittijiet tal-bniedem sostantivi u proċedurali u leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni, inkluża l-adeżjoni mat-trattati internazzjonali ewlenin kollha li jolqtu d-drittijiet tal-bniedem. Fl-2014, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem sabet li kien hemm ksur f'94 minn 2899 applikazzjoni. Ma hemm l-ebda indikazzjoni ta' xi inċident ta' refoulement taċ-ċittadini tiegħu stess. Fl-2014, l-Istati Membri kkunsidraw li 23,1 % (310) ta' applikazzjonijiet għall-ażil minn ċittadini tat-Turkija kellhom bażi soda. Stat Membru wieħed indika lit-Turkija bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu. Il-Montenegro ġie indikat bħala pajjiż kandidat mill-Kunsill Ewropew u n-negozjati nfetħu. F'din id-data, l-evalwazzjoni sabet li t-Turkija kienet tissodisfa l-kriterji stabbiliti mill-Kunsill Ewropew ta' Kopenħagen tal-21–22 ta' Ġunju 1993 dwar l-eżistenza ta' istituzzjonijiet stabbli li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett u l-protezzjoni tal-minoranzi; It-Turkija għandha tkompli tissodisfa dawn il-kriterji biex isir membru, skont ir-rakkomandazzjonijiet mogħtija fir-rapport annwali ta' progress.

imħassar

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta.

(18)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta, inkluż id-dritt għall-asil u l-protezzjoni kontra r-refoulement kif stipulat fl-Artikoli 18 u 19 tal-Karta.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi lista komuni ta' pajjiżi terzi li jiġu kkunsidrati bħala pajjiżi ta' oriġini bla periklu fis-sens tad-Direttiva 2013/32/UE.

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi lista komuni ta' pajjiżi terzi li jiġu kkunsidrati bħala pajjiżi ta' oriġini bla periklu fis-sens tad-Direttiva 2013/32/UE. Ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu fil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu stabbilita minn dan ir-Regolament jibbenefikaw mill-garanziji u s-salvagwardji proċedurali relevanti kollha previsti fid-Direttiva 2013/32/UE.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament huma pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

1.  Il-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament huma pajjiżi ddeżinjati bħala pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni regolarment tirreżamina s-sitwazzjoni fil-pajjiżi terzi li jkunu fuq il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, abbażi ta' firxa ta' sorsi ta' informazzjoni, inkluż b'mod partikolari rappurtar regolari mis-SEAE u informazzjoni mill-Istati Membri, mill-EASO, mill-UNHCR, mill-Kunsill tal-Ewropa u minn organizzazzjonijiet internazzjonali relevanti oħra.

2.  Il-Kummissjoni kontinwament tirrieżamina s-sitwazzjoni fil-pajjiżi terzi li jkunu fuq il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, jew sospiżi minn dik il-lista bi qbil mal-Artikolu 3. Il-Kummissjoni għandha wkoll tirrieżamina kontinwament il-konformità mal-kundizzjonijiet għad-deżinjazzjoni ta' dak il-pajjiż bħala pajjiż bla periklu stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2013/32/UE, abbażi ta' firxa ta' sorsi ta' informazzjoni, inkluż b'mod partikolari rappurtar regolari mis-SEAE, id-delegazzjonijiet tal-Unjoni f'dawn il-pajjiżi, kif ukoll informazzjoni mill-Istati Membri, l-EASO, l-UNHCR, il-FRA, il-Kunsill tal-Ewropa u organizzazzjonijiet internazzjonali relevanti oħra u organizzazzjonijiet mhux governattivi nazzjonali jew internazzjonali. Hija għandha żżomm lill-Parlament Ewropew informat sew u fi żmien xieraq.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Kull emenda għal-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu tiġi adottata skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

3.  Kull emenda għal-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu tiġi adottata skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Għal dak il-għan:

 

(a)  Il-Kummissjoni għandha teżamina b'mod regolari s-sitwazzjoni fil-pajjiżi terzi u l-opportunità li tipproponi li jiżdiedu mal-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

 

Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta biex iżżid il-lista komuni ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, wara valutazzjoni sostanzjata ta' jekk il-pajjiżi li għandhom jiżdiedu mal-lista jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2013/32/UE.

 

Il-valutazzjonijiet dwar jekk pajjiż huwiex pajjiż ta' oriġini bla periklu mwettqa bi qbil ma' dan l-Artikolu tkun ibbażata fuq firxa ta' sorsi ta' informazzjoni, inklużi b'mod partikolari rappurtar regolari mis-SEAE u informazzjoni mill-Istati Membri, mill-EASO, mill-UNHCR, mill-Kunsill tal-Ewropa, u minn organizzazzjonijiet internazzjonali, u organizzazzjonijiet nazzjonali jew internazzjonali mhux governattivi relevanti oħra.

 

(b)  Fid-dawl tal-armonizzazzjoni ta' listi nazzjonali ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, matul perjodu transitorju ta' tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jipproponu li jżidu pajjiżi terzi mal-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu. Il-Kummissjoni għandha mbagħad teżamina dawn il-proposti fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni tagħhom, abbażi ta' firxa ta' sorsi ta' informazzjoni li għandha għad-dispożizzjoni tagħha, b'mod partikolari rapporti mis-SEAE u informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, l-EASO, l-UNHCR, il-Kunsill tal-Ewropa u organizzazzjonijiet internazzjonali relevanti oħra, u organizzazzjonijiet mhux governattivi nazzjonali u internazzjonali. Meta tikkonkludi li pajjiż terz jista' jiddaħħal fil-lista, il-Kummissjoni għandha tfassal proposta biex testendi l-lista komuni tal-Unjoni ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Meta jseħħu bidliet għal għarrieda fis-sitwazzjoni ta' pajjiż terz fil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu u meta raġunijiet imperattivi ta' urġenza jirrikjedu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 3a tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-tneħħija ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu f'każ ta' bidla għal għarrieda tas-sitwazzjoni

Is-sospensjoni u t-tneħħija ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu f'każ ta' bidla għal għarrieda tas-sitwazzjoni

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  F'każ ta' bidliet għal għarrieda fis-sitwazzjoni ta' pajjiż terz li jkun fil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, il-Kummissjoni tagħmel evalwazzjoni sostanzjata ta' kemm dak il-pajjiż ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I tad- Direttiva 2013/32/UE u, jekk dawk il-kundizzjonijiet ma jkunux għadhom issodisfati, tadotta, f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE, Deċiżjoni li tissospendi l-preżenza ta' dak il-pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE għal perjodu ta' sena.

2.  F'każ li bidla għal għarrieda fis-sitwazzjoni f'pajjiż terz li jkun fil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu tista' tikkawża nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet għad-deżinjazzjoni ta' pajjiż bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2013/32/UE, il-Kummissjoni għandha immedjatament u rapidament twettaq evalwazzjoni motivata tal-konformità ta' dan il-pajjiż ma' dawk il-kundizzjonijiet u, f'każ li dawn ma jkunux baqgħu ssodisfati, tadotta mill-aktar fis, f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE, deċiżjoni li tissospendi l-preżenza ta' dak il-pajjiż terz fil-lista komuni tal-UE għal perjodu ta' sena.

 

Kemm jista' jkun malajr wara li ssir konxja mill-bidla fis-sitwazzjoni u fi kwalunkwe każ qabel ma tadotta d-deċiżjoni li tissospendi l-inklużjoni ta' dak il-pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE, il-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri u tirrakomanda lilhom li ma japplikawx il-kunċett ta' pajjiż ta' oriġini bla periklu għal dak il-pajjiż terz fil-livell nazzjonali.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Jekk, matul il-perjodu ta' sospensjoni, jidher ċar mill-informazzjoni disponibbli li l-pajjiż terz jerġa' jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2013/32/UE, il-Kummissjoni għandha, mhux qabel sitt xhur wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, tadotta deċiżjoni biex tirrevoka s-sospensjoni ta' dan il-pajjiż mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu skont l-Artikolu 290 TFUE.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3a

 

Proċedura ta' urġenza

 

1.  L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u japplikaw sakemm ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni f'konformità mal-paragrafu 2. In-notifika ta' att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta' urġenza.

 

2.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 3(5). F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att mingħajr dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3b

 

Konsultazzjoni ta' partijiet terzi

 

1.  Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (''l-Aġenzija'') meta twettaq ir-rieżamijiet regolari tas-sitwazzjoni f'pajjiżi terzi li huma inklużi fil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, inkluż dawk li jkunu ġew sospiżi. Il-Kummissjoni tista' titlob li l-Aġenzija twettaq rieżami tas-sitwazzjoni fi kwalunkwe pajjiż terz bħal dan bil-ħsieb li jiġi vvalutat jekk il-kriterji stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2013/32/UE humiex issodisfati.

 

2.  Meta tkun qed tirrevedi l-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta organizzazzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari l-UNHCR, u organizzazzjonijiet relevanti tas-soċjetà ċivili jew individwi b'kompetenza ppruvata u speċifika għall-pajjiż fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem.

 

3.  Il-UNHCR, organizzazzjonijiet mhux governattivi u esperti individwali b'kompetenzi ppruvati u relevanti speċifiċi għall-pajjiż fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni tissospendi jew tneħħi pajjiż mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu. Tali talba għandha tinkludi deskrizzjoni dettaljata u aġġornata tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-ksur gravi kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż ikkonċernat. Hija għandha wkoll tispeċifika n-nuqqas ta' konformità mal-kriterji stipulati fl-Anness I tad-Direttiva 2013/32/UE li jiġġustifika s-sospensjoni jew l-irtirar ta' dan il-pajjiż mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu. Ħlief fejn tqis it-talbiet bħala inammissibbli, infondati jew ripetittivi, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-informazzjoni ppreżentata f'dawn it-talbiet.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Direttiva 2013/32/UE

Artikolu 25 – subparagrafu 2 – paragrafu 6 – punt a – punt i

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1) Fl-Artikolu 25, il-paragrafu 6(a)(i) huwa emendat kif ġej:

(i)  l-applikant ikun minn pajjiż li jissodisfa l-kriterji sabiex jitqies pajjiż ta' oriġini mingħajr periklu fit-tifsira ta' din id-Direttiva; jew

"(i)  l-applikant ikun minn pajjiż li jissodisfa l-kriterji sabiex jitqies pajjiż ta' oriġini mingħajr periklu fit-tifsira ta' din id-Direttiva, u appoġġ adegwat skont l-Artikolu 24(3) jista' jiġi pprovdut fil-kuntest ta' tali proċedura; jew''

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt -1a (ġdid)

Direttiva 2013/32/UE

Artikolu 25 – subparagrafu 2 – paragrafu 6 – punt b – punt i

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1a) Fl-Artikolu 25 (6)(b), punt (i) huwa emendat kif ġej:

(i)  l-applikant ikun minn pajjiż li jissodisfa l-kriterji sabiex jitqies pajjiż ta' oriġini mingħajr periklu fit-tifsira ta' din id-Direttiva; jew

"(i)  l-applikant ikun minn pajjiż li jissodisfa l-kriterji sabiex jitqies pajjiż ta' oriġini mingħajr periklu fit-tifsira ta' din id-Direttiva, u appoġġ adegwat skont l-Artikolu 24(3) jista' jiġi pprovdut fil-kuntest ta' tali proċedura; jew''

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2013/32/UE

Artikolu 36 – paragrafu 1 – kliem introduttorju

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Pajjiż terz indikat bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu skont din id-Direttiva permezz tal-liġi nazzjonali, jew li jkun fuq il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu stabbilita bir-Regolament (UE) Nru XXXX/2015 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* [dan ir-Regolament] jista', wara analiżi individwali tal-applikazzjoni, ikun ikkunsidrat bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu għal xi applikant partikolari biss jekk:

1.  Pajjiż terz indikat bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu skont din id-Direttiva permezz tal-liġi nazzjonali, jew li jkun fuq il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu stabbilita bir-Regolament (UE) Nru XXXX/2015 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* [dan ir-Regolament] jista', wara analiżi individwali tal-applikazzjoni, inkluża intervista personali u assistent legali b'konformità mal-Artikoli 14 u 22, ikun ikkunsidrat bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu għal xi applikant partikolari biss jekk:

 

 

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2013/32/UE

Artikolu 36 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

 

 

 

 

 

1a. L-Istati Membri m'għandhomx japplikaw il-kunċett ta' pajjiż ta' oriġini bla periklu f'każ ta' applikanti li jagħmlu parti minn minoranza jew grupp ta' persuni li għadu f'riskju fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-pajjiż tal-oriġini kkonċernat, abbażi tas-sorsi ta' informazzjoni fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru XXXX/2015.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2013/32/UE

Artikolu 36 – paragrafu 1 – subparagrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b) Minn ... [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] huwa biss pajjiż li jkun fil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu stabbilita mir-Regolament (UE) Nru XXXX/2015 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* li se jitqies bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu skont it-tifsira ta' din id-Direttiva.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Direttiva 2013/32/UE

Artikolu 36a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

 

"Artikolu 36a

 

Indikazzjoni ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu għall-finijiet tal-Artikoli 36 u 37(1).

 

Pajjiż jitqies bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu fejn, abbażi tas-sitwazzjoni legali, l-applikazzjoni tal-liġi fi ħdan sistema demokratika u ċ-ċirkostanzi politiċi ġenerali, ikun jista' jiġi muri li, ġeneralment u konsistentement, ma kienx hemm persekuzzjoni kif definita fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2011/95/UE, lanqas tortura jew trattament jew punizzjoni inumani jew degradanti, u li ma hemmx theddida minn vjolenza indiskriminata f'sitwazzjonijiet ta' kunflitt armat internazzjonali jew intern.

 

Meta ssir din il-valutazzjoni, għandu jittieħed kont inter alia tal-entità tal-protezzjoni pprovduta kontra l-persekuzzjoni jew it-trattament ħażin permezz ta' dawn li ġejjin:

 

(a)  il-liġijiet u r-regolamenti relevanti tal-pajjiż u l-mod li bih huma applikati;

 

(b)  l-osservanza tad-drittijiet u l-libertajiet stabbiliti fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u/jew il-Ftehim Internazzjonali għad-Drittijiet Ċivili u Politiċi u/jew il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Tortura, b'mod partikolari d-drittijiet li minnhom ma tistax issir deroga taħt l-Artikolu 15(2) tal-Konvenzjoni Ewropea msemmija;

 

(c)  ir-rispett għall-prinċipju ta' non-refoulement b'konformita' mal-Konvenzjoni ta' Ġinevra;

 

(d)  id-diżpożizzjonijiet li jipprevedu sistema ta' sanzjonijiet effettivi kontra l-ksur ta' dawn id-drittijiet u l-libertajiet."

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/32/UE

Artikolu 37 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri jistgħu jżommu fis-seħħ jew jintroduċu leġislazzjoni li tippermetti, konformement mal-Anness I, għall-indikazzjoni nazzjonali ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu minbarra dawk fuq il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru XXXX/2015 [dan ir-Regolament] għall-finijiet tal-eżami ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali.

1.  Sa... [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-Istati Membri jistgħu jżommu fis-seħħ jew idaħħlu leġislazzjoni li tippermetti, konformement mal-Anness I, għall-indikazzjoni nazzjonali ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu minbarra dawk fuq il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru xxxx/2015 [dan ir-Regolament] għall-finijiet tal-eżami ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali.

 

Matul dan il-perjodu, huma jkunu responsabbli li jiżguraw il-konsistenza bejn il-listi nazzjonali ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu u l-lista komuni tal-Unjoni ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu. Dan jimplika li ġej:

 

(a)  L-Istati Membri għandhom għarrfu lill-Kummissjoni perjodikament bi kwalunkwe tibdil fil-listi tagħhom.

 

(b)  L-Istati Membri jistgħu jipproponu li jżidu pajjiżi terzi mal-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu. Il-Kummissjoni għandha mbagħad teżamina dawn il-proposti fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni tagħhom, abbażi ta' firxa ta' sorsi ta' informazzjoni li għandha għad-dispożizzjoni tagħha, b'mod partikolari rapporti mis-SEAE u informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, mill-EASO, mill-UNHCR, mill-Kunsill tal-Ewropa u minn organizzazzjonijiet internazzjonali relevanti oħra u organizzazzjonijiet mhux governattivi nazzjonali jew internazzjonali. Meta tikkonkludi li pajjiż terz jista' jiddaħħal fil-lista, il-Kummissjoni għandha tfassal proposta biex testendi l-lista komuni tal-Unjoni ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

 

(c)  Meta pajjiż terz ikun ġie sospiż mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu skont l-Artikolu 3(2) ta' dak ir-Regolament, l-Istati Membri ma jiddeżinjawx lil dak il-pajjiż bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu fil-livell nazzjonali.

 

(d)  Meta pajjiż terz ikun tneħħa mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu skont l-Artikolu 2(3), Stat Membru jista' jinnotifika lill-Kummissjoni meta jqis li, wara bidliet fis-sitwazzjoni ta' dak il-pajjiż terz, għal darb' oħra jerġa' jissodisfa l-kriterji stipulati fl-Anness I għal din id-Direttiva biex jiddaħħal fil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

 

Il-Kummissjoni teżamina kwalunkwe notifika bħal din minn Stat Membru u, jekk ikun xieraq, tissottometti proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jemendaw il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu skont dan.

 

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li ma tippreżentax tali proposta, l-Istati Membri ma jiddeżinjawx lil dak il-pajjiż bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu fil-livell nazzjonali.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Direttiva 2013/32/UE

Artikolu 46 – paragrafu 6 – punt a

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

2a.  Fl-Artikolu 46, paragrafu 6, punt a) jinbidel bit-test li ġej:

(a)  li tikkunsidra applikazzjoni bħala manifestament bla bażi taħt l-Artikolu 32(2) jew bla bażi wara eżami f'konformità mal-Artikolu 31(8), ħlief każijiet fejn dawn id-deċiżjonijiet ikunu bbażati fuq iċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 31(8)(h);

(a)  li tikkunsidra applikazzjoni bħala manifestament bla bażi taħt l-Artikolu 32(2) jew bla bażi wara eżami f'konformità mal-Artikolu 31(8), ħlief każijiet fejn dawn id-deċiżjonijiet ikunu bbażati fuq iċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 31(8)(b) u (h);"

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4a

 

Monitoraġġ u evalwazzjoni

 

Sa... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u, meta jkun xieraq, tipproponi l-emendi meħtieġa. Sa... [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha xierqa għat-tħejjija ta' dak ir-rapport. Wara li tkun issottomettiet ir-rapport, il-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

 

Bħala parti mir-rapport, il-Kummissjoni tirrapporta dwar il-metodoloġija li tkun użat biex tivvaluta s-sitwazzjoni fil-pajjiżi terzi inklużi fil-lista komuni tal-UE jew l-inklużjoni jew is-sospensjoni potenzjali ta' tali pajjiżi mil-lista. Hija tirrapporta wkoll dwar l-implimentazzjoni ta' salvagwardji proċedurali għal dawk li jfittxu l-asil li joriġinaw minn pajjiż mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Anness I

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu msemmija fl-Artikolu 2

Lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu msemmija fl-Artikolu 2.

l-Albanija,

 

il-Bożnija-Ħerzegovina,

 

l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja,

 

il-Kosovo*11 ,

 

il-Montenegro,

 

is-Serbja,

 

it-Turkija.

 

__________________

 

11 * Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi ma' UNSCR 1244/99 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

 


NOTA SPJEGATTIVA

Il-proposta tal-Kummissjoni: prinċipji u objettivi

Fit-13 ta' Mejju 2015, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni li, minbarra miżuri immedjati, esponiet inizjattivi oħra li għandhom jittieħdu biex jipprovdu soluzzjonijiet strutturali biex il-migrazzjoni tiġi ġestita aħjar. Skont l-inizjattivi strutturali ppjanati, il-Kummissjoni ssottolinjat b'mod partikolari l-ħtieġa li tissaħħaħ is-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil u li jiġi adottat approċċ aktar effikaċji fir-rigward tal-abbużi. Huwa f'dan il-kuntest li fid-9 ta' Settembru li għadda hija pproponiet li jissaħħu d-dispożizzjonijiet dwar il-pajjiżi ta' oriġini bla periklu stabbiliti fid-Direttiva 2013/32/UE dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (minn hawn 'il quddiem id-Direttiva dwar il-proċeduri).

Barra l-konferma tal-prinċipju ta' lista komuni ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, il-proposta f'dan l-istadju ddaħħal għadd ta' pajjiżi f'dik il-lista (l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Kosovo, il-Montenegro, is-Serbja u t-Turkija). Il-Kummissjoni tħabbar li għandha tliet objettivi: 1) li żżid l-effikaċja ġenerali tas-sistemi tal-asil; 2) li tiskoraġġixxi t-tentattivi ta' abbuż tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil u li, mill-banda l-oħra, tagħmel b'tali mod li l-Istati Membri jiddedikaw iktar riżorsi għall-persuni li jeħtieġu l-protezzjoni; 3) li tnaqqas id-diverġenzi bejn il-listi nazzjonali ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu stabbiliti mill-Istati Membri u, b'hekk, tiffaċilita l-konverġenza tal-proċeduri.

Kummenti ġenerali dwar il-kunċett ta' pajjiż ta' oriġini bla periklu u l-applikazzjoni tiegħu

L-ewwel nett, ir-rapporteur tixtieq tiċċara l-konfużjoni u l-ideat żbaljati li jeżistu f'dak li għandu x'jaqsam mal-kunċett ta' pajjiż ta' oriġini bla periklu.

Qabelxejn, jekk applikant ikun ġej minn pajjiż meqjus bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu, dan ma jfissirx li l-applikazzjoni tiegħu ma tiġix eżaminata jew li jintbagħat immedjatament lura. Il-lista bl-ebda mod ma toħloq garanzija ta' sigurtà assoluta fir-rigward ta' dan l-applikant u, għaldaqstant, ma teskludix li jsir eżami individwali xieraq tal-applikazzjoni tiegħu, u dan skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-proċeduri u s-salvagwardji proċedurali relatati.

Barra minn hekk, il-kunċett ta' "pajjiż ta' oriġini bla periklu" m'għandux jiġi konfuż ma' dak ta' "pajjiż terz bla periklu". Iż-żewġ kunċetti japplikaw għal gruppi differenti (fl-ewwel każ, ċittadini tal-pajjiż innominat bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu, filwaqt li fit-tieni każ, ċittadini ta' pajjiż ieħor indikat bħala pajjiż terz bla periklu bi qbil mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 38 tad-Direttiva dwar il-proċeduri) u jsegwu regoli u salvagwardji proċedurali differenti.

Fl-aħħar nett, jekk lista Ewropea tista' tiffaċilita l-użu tal-kunċett ta' pajjiż ta' oriġini bla periklu għall-Istati Membri kollha, dawn tal-aħħar diġà jistgħu jiksbu din l-għodda proċedurali skont id-Direttiva dwar il-proċeduri. Għaldaqstant, huma diġà jistgħu jipproċessaw l-applikazzjonijiet ta' ċittadini minn pajjiżi ta' oriġini bla periklu b'mod mgħaġġel jew jeżaminaw l-applikazzjonijiet fil-mertu fil-fruntiera stess. Għalhekk, mingħajr ma tinċaħad l-importanza ta' din l-għodda fit-tiftix ta' soluzzjonijiet komuni, m'għandux ikun stmat iżżejjed il-potenzjal ta' din il-proposta fil-kuntest tal-kriżi migratorja attwali. Il-valur miżjud ta' lista Ewropea ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu għandu jiġi apprezzat fid-dawl ta' ġestjoni komprensiva u effikaċi tas-sistemi tal-asil tal-UE u ta' implimentazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil.

Mistoqsijiet u riżervi dwar il-proposta tal-Kummissjoni

Fid-dawl ta' progress lejn Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, l-approċċ armonizzanti tal-Kummissjoni għandu jintlaqa' tajjeb. Madankollu, ir-rapporteur qed tesprimi għadd ta' mistoqsijiet u riżervi:

1) dwar l-impatt armonizzanti ta' din il-proposta

L-adozzjoni ta' lista komuni ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu mhux se twassal neċessarjament għal armonizzazzjoni ikbar, peress li din tippermetti l-koeżistenza ta' din il-lista Ewropea mal-listi nazzjonali tal-Istati Membri. Jekk il-Kummissjoni tipprevedi madankollu l-possibilità li fil-futur jittieħdu miżuri ulterjuri ta' armonizzazzjoni li jkunu jistgħu jwasslu għall-eliminazzjoni tal-listi nazzjonali, hija mhux qed tesprimi dan b'mod konkret fil-proposta tagħha. Hija lanqas ma tiddefinixxi b'mod ċar ir-rabta bejn il-listi nazzjonali u l-lista komuni. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni mhux qed tipproponi aġġustamenti biex jiġu indirizzati d-diskrepanzi eżistenti bejn il-listi nazzjonali.

  2) dwar il-metodoloġija użata biex pajjiż jissejjaħ pajjiż ta' oriġini bla periklu

Il-kwistjoni tal-metodoloġija hija essenzjali. L-ewwel nett, kif mitlub mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, hija r-responsabilità tal-koleġiżlaturi Ewropej li juru li bbilanċjaw sew, minn naħa waħda, l-objettivi tar-regolament ikkonċernat u, min-naħa l-oħra, id-drittijiet fundamentali stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. Barra minn hekk, kif stipulat fil-proposta, din il-lista ta' 7 pajjiżi hija biss l-ewwel pass, peress li l-Kummissjoni tipproponi li fi stadju aktar tard jiddaħħlu pajjiżi terzi oħra. Madankollu, il-proposta ma tidhirx li tissuġġerixxi metodoloġija ċara u rigoruża fil-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ta' pajjiżi terzi, kemm fil-qafas tal-proċess ta' adozzjoni kif ukoll f'dak ta' reviżjoni tal-lista. Lanqas ma tipprovdi evalwazzjoni sostanzjata tas-sitwazzjoni tas-7 pajjiżi kkonċernati biex tiġġustifika l-inklużjoni tagħhom fil-lista komuni.

  3) dwar il-proċess ta' adozzjoni u ta' reviżjoni

Fir-rigward tal-proċess ta' sospensjoni jew ta' tneħħija mil-lista, il-proposta ma tispeċifikax formalment kif il-modifiki tal-lista Ewropea jistgħu jinfluwenzaw il-proċeduri nazzjonali. Ma' dan in-nuqqas ta' ċertezza ġuridika jiżdied nuqqas ta' flessibilità fil-proċedura ta' sospensjoni prevista fl-Artikolu 3.

Ħidma ta' informazzjoni dwar il-kontenut tal-lista, inkwadratura aħjar dwar l-arkitettura tagħha

Fuq il-bażi ta' dawn il-kummenti differenti, ir-rapporteur tipproponi approċċ li jippermetti li titwettaq il-ħidma ta' informazzjoni indispensabbli dwar il-pajjiżi tal-lista u li fl-istess ħin tissaħħaħ l-inkwadratura tal-istruttura tal-istess lista.

  1) Ħidma indispensabbli ta' informazzjoni u ta' investigazzjoni

Sabiex issir evalwazzjoni adegwata tal-pajjiżi inklużi fl-Anness, il-Parlament u l-Kunsill talbu formalment mingħand l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil informazzjoni addizzjonali u aġġornata dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u fit-Turkija. Il-Parlament xtaq jikkompleta din il-ħidma ta' informazzjoni billi jdaħħal ukoll lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) sabiex din turi l-implikazzjonijiet tal-proposta fil-qasam tad-drittijiet fundamentali.

  2) Pożizzjoni parzjali, li teskludi temporanjament lill-pajjiżi tal-lista

Fl-istennija tal-kontributi min-naħa tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, il-koleġiżlaturi mhumiex f'pożizzjoni li jesprimu l-pożizzjoni tagħhom dwar il-partijiet speċifikament marbuta mas-7 pajjiżi terzi mniżżla fil-proposta tal-Kummissjoni bħala pajjiżi ta' oriġini bla periklu. Għalhekk, ir-rapporteur f'dan l-istadju ma kkummentatx dwar l-Anness u l-premessi korrispondenti; l-istess approċċ huwa segwit mill-Kunsill. Dan il-metodu ta' ħidma f'żewġ stadji għandu jippermetti lill-koleġiżlaturi li jibdew in-negozjati interistituzzjonali fuq il-partijiet l-oħra tat-test u, malli jirċievu l-kontributi tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, jikkompletaw il-pożizzjoni parzjali tagħhom.

  3) Tisħiħ tal-arkitettura tal-lista

L-emendi tar-rapporteur jissuġġerixxu loġikament tweġiba għar-rimarki fformulati preċedentement. B'mod partikolari dawn jinkludu:

    a) l-ippreċiżar tar-relazzjoni bejn il-lista Ewropea u l-listi nazzjonali

Sabiex ikun żgurat impatt armonizzanti ottimu, ir-rapporteur tissuġġerixxi, fost affarijiet oħra, li l-listi nazzjonali jitneħħew fi żmien tliet snin u li, matul dan iż-żmien, jiġi previst proċess definit b'mod ċar f'każ ta' sospensjoni jew ta' rtirar ta' pajjiż mil-lista komuni.

b) it-tisħiħ tal-metodoloġija ta' valutazzjoni tal-pajjiżi terzi fil-qafas tal-proċess ta' adozzjoni u ta' reviżjoni

Kif titlob il-ġurisprudenza, is-sorsi msemmija fl-abbozz ta' regolament iridu jiġu ssupplimentati permezz ta' rapporti u informazzjoni fil-post provduti minn organizzazzjonijiet mhux governattivi. Barra minn hekk, il-metodoloġija trid tissaħħaħ sabiex tipprevedi proċedura stabbilita b'mod ċar f'każ li l-lista tiġi modifikata: huwa importanti li kwalunkwe modifika tal-lista tingħata raġuni u tiġi ġġustifikata, b'kunsiderazzjoni tal-informazzjoni provduta mill-atturi differenti relevanti. F'dan il-qafas, huwa previst b'mod partikolari l-ħolqien ta' kumitat konsultattiv ta' informazzjoni dwar il-pajjiżi ta' oriġini bla periklu. Dan il-kumitat għandu jinkludi b'mod partikolari membri permanenti mill-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil u mill-Aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati, kif ukoll membri mhux permanenti magħżula fuq il-bażi tal-kompetenza esperta rikonoxxuta tagħhom dwar il-pajjiżi terzi kkonċernati u/jew id-drittijiet tal-bniedem. Il-missjonijiet ta' dan il-kumitat għandhom jiġu definiti f'kull stadju tal-proċess ta' denominazzjoni jew reviżjoni tal-lista. Dan il-kumitat konsultattiv, b'hekk, se jagħmilha possibbli li titjieb l-evalwazzjoni tal-applikabilità tal-kunċett ta' pajjiż ta' oriġini bla periklu għal tali jew tali pajjiż terz.

    c) l-iżgurar ta' mekkaniżmu ta' reviżjoni tal-lista aktar rapidu u aktar flessibbli

Ir-rapporteur biħsiebha tiżgura b'mod partikolari flessibilità akbar tal-proċess ta' reviżjoni tal-lista "f'każ ta' bidla għal għarrieda tas-sitwazzjoni" u li tevita b'hekk perjodi ta' reazzjoni twal wisq u tqegħid mhux xieraq ta' pajjiż fil-lista ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

    d) l-affermazzjoni mill-ġdid tal-qafas proċedurali applikabbli provdut mid-Direttiva 2013/32/UE

L-istabbiliment ta' lista komuni jeħtieġ, mhux biss evalwazzjoni raġunata u debitament informata tas-sitwazzjoni fil-pajjiżi terzi kkonċernati, iżda wkoll applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva dwar il-proċeduri u b'mod partikolari tas-salvagwardji proċedurali relatati. Ir-rapporteur, għaldaqstant, tissuġġerixxi li jiġi affermat mill-ġdid il-qafas proċedurali applikabbli u l-ħtieġa li dan jiġi implimentat mill-Istati Membri kollha. Fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, għalhekk, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport ta' segwitu u ta' evalwazzjoni dwar l-applikazzjoni tas-salvagwardji proċedurali previsti fid-Direttiva dwar il-proċeduri rigward l-applikanti ċittadini ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu mniżżla fil-lista komuni. Dwar il-kunċett innifsu ta' pajjiż ta' oriġini bla periklu, huwa utli li jitfakkar li l-inklużjoni ta' pajjiż fil-lista komuni għandha tkun ibbażata biss fuq l-eżami tal-konformità tas-sitwazzjoni ta' pajjiż mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva dwar il-proċeduri.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (15.6.2016)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu għall-finijiet tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, u li jemenda d-Direttiva 2013/32/UE

(COM(2015)0452 – C8-0270/2015 – 2015/0211(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jozo Radoš

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Kummissjoni ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta intiża biex tistabbilixxi lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, abbażi tal-kriterji komuni stipulati fid-Direttiva 2013/32/UE. Abbażi ta' informazzjoni mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, l-Istati Membri, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, il-Kunsill tal-Ewropa, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra rilevanti, huwa propost li f'dan l-istadju l-lista tinkludi 6 pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u t-Turkija.

Ir-Rapporteur jilqa' din il-proposta li għandha tgħin biex isir ipproċessar rapidu tal-applikazzjonijiet għall-asil minn persuni li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi u tnaqqas id-diverġenzi bejn il-listi nazzjonali eżistenti. Il-proposta tinkludi dispożizzjonijiet dwar ir-rieżami regolari tas-sitwazzjoni f'pajjiżi fil-lista komuni u fuq it-tneħħija ta' pajjiż mil-lista f'każ ta' bidla għal għarrieda tas-sitwazzjoni.

Huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-inklużjoni ta' pajjiż f'din il-lista ma tistax tistabbilixxi garanzija assoluta ta' sigurtà għaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż u għalhekk mhux ser titwarrab il-ħtieġa li jkun hemm eżami individwali xieraq tal-applikazzjonijiet tagħhom għal protezzjoni internazzjonali.

Ir-Rapporteur jinnota li fil-każ tat-Turkija, ir-rata ta' applikazzjonijiet għal asil ikkunsidrati mill-Istati Membri tal-UE bħala fondati hija relattivament għolja, fatt li jixhed li hemmhekk għadhom iseħħu diskriminazzjoni u ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' persuni li jappartjenu għal gruppi vulnerabbli. Filwaqt li r-Rapporteur jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li t-Turkija huwa pajjiż ta' oriġini bla periklu skont it-tifsira tad-Direttiva 2013/32/UE, iqis li hu ta' importanza partikolari li jiġi żgurat li l-obbligu ta' eżami individwali ta' applikazzjonijiet għall-asil jiġi rispettat bis-sħiħ.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  F'konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, l-aħjar interessi tal-minuri u r-rispett għall-ħajja tal-familja għandhom ikunu kunsiderazzjoni ewlenija tal-Istati Membri meta japplikaw dan ir-Regolament. Barra minn hekk, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-persuni vulnerabbli fis-sens tal-Artikolu 20.3 tad-Direttiva 2011/95/UE, kif ukoll lill-persuni li jappartjenu għal minoranzi etniċi u l-persuni LGBTI.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Il-Kummissjoni għandha tevalwa b'mod regolari s-sitwazzjoni f'pajjiżi terzi li jkunu fuq il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta’ oriġini bla periklu. Fil-każ ta' bidla għal għarrieda għall-agħar fis-sitwazzjoni ta' pajjiż terz li jkun fuq il-lista komuni tal-UE, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jkun delegat lill-Kummissjoni għar-rigward tas-sospensjoni tal-preżenza ta' dan il-pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE għal sena, meta din tqis, abbażi ta' evalwazzjoni sostanzjata, li ma jkunux għadhom issodisfati l-kundizzjonijiet stabbilit mid-Direttiva 2013/32/UE sabiex pajjiż terz jitqies bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu. Għall-iskop ta' din l-evalwazzjoni sostanzjata, il-Kummissjoni għandha tieħu f'kunsiderazzjoni firxa ta' sorsi ta' informazzjoni li għandha għad-dispożizzjoni tagħh inkluż, u b'mod partikolari, ir-Rapporti Annwali ta' Progress tagħha dwar pajjiżi terzi indikati bħala pajjiżi kandidati mill-Kunsill Ewropew, rapporti regolari mis-Servizz Ewropew tal-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-informazzjoni mill-Istati Membri, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO), il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR), il-Kunsill tal-Ewropa, il-gruppi tas-soċjetà ċivili u organizzazzjonijiet internazzjonali relevanti oħra. Il-Kummissjoni għandha tkun tista’ testendi s-sospensjoni tal-preżenza ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE għal perjodu massimu ta' sena, meta tkun ipproponiet emenda għal dan ir-Regolament sabiex dan il-pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell tal-esperti. Meta tħejji u tfassal atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(6)  Il-Kummissjoni għandha twettaq monitoraġġ kontinwu tas-sitwazzjoni f'pajjiżi terzi li jkunu fuq il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta’ oriġini bla periklu u twettaq rieżami f'dan ir-rigward minn tal-inqas kull sitt xhur. Fil-każ ta' bidla għal għarrieda għall-agħar fis-sitwazzjoni ta' pajjiż terz li jkun fuq il-lista komuni tal-UE, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jkun delegat lill-Kummissjoni għar-rigward tas-sospensjoni tal-preżenza ta' dan il-pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE għal sena, meta din tqis, abbażi ta' evalwazzjoni sostanzjata, li ma jkunux għadhom issodisfati l-kundizzjonijiet stabbilit mid-Direttiva 2013/32/UE sabiex pajjiż terz jitqies bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu. Għall-iskop ta' din l-evalwazzjoni sostanzjata, il-Kummissjoni għandha tieħu f'kunsiderazzjoni firxa ta' sorsi ta' informazzjoni li għandha għad-dispożizzjoni tagħh inkluż, u b'mod partikolari, ir-Rapporti Annwali ta' Progress tagħha dwar pajjiżi terzi indikati bħala pajjiżi kandidati mill-Kunsill Ewropew, rapporti regolari mis-Servizz Ewropew tal-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-informazzjoni mill-Istati Membri, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO), il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR), il-Kunsill tal-Ewropa, il-gruppi tas-soċjetà ċivili u organizzazzjonijiet internazzjonali relevanti oħra. Id-delegazzjonijiet tal-UE f'dawn il-pajjiżi għandhom jingħataw il-kompitu li jwettqu monitoraġġ ta' każijiet ta' refoulement u li jirrapportawhom minnufih. Il-Kummissjoni għandha tkun tista’ testendi s-sospensjoni tal-preżenza ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE għal perjodu massimu ta' sena, meta tkun ipproponiet emenda għal dan ir-Regolament sabiex dan il-pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell tal-esperti. Meta tħejji u tfassal atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Fir-rigward tal-Albanija, il-bażi ġuridika għal protezzjoni kontra l-persekuzzjoni jew it-trattament ħażin hija pprodvuta b'mod adegwat permezz ta' drittijiet tal-bniedem sostantivi u proċedurali u leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni, inkluża l-adeżjoni għat-trattati internazzjonali ewlenin kollha li jolqtu d-drittijiet tal-bniedem. Fl-2014, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem sabet li kien hemm ksur f'erbgħa minn 150 applikazzjoni. Ma hemm l-ebda indikazzjoni ta' xi inċident ta' refoulement taċ-ċittadini tiegħu stess. Fl-2014, l-Istati Membri kkunsidraw li 7.8 % (1040) ta' applikazzjonijiet għall-ażil ta' ċittadini mill-Albanija kellhom bażi soda. Mill-inqas tmien Stati Membri indikaw lill-Albanija bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu. L-Albanija ġiet indikata bħala pajjiż kandidat mill-Kunsill Ewropew. F'dak iż-żmien l-evalwazzjoni kienet li l-Albanija ssodisfat il-kriterji stabbiliti mill-Kunsill Ewropew ta’ Kopenħagen tal-21-22 ta’ Ġunju 1993 relatati mal-istabbiltà tal-istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett għal u l-protezzjoni ta’ minoranzi u l-Albanija se jkollha tkompli tissodisfa dawn il-kriterji biex issir membru skont ir-rakkomandazzjonijiet mogħtija fir-rapport ta’ progress annwali.

(10)  Fir-rigward tal-Albanija, il-bażi ġuridika għal protezzjoni kontra l-persekuzzjoni jew it-trattament ħażin hija pprodvuta b'mod adegwat permezz ta' drittijiet tal-bniedem sostantivi u proċedurali u leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni, inkluża l-adeżjoni għat-trattati internazzjonali ewlenin kollha li jolqtu d-drittijiet tal-bniedem. Fl-2014, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem sabet li kien hemm ksur f'erba' każijiet. Ma hemm l-ebda indikazzjoni ta' xi inċident ta' refoulement taċ-ċittadini tiegħu stess. Fl-2014, l-Istati Membri kkunsidraw li 7.8 % (1040) ta' applikazzjonijiet għall-ażil ta' ċittadini mill-Albanija kellhom bażi soda. Mill-inqas tmien Stati Membri indikaw lill-Albanija bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu. L-Albanija ġiet indikata bħala pajjiż kandidat mill-Kunsill Ewropew. F'dak iż-żmien l-evalwazzjoni kienet li l-Albanija ssodisfat il-kriterji stabbiliti mill-Kunsill Ewropew ta’ Kopenħagen tal-21-22 ta’ Ġunju 1993 relatati mal-istabbiltà tal-istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett għal u l-protezzjoni ta’ minoranzi u l-Albanija se jkollha tkompli tissodisfa dawn il-kriterji biex issir membru skont ir-rakkomandazzjonijiet mogħtija fir-rapport ta’ progress annwali.

Ġustifikazzjoni

Il-fatt li l-proporzjon ta' sentenzi li jagħtu prova ta' ksur fuq in-numru totali ta' applikazzjonijiet f'sena partikolari huwa relattivament baxx mhuwiex indikatur rilevanti u jista' jkun qarrieqi peress li l-biċċa l-kbira tal-applikazzjonijiet mhux se jitqiesu minħabba l-meriti tagħhom, parti minnhom jirriżultaw f'riżoluzzjoni bonarja u parti minnhom se jibqgħu pendenti.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Fir-rigward tal-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kostituzzjoni tipprovdi l-bażi għall-kondiviżjoni tas-setgħat bejn il-popli kostitwenti tal-pajjiż. Il-bażi ġuridika għal protezzjoni kontra l-persekuzzjoni jew it-trattament ħażin hija pprodvuta b'mod adegwat permezz ta' drittijiet tal-bniedem sostantivi u proċedurali u leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni, inkluża l-adeżjoni mat-trattati internazzjonali ewlenin kollha li jolqtu d-drittijiet tal-bniedem. Fl-2014, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem sabet li kien hemm ksur f'ħames minn 1196 applikazzjoni. Ma hemm l-ebda indikazzjoni ta' xi inċident ta' refoulement taċ-ċittadini tiegħu stess. Fl-2014, l-Istati Membri kkunsidraw li 4,6 % (330) ta' applikazzjonijiet għall-ażil minn ċittadini mill-Bożnija-Ħerzegovina kellhom bażi soda. Mill-inqas disa' Stati Membri indikaw lill-Bożnija-Ħerzegovina bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu.

(11)  Fir-rigward tal-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kostituzzjoni tipprovdi l-bażi għall-kondiviżjoni tas-setgħat bejn il-popli kostitwenti tal-pajjiż. Il-bażi ġuridika għal protezzjoni kontra l-persekuzzjoni jew it-trattament ħażin hija pprodvuta b'mod adegwat permezz ta' drittijiet tal-bniedem sostantivi u proċedurali u leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni, inkluża l-adeżjoni mat-trattati internazzjonali ewlenin kollha li jolqtu d-drittijiet tal-bniedem. Fl-2014, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem sabet li kien hemm ksur f'ħames każijiet. Ma hemm l-ebda indikazzjoni ta' xi inċident ta' refoulement taċ-ċittadini tiegħu stess. Fl-2014, l-Istati Membri kkunsidraw li 4,6 % (330) ta' applikazzjonijiet għall-ażil minn ċittadini mill-Bożnija-Ħerzegovina kellhom bażi soda. Mill-inqas disa' Stati Membri indikaw lill-Bożnija-Ħerzegovina bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu.

Ġustifikazzjoni

Il-fatt li l-proporzjon ta' sentenzi li jagħtu prova ta' ksur fuq in-numru totali ta' applikazzjonijiet f'sena partikolari huwa relattivament baxx mhuwiex indikatur rilevanti u jista' jkun qarrieqi peress li l-biċċa l-kbira tal-applikazzjonijiet mhux se jitqiesu minħabba l-meriti tagħhom, parti minnhom jirriżultaw f'riżoluzzjoni bonarja u parti minnhom se jibqgħu pendenti.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Fir-rigward tal-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-bażi ġuridika għal protezzjoni kontra l-persekuzzjoni jew it-trattament ħażin hija pprodvuta b'mod adegwat permezz ta' leġiżlazzjoni prinċipali sostantiva u proċedurali tad-drittijiet u leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni, inkluża l-adeżjoni mat-trattati internazzjonali ewlenin kollha li jolqtu d-drittijiet tal-bniedem. Fl-2014, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem sabet li kien hemm ksur f'sitta minn 502 applikazzjoni. Ma hemm l-ebda indikazzjoni ta' xi inċident ta' refoulement taċ-ċittadini tiegħu stess. Fl-2014, l-Istati Membri kkunsidraw li 0,9 % (70) ta' applikazzjonijiet għall-ażil minn ċittadini mill-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja kellhom bażi soda. Mill-inqas seba' Stati Membri indikaw lill-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu. L-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ġiet indikata bħala pajjiż kandidat mill-Kunsill Ewropew. F'dak iż-żmien l-evalwazzjoni kienet li l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja kienet tissodisfa l-kriterji stabbiliti mill-Kunsill Ewropew ta’ Kopenħagen tal-21-22 ta' Ġunju 1993 relatati mal-istabbiltà tal-istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett u l-protezzjoni tal-minoranzi u l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja se jkollhom tibqa' tissodisfa dawn il-kriterji biex issir membru, skont ir-rakkomandazzjonijiet mogħtija fir-Rapport Annwali ta' Progress.

(12)  Fir-rigward tal-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-bażi ġuridika għal protezzjoni kontra l-persekuzzjoni jew it-trattament ħażin hija pprodvuta b'mod adegwat permezz ta' leġiżlazzjoni prinċipali sostantiva u proċedurali tad-drittijiet u leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni, inkluża l-adeżjoni mat-trattati internazzjonali ewlenin kollha li jolqtu d-drittijiet tal-bniedem. Fl-2014, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem sabet li kien hemm ksur f'sitt każijiet. Ma hemm l-ebda indikazzjoni ta' xi inċident ta' refoulement taċ-ċittadini tiegħu stess. Fl-2014, l-Istati Membri kkunsidraw li 0,9 % (70) ta' applikazzjonijiet għall-ażil minn ċittadini mill-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja kellhom bażi soda. Mill-inqas seba' Stati Membri indikaw lill-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu. L-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ġiet indikata bħala pajjiż kandidat mill-Kunsill Ewropew. F'dak iż-żmien l-evalwazzjoni kienet li l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja kienet tissodisfa l-kriterji stabbiliti mill-Kunsill Ewropew ta’ Kopenħagen tal-21-22 ta' Ġunju 1993 relatati mal-istabbiltà tal-istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett u l-protezzjoni tal-minoranzi u l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja se jkollhom tibqa' tissodisfa dawn il-kriterji biex issir membru, skont ir-rakkomandazzjonijiet mogħtija fir-Rapport Annwali ta' Progress.

Ġustifikazzjoni

Il-fatt li l-proporzjon ta' sentenzi li jagħtu prova ta' ksur fuq in-numru totali ta' applikazzjonijiet f'sena partikolari huwa relattivament baxx mhuwiex indikatur rilevanti u jista' jkun qarrieqi peress li l-biċċa l-kbira tal-applikazzjonijiet mhux se jitqiesu minħabba l-meriti tagħhom, parti minnhom jirriżultaw f'riżoluzzjoni bonarja u parti minnhom se jibqgħu pendenti.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Fir-rigward tal-Montenegro, il-bażi ġuridika għal protezzjoni kontra l-persekuzzjoni jew it-trattament ħażin hija pprodvuta b'mod adegwat permezz ta' drittijiet tal-bniedem sostantivi u proċedurali u leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni, inkluża l-adeżjoni mat-trattati internazzjonali ewlenin kollha li jolqtu d-drittijiet tal-bniedem. Fl-2014, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem sabet li kien hemm ksur f'1 applikazzjoni minn 447. Ma hemm l-ebda indikazzjoni ta' xi inċident ta' refoulement taċ-ċittadini tiegħu stess. Fl-2014, l-Istati Membri kkunsidraw li 3,0 % (40) ta' applikazzjonijiet għall-ażil ta' ċittadini mill-Montenegro kellhom bażi soda. Mill-inqas disa' Stati Membri indikaw lill-Montenegro bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu. Il-Montenegro ġie indikat bħala pajjiż kandidat mill-Kunsill Ewropew u n-negozjati nfetħu. F'dak iż-żmien l-evalwazzjoni kienet li l-Montenegro kien jissodisfa l-kriterji stabbiliti mill-Kunsill Ewropew ta’ Kopenħagen tal-21-22 ta' Ġunju 1993 relatati mal-istabbiltà tal-istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett u l-protezzjoni tal-minoranzi u l-Montenegro se jkollu jibqa' jissodisfa dawn il-kriterji biex isir membru, skont ir-rakkomandazzjonijiet mogħtija fir-Rapport Annwali ta' Progress.

(14)  Fir-rigward tal-Montenegro, il-bażi ġuridika għal protezzjoni kontra l-persekuzzjoni jew it-trattament ħażin hija pprodvuta b'mod adegwat permezz ta' drittijiet tal-bniedem sostantivi u proċedurali u leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni, inkluża l-adeżjoni mat-trattati internazzjonali ewlenin kollha li jolqtu d-drittijiet tal-bniedem. Fl-2014, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem sabet li kien hemm ksur f'1 każ. Ma hemm l-ebda indikazzjoni ta' xi inċident ta' refoulement taċ-ċittadini tiegħu stess. Fl-2014, l-Istati Membri kkunsidraw li 3,0 % (40) ta' applikazzjonijiet għall-ażil ta' ċittadini mill-Montenegro kellhom bażi soda. Mill-inqas disa' Stati Membri indikaw lill-Montenegro bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu. Il-Montenegro ġie indikat bħala pajjiż kandidat mill-Kunsill Ewropew u n-negozjati nfetħu. F'dak iż-żmien l-evalwazzjoni kienet li l-Montenegro kien jissodisfa l-kriterji stabbiliti mill-Kunsill Ewropew ta’ Kopenħagen tal-21-22 ta' Ġunju 1993 relatati mal-istabbiltà tal-istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett u l-protezzjoni tal-minoranzi u l-Montenegro se jkollu jibqa' jissodisfa dawn il-kriterji biex isir membru, skont ir-rakkomandazzjonijiet mogħtija fir-Rapport Annwali ta' Progress.

Ġustifikazzjoni

Il-fatt li l-proporzjon ta' sentenzi li jagħtu prova ta' ksur fuq in-numru totali ta' applikazzjonijiet f'sena partikolari huwa relattivament baxx mhuwiex indikatur rilevanti u jista' jkun qarrieqi peress li l-biċċa l-kbira tal-applikazzjonijiet mhux se jitqiesu minħabba l-meriti tagħhom, parti minnhom jirriżultaw f'riżoluzzjoni bonarja u parti minnhom se jibqgħu pendenti.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Fir-rigward tas-Serbja, il-Kostituzzjoni tipprovdi l-bażi għall-awtonomija ta' gruppi minoritarji fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-użu tal-lingwa, tal-informazzjoni u l-kultura. Il-bażi ġuridika għal protezzjoni kontra l-persekuzzjoni jew it-trattament ħażin hija pprodvuta b'mod adegwat permezz ta' drittijiet tal-bniedem sostantivi u proċedurali u leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni, inkluża l-adeżjoni mat-trattati internazzjonali ewlenin kollha li jolqtu d-drittijiet tal-bniedem. Fl-2014, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem sabet li kien hemm ksur f'16 minn 11 490 applikazzjoni. Ma hemm l-ebda indikazzjoni ta' xi inċident ta' refoulement taċ-ċittadini tiegħu stess. Fl-2014, l-Istati Membri kkunsidraw li 1,8 % (400) ta' applikazzjonijiet għall-ażil minn ċittadini mis-Serbja kellhom bażi soda. Mill-inqas disa' Stati Membri indikaw lis-Serbja bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu. Is-Serbja ġiet indikata bħala pajjiż kandidat mill-Kunsill Ewropew u n-negozjati nfetħu. F'dak iż-żmien l-evalwazzjoni kienet li s-Serbja kienet tissodisfa l-kriterji stabbiliti mill-Kunsill Ewropew ta’ Kopenħagen tal-21 u t-22 ta' Ġunju 1993 relatati mal-istabbiltà tal-istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett u l-protezzjoni tal-minoranzi u s-Serbja se jkollha tibqa' tissodisfa dawn il-kriterji biex isir membru, skont ir-rakkomandazzjonijiet mogħtija fir-Rapport Annwali ta' Progress.

(15)  Fir-rigward tas-Serbja, il-Kostituzzjoni tipprovdi l-bażi għall-awtonomija ta' gruppi minoritarji fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-użu tal-lingwa, tal-informazzjoni u l-kultura. Il-bażi ġuridika għal protezzjoni kontra l-persekuzzjoni jew it-trattament ħażin hija pprodvuta b'mod adegwat permezz ta' drittijiet tal-bniedem sostantivi u proċedurali u leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni, inkluża l-adeżjoni mat-trattati internazzjonali ewlenin kollha li jolqtu d-drittijiet tal-bniedem. Fl-2014, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem sabet li kien hemm ksur f'16-il każ. Ma hemm l-ebda indikazzjoni ta' xi inċident ta' refoulement taċ-ċittadini tiegħu stess. Fl-2014, l-Istati Membri kkunsidraw li 1,8 % (400) ta' applikazzjonijiet għall-ażil minn ċittadini mis-Serbja kellhom bażi soda. Mill-inqas disa' Stati Membri indikaw lis-Serbja bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu. Is-Serbja ġiet indikata bħala pajjiż kandidat mill-Kunsill Ewropew u n-negozjati nfetħu. F'dak iż-żmien l-evalwazzjoni kienet li s-Serbja kienet tissodisfa l-kriterji stabbiliti mill-Kunsill Ewropew ta’ Kopenħagen tal-21 u t-22 ta' Ġunju 1993 relatati mal-istabbiltà tal-istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett u l-protezzjoni tal-minoranzi u s-Serbja se jkollha tibqa' tissodisfa dawn il-kriterji biex isir membru, skont ir-rakkomandazzjonijiet mogħtija fir-Rapport Annwali ta' Progress.

Ġustifikazzjoni

Il-fatt li l-proporzjon ta' sentenzi li jagħtu prova ta' ksur fuq in-numru totali ta' applikazzjonijiet f'sena partikolari huwa relattivament baxx mhuwiex indikatur rilevanti u jista' jkun qarrieqi peress li l-biċċa l-kbira tal-applikazzjonijiet mhux se jitqiesu minħabba l-meriti tagħhom, parti minnhom jirriżultaw f'riżoluzzjoni bonarja u parti minnhom se jibqgħu pendenti.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Fir-rigward tat-Turkija, il-bażi ġuridika għal protezzjoni kontra l-persekuzzjoni jew it-trattament ħażin hija pprodvuta b'mod adegwat permezz ta' drittijiet tal-bniedem sostantivi u proċedurali u leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni, inkluża l-adeżjoni mat-trattati internazzjonali ewlenin kollha li jolqtu d-drittijiet tal-bniedem. Fl-2014, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem sabet li kien hemm ksur f'94 applikazzjoni minn 2899. Ma hemm l-ebda indikazzjoni ta' xi inċident ta' refoulement taċ-ċittadini tiegħu stess. Fl-2014, l-Istati Membri kkunsidraw li 23,1 % (310) ta' applikazzjonijiet għall-ażil minn ċittadini tat-Turkija kellhom bażi soda. Stat Membru wieħed indika lit-Turkija bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu. It-Turkija ġiet indikata bħala pajjiż kandidat mill-Kunsill Ewropew u n-negozjati nfetħu. F'dak iż-żmien l-evalwazzjoni kienet li t-Turkija kienet tissodisfa l-kriterji stabbiliti mill-Kunsill Ewropew ta’ Kopenħagen tat-21 u t-22 ta' Ġunju 1993 relatati mal-istabbiltà tal-istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett u l-protezzjoni tal-minoranzi u t-Turkija se jkollha tibqa' tissodisfa dawn il-kriterji biex isir membru, skont ir-rakkomandazzjonijiet mogħtija fir-Rapport Annwali ta' Progress.

(16)  Fir-rigward tat-Turkija, il-bażi ġuridika għal protezzjoni kontra l-persekuzzjoni jew it-trattament ħażin hija pprodvuta b'mod adegwat permezz ta' drittijiet tal-bniedem sostantivi u proċedurali u leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni, inkluża l-adeżjoni mat-trattati internazzjonali ewlenin kollha li jolqtu d-drittijiet tal-bniedem. Fl-2014, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem sabet li kien hemm ksur f'94 każ. Ma hemm l-ebda indikazzjoni ta' xi inċident ta' refoulement taċ-ċittadini tiegħu stess. Madankollu, fl-2014, l-Istati Membri kkunsidraw li 23,1 % (310) ta' applikazzjonijiet għall-ażil minn ċittadini tat-Turkija kellhom bażi soda. Stat Membru wieħed biss indika lit-Turkija bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu. It-Turkija ġiet indikata bħala pajjiż kandidat mill-Kunsill Ewropew u n-negozjati nfetħu. F'dak iż-żmien l-evalwazzjoni kienet li t-Turkija kienet tissodisfa l-kriterji stabbiliti mill-Kunsill Ewropew ta’ Kopenħagen tat-21 u t-22 ta' Ġunju 1993 relatati mal-istabbiltà tal-istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett u l-protezzjoni tal-minoranzi u t-Turkija se jkollha tibqa' tissodisfa dawn il-kriterji biex isir membru, skont ir-rakkomandazzjonijiet mogħtija fir-Rapport Annwali ta' Progress. Fid-dawl ta' bosta każijiet irrapportati ta' ksur tal-libertà ta' espressjoni u l-kunflitt armat li għaddej fir-reġjuni tal-Lvant u tax-Xlokk tat-Turkija li jinvolvu l-minoranza Kurda, il-valutazzjoni tal-konformità attwali tat-Turkija mal-kriterji stabbiliti fid-Direttiva 2013/32/UE għandha ssir b'kawtela. Id-deċiżjoni li t-Turkija tiġi nnominata bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu għandha tiġi implimentata b'attenzjoni xierqa għad-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva rigward il-ħtieġa li jkun hemm eżami individwali xieraq ta' kull applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, u li jiġu rispettati bis-sħiħ l-obbligi stabbiliti f'dik id-Direttiva dwar il-mod kif jitmexxew l-intervisti personali.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni regolarment tirreżamina s-sitwazzjoni fil-pajjiżi terzi li jkunu fuq il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, abbażi ta' firxa ta' sorsi ta' informazzjoni, inkluż b'mod partikolari rappurtar regolari mis-SEAE u informazzjoni mill-Istati Membri, mill-EASO, mill-UNHCR, mill-Kunsill tal-Ewropa u minn organizzazzjonijiet internazzjonali relevanti oħra.

2.  Il-Kummissjoni tirreżamina s-sitwazzjoni fil-pajjiżi terzi li jkunu fuq il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu darbtejn fis-sena, abbażi ta' firxa ta' sorsi ta' informazzjoni, inkluż b'mod partikolari rappurtar regolari mis-SEAE u d-delegazzjonijiet tal-Unjoni f'dawn il-pajjiżi, kif ukoll informazzjoni mill-Istati Membri, l-EASO, l-UNHCR, il-FRA, il-Kunsill tal-Ewropa u organizzazzjonijiet internazzjonali relevanti oħra. Hija għandha żżomm lill-Parlament Ewropew informat sew u fi żmien xieraq.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li s-sorsi rilevanti kollha ta' informazzjoni jiġu kkunsidrati u li l-Parlament Ewropew, bħala koleġiżlatur, irid jinżamm informat sew u fi żmien xieraq.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 3 sabiex tissospendi l-preżenza ta' pajjiż terz fil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

4.  Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 3 sabiex tissospendi l-preżenza ta' pajjiż terz fil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu mingħajr dewmien. Fi żmien tliet xhur wara s-sospensjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva biex temenda r-Regolament bil-għan li tneħħi l-pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE. In-nominazzjoni mill-ġdid tal-pajjiż ikkonċernat għandha tirrikjedi l-adozzjoni ta' emenda, f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Ġustifikazzjoni

Il-proċedura għas-sospensjoni u l-introduzzjoni mill-ġdid ta' pajjiż fil-lista komuni tal-UE jeħtieġ li tkun aktar dettaljata. L-att delegat iservi l-iskop li jaġixxi mingħajr dewmien fuq is-sospensjoni, iżda m'għandux jikkomprometti d-drittijiet tal-Parlament bħala koleġiżlatur u l-kapaċità tiegħu li jiddetermina/jinfluwenza d-deċiżjoni finali.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Il-Parlament Ewropew u/jew il-Kunsill jistgħu jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għall-inklużjoni jew l-esklużjoni ta' pajjiż mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

Ġustifikazzjoni

Mingħajr preġudizzju għar-rwol primarju tal-Kummissjoni Ewropea fl-introduzzjoni ta' leġiżlazzjoni, il-Parlament Ewropew għandu jkun jista' jipproponi lill-Kummissjoni biex teżerċita dan ir-rwol, f'konformità mal-Artikolu 225 tat-TFUE.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  F’każ ta’ bidliet għal għarrieda fis-sitwazzjoni ta' pajjiż terz li jkun fil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, il-Kummissjoni tagħmel evalwazzjoni sostanzjata ta' kemm dak il-pajjiż ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I tad- Direttiva 2013/32/UE u, jekk dawk il-kundizzjonijiet ma jkunux għadhom issodisfati, tadotta, f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE, Deċiżjoni li tissospendi l-preżenza ta' dak il-pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE għal perjodu ta' sena.

2.  F’każ ta’ bidliet għal għarrieda fis-sitwazzjoni ta' pajjiż terz li jkun fil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, il-Kummissjoni tagħmel evalwazzjoni sostanzjata ta' kemm dak il-pajjiż ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I tad- Direttiva 2013/32/UE. Jekk dawk il-kundizzjonijiet ma jkunux għadhom issodisfati, hija għandha tadotta, f'perjodu ta' żmien xieraq konsistenti mal-urġenza tas-sitwazzjoni fuq il-post, f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE, Deċiżjoni li tissospendi l-preżenza ta' dak il-pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE għal perjodu ta' sena

Ġustifikazzjoni

Il-perjodu ta' żmien għall-Kummissjoni biex twettaq valutazzjoni sostanzjata bħal din għandu jkun konsistenti mal-urġenza tas-sitwazzjoni.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment ta' lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu għall-finijiet ta' proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali

Referenzi

COM(2015)0452 – C8-0270/2015 – 2015/0211(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

16.9.2015

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

16.9.2015

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Jozo Radoš

19.11.2015

Eżami fil-kumitat

18.4.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

14.6.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

11

18

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lars Adaktusson, Nikos Androulakis, Francisco Assis, Petras Auštrevičius, Goffredo Maria Bettini, Elmar Brok, Lorenzo Cesa, Arnaud Danjean, Mark Demesmaeker, Georgios Epitideios, Anna Elżbieta Fotyga, Eugen Freund, Sandra Kalniete, Manolis Kefalogiannis, Tunne Kelam, Janusz Korwin-Mikke, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Ilhan Kyuchyuk, Arne Lietz, Barbara Lochbihler, Sabine Lösing, Andrejs Mamikins, Ramona Nicole Mănescu, David McAllister, Francisco José Millán Mon, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Tonino Picula, Andrej Plenković, Cristian Dan Preda, Jozo Radoš, Sofia Sakorafa, Jacek Saryusz-Wolski, Jaromír Štětina, Charles Tannock, László Tőkés, Ivo Vajgl, Johannes Cornelis van Baalen, Geoffrey Van Orden, Hilde Vautmans, Boris Zala

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Brando Benifei, Ana Gomes, Takis Hadjigeorgiou, Liisa Jaakonsaari, Javi López, Antonio López-Istúriz White, Norica Nicolai, Urmas Paet, Igor Šoltes, Renate Sommer, Dubravka Šuica, Eleni Theocharous, Ernest Urtasun, Janusz Zemke

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Heidi Hautala, Hans-Olaf Henkel


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (22.4.2016)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu għall-finijiet tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, u li jemenda d-Direttiva 2013/32/UE

(COM(2015)0452 – C8-0270/2015 – 2015/0211(COD))

Rapporteur (għal opinjoni): Seb Dance

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Kummissjoni ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta intiża li tistabbilixxi lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu jew "SCOs", abbażi tal-kriterji komuni stipulati fid-Direttiva 2013/32/UE. Abbażi ta' informazzjoni mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, l-Istati Membri, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO), il-Kunsill tal-Ewropa, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra rilevanti, huwa propost li f'dan l-istadju l-lista tinkludi sitt pajjiżi tal-Balkani tal-Punent (erba' pajjiżi kandidati: l-Albanija, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja, flimkien ma' żewġ pajjiżi kandidati potenzjali: il-Bożnija-Ħerzegovina u l-Kosovo) u t-Turkija (pajjiż kandidat).

Ir-rapporteur jesprimi tħassib dwar il-proposta, inkluż il-valutazzjoni użata mill-Kummissjoni biex tinkludi pajjiżi msemmija, u l-metodoloġija użata. Il-proposta wkoll tqanqal tħassib dwar l-impatt possibbli ta' armonizzazzjoni tal-proposta, u l-mod li bih il-lista għanda tiġi adottata u riveduta.

Ir-rapporteur iqis li, f'dan il-mument, hu preferibbli li jkun hemm mandat parzjali mill-Parlament li jeskludi pożizzjoni dwar il-proposta għal SCO. Il-Kumitat LIBE, bħala l-kumitat responsabbli, għamel talba formali għal opinjoni esperta mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u mill-EASO rispettivament, u l-Parlament jagħmel tajjeb li jistenna l-eżitu ta' dawn l-opinjonijiet.

Ir-rapporteur irrimarka li din il-proposta tiftaħ għall-possibilità li jiġu inklużi aktar pajjiżi terzi fuq lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu li qed tfittex li tistabbilixxi; hu jinnota bi tħassib f'dan ir-rigward li l-proposta diġà timmira uħud mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw bħala pajjiżi li jistgħu jiġu inklużi fuq lista komuni mġedda tal-UE ta' pajjiżi bla periklu. Ir-rapporteur jesprimi tħassib serju dwar il-frażi mill-memorandum ta' spjegazzjoni tal-Kummissjoni li tgħid: "Ser tingħata prijorità lil pajjiżi terzi li minnhom joriġina għadd sinifikanti ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali fl-UE bħall-Bangladexx, il-Pakistan, u s-Senegal"; jiddispjaċih li tali inklużjoni possibbli tista' sservi biss għall-finijiet interni tal-UE dwar il-migrazzjoni, u tista' tkun ta' ħsara għal politika ta' żvilupp tal-UE mal-pajjiżi kkonċernati, kif ukoll għall-prinċipju li tiġi żgurata l-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp fil-ħidma tal-UE.

Filwaqt li r-rapporteur jappoġġa l-ipproċessar effiċjenti tal-applikazzjonijiet għall-asil, il-Kummissjoni għandha tkun konxja mill-possibilità li d-deżinjazzjoni ta' SCO tista' taffettwa l-gruppi l-aktar vulnerabbli b'mod sproporzjonat. Jista' jkun hemm raġuni għal tħassib li l-prinċipju ta' non-refoulement ma jistax jintuża għal minoranzi, peress li r-Regolament jista' joħloq piż fuq individwi li jagħtu prova tal-istatus ta' minoranza tagħhom, sabiex ikollhom aċċess għal eżami usa' ta' applikazzjonijiet għal asil individwali. Ir-rapporteur ifakkar li t-tkeċċijiet kollettivi huma projbiti. Hu jenfasizza li din il-ġabra ta' drittijiet assoluti tal-persuna, li ma jippermettux limitazzjonijiet - in-non-refoulement u l-projbizzjoni tat-tkeċċijiet kollettivi - tista' tkun partikolarment xierqa fir-rigward tas-sitwazzjoni ta' tfal fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali u li jkunu ħarbu minn żoni milquta minn kunflitti fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u s-sitwazzjoni tal-persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali li jistqarru li qed jaħarbu minn persekuzzjoni f'xi pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Il-Kummissjoni trid taċċetta li tkun f'kuntatt regolari ma' gruppi tas-soċjetà ċivili bħala parti minn proċedura ta' valutazzjoni tagħha, sabiex tiġi evalwata l-implimentazzjoni reali u attwali ta' aċċess għal rimedji kontra l-abbużi tad-drittijiet u tal-libertajiet, kif definit mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u fil-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Fid-dawl taż-żieda qawwija ħafna li ġiet esperjenzata mill-2014 fin-numru ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali li saru fl-Unjoni u l-pressjoni riżultanti, bla preċedenti, fuq is-sistemi tal-ażil tal-Istati Membri, l-Unjoni rrikonoxxiet il-ħtieġa li ssaħħaħ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar pajjiż ta' oriġini bla periklu tad-Direttiva 2013/32/UE, bħala għodda essenzjali biex jiġi sostnut l-ipproċessar rapidu ta' applikazzjonijiet li xaktarx ma jkollhomx bażi soda. B'mod partikolari, fil-konklużjonijiet tiegħu tal-25 u s-26 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill Ewropew semma, fir-rigward tal-ħtieġa li jitħaffef l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-ażil, l-intenzjoni tal-Kummissjoni kif imfissra fil-Komunikazzjoni tagħha dwar Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, li ssaħħaħ dawn id-dispożizzjonijiet, inkluż bit-tfassil possibbli ta' list komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu. Barra minn dan, il-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Intern, fil-konklużjonijiet tiegħu dwar pajjiżi ta' oriġini bla periklu tal-20 ta' Lulju 2015 laqgħa b'mod pożittiv l-intenzjoni tal-Kummissjoni li ssaħħaħ id-dispożizzjonijiet rigward il-pajjiżi ta' oriġini bla periklu tad-Direttiva 2013/32/UE, inkluż l-istabbiliment possibbli ta' lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

(3) Fid-dawl taż-żieda qawwija ħafna li ġiet esperjenzata mill-2014 fin-numru ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali li saru fl-Unjoni u l-pressjoni riżultanti, bla preċedenti, fuq is-sistemi tal-asil tal-Istati Membri, l-Unjoni rrikonoxxiet il-ħtieġa li ssaħħaħ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar pajjiż ta' oriġini bla periklu tad-Direttiva 2013/32/UE, bħala għodda essenzjali biex jiġi sostnut l-ipproċessar rapidu ta' applikazzjonijiet li jistgħu ma jkollhomx bażi soda. B'mod partikolari, fil-konklużjonijiet tiegħu tal-25 u s-26 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill Ewropew semma, fir-rigward tal-ħtieġa li jitħaffef l-ipproċessar ta' xi applikazzjonijiet għall-asil, l-intenzjoni tal-Kummissjoni kif imfissra fil-Komunikazzjoni tagħha dwar Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, li ssaħħaħ dawn id-dispożizzjonijiet, inkluż bit-tfassil possibbli ta' list komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu. Barra minn dan, il-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Intern, fil-konklużjonijiet tiegħu dwar pajjiżi ta' oriġini bla periklu tal-20 ta' Lulju 2015 laqgħa b'mod pożittiv l-intenzjoni tal-Kummissjoni li ssaħħaħ id-dispożizzjonijiet rigward il-pajjiżi ta' oriġini bla periklu tad-Direttiva 2013/32/UE, inkluż l-istabbiliment possibbli ta' lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

________________

________________

8 COM (2015) 240 final, 13.5.2015.

8 COM (2015) 240 final, 13.5.2015.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġi rikonoxxut li l-pajjiżi li jidhru fuq il-lista potenzjali jista' jkollhom kwistjonijiet pendenti rigward is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-konfront ta' minoranzi. Raġuni komuni għal applikazzjoni għall-asil tkun biex jeħilsu mill-persekuzzjoni, hu għalhekk li l-applikazzjonijiet għall-asil mhumiex kollha "x'aktarx" li huma bla bażi, u din il-frażi timplika ċertu livell ta' qabel preġudizzju dwar ir-riżultat tal-applikazzjonijiet.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2013/32/UE li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-kunċett ta' pajjiż ta' oriġini bla periklu għandhom ikunu applikabbli fir-rigward ta' pajjiżi terzi li jkunu fuq il-lista komuni tal-UE stabbiliti b'dan ir-Regolament. B'mod partikolari dan ifisser li ċ-ċirkostanza li pajjiż terz ikun fuq il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu ma tistax tistabbilixxi garanzija assoluta ta' sigurtà għaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż u għalhekk ma twarrabx il-ħtieġa li jkun hemm eżami individwali xieraq tal-applikazzjonijiet tagħhom għal protezzjoni internazzjonali. Barra minn dan, ta' min ifakkar ukoll li, meta applikant juri li jkun hemm raġunijiet serji sabiex il-pajjiż ma jiġix kunsidrat bħala wieħed bla periklu fiċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu, l-indikazzjoni tal-pajjiż bħala wieħed bla periklu ma tistax aktar tiġi meqjusa bħala relevanti għalih.

(5) Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2013/32/UE li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-kunċett ta' pajjiż ta' oriġini bla periklu għandhom ikunu applikabbli fir-rigward ta' pajjiżi terzi li jkunu fuq il-lista komuni tal-UE stabbiliti b'dan ir-Regolament. B'mod partikolari dan ifisser li ċ-ċirkostanza li pajjiż terz ikun fuq il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu ma tistax tikkostitwixxi kriterju esklussiv u l-anqas ma tista' tistabbilixxi garanzija sistematika u assoluta ta' sigurtà għaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż u għalhekk ma għandhiex tfisser li l-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux ixiddu l-obbligu tagħhom li jkun hemm eżami individwali xieraq u dettaljat tal-applikazzjonijiet tagħhom għal protezzjoni internazzjonali. Barra minn dan, ta' min ifakkar ukoll li, fid-dawl tas-sitwazzjoni individwali tal-applikant ikun hemm raġunijiet serji sabiex il-pajjiż ma jiġix kunsidrat bħala wieħed bla periklu fiċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu, l-indikazzjoni tal-pajjiż bħala wieħed bla periklu ma tistax aktar tiġi meqjusa bħala relevanti għalih. L-Istati Membri għandhom ikunu konxji li għal ċerti gruppi ta' minoranzi, pereżempju persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali (LGBTI), għall-finijiet tal-proċess tal-asil, l-appartenenza għal din il-minoranza tista' tkun raġuni suffiċjenti biex dawn l-individwi jitqiesu f'riskju fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom. Għalhekk ma għandu jkun hemm l-ebda oneru ta' prova fuq l-applikanti li juru jew jipprovaw li jifformaw parti minn grupp vulnerabbli jew ta' minoranza, speċjalment fejn tali oneru tal-prova jikser id-dinjità tal-persuna. Għandu jkun garantit id-dritt tal-applikanti għal rimedju effikaċi f'każ ta' deċiżjoni negattiva.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Il-Kummissjoni għandha tevalwa b'mod regolari s-sitwazzjoni f'pajjiżi terzi li jkunu fuq il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu. Fil-każ ta' bidla għal għarrieda għall-agħar fis-sitwazzjoni ta' pajjiż terz li jkun fuq il-lista komuni tal-UE, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jkun delegat lill-Kummissjoni għar-rigward tas-sospensjoni tal-preżenza ta' dan il-pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE għal sena, meta din tqis, abbażi ta' evalwazzjoni sostanzjata, li ma jkunux għadhom issodisfati l-kundizzjonijiet stabbilit mid-Direttiva 2013/32/UE sabiex pajjiż terz jitqies bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu. Għall-iskop ta' din l-evalwazzjoni sostanzjata, il-Kummissjoni għandha tieħu f'kunsiderazzjoni firxa ta' sorsi ta' informazzjoni li għandha għad-dispożizzjoni tagħh inkluż, u b'mod partikolari, ir-Rapporti Annwali ta' Progress tagħha dwar pajjiżi terzi indikati bħala pajjiżi kandidati mill-Kunsill Ewropew, rapporti regolari mis-Servizz Ewropew tal-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-informazzjoni mill-Istati Membri, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO), il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR), il-Kunsill tal-Ewropa u organizzazzjonijiet internazzjonali relevanti oħra. Il-Kummissjoni għandha tkun tista' testendi s-sospensjoni tal-preżenza ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE għal perjodu massimu ta' sena, meta tkun ipproponiet emenda għal dan ir-Regolament sabiex dan il-pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell tal-esperti. Meta tħejji u tfassal atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(6) Il-Kummissjoni għandha tevalwa b'mod regolari s-sitwazzjoni f'pajjiżi terzi li jkunu fuq il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu. Fil-każ ta' bidla għal għarrieda għall-agħar fis-sitwazzjoni ta' pajjiż terz li jkun fuq il-lista komuni tal-UE, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jkun delegat lill-Kummissjoni għar-rigward tas-sospensjoni tal-preżenza ta' dan il-pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE għal sena, meta din tqis, abbażi ta' evalwazzjoni sostanzjata, li ma jkunux għadhom issodisfati l-kundizzjonijiet stabbilit mid-Direttiva 2013/32/UE sabiex pajjiż terz jitqies bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu. Għall-iskop ta' din l-evalwazzjoni sostanzjata, il-Kummissjoni għandha tieħu f'kunsiderazzjoni firxa ta' sorsi ta' informazzjoni li għandha għad-dispożizzjoni tagħh inkluż, u b'mod partikolari, ir-Rapporti Annwali ta' Progress tagħha dwar pajjiżi terzi indikati bħala pajjiżi kandidati mill-Kunsill Ewropew, rapporti regolari mis-Servizz Ewropew tal-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-informazzjoni mill-Istati Membri, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO), il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR), il-Kunsill tal-Ewropa, il-gruppi tas-soċjetà ċivili u organizzazzjonijiet internazzjonali relevanti oħra. Il-Kummissjoni għandha tkun tista' testendi s-sospensjoni tal-preżenza ta' pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE għal perjodu massimu ta' sena, meta tkun ipproponiet emenda għal dan ir-Regolament sabiex dan il-pajjiż terz mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell tal-esperti. Meta tħejji u tfassal atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tirreaġixxi malajr u b'mod effikaċi għal kriżijiet umanitarji, skont l-impenji tal-Unjoni lejn pajjiżi terzi u r-rifuġjati.

Ġustifikazzjoni

Ma għandu jkun hemm l-ebda diskrepanza bejn il-perjodu ta' kriżi umanitarja fuq skala kbira li jseħħ f'pajjiż terz, u l-offerta ta' proċess sħiħ ta' applikazzjoni għall-asil lill-popli kkonċernati skont il-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951 dwar ir-Rifuġjati.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Skont id-Direttiva 2013/32/UE, pajjiż ikun kunsidrat bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu meta, abbażi tas-sitwazzjoni legali, l-applikazzjoni tal-liġi fi ħdan sistema demokratika u ċ-ċirkostanzi politiċi ġenerali, ikun jista' jiġi muri li ġeneralment u konsistentement ma hemmx persekuzzjoni kif definita fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ebda tortura jew trattament jew punizzjoni inumani jew degradanti, u ebda theddida minn vjolenza indiskriminata f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat internazzjonali jew intern.

(8) Skont id-Direttiva 2013/32/UE, pajjiż ikun kunsidrat bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu meta, abbażi tas-sitwazzjoni legali, l-applikazzjoni attwali tal-liġi u l-faċilità ta' aċċess għall-ġustizzja fi ħdan sistema demokratika u ċ-ċirkostanzi politiċi ġenerali, ikun jista' jiġi muri li ġeneralment u konsistentement ma hemmx persekuzzjoni, kif definita fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill10, ebda tortura jew trattament jew punizzjoni inumani jew degradanti, u ebda theddida minn vjolenza indiskriminata f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat internazzjonali jew intern, għall-popolazzjoni ġenerali, għall-persuni vulnerabbli, minoranzi etniċi, għal persuni li jidentifikaw lilhom infushom bħala LGBTI, jew għal persuni li jappartjenu għal kwalunkwe grupp ta' minoranza.

____________

____________

10 Id-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (riformulazzjoni) (ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9).

10 Id-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (riformulazzjoni) (ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9).

Ġustifikazzjoni

Meta tiġi evalwata s-sigurtà ta' pajjiż terz, għandu jitqies mhux biss xi jkunu l-liġijiet u t-tradizzjonijiet, iżda wkoll il-mod kif dawn jiġu applikati. Il-Kummissjoni nnifisha rrikonoxxiet li għal kull pajjiż imsemmi għad hemm kwistjonijiet pendenti rigward ċerti minoranzi. Il-proposta għandha tikkunsidra l-eżistenza tal-persekuzzjoni sistematika ta' xi minoranzi minħabba t-tradizzjoni, u l-interazzjoni mas-soċjetà ċivili biex jiġi evalwat l-aċċess effettiv għal rimedju legali disponibbli għaċ-ċittadini f'dawn il-pajjiżi. Il-gruppi tas-soċjetà ċivili li jinsabu fi jew li jaħdmu mill-qrib ma' dawn il-pajjiżi terzi spiss ikunu fl-aħjar pożizzjoni biex jagħtu feedback dwar l-esperjenza tradizzjonali tal-minoranzi fil-livell lokali - l-hekk imsejħa "soft data" li tista' tintilef f'valutazzjonijiet empiriċi oħra.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament huma pajjiżi ta' oriġini bla periklu.

1. Il-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament huma pajjiżi ta' oriġini bla periklu skont iċ-ċirkostanzi individwali tal-applikant.

Ġustifikazzjoni

Dan ir-regolament għandu jaderixxi mal-prinċipji ta' koerenza tal-politika għall-iżvilupp, u għandu jiżgura li tkun saret evalwazzjoni xierqa tal-impatt potenzjali speċjalment fir-rigward taż-żieda ta' pajjiżi fil-lista.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni regolarment tirreżamina s-sitwazzjoni fil-pajjiżi terzi li jkunu fuq il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, abbażi ta' firxa ta' sorsi ta' informazzjoni, inkluż b'mod partikolari rappurtar regolari mis-SEAE u informazzjoni mill-Istati Membri, mill-EASO, mill-UNHCR, mill-Kunsill tal-Ewropa u minn organizzazzjonijiet internazzjonali relevanti oħra.

2. Il-Kummissjoni għandha sistematikament tagħmel rieżami tal-impatt tar-regolament tal-UE dwar il-politika tal-iżvilupp, b'kunsiderazzjoni tal-prinċipju ta' koerenza politika għall-iżvilupp. Il-Kummissjoni għandha barra minn hekk, regolarment tirreżamina s-sitwazzjoni fil-pajjiżi terzi li jkunu fuq il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, abbażi ta' firxa ta' sorsi ta' informazzjoni, inkluż b'mod partikolari rappurtar regolari mis-SEAE u informazzjoni mill-Istati Membri, mill-EASO, mill-UNHCR, mill-Kunsill tal-Ewropa, mill-gruppi tas-soċjetà ċivili u minn organizzazzjonijiet internazzjonali relevanti oħra.

Ġustifikazzjoni

Dan ir-regolament għandu jaderixxi mal-prinċipji ta' koerenza tal-politika għall-iżvilupp, u għandu jiżgura li tkun saret evalwazzjoni xierqa tal-impatt potenzjali speċjalment fir-rigward taż-żieda ta' pajjiżi fil-lista.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment ta' lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu għall-finijiet ta' proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali

Referenzi

COM(2015)0452 – C8-0270/2015 – 2015/0211(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

16.9.2015

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

10.3.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Seb Dance

4.3.2016

Rapporteur għal opinjoni sostitut

Seb Dance

Eżami fil-kumitat

15.3.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

20.4.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

14

2

9

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Beatriz Becerra Basterrechea, Ignazio Corrao, Nirj Deva, Doru-Claudian Frunzulică, Charles Goerens, Heidi Hautala, Maria Heubuch, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Linda McAvan, Maurice Ponga, Cristian Dan Preda, Lola Sánchez Caldentey, Elly Schlein, Pedro Silva Pereira, Davor Ivo Stier, Paavo Väyrynen, Bogdan Brunon Wenta, Anna Záborská

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Marina Albiol Guzmán, Brian Hayes, Paul Rübig, Patrizia Toia

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Amjad Bashir, Tiziana Beghin, Miroslav Poche


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-istabbiliment ta’ lista komuni tal-UE ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu għall-finijiet ta’ proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali

Referenzi

COM(2015)0452 – C8-0270/2015 – 2015/0211(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

8.9.2015

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

16.9.2015

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

16.9.2015

DEVE

10.3.2016

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Sylvie Guillaume

1.10.2015

 

 

 

Eżami fil-kumitat

22.9.2015

14.1.2016

28.4.2016

30.5.2016

 

27.6.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

27.6.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

10

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Heinz K. Becker, Michał Boni, Caterina Chinnici, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Laura Ferrara, Monika Flašíková Beňová, Lorenzo Fontana, Mariya Gabriel, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Filiz Hyusmenova, Iliana Iotova, Eva Joly, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Barbara Kudrycka, Marju Lauristin, Monica Macovei, Barbara Matera, Roberta Metsola, Louis Michel, Claude Moraes, József Nagy, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Kristina Winberg

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Anna Maria Corazza Bildt, Dennis de Jong, Gérard Deprez, Anna Hedh, Petr Ježek, Petra Kammerevert, Jean Lambert, Gilles Lebreton, Andrejs Mamikins, Salvatore Domenico Pogliese, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Barbara Spinelli

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Georg Mayer

Data tat-tressiq

20.7.2016


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

36

+

ALDE

Gérard Deprez, Nathalie Griesbeck, Filiz Hyusmenova, Petr Ježek, Louis Michel

ECR

Monica Macovei,

PPE

Heinz K. Becker, Michał Boni, Anna Maria Corazza Bildt, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Mariya Gabriel, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Barbara Kudrycka, Barbara Matera, Roberta Metsola, József Nagy, Salvatore Domenico Pogliese, Csaba Sógor, Traian Ungureanu

S&D

Caterina Chinnici, Tanja Fajon, Monika Flašíková Beňová, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Iliana Iotova, Petra Kammerevert, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Marju Lauristin, Andrejs Mamikins, Claude Moraes, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Birgit Sippel

10

-

EFDD

Kristina Winberg

ENF

Lorenzo Fontana, Gilles Lebreton

GUE/NGL

Cornelia Ernst, Barbara Spinelli, Dennis de Jong

VERTS/ALE

Jan Philipp Albrecht, Eva Joly, Jean Lambert, Judith Sargentini

3

0

ECR

Jussi Halla-aho

EFDD

Laura Ferrara

ENF

Georg Mayer

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjonijiet

Avviż legali - Politika tal-privatezza